ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI) g KAP. 408. 1
KAPITOLU 408
ATT DWAR ATTI NUTARILI 
(PROVVEDIMENTI TEMPORANJI)
Biex jipprovdi dwar it-tqeghid ta’ Atti Nutarili fl-Arkivji qabel ma dawn
jigu spezzjonati skond l-artikolu 117 ta’ l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u
l-Arkivji Nutarili, Kap. 55.
12 ta’ Lulju, 1999
L-Att X ta’ l-1999, kif emendat bl-Att VI ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor. 
(Provvedimenti Temporanji).
Tifsir. 
tehtiegx xort’ohra -
Kap. 296.
"applikazzjonijiet li jsiru fir-Registru ta’ l-Artijiet" tfisser talbiet
li jsiru skond u b’mod konformi mal-provvedimenti ta’ l- Att dwar
ir-Registrazzjoni ta’ Artijiet;
"arkivji" u "arkivist" tfisser l-arkivji u 1-arkivist imsemmija fl-
artiko1u 95 tal-Ligi Nutarili;
"atti nutarili mhux spezzjonati" u "atti mhux spezzjonati" tfisser
dawk l-atti nutarili originali li ma jkunux gew spezzjonati u
mqeghdin fl-arkivji skond l-artikolu 117 tal-Ligi Nutarili;
"kummissarju specjali" tfisser kummissarju specjali ghall-atti
nutarili mahtur skond l-artikolu 3;
Kap. 55.
Arkivji Nutarili;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-Arkivji Nutarili;
Kap. 56.
"noti li jsiru fir-Registru Pubbliku" tfisser noti li jiddahhlu fir-
Registru Pubbliku skond u b’mod konformi mal-Ligi Nutarili jew
ma’ l-Att dwar ir-Registru Pubbliku;
"Qorti ta’ Revizjoni" tfisser il-Qorti ta’ Revizjoni ta’ l-Atti
Nutarili, li hemm imsemmija fl-artikolu 110 tal-Ligi Nutarili.
(2) Kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx tehtieg xort’ohra,
indicijiet, atti nutarili, registri u volumi jirreferu ghal dawk il-
frazijiet bhalma huma wzati fil-Ligi Nutarili.
Kummissarju 
specjali ghall-atti 
nutarili.
Emendat:
VI. 2001.31.
3. (1) Il-Ministru ghandu sa mhux aktar tard minn xahrejn
mid-dhul fis-sehh ta’ dan l-Att jahtar Kummissarju li jkollu s-
setghat u l-funzjonijiet stabbiliti b’dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ f’kull zmien jahtar aktar kummissarji
specjali hekk kif ic-cirkostanzi jistghu jehtiegu.
(3) Kummissarju specjali ghandu jinhatar mill-Ministru ghal
zmien mhux aktar minn tlett snin hekk kif jista’ jigi stabbilit fl-ittra
tal-hatra tieghu, u huwa jista’ jerga’ jinhatar mill-gdid ghal perijodi
ohra li kull wiehed minnhom ma jkunx ta’ izjed minn tmintax-il
2 KAP. 408. h ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI)
xahar.
(4) (a) Hadd ma jkun kwalifikat li jinhatar bhala kummissarju
specjali kemm-il darba huwa ma jkunx -
(i) mhallef irtirat jew magistrat irtirat ; jew
(ii) nutar li jkun irtira mill-prattika legali; jew
(iii) avukat jew prokuratur legali; jew
(iv) ufficcjal pubbliku mpjegat mal-Gvern mhux
inqas minn grad ta’ principal:
Izda ufficcjal pubbliku li jkun assenjat fl-
Arkivji ma jkunx kwalifikat li jinhatar bhala
kummissarju specjali.
(b) Kummissarju specjali li ma jkunx imhallef irtirat jew
magistrat irtirat, jew nutar irtirat, avukat jew
prokuratur legali, ma jistax jithalla jispezzjona
testmenti.
(c) Kummissarju specjali ma jistax jibda jispezzjona atti
kemm-il darba huwa ma jkunx halef quddiem l-Avukat
Generali l-gurament tal-kariga kif gej:
"Jiena.........................nahlef li nwettaq bl-ahjar hila li
ghandi l-kariga ta’ Kummissarju Specjali ghall-Atti
Nutarili. Hekk Alla jghinni.".
Nutar jista’ jitlob li 
jqieghed fl-Arkivji 
atti mhux 
spezzjonati.
4. (1) Kull nutar jista’ jitlob li jqieghed fl-Arkivji atti nutarili
mhux spezzjonati li huwa jkun ircieva:
Izda ma tista’ ssir ebda talba bhal dik ghar-rigward ta’ atti
mhux spezzjonati li n-nutar ikun ircieva wara Gunju tas-sena li fiha
ssir it-talba jekk it-talba ssir wara Gunju ta’ xi sena li tkun, u wara
Dicembru tas-sena ta’ qabel jekk it-talba ssir qabel Gunju ta’ xi
sena li tkun.
(2) Dik it-talba ghandha ssir permezz ta’ rikors li jigi
pprezentat fil-Qorti ta’ Revizjoni li fih il-kummissarju specjali
jintalab biex jistabbilixxi l-jum, hin u lok meta l-kummissarju
specjali jkun se jispezzjona l-atti nutarili.
(3) Flimkien mar-rikors in-nutar ghandu jipprezenta nota li
tkun turi:
(a) l-ghadd ta’ volumi ta’ atti inter vivos u testmenti li
dwarhom tkun tirreferi t-talba;
(b) l-ghadd ta’ atti f’kull volum;
(c) l-ghadd ta’ pagni f’kull volum fejn jigi ndikat in-
numru ta’ l-ewwel u ta’ l-ahhar pagna;
(d) in-numru progressiv ta’ l-ewwel att u ta’ l-ahhar att f’
kull volum;
(e) id-data ta’ l-ewwel att u ta’ l-ahhar att f’kull volum;
(f) dikjarazzjoni li tkun tghid li r-registri ta’ dawk l-atti
jkunu tlestew; u
(g) dikjarazzjoni li n-noti li jsiru fir-Registru Pubbliku
jkunu kollha gew imdahhla fir-Registru Pubbliku u li l-
applikazzjonijiet li jsiru fir-Registru ta’ l-Artijiet dwar
ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI) g KAP. 408. 3
dawk l-atti li jkunu jinsabu gewwa l-volumi jkunu
kollha saru.
(4) Ir-rikors u n-nota li jkunu gew ipprezentati skond ma
hemm f’dan l-artikolu ghandhom jigu notifikati lill-kummissarju
specjali mir-Registratur tal-Qorti ta’ Revizjoni fi zmien tlett ijiem
tax-xoghol minn meta dawn ikunu gew ipprezentati.
(5) (a) Il-kummissarju specjali ghandu, sa mhux aktar tard
minn xahar mid-data tal-prezentata tar-rikors maghmul
skond ma hemm fis-subartikolu (2), b’tahrika ffirmata
minnu, jordna lin-Nutar sabiex igib mieghu l-atti mhux
spezzjonati f’ghamla llegata flimkien mal-indicijiet
rispettivi taghhom f’dak il-jum, hin u lok kif jigu
ndikati fit-tahrika, u kull volum ghandu jigi spezzjonat
mill-kummissarju specjali limitatament biex jigi zgurat
li n-nota pprezentata skond ma hemm fis-subartikolu
(3) tkun wahda korretta ghar-rigward tal-
partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafi (b) sa (e) ta’ l-
istess subartikolu ta’ dan l-artikolu ghar-rigward ta’
kull volum.
(b) Il-kummissarju specjali jista’ jistaqsi lin-Nutar, meta
jkun possibbli, li jikkorregi kull nuqqas ta’ akkuratezza
fin-numerazzjoni ta’ l-atti, fl-impagnar taghhom u fis-
sekwenza taghhom.
(c) Il-kummissarju specjali ghandu fuq 1-ahhar pagna ta’
kull volum jikteb u jiffirma d-dikjarazzjoni li dak il-
volum gie spezzjonat minnu skond ma jehtieg dan l-
Att.
(6) (a) Il-kummissarju specjali ghandu iktar minn hekk
jaghmel process verbal ta’ dik l-ispezzjoni fejn jindika
kull diskrepanza li tirrizulta mill-partikolaritajiet
moghtija fin-nota pprezentata skond is-subartikolu (3)
ta’ dan l-artikolu. Il-process verbal ghandu jkun
ffirmat mill-kummissarju specjali u min-nutar.
Flimkien mal-process verbal il-kummissarju specjali
ghandu jehmez kopja tan-nota hawn aktar qabel
imsemmija, li ghandha tkun iffirmata wkoll mill-
kummissarju specjali u min-nutar.
(b) Fi zmien sebat ijiem tax-xoghol mid-data tal-process
verbal, il-kummissarju specjali ghandu jara li -
(i) kopja tieghu tigi pprezentata fir-Registru tal-
Qorti ta’ Revizjoni; u
(ii) kopja tieghu tigi notifikata lin-nutar.
(7) Fi zmien hmistax-il gurnata tax-xoghol mid-data tal-
process verbal imsemmi fis-subartikolu (6), il-kummissarju specjali
ghandu jqieghed fl-Arkivji l-volumi ta’ l-atti originali spezzjonati
minnu u l-indicijiet relattivi taghhom: Il-kummissarju specjali
ghandu jibghat zewg kopji tal-process verbal lill-arkivist li ghandu
jirnkonoxxi li dawk il-volumi u indicijiet ikunu waslulu billi
jiffirma kopja minnhom u jibghatha lura lill-kummissarju specjali.
(8) Malli l-volumi u l-indicijiet ikunu ghaddew ghand l-
4 KAP. 408. h ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI)
Arkivist, dawn ghandhom jitqiesu li jkunu gew regolarment
depozitati fl-Arkivju skond id-disposizzjonijiet tal-Ligi Nutarili:
Izda ebda haga li tinsab f’dan is-subartikolu ma ghandha
tipprekludi xi spezzjoni milli ssir skond id-disposizzjonijiet tal-
Ligi Nutarili ta’ dawk l-atti u tar-registri rispettivi taghhom. Dik l-
ispezzjoni ta’ l-atti li gew depozitati fl-arkivji ghandha ssir gewwa
l-istess arkivji.
(9) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu ghandhom japplikaw mutatis mutandis ghal nutar ghar-
rigward ta’ l-atti nutarili mhux spezzjonati li huwa jkun
konservatur taghhom skond il-Ligi Nutarili.
Tqeghid bi dmir ta’ 
atti.
5. (1) Kull nutar ghandu, sa mhux aktar tard mill-1 ta’
Ottubru, 2000, jipprezenta fir-Registru tal-Qorti ta’ Revizjoni nota
li jkun fiha t-taghrif u d-dikjarazzjoni msemmija fis-subartikolu (3)
ta’ l-artikolu 4 ghar-rigward ta’ atti mhux spezzjonati minnu
ricevuti sat-30 ta’ Gunju, 2000.
(2) In-noti li jigu pprezentati skond dan is-subartikolu
ghandhom jigu notifikati lill-kummissarju specjali ghall-Atti
Nutarili fi zmien tlett ijiem tax-xoghol.
(3) Nutar li ma jkunx hejja r-registri kollha ghar-rigward ta’
atti mhux spezzjonati li dwarhom jirreferi dan l-artikolu, ghandu
jindika fin-nota liema jkunu dawk l-atti li dwarhom ghad ikunu
jridu jsiru r-registri.
(4) Nutar li jkun ghadu ma pprezentax in-noti li jsiru fir-
Registru Pubbliku kollha jew ghamel l-applikazzjonijiet li jsiru fir-
Registru ta’ l-Artijiet kollha li jirrigwardaw jew li jkunu skond u
konformi ma’ atti mhux spezzjonati li dwarhom jirreferi dan l-
artiko1u, ghandu jindika fin-nota liema jkunu dawk l-atti li
dwarhom dawk in-noti u applikazzjonijiet ma jkunux saru jew ma
gewx prezentati.
(5) Kull nutar ghandu fi zmien sena min-nota maghmula skond
ma hemm fis-subartikolu (1) ta dan l-artikolu ihejji dawk ir-registri
li jkunu ghad iridu jsiru.
(6) Kull nutar ghandu fi zmien xahrejn mill-imsemmija nota
jdahhal fir-Registru Pubbliku dawk in-noti li jkunu ghadhom
mehtiega u jaghmel fir-Registru ta’ l-Artijiet dawk l-
applikazzjonijiet li jkunu mehtiega li jsiru.
(7) Minghajr pregudizzju ghal kull responsabbilta  civili ghal
danni, meta xi wiehed mir-registri jkun ghadu ma giex imhejji jew
xi noti tar-Registru Pubbliku ma jkunux ghadhom gew registrati
jew xi applikazzjonijiet tar-Registru ta’ l-Artijiet ma jkunux
ghadhom saru, ma jistghu jigu mposti ebda pieni dixxiplinari skond
il-Ligi Nutarili u l-Att dwar ir-Registrazzjoni ta’ Artijiet ghar-
rigward ta’ xi ommissjoni bhal dik dikjarata skond is-subartikoli
(3) u (4), sakemm ir-registri jigu mhejjija saz-zmien specifikat fis-
subartikolu (5) u n-noti kollha jigu mdahhlin u l-applikazzjonijiet
kollha jsiru fiz-zmien specifikat fis-subartikolu (6).
(8) Minkejja kull disposizzjoni tal-Ligi Nutarili, meta Nutar
ikun ghamel dikjarazzjoni skond is-subartikolu (3) ta’ dan l-
ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI) g KAP. 408. 5
artikolu, huwa jista’ jhejji registru bhal dak li d-dikjarazzjoni tkun
tirreferi ghalih, sew kollu kemm hu sew f’parti minnu, billi jaghmel
fotokopja fuq karta normali ta’ l-atti originali u tad-dokumenti li
jkunu jinsabu ma’ dawk l-atti.
(9) Nutar li jkun ghamel dikjarazzjoni skond is-subartikoli (3)
u (4) ghandu fi zmien sena mid-dikjarazzjoni msemmija fis-
subartikolu (1) fil-kaz tar- registri, u fi zmien xahrejn mid-
dikjarazzjoni msemmija fil-kaz tan-Noti fir-Registru Pubbliku u
applikazzjonijiet fir-Registru ta’ l-Artijiet, jipprezenta noti separati
fil-Qorti ta’ Revizjoni li fihom jindika li kull registru pendenti
msemmi fid-dikjarazzjoni jkun gie mhejji u li kull nota u
applikazzjoni msemmija fid-dikjarazzjoni tkun iddahhlet jew saret.
In-noti li jkunu gew ipprezentati skond dan is-subartikolu
ghandhom jigu notifikati fi zmien tlett ijiem tax-xoghol lill-
kummissarju specjali.
(10) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel dan ghandhom
japplikaw mutatis mutandis ghal nutar ghar-rigward ta’ atti nutarili
mhux spezzjonati li huwa jkun il-konservatur taghhom skond il-
Ligi Nutarili.
Spezzjoni ta’ atti li 
ghalihom jirreferi 
l-artikolu 5.
6. (1) Il-kummissarju specjali ghandu minn zmien ghal zmien
wara l-1 ta’ Ottubru, 2001, b’avviz ffirmat minnu, jharrek lil dawk
in-Nutara li jkollhom atti mhux spezzjonati skond l-artikolu 5,
sabiex huma jgibu maghhom kull att nutarili mhux spezzjonat
f’ghamla llegata bl-indicijiet rispettivi taghhom f’dak il-jum, hin u
lok kif jigi ndikat fit-tahrika, u kull volum ghandu jigi spezzjonat
mill-kummissarju specjali limitatament sabiex jaccerta li l-
partikolaritajiet msemmija fl-artikolu 4(3)(b) sa (e) kif jinsabu fin-
nota maghmu1a skond l-artikolu 5 ikunu korretti.
(2) L-artikolu 4(6) sa (9) ghandhom ikunu japplikaw ghall-
ispezzjoni li ssir mill-kummissarju specjali skond is-subartikolu
(1).
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel dan ghandhom
japplikaw mutatis mutandis ghal nutar ghar-rigward ta’ atti nutarili
mhux spezzjonati li huwa jkun Konservatur taghhom skond il-Ligi
Nutarili.
Pieni ghal ksur ta’ 
dan l-Att.
7. Nutar li jikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att ikun hati ta’
nuqqas mid-dmirijiet tieghu u jista’ jehel il-piena dixxiplinari li
hemm mahsuba fl-artikolu 132 tal-Ligi Nutarili. Dik il-piena
ghandha tinghata mill-Qorti ta’ Revizjoni wara li jkunu saru
proceduri li ghandhom jinbdew permezz ta’ rikors li jigi pprezentat
ghal dak l-ghan mill-kummissarju specjali. Id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 112 u tat-Titolu II tat-Taqsima VI tal-Ligi Nutarili
ghandhom ikunu japplikaw ghal dik il-piena dixxiplinari.
Setgha ta’ ghemil 
ta’ regolamenti.
8. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti b’mod generali biex
jitwettqu ahjar id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u b’mod
partikolari, huwa jista’ b’dawk ir-regolamenti:
(a) jippreskrivi kull procedura li ghandha tigi segwita biex
jitwettqu id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u
(b) jestendi d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ghal atti
6 KAP. 408. h ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI)
nutarili mhux spezzjonati wara t-30 ta’ Gunju, 2000.
