ARKITETTIUINGINIERICIVILI(PERITI) g K AP. 390.      1
KAPITOLU 390
ATT DWAR IL-PERITI
Sostitwit:
XVIII. 2002.10.
Biex jirregola l-Periti u sabiex jipprovdi ghal hwejjeg li ghandhom
x’jaqsmu ma’ dan jew li huma ancillari ghalihom.
1 ta’ Ottubru, 1996
L-ATT XIV ta’ l-1996, kif emendat bl-Att XVIII ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Sostitwit:
XVIII. 2002.10.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-Periti.
Tifsir. 
Emendat:
XVIII. 2002.10.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra -
Kap. 450.
"awtorita  kompetenti" ghandu jkollha l-istess tifsir moghti lilha
fl-Att dwar ir-Rikonoxximent Reciproku ta’ Kwalifiki;
"Bord" tfisser il-Bord tal-Warrant tal-Periti stabbilit bl-artikolu
6;
Kap. 450.
"Ftehim", "Stat li jkollu Ftehim", u "cittadin ta’ Stat li jkollu
Ftehim" ghandu jkollhom l-istess tifsir moghti lilhom fl-Att dwar
ir-Rikonoxximent Reciproku ta’ Kwalifiki;
"Kamra" tfisser il-Kamra tal-Periti;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghax-xoghlijiet u, sal-
limitu ta’ funzjonijiet delegati lilu mill-Ministru, tinkludi l-Bord;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti taht dan l-Att;
"professjoni" tfisser il-professjoni li tassumi responsabbilta  ghal
disinn u, jew, kostruzzjoni ta’ xoghlijiet ta’ bini, taht it-titolu
generiku ta’ "Perit" u tinkludi xoghol fl-oqsma ta’ l-arkitettura u ta’
l-inginerija civili u strutturali;
"warrant" tfisser warrant moghti taht l-artikolu 5, u "detentur ta’
warrant" ghandha tiftiehem skond hekk.
Kwalifiki ghal 
warrant.
Emendat:
XVIII. 2002.10.
3. (1) Ebda persuna ma tista’ tezercita l-professjoni kemm-il
darba ma jkollhiex warrant skond l-artikolu 5.
(2) Persuna ma tikkwalifikax ghall-ghotja ta’ warrant kemm-il
darba -
(a) ma tkunx cittadin ta’ Malta jew ta’ Stat li jkollu
Ftehim jew xort’ohra jkollha l-permess li tahdem
f’Malta bis-sahha ta’ xi ligi;
(b) ma tkunx ta’ kondotta tajba;
(c) ma jkollhiex il-kapacitajiet legali kollha; u 
(d) ma tissodisfax lill-Bord li -
(i) jkollha kwalifiki akkademici miksuba wara li
tkun ghaddiet minn kors shih ta’ studju ta’ mill-
anqas erba’ snin full-time jew l-ekwivalenti
  2      KAP. 390. h       ARKITETTIUINGINIERICIVILI(PERITI)
part-time tieghu, fl-Universita  ta’ Malta jew
f’dik l-Universita  ohra jew istituzzjoni
akkademika ohra li tista’ tigi rikonoxxuta ghal
dak l-ghan mill-Bord wara li jkun ikkonsulta
lill-Kamra, liema kors ikun fih dak il-minimu ta’
suggetti bazici fl-oqsma ta’ l-arkitettura u ta’ l-
inginerija civili li l-Ministru jista’, wara li jkun
ikkonsulta lill-Kamra, jippreskrivi;
(ii) ghal perijodu ta’ mhux inqas minn sentejn wara
li tkun kisbet il-kwalifiki akkademici msemmija
fis-subparagrafu (i), tkun tharrget f’Malta taht
is-supervizjoni ta’ detentur ta’ warrant
ezercenti, skond il-guidelines li l-Ministru jista’,
wara li jkun ikkonsulta lill-Kamra, jippreskrivi:
Izda meta l-kwalifiki akkademici msemmija
fis-subparagrafu (i) jinkisbu wara kors ta’ hames
snin full-time jew izjed, jew l-ekwivalenti part-
time tieghu, il-perijodu ta’ tahrig imsemmi f’dan
is-sub-paragrafu ghandu jkun ta’ sena:
Izda wkoll, bl-approvazzjoni tal-Bord, dak
it-tahrig jista’, ghal perijodu ta’ mhux izjed
minn sena, fl-imsemmi perijodu ta’ sentejn, isir
fi Stat barra minn Malta ma’ professjonista
f’dixxiplini relatati, li jkun hekk kwalifikat kif
imiss biex jezercita l-professjoni f’dak l-Istat;
(iii) tkun giet ezaminata kif imiss u approvata mill-
Bord f’ezami jew ezamijiet ghal dak l-ghan,
skond kif il-Ministru jista’, wara li jkun
ikkonsulta lill-Kamra, jippreskrivi:
Izda l-Bord jista’ jezenta persuna li tkun
kisbet il-kwalifiki akkademici mill-Universita
ta’ Malta jew minn dik l-Universita  ohra jew
istituzzjoni akkademika ohra approvata ghal dak
l-ghan mill-Bord wara li jkun ikkonsulta lill-
Kamra, minn dak l-ezami jew ezamijiet ghal
kollox jew f’parti.
Cirkostanzi 
specjali. 
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3, persuna li tkun
tippossjedi l-kwalifiki elenkati fl-artikolu 3(2)(a), (b) u (c), u fil-
paragrafu (d)(ii) u (iii) ta’ l-imsemmi subartikolu, tista’ tinghata
warrant jekk il-Bord ikun sodisfatt li dik il-persuna jkollha grad
akkademiku miksub wara li tkun ghaddiet minn kors shih ta’ studji
fl-arkitettura, inginerija civili jew dixxiplini relatati f’Universita
jew istituzzjoni akkademika ekwivalenti, u li dik il-persuna, meta l-
kors ta’ studji fil-fehma tal-Bord,
(i) kien ta’ inqas minn erba’ snin ta’ studji, jew ta’
tul part-time ekwivalenti, jew
(ii) ma kienx fih dak il-minimu ta’ suggetti fl-oqsma
ta’ 1-arkitettura u inginerija civili kif preskritti
mill-Ministru skond l-artikolu 3(2)(d)(i),
tkun ghamlet tahrig prattiku ghal perijodu ta’ mhux inqas minn sitt
xhur u mhux izjed minn tliet snin skond kif l-imsemmi Bord jista’
ARKITETTIUINGINIERICIVILI(PERITI) g K AP. 390.      3
jistabbilixxi minn kaz ghal kaz, taht is-sorveljanza ccertifikata ta’
detentur ta’ warrant li jkollu l-prattika, skond dawk il-guidelines li
l-Ministru, wara li jkun ikkonsulta lill-Kamra, jista’ jippreskrivi:
Izda l-Bord jista’ wkoll jehtieg li dik il-persuna tigi
ezaminata f’dawk is-suggetti li jista’ jqis mehtiega.
Warrant biex 
wiehed jezercita 
bhala Perit.
Emendat:
XVIII. 2002.10.
5. (1) Il-warrant ghall-ezercizzju tal-professjoni ghandu
jinghata mill-Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord lil kull
persuna li tissodisfa l-htigiet ta’ l-artikoli 3 jew 4.
(2) Detentur ta’ warrant jista’ juza l-isem "Perit" flimkien ma’
ismu.
Kap. 12.
(3) Kull persuna li jinghatalha warrant bhal dak ghandha,
qabel ma tibda tezercita l-professjoni taghha, tiehu quddiem il-
Qorti ta’ l-Appell, f’seduta bil-miftuh, il-gurament ta’ fedelta
msemmi fl-artikolu 10 tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura
Civili u l-gurament ta’ kariga kif migjub hawn taht:
Jiena, ............................................. nahlef / solennament
niddikjara li naghmel fedelment u bl-onesta  u bir-reqqa kollha d-
dmirijiet ta’ Perit u mill-ahjar li naf u li nista’. Hekk Alla jghini.
Bord tal-Warrant 
tal-Periti.
6. (1) Ghandu jitwaqqaf Bord, li jkun maghruf bhala l-Bord
tal-Warrant tal-Periti, u li jkun maghmul minn:
(a) chairman li jigi mahtur mill-Ministru minn fost
persuni li huma jew kienu kwalifikati biex jinhatru
mhallfin f’Malta;
(b) zewg membri mahtura mill-Ministru minn fost
detenturi ta’ warrant li jkun ilhom detenturi tal-
warrant taghhom ghal mill-anqas tmien snin;
(c) zewg membri mahtura mill-Kamra minn fost detenturi
ta’ warrant li jkun ilhom detenturi tal-warrant
taghhom ghal mill-anqas tmien snin; u
(d) zewg membri li jigu eletti b’votazzjoni sigrieta minn
fost detenturi ta’ warrant innifishom.
(2) Ic-chairman jinhatar ghal zmien tliet snin, u taht dawk il-
kundizzjonijiet li jigu stabbiliti fl-ittra tal-hatra tieghu.
(3) Il-membri l-ohra tal-Bord ghandhom izommu l-kariga ghal
zmien sentejn, u taht dawk il-kundizzjonijiet li jigu stabbiliti fl-
ittra tal-hatra taghhom:
Izda fl-ewwel sena, wiehed minn kull wiehed mill-membri,
mahtura jew eletti taht is-subartikolu (1)(b), (c) u (d), ghandu
jinhatar jew jigi elett ghal sena wahda, hekk illi, wara, nofs il-
membri msemmija minbarra c-chairman ghandhom jivvakaw il-
kariga taghhom kull sena.
(4) Meta jkun hemm xi vakanza fil-Bord, il-Ministru ghandu,
hekk kif ikun prattikabbli, fil-kaz tac-chairman, jew membru
mahtur minnu, jahtar pesuna ohra biex timla l-vakanza; fil-kaz ta’
membru mahtur mill-Kamra, huwa ghandu jitlob lill-Kamra biex
tahtar persuna ohra biex timla l-vakanza, u fil-kaz ta’ membru elett
jara li ssir elezzjoni biex timtela l-vakanza.
  4      KAP. 390. h       ARKITETTIUINGINIERICIVILI(PERITI)
(5) L-ghadd ta’ membri mehtieg biex ikun hemm quorum ikun
ta’ tlieta, izda, dejjem jekk ikun hemm quorum, il-Bord jista’
jiffunzjona minkejja kull vakanza fost il-membri tieghu.
(6) Il-Ministru jista’ wkoll jiddelega ufficjal pubbliku biex
jaghmilha ta’ segretarju tal-Bord, izda dak is-segretarju ma jkollux
vot. 
(7) Barra minn dak imsemmi qabel, il-Bord jista’ jaghmel ir-
regoli tieghu stess u xort’ohra jirregola l-procedura tieghu stess. 
Funzjonijiet tal-
Bord.
Emendat:
XVIII. 2002.10.
7. (1) Il-funzjonijiet tal-Bord huma:
(a) li jikkonsidra applikazzjonijiet ghall-hrug ta’ warrant,
u jaghmel ir-rakkomandazzjonijiet tieghu dwarhom
lill-Ministru; 
(b) li jorganizza u jirregola, u jiddeciedi talbiet ghal
ezenzjonijiet minn, l-ezami tal-warrant professjonali
skond l-artikoli 3 u 4;
(c) li jirregola l-kundizzjonijiet ta’ tahrig prattiku barra
minn Malta, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3;
(d) li japprova Universitajiet jew istituzzjonijiet akkade-
mici skond l-artikolu 3;
(e) li jaghti pariri lill-Ministru, u jorganizza u jirregola l-
ezamijiet xierqa u l-perijodi ta’ tahrig prattiku, kif
provdut fl-artikolu 4; u
(f) li johrog certifikat li juri li l-persuna li tixtieq tezercita
l-professjoni fi Stat li jkollu Ftehim qieghda tezercita
l-attivitajiet fil-qasam ta’ l-arkitettura u ta’ l-inginerija
civili f’Malta fejn hija stabbilita.
(2) Fl-ezercizzju tal-funzjonijiet tieghu, il-Bord jista’
jikkonsulta ma’ dawk il-persuni li jidhirlu xieraq u jista’ wkoll
jahtar kumitati, li l-president taghhom ikun membru tal-Bord,
ghall-qadi ta’ dawk id-dmirijiet jew ta’ dak ix-xoghol iehor li l-
Bord jista’ jaghtihom.
(3) Il-Bord ghandu jzomm registru ta’ detenturi ta’ warrant u
ghandu, mhux iktar tard minn tliet xhur wara tmiem kull sena,
jippubblika fil-Gazzetta lista ta’ persuni li, fl-31 ta’ Dicembru ta’
dik is-sena, kienu registrati bhala detenturi ta’ warrant mahrug bis-
sahha ta’ dan l-Att. Bl-istess mod u fl-istess zmien, il-Bord ghandu
jippubblika lista ta’ socjetajiet registrati skond l-artikolu 9.
Kamra tal-Periti u 
s-setgha tal-
Ministru li jaghmel 
regolamenti. 
Emendat:
XVIII. 2002.10.
8. (1) Id-detenturi ta’ warrant kollha ghandu jkollhom id-
dritt li jkunu membri tal-Kamra u li jiehdu sehem fl-attivitajiet
taghha.
(2) Il-Ministru ghandu s-setgha li jaghmel regolamenti -
(a) li jippreskrivu l-kundizzjonijiet u r-regoli mehtiega
ghall-kostituzzjoni u l-amministrazzjoni skond il-ligi
tal-Kamra, ghaz-zamma taghha, u ghall-validita  tad-
decizjonijiet taghha, kif ukoll sabiex jigu stabbiliti l-
funzjonijiet u s-setghat taghha;
(b) li jassenjaw lill-Kamra d-dmir li tinvestiga l-akkuzi ta’
ARKITETTIUINGINIERICIVILI(PERITI) g K AP. 390.      5
imgieba hazina jew abbuz professjonali maghmulin
kontra detentur ta’ warrant dwar l-ezercizzju tal-
professjoni tieghu jew dwar hwejjeg li jkollhom
x’jaqsmu mal-professjoni;
(c) li jaghtu lill-Kamra setghat dixxiplinarji dwar kull
imgieba hazina, jew abbuz imsemmi fil-paragrafu (b),
b’dawk il-mezzi u l-modi li jkunu preskritti
b’regolamenti:
Izda ma tista’ tinghata ebda piena mill-Kamra
qabel ma d-detentur ta’ warrant li jkun qed jigi akkuzat
jinghata l-opportunita  kollha biex jiddefendi ruhu, bla
hsara tal-jedd tieghu li jappella mid-decizjoni tal-
Kamra lill-Qorti ta’ l-Appell fiz-zmien u bil-mod li
jigu hekk preskritti minn zmien ghal zmien;
(d) li jipprovdu dwar it-twettiq tad-decizjonijiet tal-Kamra
u tal-Bord.
Socjetajiet ta’ 
detenturi ta’ 
warrant.
9. (1) Zewg detenturi jew izjed ta’ warrant jistghu jiffurmaw
socjeta  civili, hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "socjeta  ta’
detenturi ta’ warrant", li jkollha bhala l-iskop wahdieni taghha x-
xoghol tal-professjoni u li jkollha dawk is-setghat li jistghu jkunu
mehtiega biex jintlahqu l-ghanijiet tas-socjeta .
(2) Ebda persuna li ma tkunx detentur ta’ warrant ma tista’ tkun
socju f’socjeta  ta’ detenturi ta’ warrant.
(3) Kull socjeta  bhal dik ghandha, meta tkun iffurmata kif
imiss skond il-ligi u wara li jsir il-hlas tad-dritt preskritt, tigi
registrata mill-Bord, u ma’ dik ir-registrazzjoni s-socji jkunu,
sakemm is-socjeta  tibqa’ hekk registrata, awtorizzati li jagixxu
f’isem u in rapprezentanza tas-socjeta , li jkollha l-jedd li tuza t-
titolu "Periti".
(4) Kull socjeta  bhal dik ghandha taghti lill-Ministru jew lill-
Bord dak it-taghrif li jkunu ragonevolment jehtiegu jew li jista’ jigi
preskritt, u ghandha taghti avviz lill-Ministru jew lill-Bord dwar
kull tibdil rilevanti f’kull taghrif li qabel ikun inghata lilhom fi
zmien hmistax-il jum wara d-data li fiha jkun sar dak it-tibdil.
Disposizzjonijiet 
applikabbli ghal 
socjetajiet ta’ 
detenturi ta’ 
warrant.
10. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ xi ligi ohra jew ta’ xi
ftehim iehor kuntrarju, dawn id-disposizzjonijiet li gejjin
ghandhom japplikaw ghal socjeta  ta’ detenturi ta’ warrant taht dan
l-Att -
(a) is-socji jkunu responsabbli in solidum ghal kull ghemil
u nuqqas ta’ kull wiehed minnhom fil-qadi tad-
dmirijiet professjonali taghhom, fiz-zamma tal-livell u
l-imgieba professjonali mehtiega u b’mod generali fit-
twettiq ta’ l-obbligi taghhom taht dan l-Att jew taht xi
ligi ohra applikabbli, u ghandhom ukoll ikunu
responsabbli in solidum ghal kull telf jew danni
rizultanti;
(b) kull ghemil jew haga li tista’ ssir minn detentur ta’
warrant tista’ ssir minn wiehed jew izjed mis-socji
f’isem is-socjeta , u kull ghemil jew haga li ssir f’isem
  6      KAP. 390. h       ARKITETTIUINGINIERICIVILI(PERITI)
is-socjeta  ghandha ssir minn wiehed jew izjed mis-
socji;
(c) ir-responsabbiltajiet u l-obbligi ghal kull haga li tkun
saret jew li tkun naqset milli ssir matul il-perijodu li
fih id-detentur ta’ warrant kien socju f’socjeta  ta’
"Periti" ma ghandhomx jieqfu, dwar dik il-persuna,
minhabba li din tkun irtirat, mietet jew ghal xi raguni
ohra li minhabba fiha ma tibqax socju.
Assigurazzjoni 
ghal indennizz 
minn detentur ta’ 
warrant jew minn 
socjeta  ta’ 
detenturi ta’ 
warrant.
11.* (1) Kull detentur ta’ warrant jew socjeta  registrati taht
dan l-Att jistghu jkunu mehtiega li jkunu koperti minn
assigurazzjoni ghal indennizz minn dik il-kumpannija, b’dak il-
mod u ghal dak l-ammont li jistghu jigu preskritti, kontra kull
responsabbilta  li d-detentur tal-warrant jew is-socjeta  jista’
jkollhom ghal kumpens dwar xi telf jew danni lil xi persuna jew
haga minhabba xi ghemil, zball jew nuqqas negligenti li jkun sar
mid-detentur tal-warrant, mis-socjeta , minn xi socju taghha, jew
minn xi wiehed mill-impjegati taghhom, kif ukoll kontra kull talba
dwar kull telf jew danni li jinholqu jew li jkun hemm kontribut
ghalihom b’xi ghemil jew nuqqas kriminali jew doluz ta’ xi wiehed
mill-impjegati taghhom:
Izda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
ghandhomx ikunu japplikaw ghal detenturi ta’ warrant li jkunu, u
ghal dak iz-zmien li jkunu, impjegati mal-Gvern, f’kariga civili jew
militari, dwar id-dmirijiet ufficjali taghhom.
(2) Kull detentur ta’ warrant jew socjeta  ta’ detenturi ta’
warrant li jkunu marbutin li jkunu koperti minn assigurazzjoni ghal
indennizz taht dan l-artikolu ghandhom, ta’ kull sena fi zmien
gimgha minn meta jkunu kkuntrattaw jew geddu dik l-
assigurazzjoni ghal indennizz, javzaw lill-Bord bil-miktub dwar l-
isem tal-kumpannija assiguratrici u n-numru relattiv tal-polza ta’
assigurazzjoni.
Ftehim projbit.  12. Kull ftehim jew arrangament li jkollu l-hsieb li jezenta lil
detentur ta’ warrant jew socjeta  ta’ detenturi ta’ warrant minn xi
responsabbilta , piz jew dmir taht dan l-Att jew taht xi ligi ohra, jew
li jehlishom minnhom jew, hlief taht assigurazzjoni ghal indennizz
maghmula taht l-artikolu 11, biex jinghatalhom indennizz kontra
kull responsabbilta , piz jew dmir bhal dawk, ikun null u minghajr
effett.
Skwalifika ta’ 
detentur ta’ 
warrant. 
Kap. 9. 
13. (1) Il-kundanna minn tribunal kompetenti ghal reat li
ghalih hemm il-prigunerija ghal zmien ta’ iktar minn sena,
minbarra omicidju involontarju jew reati ohra kontra l-persuna li
jkunu skuzabbli skond il-Kodici Kriminali, iggib l-iskwalifika
perpetwa li wiehed jikseb jew izomm il-warrant.
(2) Dik l-iskwalifika ghandha fil-kaz ta’ detentur ta’ warrant
tigi dikjarata mill-Ministru b’avviz li jigi pubblikat fil-Gazzetta u li
jigi notifikat lill-persuna skwalifikata, kemm-il darba din ma tkunx
giet hekk interdetta bis-sentenza innifisha.
*Ghadu mhux fis-sehh.
ARKITETTIUINGINIERICIVILI(PERITI) g K AP. 390.      7
(3) Il-Ministru jista’, f’kull zmien, u jekk il-Bord hekk
jirrakomanda, b’ordni jnehhi l-iskwalifika dikjarata minnu.
Cessjoni ta’ 
warrant jew 
registrazzjoni ta’ 
socjeta .
14. (1) Warrant jew registrazzjoni ta’ socjeta  ta’ detenturi ta’
warrant mahruga, moghtija jew maghmula skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jistghu jigu rtirati jew imhassra mill-
Ministru, fuq it-talba tad-detentur tal-warrant, jew socjeta , skond
il-kaz.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), warrant
gdid jew registrazzjoni gdida ta’ socjeta  ta’ detenturi ta’ warrant
jistghu jinhargu, jinghataw jew isiru f’kull zmien jekk il-
kondizzjonijiet ghal dak il-hrug jew registrazzjoni jkunu gew
sodisfatti.
Sospensjoni jew 
revoka ta’ warrant 
jew registrazzjoni 
ta’ socjeta.
15. Il-Ministru jista’, b’ordni bil-miktub, jissospendi, jirrevoka
jew ihassar warrant, jew registrazzjoni ta’ socjeta  ta’ detenturi ta’
warrant, jekk id-detentur tal-warrant, jew wiehed mis-socji tas-
socjeta , skond il-kaz -
(a) ikun instab hati, wara inkjesta mill-Kamra, salv id-
dritt ta’ appell quddiem il-Qorti ta’ l-Appell ta’ dawn
l-atti jew nuqqasijiet li gejjin:
(i) dizonesta , imgieba hazina jew negligenza serja
fl-ezercizzju tal-professjoni tieghu;
(ii) imgieba li tiskredita l-professjoni;
(iii) nuqqas ta’ tharis ta’ regolamenti dwar il-livell
jew prattika professjonali;
(iv) nuqqas ta’ tharis ta’ xi kundizzjoni mqieghda
f’warrant mahrug taht id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 17; jew
(b) ikun instab hati minn qorti kompetenti ta’ reat taht id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti li
jsiru tahtu; jew
(c) minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 13, ikun instab hati minn qorti kompetenti ta’
delitt li jolqot il-fiducja pubblika jew serq jew frodi
jew li xjentement ikun ircieva proprjeta  miksuba
b’serq jew frodi.
Effetti tar-revoka 
jew sospensjoni ta’ 
warrant, jew 
registrazzjoni ta’ 
socjeta .
16. Meta warrant mahrug taht dan l-Att jigi rtirat, sospiz jew
revokat, il-persuna li lilha jkun inhareg il-warrant ma tibqax tkun
id-detentur ta’ dak il-warrant, jew tigi sospiza mill-ezercizzju tal-
professjoni taghha, skond il-kaz, u ma ghandhiex tibqa tuza, jew
ghandha tissospendi, l-uzu tat-titolu "Perit"; u meta tithassar ir-
registrazzjoni ta’ socjeta  ta’ detenturi ta’ warrant il-membri ta’ dik
is-socjeta  u s-socjeta  ma ghandhomx jibqghu jagixxu f’isem u in
rapprezentanza tas-socjeta  u s-socjeta  ma ghandhiex tibqa’ tuza t-
titolu "Periti".
Il-Ministru jista’ 
johrog warrant 
gdid. 
17. Il-Ministru, li jagixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord,
jista’, wara li tghaddi sena mid-data tar-revoka jew irtir tal-warrant
jew it-thassir ta’ socjeta  ta’ detenturi ta’ warrant, johrog warrant
gdid jew jawtorizza r-registrazzjoni ta’ socjeta  taht id-
  8      KAP. 390. h       ARKITETTIUINGINIERICIVILI(PERITI)
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, taht dawk il-kondizzjonijiet li l-
Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord jista’ jqis li jkunu
mehtiega.
Reati.  18. (1) Kull persuna li, sabiex tikseb warrant,  jew
registrazzjoni ta’ socjeta  ta’ detenturi ta’ warrant, taht id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, taghti taghrif hazin jew xort’ohra
tagixxi b’mod qarrieqi jew bi frodi tkun hatja ta’ reat u tehel, meta
tinsab hatja, multa ta’ mhux izjed minn elf lira jew prigunerija ghal
zmien ta’ mhux izjed minn tnax-il xahar jew dik il-multa u
prigunerija flimkien.
(2) Kull persuna li, meta ma tkunx id-detentur ta’ warrant,
tassumi jew tuza t-titlu "Perit", jew b’xi mod turi li jkollha l-jedd li
tezercita l-professjoni, tkun hatja ta’ reat u tehel, meta tinsab hatja,
multa ta’ mhux izjed minn hames mitt lira jew prigunerija ghal
zmien ta’ mhux izjed minn sitt xhur jew dik il-multa u prigunerija
flimkien, u dwar it-tieni reat jew reati ohra sussegwenti multa ta’
mhux izjed minn hamest elef lira jew prigunerija ghal zmien ta’
mhux izjed minn sentejn jew dik il-multa u prigunerija flimkien.
(3) Kull persuna li tuza t-titlu "Periti" dwar socjeta  ta’ detenturi
ta’ warrant, meta tkun taf li dik is-socjeta  ma tkunx registrata
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew b’xi mod ikun li jkun
xjentement taghmel uzu minn isem falz li jindika li tezisti socjeta
ta’ detenturi ta’ warrant registrata kif imsemmi qabel, tkun hatja
ta’ reat u tehel, meta tinsab hatja, multa ta’ mhux izjed minn hames
mitt lira jew prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sitt xhur
jew dik il-multa u prigunerija flimkien, u dwar it-tieni reat jew reati
ohra sussegwenti multa ta’ mhux izjed minn hamest elef lira jew
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sentejn jew dik il-multa
u prigunerija flimkien.
(4) Kull persuna li, meta ma tkunx detentur ta’ warrant skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, tezercita l-professjoni tkun hatja
ta’ reat u tehel, meta tinsab hatja, multa ta’ mhux izjed minn hames
mitt lira jew prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sitt xhur
jew dik il-multa u prigunerija flimkien, u dwar it-tieni reat jew reati
ohra sussegwenti multa ta’ mhux izjed minn hamest elef lira jew
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sentejn jew dik il-multa
u prigunerija flimkien.
(5) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11
tkun hatja ta’ reat u tehel, meta tinsab hatja, multa ta’ mhux inqas
minn mitejn lira izda mhux izjed minn elfejn lira u fil-kaz ta’ reat
kontinwu multa addizzjonali ta’ tletin lira ghal kull jum li matulu
jkompli r-reat.
Disposizzjonijiet 
ohra dwar reati. 
19. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li jistabbilixxu reati u
pieni dwarhom ma jolqtux l-applikazzjoni ta’ xi ligi ohra li
tistabbilixxi reati u pieni dwar l-istess atti jew ommissjonijiet u ma
ghandhomx, b’mod partikolari, jolqtu l-applikazzjoni ta’ xi piena
oghla taht xi ligi ohra.
Kap. 446. (2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
ghandhomx japplikaw ghal dan l-Att.
(3) Ghall-finijiet ta’ l-artikolu 18(2) u (3), l-uzu fuq xi biljett,
ARKITETTIUINGINIERICIVILI(PERITI) g K AP. 390.      9
karta ta’ l-ittri, tabella, kartellun, pjanca, reklam jew mezz,
strument jew dokument iehor miktub, stampat jew imnaqqax, tal-
kelma "Perit" jew "Arkitett" jew xi wahda minn dawk il-kliem uzati
flimkien mal-kliem "Inginier Civili" jew "Inginier Strutturali", ikun
prova bizzejjed ta’ l-gharfien ta’ dak l-uzu mill-persuna li dwar
isimha l-imsemmija kelma tkun uzata, kemm-il darba dik il-persuna
ma tippruvax li l-uzu ta’ dik il-kelma sar minghajr l-gharfien
taghha u li meta saret taf bih hadet il-passi xierqa biex twaqqfu.
(4) Ghall-finijiet ta’ dan l-Att -
(a) persuna ma titqiesx li tezercita l-professjoni ta’
detentur ta’ warrant jekk tagixxi bhala impjegat ta’,
jew bhala assistent ta’, detentur ta’ warrant jew ta’
socjeta  ta’ detenturi ta’ warrant u ma tohrog ebda
certifikazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-arkitettura
jew inginerija civili bil-firma taghha;
(b) sal-limitu li jigi hekk preskritt, persuna ma titqiesx li
tezercita l-professjoni ta’ detentur ta’ warrant jekk din
tkun f’dak l-impieg jew ikollha jew tagixxi f’dik il-
kariga, jew tkun taghmel biss dak ix-xoghol, dawk is-
servizzi, dak l-ghemil jew dawk il-funzjonijiet kif
jistghu jigu preskritti.
Regolamenti. 
Emendat:
XVIII. 2002.10.
20. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kamra, jaghmel
regolamenti biex jaghtu effett lil kull wahda mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att u b’mod generali biex tigi regolata l-professjoni, u, bla
hsara ghall-generalita  ta’ dak imsemmi qabel, dawk ir-regolamenti
jistghu b’mod partikolari jinkludu disposizzjonijiet dwar -
Kap. 12. 
(a) l-ghemil ta’ tariffa ta’ drittijiet li ghandhom jithallsu
lil detenturi ta’ warrant ghal xoghol u servizzi
professjonali mhux imsemmija fit-Tariffa K ta’ l-
Iskeda A li tinsab mal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u
Procedura Civili;
(b) id-drittijiet li jistghu jintalbu ghall-hrug ta’ warrant
jew ghar-registrazzjoni ta’ socjeta  ta’ detenturi ta’
warrant, jew ghal kopji taghhom;
Kap. 450.
Rikonoxximent Reciproku ta’ Kwalifiki u r-
regolamenti kollha maghmulin tahtu, dwar ir-
rikonoxximent reciproku ta’ kwalifiki ta’ perit
(d) kull haga li hija mehtiega jew awtorizzata b’dan l-Att
li tigi preskritta.
Rizerva. 
Kap. 44 - Revokat.
21. (1) Ir-regolamenti kollha maghmula taht l-Ordinanza dwar
l-Arkitetti, hawnhekk izjed ’il quddiem f’dan l-artikolu msejha "l-
Ordinanza", ghandhom ikomplu japplikaw kif kienu fis-sehh qabel
il-bidu fis-sehh ta’ dan l-artikolu, sa meta jigu revokati jew
emendati, b’dawk il-modifiki, adattamenti u limitazzjonijiet li
jistghu jkunu mehtiega skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Kull warrant moghti qabel il-bidu fis-sehh ta’ dan l-Att taht
id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza ghandu, minkejja kull haga li
tinsab f’dan l-Att, jibqa’ fis-sehh wara l-bidu fis-sehh ta’ dan l-Att
  10      KAP. 390. h       ARKITETTIUINGINIERICIVILI(PERITI)
u ghandu jitqies li jkun gie moghti taht dan l-Att u ghandu jkun
regolat bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Il-Kamra ta’ l-Arkitetti stabbilita bl-Ordinanza ghandha
tkompli bhala l-Kamra msemmija fl-artikolu 8.
