AWDITUR GENERALI U L-UFFICCJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKAgKAP. 396. 1
KAPITOLU 396
ATT DWAR L-AWDITUR GENERALI U 
L-UFFICCJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
Dwar l-Awditur Generali u l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika, li
jistabbilixxi d-dmirijiet ta’ Awditur Generali u l-mod kif l-Awditur
Generali jaghmel rapporti lill-Parlament, u li jipprovdi ghall-mod kif
ghandhom jinghataw flejjes lill-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika u l-mod li
bih il-kontijiet ta’ l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika ghandhom jigu
verifikati u jsir rapport dwarhom, kif ukoll kull haga ancillari u
konsegwenzjali ghal dan.
25 ta’ Lulju, 1997
Sar ligi bl-ATT XVI ta’ l-1997, kif emendat bl-Att XIV ta’ l-1999.
Titolu fil-qosor.
Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika.
Tifsir. 
xort’ ohra -
"Awditur Generali" u "Deputat Awditur Generali" ifissru l-
Awditur Generali u d-Deputat Awditur Generali mahtura skond l-
artikolu 108 tal-Kostituzzjoni;
"Kostituzzjoni" tfisser il-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika" tfisser l-Ufficcju Nazzjonali
tal-Verifika mwaqqaf bl-artikolu 108 tal-Kostituzzjoni.
Gurament tal-
kariga.
3. L-Awditur Generali u d-Deputat Awditur Generali
ghandhom jiehdu dan il-gurament tal-kariga:
"Jien ........................................ nahlef li se nwettaq il-
funzjonijiet ta’ Awditur Generali/Deputat Awditur Generali
onestament u diligentement, skond il-Kostituzzjoni u kull ligi ohra
li tista’ tkun tapplika ghal dan minn zmien ghal zmien u minghajr
biza’ jew favur u mill-ahjar li nista’.".
Setgha li l-Awditur 
Generali jaghti 
guramenti, ecc.
Kap. 273.
4. L-Awditur Generali jista’ jezamina, f’dak li ghandu
x’jaqsam mal-funzjonijiet tieghu skond il-Kostituzzjoni jew kull
ligi ohra, lil persuna bil-gurament dwar kull haga li jkollha
x’taqsam ma’ xi kont li jkun jaqa’ taht il-verifika tieghu u huwa
jkollu setghat kollha daqskemm bis-sahha ta’ l-Att dwar l-Inkjesti
huma moghtija lic-chairman ta’ bord ta’ inkjesta bis-sahha ta’ dak
l-Att, u d-disposizzjonijiet ta’ dak l-Att ghandhom ikunu japplikaw
ghall-Awditur Generali fit-twettiq tal-funzjonijiet tieghu hawn
aktar qabel imsemmija bhallikieku kien chairman mahtur skond dak
l-Att.
Mod kif l-Awditur 
Generali jaghmel 
rapport lill-
Parlament.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att ghandhom ikunu japplikaw ghar-rapporti li l-Awditur Generali
ghandu jaghmel lill-Parlament skond l-artikolu 108 tal-
Kostituzzjoni.
2 KAP. 396.h AWDITUR GENERALI U L-UFFICCJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
Ghoti ta’ flejjes, 
ecc., lill-Ufficcju 
Nazzjonali tal-
Verifika.
Emendat:
XIV. 1999.4.
6. (1) Id-disposizzjonijiet tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att ghandhom ikunu japplikaw ghar-reklutagg ta’ persunal fl-
Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika, ghas-setghat ta’ l-Awditur
Generali u ta’ l-ufficcju tieghu, ghall-ghoti ta’ flejjes lill-Ufficcju
Nazzjonali tal-Verifika, ghaz-zamma ta’ kontijiet f’dak l-ufficcju u
ghall-verifika sew taghhom.
(2) Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar 1-Ufficcju Nazzjonali tal-
Verifika mwaqqaf taht it-Taqsima IV tat-Tieni Skeda li tinsab ma’
dan 1-Att ghandu jkollu s-setghat u 1-funzjonijiet stabbiliti fl-
imsemmija Tieni Skeda kif ukoll dawk is-setghat u funzjonijiet
ohra kollha li jistghu jigu lilu assenjati b’kull ligi ohra li tkun.
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 5)
Rapporti ta’ l-Awditur Generali
1. (a) L-Awditur Generali ghandu jaghmel dawk l-ezamijiet
u inkjesti fil-kontijiet tad-dipartimenti jew ufficcji
kollha tal-Gvern ta’ Malta, jew ta’ dawk il-korpi l-ohra
li hu tenut li jirrapporta dwar il-kontijiet taghhom
skond kull ligi, hekk kif jidhirlu li jkun mehtieg sabiex
ikun jista’ jirrapporta dwarhom kif mehtieg li jaghmel
bil-Kostituzzjoni jew b’kull ligi ohra.
Kap. 174.
(b) L-Awditur Generali ghandu jispezzjona mill-inqas
darba ta’ kull sena kull titolu mizmum f’Malta u
ghandu jivverifika l-prospett ta’ x’ikunu jirrendu ta’
kull sena t-titoli kollha mizmuma f’Malta u barra minn
Malta li jithejja mill-Accountant General  skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
Finanzjarja u l-Verifika.
Kap. 174.
(c) L-Awditur Generali ghandu jezamina flimkien mal-
kotba tat-Tezor id-dikjarazzjonijiet li l-Accountant
General hu mehtieg li jhejji u jghaddilu skond l-Att
dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika;
huwa ghandu jiccertifikahom u jibghathom lura lill-
Accountant General fi zmien gimghatejn minn meta
jkunu waslu ghandu.
(d) Jekk l-Awditur Generali jaghmel xi oggezzjoni ghal xi
parti minn dawk id-dikjarazzjonijet, huwa ghandu
jiccertifika dan billi jaghmel fuqhom dawk ir-rimarki
li huwa jahseb li jkunu adatti, u d-dikjarazzjonijiet
ghandhom jigu pubblikati u mqeghdin fuq il-Mejda
tal-Kamra tad-Deputati flimkien ma’ dawn ir-rimarki.
Kap. 174.
(e) L-Awditur Generali ghandu jezamina d-
dikjarazzjonijiet u l-kontijiet imhejjijin u lilu mibghuta
mill-Accountant General skond ma hemm fl-Att dwar
l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika u ghandu
jaghmel rapport skond ma hemm provdut u hu mehtieg
b’dan l-Att, bl-Att dwar l-Amministrazzjoni
AWDITUR GENERALI U L-UFFICCJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKAgKAP. 396. 3
Finanzjarja u l-Verifika u ta’ kull regolament maghmul
bis-sahha taghhom, jew hekk kif l-Awditur Generali
jista’ jahseb li jkun sewwa u xieraq.
Kap. 174.
2. L-Awditur Generali ghandu jezamina, b’mod partikolari,
dawk il-kotba u notamenti li d-dipartimenti tal-Gvern huma
mehtiega li jzommu bl-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u
l-Verifika jew bis-sahha tieghu jew b’kull ligi ohra li tista’ minn
zmien ghal zmien temenda, tissupplimenta jew tissostitwixxi dak l-
Att, u ghandu f’dak ir-rapport jiddikjara l-fehma tieghu dwar jekk
dawk il-kotba u notamenti jkunx tassew fihom dak it-taghrif li jkun
mehtieg skond policies dikjarati dwar il-verifika tal-Gvern ta’
Malta.
3. L-Awditur Generali jista’ jezamina jekk dipartiment,
ufficcju jew korp iehor li jkun qieghed jivverifika l-kontijiet
taghhom ikunux uzaw il-fondi u r-rizorsi disponibbli b’mod
effettiv, efficjenti u ekonomiku minghajr ma jinkorru xi spiza li ma
tkunx mehtiega.
4. Ebda haga fil-paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda ma ghandha
tiftiehem li taghti jedd lill-Awditur Generali li jidhol fil-meriti ta’
xi policy jew ghan ta’ dak id-dipartiment, ufficcju jew korp.
5. L-Awditur Generali ghandu ta’ kull sena jaghmel rapport
lill-Kamra tad-Deputati dwar: 
(i) ix-xoghol u l-attivitajiet ta’ l-Ufficcju
Nazzjonali tal-Verifika; u
(ii) jekk fil-qadi ta’ dmirijietu huwa jkunx ircieva l-
informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet kollha minnu
mehtiega.
6. Kull rapport li jsir skond il-paragrafu 5 ghandu jigbed l-
attenzjoni ghal kull haga li l-Awditur Generali jqis li jkollha certu
importanza u li tkun ta’ xorta li ghandha tingieb ghall-attenzjoni
tal-Kamra tad-Deputati, inkluz b’mod partikolari kull kaz li fih
seta’ osserva illi -
(i) l-kontijiet u n-notamenti ma jkunux inzammu
fedelment u b’mod xieraq jew li ma jkunx
inghata kont sew ta’ flejjes pubblici jew li dawn
ma jkunux thallsu fil-Fond Konsolidat kif jista’
jkun mehtieg bil-ligi;
(ii) ma jkunux inzammu notamenti essenzjali jew li
r-regoli u l-proceduri applikati ma kienux
sufficjenti sabiex jissalvagwardjaw u
jikkontrollaw il-proprjeta pubblika, sabiex
jassiguraw verifika effettiva fuq l-istima, il-gbir
u l-allokazzjoni xierqa tad-dhul u sabiex
jizguraw li kull nefqa tkun saret skond kif tkun
awtorizzata li ssir;
Kap. 174.
(iii) flejjes pubblici jkunu ntefqu ghal ghanijiet li ma
jkunux dawk li ghalihom ikunu gew approprjati
mill-Parlament jew b’xi mod iehor li ma jkunx
skond l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja
u l-Verifika jew kull ligi ohra li tkun temenda,
4 KAP. 396.h AWDITUR GENERALI U L-UFFICCJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
tissupplementa jew tissostitwixxi dak l-Att;
(iv) flejjes pubblici jkunu ntefqu b’mod mhux
ekonomiku jew minghajr ma jkun tqies sew
kemm dak l-infiq seta’ kien effettiv u effikaci;
(v) ma jkunux gew stabbiliti proceduri sodisfacenti
sabiex jitqies u jigi rappurtat kemm programmi
ta’ nfiq ikunu effettivi, meta dawk il-proceduri
kellhom b’mod ragonevoli jigu stabbiliti.
7. Kull rapport li jsir mill-Awditur Generali skond il-
paragrafu 5 ta’ din l-Iskeda ghandu jigi prezentat lill-iSpeaker tal-
Kamra tad-Deputati mhux izjed tard minn tnax-il xahar wara tmiem
is-sena finanzjarja li jkun qed isir rapport dwarha, u l-iSpeaker
ghandu jqieghed kull rapport bhal dak quddiem il-Kamra tad-
Deputati fis-seduta li jkun imiss tal-Kamra wara li huwa jkun
ircieva r-rapport.
8. (a) L-Awditur Generali jista’ jaghmel rapporti specjali
lill-Kamra tad-Deputati -
(i) dwar kull kwistjoni li jkollha certu importanza
jew urgenza; jew
(ii) fejn jittratta dwar verifika fuq jekk kienx hemm
valur tajjeb ghal li jintefaq ghar-rigward ta’ l-
efficjenza u l-effettivita ta’ xi dipartiment,
ufficcju jew korp.
(b) L-iSpeaker ghandu jqieghed dak ir-rapport quddiem il-
Kamra tad-Deputati fl-ewwel seduta tal-Kamra li tkun
tmiss wara li jasallu r-rapport.
9. (a) L-Awditur Generali jista’ sew personalment sew
permezz ta’ l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika, bl-
inizjattiva ta’ l-Awditur Generali nnifsu jew fuq talba
tal-Ministru responsabbli ghall-finanzi jew ta’ mill-
anqas tliet membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet
Pubblici jew ta’ xi Kumitat iehor bhal dak tal-Kamra
tad-Deputati li minn zmien ghal zmien jista’
jissostitwixxi lil dak il-Kumitat, jaghmel inkjesta u
jirrapporta dwar:
(i) kull haga li jkollha x’taqsam mal-finanzi tal-
Gvern, proprjeta jew fondi amministrati jew taht
il-kontroll ta’ xi dipartiment jew ufficcju tal-
Gvern jew ta’ xi korp li l-kontijiet tieghu ikunu
suggetti ghall-verifika tieghu;
(ii) dawk il-kontijiet u rapporti finanzjarji li
jitqieghdu quddiem il-Kamra tad-Deputati bis-
sahha ta’ xi ligi jew skondha.
(iii) il-kontijiet ta’ dawk l-awtoritajiet pubblici jew
korpi li jamministraw, ikollhom f’idejhom jew
juzaw fondi li jappartjenu direttament jew
indirettament lill-Gvern ta’ Malta;
(iv) il-funzjonijiet ta’ kumpanniji jew entijiet ohra
fejn il-Gvern ta’ Malta jkollu mhux anqas minn
AWDITUR GENERALI U L-UFFICCJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKAgKAP. 396. 5
51 fil-mija ta’ l-ishma;
(v) kull haga ohra kif jista’ jigi stabbilit bi jew taht
xi ligi.
(b) L-iSpeaker ghandu jqieghed dak ir-rapport quddiem il-
Kamra tad-Deputati fl-ewwel seduta tal-Kamra li tkun
tmiss wara li jasallu r-rapport.
(c) L-Awditur Generali jista’ jaghti parir lil kull
dipartiment jew ufficcju tal-Gvern, jew lil kull korp li
s-sub-paragrafu (a) ta’ dan il-paragrafu japplika
ghalih, dwar kull haga li tinkixef matul dik l-inkjesta.
10. (a) Meta l-Awditur Generali jikxef xi irregolarita serja f’xi
dipartiment jew ufficcju tal-Gvern, jew f’xi korp li
dwaru jkollu s-setgha li jaghmel verifika, din ghandha
titgharraf mill-Awditur Generali lill-Ministru
responsabbli ghal dak id-dipartiment, ufficcju jew korp
tal-Gvern.
Kap. 174.
(b) (i) L-Awditur Generali jista’ jaghmel rapport lill-
iSpeaker dwar kull persuna li tkun qed twettaq
dmirijietha f’dak id-dipartiment jew ufficcju tal-
Gvern, jew korp li dwaru jkollu s-setgha li
jaghmel verifika, u li jonqos milli jhares id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ l-Att dwar
l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, jew
ta’ xi regolament maghmul bis-sahha taghhom.
Kap. 174.
(ii) L-Awditur Generali ghandu jaghmel rapport fuq
dik il-persuna lill-Ministru responsabbli ghal
dak id-dipartiment, ufficcju jew korp tal-Gvern
u jista’ jirrakkomanda li l-Ministru jaddebita lil
dik il-persuna bl-ammont ta’ dizavvanz jew telf
jew pagament mhux dovut li jirrizulta min-
nuqqas ta’ tharis ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-
Att, jew ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
Finanzjarja u l-Verifika, jew ta’ xi regolament
maghmul bis-sahha taghhom.
(iii) Kull min ihoss ruhu aggravat bl-addebitament li
jsirlu jkollu jedd jikkontesta dak l-addebitament
billi jistitwixxi kawza kontra l-Ministru fil-
Prim’Awla tal-Qorti Civili mhux aktar tard minn
xahar wara li jkun inghatalu avviz ta’ l-
addebitament, u dak l-addebitament m’ghandux
jibda jsehh qabel ma jiskadi xahar jew f’dak iz-
zmien li matulu tkun ghadha pendenti dik il-
kawza fil-qorti.
(iv) L-Awditur Generali ghandu jaghmel rapport
dwar persuna li b’qerq tapplika jew li b’qerq
tikkaguna jew tippermetti li jigu applikati flejjes
pubblici ghal skopijiet ohra li mhumiex ta’
servizz pubbliku, jew li jkun ghandu jrodd jew
jaghti flejjes pubblici, lill-Ministru, li mbaghad
ghandu jiehu dawk il-passi li jista’ jqis xierqa
sabiex jitmexxa kontra dik il-persuna skond il-
6 KAP. 396.h AWDITUR GENERALI U L-UFFICCJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
ligi; izda ebda haga li tinsab f’dan il-paragrafu
m’ghandha zzomm li jinbdew procedimenti
kontra dik il-persuna minn xi persuna ohra li ma
tkunx il-Ministru.
(c) L-Awditur Generali ghandu jaghmel kull mistoqsija u
osservazzjoni lil kull accounting officer jew ufficjal li
b’xi mod ikollu x’jaqsam ma’ li jircievi jew ihallas
flejjes pubblici u jitlob kull spjegazzjoni skond ma
jkun jidhirlu li jkun mehtieg. Kull mistoqsija u
osservazzjoni bhal dawk li tigi indirizzata lil dawk l-
ufficjali ghandha tintbaghat lura minnhom lill-Awditur
Generali flimkien mat-twegiba mehtiega minghajr
dewmien. Fil-kaz ta’ xi dewmien mhux tas-soltu, jew
li ma tinghatax raguni dwaru, fl-ghoti ta’ risposta, jew
fil-kaz ta’ risposta mhux sodisfacenti, ghall-
mistoqsijiet jew osservazzjonijiet minnu maghmula, l-
Awditur Generali ghandu jaghmel rapport dwar ic-
cirkostanzi lill-Ministru responsabbli ghal dak id-
dipartiment jew ufficcju tal-Gvern, jew korp li dwaru
jkollu s-setgha li jaghmel il-verifika tieghu, li jkollu
x’jaqsam mal-kaz.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 6)
Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika
TAQSIMA I
Funzjonarji ta’ l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika
1. L-Awditur Generali ghandu jahtar dak l-ghadd u dawk il-
kategoriji ta’ funzjonarji fl-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika skond
kemm huwa jqis li jkunu mehtiega biex jassistuh fit-twettiq ta’
dmirijietu skond il-ligi.
2. Dawk il-funzjonarji jinhatru b’dawk il-patti u jircievu dik
ir-rimunerazzjoni li tista’ tigi hekk stabbilita mill-Awditur
Generali.
TAQSIMA II
Setghat ta’ l-Awditur Generali u ta’ l-Ufficcju Nazzjonali
tal-Verifika
3. Hlief hekk kif jista’ jigi espressament provdut b’xi ligi, l-
Awditur Generali, u kull ufficjal awtorizzat ta’ l-Ufficcju
Nazzjonali tal-Verifika, ikollu jedd ta’ access hieles f’kull zmien
ragonevoli dwar dik l-informazzjoni minghand funzjonarji u
persunal iehor ta’ dipartimenti u ufficcji tal-Gvern, jew minghand
dawk il-korpi li jkunu suggetti ghall-verifika tieghu, li huma
jistghu jenhtiegu biex iwettqu dmirijiethom sew skond il-ligi, u
huma jkollhom jedd li jircievu minghand dawk il-funzjonarji u
persunal iehor dawk ir-rapporti u spjegazzjonijiet li huma jistghu
jqisu li jkunu mehtiega ghal dawk l-ghanijiet.
AWDITUR GENERALI U L-UFFICCJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKAgKAP. 396. 7
4. L-Awditur Generali jista’ wkoll jordna li jsiru ricerki, u li
jittiehdu estratti, minn kull ktieb, dokument jew record li jkun
hemm gewwa xi fond ta’ dipartiment jew ufficcju tal-Gvern, jew
ta’ korpi li dwarhom ikollu s-setgha li jaghmel verifika, minghajr
ma jkollu jhallas ebda dritt ghal dak li jaghmel minkejja kull ligi
jew regolament li jkun jghid xort’ohra.
5. Sabiex ikun jista’ jwettaq dmirijietu b’mod iktar effettiv, l-
Awditur Generali jista’ jqieghed lil xi membru mill-persunal tieghu
fl-ufficini ta’ xi dipartiment jew ufficcju tal-Gvern jew ta’ xi korp
iehor li jkun suggett ghall-verifika tieghu, u dak id-dipartiment,
ufficcju jew korp ghandhom jaghtu lil dik il-persuna l-
akkommodazzjoni mehtiega f’dak l-ufficcju.
6. L-Awditur Generali ghandu jehtieg lil kull funzjonarju
minnu impjegat li jkun se jezamina l-kontijiet ta’ xi dipartiment,
ufficcju jew korp, li jhares kull htiega li jkollha x’taqsam mas-
sigurta f’dak il-lok u li jiehu kull gurament ta’ segretezza li kull
min ikun impjegat ma’ dak id-dipartiment, ufficcju jew korp jista’
jenhtieg li jiehu skond il-ligi.
7. (a) Fit-twettiq tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tieghu
skond il-ligi, l-Awditur Generali jista’ joqghod fuq ir-
rapport ta’ l-awditur debitament mahtur ta’ l-
organizzazzjoni li dwarha jkun qed isir ir-rapport, u
jista’ wkoll iqabbad lil xi persuna jew grupp ta’
persuni li skond il-ligi jkollhom warrant li jaghtihom
jedd jivverifikaw il-kontijiet ta’ kumpanniji pubblici
b’responsabbilta limitata, sabiex dawn jivverifikaw il-
kontijiet ta’ xi dipartiment, ufficcju jew korp li jkunu
suggetti ghall-verifika tieghu.
(b) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 3, 4 u 6 ta’ din l-
Iskeda ghandhom ikunu japplikaw dwar il-persuna jew
il-grupp ta’ persuni li jigu hekk imqabbdin mill-
Awditur Generali.
TAQSIMA III
Finanzi
8. L-ispejjez ta’ l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika u s-salarji
u allowances tal-funzjonarji tieghu (minbarra dawk ta’ l-Awditur
Generali u tad-Deputat Awditur Generali) sa dik is-somma li tista’
tigi stabbilita mill-Kamra tad-Deputati skond din it-Taqsima,
ghandhom jigu addebitati lill-Fond Konsolidat minghajr il-htiega
ta’ ebda approprjazzjoni ohra minbarra din it-Taqsima ta’ din l-
Iskeda.
9. Ghall-ghanijiet li tigi stabbilita xi tkun is-somma
msemmija fil-paragrafu 8, l-Awditur Generali ghandu jhejji stima
tas-somma li huwa jqis li tkun mehtiega ghal dak il-ghan.
10. Dik l-istima ghandha qabel ma titressaq ghall-
konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati tigi ezaminata mill-
Kumitat stabbilit bit-Taqsima IV ta’ din l-Iskeda.
11. Meta matul xi sena finanzjarja s-somma stabbilita mill-
Kamra tad-Deputati ma tkunx fil-fehma ta’ l-Awditur Generali
8 KAP. 396.h AWDITUR GENERALI U L-UFFICCJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
bizzejjed sabiex huwa jkun jista’ jwettaq ir-responsabbiltajiet tal-
kariga tieghu b’mod efficjenti, l-Awditur Generali ghandu
jipprepara estimi supplimentari ghall-konsiderazzjoni tal-Kamra
tad-Deputati wara li dawn jigu ezaminati mill-Kumitat kif imsemmi
qabel fil-paragrafu 10.
12. Is-somma jew somom imsemmija fil-paragrafi ta’ qabel
dan ta’ din it-Taqsima ghandhom jigu stabbiliti b’rizoluzzjoni tal-
Kamra tad-Deputati wara li jigu kunsidrati l-estimi preparati mill-
Awditur Generali u r-rapport li jsir dwarhom mill-Kumitat.
TAQSIMA IV
Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika
13. Ghandu jkun hemm Kumitat li jkun maghruf bhala l-
Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejjah "il-Kumitat") li jkun
kompost kif gej:
(i) dak il-membru tal-Kamra tad-Deputati li ghal
dak iz-zmien ikun  Chairman tal-Kumitat dwar
il-Kontijiet Pubblici tal-Kamra tad-Deputati jew
ta’ xi kumitat iehor bhal dak tal-Kamra li minn
zmien ghal zmien jissostitwixxi lil dak il-
Kumitat;
(ii) il-Ministru responsabbli ghall-affarijiet tal-
Parlament (hawnhekk izjed ’il quddiem imsejjah
"Leader tal-Kamra tad-Deputati");
(iii) tliet membri tal-Kamra tad-Deputati li jinhatru
mill-imsemmija Kamra fuq mozzjoni tal-Leader
tal-Kamra tad-Deputati, ghal dawk li huma zewg
membri minn fost deputati li jappoggaw lill-
Gvern u l-membru l-iehor minn fost il-membri
ta’ l-Oppozizzjoni.
14. Il-Kumitat ghandu minn zmien ghal zmien mhux inqas
minn darba fis-sena jipprezenta lill-Kamra tad-Deputati (permezz
tal-Leader tal-Kamra tad-Deputati) rapport dwar l-attivitajiet
tieghu u r-rapport ta’ l-ezami li jkun ghamel ta’ xi estimi li jkunu
thejjew mill-Awditur Generali .
15. Il-Kumitat ghandu jeleggi chairman minn fost il-membri
tieghu, u jista’ jirregola l-procedimenti tieghu nnifsu.
16. Max-xoljiment tal-Kamra tad-Deputati, ghandu jitqies li l-
Kumitat ikun gie xolt sakemm jigi kostitwit ghal darb’ohra wara li
l-Kamra terga’ tiltaqa’ ghall-ewwel darba. Meta max-xoljiment tal-
Kamra tad-Deputati s-somma li jkollha tigi stabbilita ghall-
ghanijiet tal-paragrafu 8 tat-Taqsima III ma tkunx giet hekk
stabbilita jew il-Kamra ma tkunx wara t-tmiem ta’ sena finanzjarja
stabbiliet dik is-somma, l-Awditur Generali jkollu l-jedd jonfoq
kull xahar somma li tkun ekwivalenti ghal wiehed minn tnax tas-
somma jew somom stabbiliti ghas-sena finanzjarja ta’ qabel,
sakemm dik is-somma tigi hekk stabbilita.
17. Ma ghandhiex tintlaqat il-validita ta’ kull procediment tal-
Kumitat meta jkun hemm xi vakanza fost il-membri tieghu jew xi
AWDITUR GENERALI U L-UFFICCJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKAgKAP. 396. 9
difett fil-hatra jew nomina ta’ xi wiehed mill-membri tieghu.
TAQSIMA V
Kontijiet ta’ L-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika
18. Il-kontijiet ta’ l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika
ghandhom jigu verifikati minn dik il-persuna jew persuni
(hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha "l-awditur") li jinhatru mill-
Kumitat minn fost dawk il-persuni li, skond dik il-ligi li tista’ tkun
fis-sehh minn zmien ghal zmien, ikollhom warrant li jaghtihom
jedd jivverifikaw il-kontijiet ta’ kumpannija pubblika
b’responsabbilta limitata.
19. Ir-rimunerazzjoni ta’ l-awditur ghandha tigi stabbilita mill-
Kumitat u tinhareg bhala parti mill-ispejjez ta’ l-Ufficcju
Nazzjonali tal-Verifika.
20. Ghar-rigward tal-kontijiet ta’ l-Ufficcju Nazzjonali tal-
Verifika l-awditur ikollu dawk is-setghat li huma vestiti skond il-
ligi fl-Awditur Generali ghar-rigward tal-kontijiet li jkunu suggetti
ghall-verifika tieghu.
21. L-awditur ghandu jipprezenta r-rapport tieghu dwar il-
verifika li huwa jkun ghamel lill-Kumitat li ghandu (permezz tal-
Leader tal-Kamra tad-Deputati) jipprezenta l-istess rapport lill-
Kamra tad-Deputati flimkien ma’ kull kumment dwaru li jkun sar
mill-istess Kumitat jew xi wiehed mill-membri tieghu.
