IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI g KAP. 410. 1
KAPITOLU 410
ATT DWAR IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA 
TA’ MINURI
Biex jaghti s-setghta lil Malta tirratifika zewg Konvenzjonijiet
internazzjonali li ghandhom x’jaqsmu rispettivament ma’ l-aspetti civili ta’
sekwestru internazzjonali ta’ minuri u mar-rikonoxximent u l-infurzar ta’
decizjonijiet dwar kustodja.
1 ta’ Awissu, 2000
L-Att XIII ta’ l-1999, kif emendat bl-Att VI ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
l-Kustodja ta’ Minuri. 
(2) Dan l-Att ghandu jibda jsehh f’dak il-jum li l-Ministru
responsabbli ghall-affarijiet barranin jista’ jistabbilixxi b’avviz fil-
Gazzetta u dati differenti jistghu jigu hekk stabbiliti ghal
disposizzjonijiet differenti u ghal ghanijiet differenti ta’ l-Att.
Tifsir. 
tehtiegx xort’ohra -
"Malta" ghandha l-istess tifsira moghtija lilha bil-Kostituzzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-Gustizzja;
"minuri" tfisser persuna li ma tkunx ghalqet is-sittax-il sena;
"sekwestru" tfisser is-serq jew htif ta’ persuna.
(2) Fl-Ewwel u fit-Tieni Skedi li jinsabu ma’ dan l-Att, jekk
ikun hemm xi konflitt bejn it-test Ingliz u t-test Malti, ghandu
jipprevali t-test Ingliz.
TAQSIMA I
Sekwestru Internazzjonali ta’ Minuri
Il-Konvenzjoni ta’ 
l-Ajja.
3. (1) F’din it-Taqsima ta’ dan l-Att "il-Konvenzjoni" tfisser
il-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Civili fis-Sekwestru Internazzjonali
ta’ Minuri, li kienet giet iffirmata f’L-Ajja fil-25 ta’ Ottubru, l980,
u li l-Artikoli rilevanti taghha qeghdin fl-Ewwel Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan
l-Att, id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni li qeghdin fl-Ewwel
Skeda ghandhom jkollhom is-sahha ta’ ligi f’Malta.
Stati Kontraenti.
ligi f’Malta taht din it-Taqsima ta’ dan l-Att, l-Istati Kontraenti
minbarra Malta ghandhom ikunu dawk li fiz-zmien li jkun jigu
specifikati mill-Ministru responsabbli ghall-Affarijiet Barranin
b’ordni fil-Gazzetta taht dan l-artikolu.
(2) L-imsemmi ordni ghandu jispecifika d-data tal-bidu fis-
sehh tal-Konvenzjoni bejn Malta u l-Istat specifikat fih; u, hlief
2 KAP. 410. h IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
fejn l-ordni jipprovdi xort’ohra, il-Konvenzjoni ghandha tapplika
bejn Malta u dak l-Istat biss ghal kazijiet ta’ trasferiment illegali
jew ritenzjoni ta’ minuri li jokkorru f’dik id-data jew wara dik id-
data.
(3) Fejn il-Konvenzjoni tapplika, jew tapplika biss, ghal
territorju partikolari jew territorji partikolari specifikati
f’dikjarazzjoni maghmula minn Stat Kontraenti taht l-Artikolu 39
jew 40 tal-Konvenzjoni, ir-riferenzi ghal dak l-Istat fis-subartikoli
(1) u (2) ghandhom jiftiehmu bhala riferenzi ghal dak it-territorju
jew dawk it-territorji.
Awtorita  centrali. 5. Il-funzjonijiet ta’ awtorita  centrali taht il-Konvenzjoni
ghandhom jigu esegwiti mid-Direttur responsabbli ghall-welfare u
kull applikazzjoni maghmula taht il-Konvenzjoni minn jew fl-isem
ta’ persuna barra minn Malta tista’ tigi indirizzata lill-ufficcju tad-
Direttur responsabbli ghall-welfare.
Gurisdizzjoni. 6. (1) Il-Prim’Awla tal-Qorti Civili jew kull qorti ohra li l-
Ministru jista’ b’ordni jsemmi ghandu jkollha gurisdizzjoni biex
titratta applikazzjonijiet taht il-Konvenzjoni.
(2) Meta jigri li xi hadd li jkollu interess jew id-Direttur tal-
welfare jallega li minuri jkun tnehha b’mod illecitu fil-kuntest tat-
tifsira ta’ l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni, huwa jista’, minghajr ebda
pregudizzju ghal kull azzjoni ohra dwar l-istess kwistjoni li tista’
legittament tittiehed, jaghmel applikazzjoni taht is-subartikolu (1)
sabiex jinghata rimedju.
(3) Kull min ikun parti fil-procedimenti jkollu dritt ta’ appell
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell.
Setghat interim. 7. Meta tkun saret applikazzjoni taht il-Konvenzjoni lill-
Prim’Awla tal-Qorti Civili jew lil kull qorti ohra li l-Ministru jista’
b’ordni jsemmi, il-qorti tista’, f’kull zmien qabel ma tigi deciza l-
applikazzjoni, taghti dawk id-direttivi interim li jidhrilha li jkunu
xierqa biex jigi zgurat il-benesseri tal-minuri koncernat jew ghall-
prevenzjoni li jinbidlu c-cirkostanzi rilevanti ghad-decizjoni ta’ l-
applikazzjoni.
Rapporti. 8. Meta d-Direttur responsabbli ghall-welfare jigi mitlub biex
jipprovdi taghrif dwar minuri taht l-Artikolu 7(d) tal-Konvenzjoni
huwa jista’ -
(a) jitlob lil kull persuna biex taghmillu rapport bil-
miktub dwar kull haga li jidhirlu li tkun rilevanti;
(b) jitlob lil kull qorti li lilha jkun sar rapport bil-miktub
dwar il-minuri biex tibghatlu kopja tar-rapport,
u dik it-talba ghandha tigi milqugha kif imiss.
Prova b’dokumenti 
u provi ohra.
9. (1) Ghall-finijiet ta’ l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni,
decizjoni jew determinazzjoni ta’ awtorita  gudizzjarja jew
amministrattiva barra minn Malta tista’ tigi ppruvata b’kopja
awtentikata kif imiss tad-decizjoni jew determinazzjoni; u kull
dokument li jkun jidher li jkun kopja bhal dik ghandu jitqies li jkun
kopja vera kemm-il darba ma jintweriex il-kuntrarju.
(2) Ghall-finijiet tas-subartikolu (1), kopja tkun awtentikata kif
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI g KAP. 410. 3
imiss jekk ikollha s-sigill, jew tkun iffirmata minn imhallef jew
ufficjal ta’ l-awtorita  in kwistjoni.
(3) Ghall-finijiet ta’ l-Artikoli 14 u 30 tal-Konvenzjoni, kull
dokument kif hemm imsemmi fl-Artiklu 8 tal-Konvenzjoni, jew
kopja certifikata ta’ kull dokument bhal dak, ghandu jkun prova
bizzejjed ta’ kull haga ddikjarata.
Dikjarazzjonijiet 
mill-Prim’Awla 
tal-Qorti Civili jew 
minn kull qorti 
ohra msemmija.
10. Il-Prim’ Awla tal-Qorti Civili jew kull qorti ohra msemmija
b’ordni tal-Ministru tista’, fuq applikazzjoni maghmula ghall-
finijiet ta’ l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni minn xi persuna li l-qorti
tara li jkollha interess fil-kwistjoni, tiddikjara li t-trasferiment ta’
xi minuri minn Malta, jew ir-ritenzjoni tieghu barra minn Malta,
kien jew kienet illecita  fis-sens ta’ l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni.
Sospensjoni tas-
setghat tal-qorti 
f’kazijiet ta’ 
trasferiment 
illecitu.
Kap. 16.
11. Ir-riferenza fl-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni ghad-decizjoni
fuq il-meriti ta’ jeddijiet ta’ kustodja ghandha tiftiehem bhala
riferenza ghal -
(a) l-ghemil, tibdil jew thassir ta’ ordni ta’ kustodja taht l-
artikoli 47, 56, 60, 61 jew 149 tal-Kodici Civili;
(b) ir-registrazzjoni jew l-infurzar ta’ decizjoni taht it-
Taqsima II ta’ dan l-Att.
Regoli tal-Qrati.
Kap. 12.
12. Il-Bord tar-Regoli mwaqqaf taht l-artikolu 29 tal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili jista’ jipprovdi sabiex dak li
jinsab f’din it-Taqsima jkun effettiv skond kif ikun jidhirlu li jkun
mehtieg jew spedjenti.
Riservi.
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att) kif hemm imsemmija fit-tielet
paragrafu ta’ l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni, l-ispejjez imsemmija
f’dak il-paragrafu ma ghandhomx jithallsu minn xi Ministru jew xi
awtorita  f’Malta.
(2) Malta qeghda wkoll taghmel riserva b’dan illi
komunikazzjonijiet li jintbaghtu lill-awtorita  centrali ghandhom
ikunu msehbin bi traduzzjoni fl-ilsien Ingliz.
TAQSIMA II
Rikonoxximent u Infurzar ta’ Decizjonijiet ta’ Kustodja
Il-Konvenzjoni 
Ewropea.
14. (1) F’din it-Taqsima ta’ dan l-Att "il-Konvenzjoni" tfisser
il-Konvenzjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta’
Decizjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-Kustodja ta’ Minuri u
dwar ir-Restituzzjoni tal-Kustodja ta’ Minuri li kienet giet iffirmata
fil-Lussemburgu fl-20 ta’ Mejju, 1980, u li l-Artikoli rilevanti
taghha huma migjuba fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan
l-Att, id-disposizzjonijiet ta’ dik il-Konvenzjoni migjuba fit-Tieni
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att (li jinkludu l-Artikoli 9 u 10 kif
ghandhom effett b’konsegwenza ta’ riserva maghmula minn Malta
taht l-Artikolu 17, liema riserva hija riprodotta fir-Raba’ Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att) ghandu jkollhom is-sahha ta’ ligi f’Malta.
Stat Kontraenti.
4 KAP. 410. h IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
ligi f’Malta taht din it-Taqsima, l-Istati Kontraenti minbarra Malta
ghandhom ikunu dawk li fiz-zmien li jkun jigu specifikati mill-
Ministru responsabbli ghall-Affarijiet Barranin b’ordni fil-Gazzetta
taht dan l-artikolu.
(2) Dak l-ordni ghandu jispecifika d-data tal-bidu fis-sehh tal-
Konvenzjoni bejn Malta u l-Istat specifikat fl-ordni.
(3) Fejn il-Konvenzjoni tapplika, jew tapplika biss, ghal
territorju partikolari jew territorji partikolari specifikati minn Stat
Kontraenti taht l-Artikolu 24 jew 25 tal-Konvenzjoni, ir-riferenzi
ghal dak l-Istat fis-subartikoli (1) u (2) ghandhom jiftiehmu bhala
riferenzi ghal dak it-territorju jew dawk it-territorji.
Awtorita  centrali. 16. (1) Il-funzjonijiet ta’ awtorita  centrali taht il-Konvenzjoni
ghandhom jigu esegwiti mid-Direttur responsabbli ghall-welfare.
(2) Kull applikazzjoni maghmula taht il-Konvenzjoni minn jew
fl-isem ta’ persuna barra minn Malta tista’ tigi indirizzata lid-
Direttur responsabbli ghall-welfare.
Rikonoxximent ta’ 
decizjonijiet.
17. (1) L-Artikoli 7 u 12 tal-Konvenzjoni ghandu jkollhom
effett skond dan l-artikolu.
(2) Decizjoni li ghaliha japplika l-wiehed jew l-iehor minn
dawk l-Artikoli li tkun saret fi Stat Kontraenti minbarra Malta
ghandha tkun rikonoxxuta f’Malta bhallikieku saret minn qorti
f’Malta izda -
(a) il-Qorti ta’ l-Appell tista’, fuq rikors ta’ xi persuna li l-
Qorti tara li jkollha interess fil-kwistjoni, tiddikjara
ghal xi raguni specifikata fl-Artikolu 9 jew 10 tal-
Konvenzjoni illi d-decizjoni ma ghandhiex tkun
rikonoxxuta f’Malta; u
(b) id-decizjoni ma ghandhiex tkun esegwibbli f’Malta
kemm-il darba ma tkunx registrata fil-qorti idonea
skond l-artikolu 18.
(3) Ir-riferenzi fl-Artiklu 9(1)(c) tal-Konvenzjoni ghat-
trasferiment tal-minuri huma ghat-trasferiment tieghu bla dritt fis-
sens tal-Konvenzjoni.
Registrazzjoni ta’ 
decizjonijiet.
18. (1) Persuna li lilha jinghataw xi drittijiet b’decizjoni li
ghandha x’taqsam mal-kustodja maghmula minn awtorita  fi Stat
Kontraenti minbarra Malta tista’ taghmel rikors ghar-registrazzjoni
tad-decizjoni fir-registru tal-Qorti ta’ l-Appell.
(2) L-awtorita  centrali f’Malta ghandha tassisti lil dik il-
persuna biex taghmel l-imsemmi rikors jekk issir talba ghal dik l-
ghajnuna minn dik il-persuna jew f’isimha mill-awtorita  centrali ta’
l-Istat Kontraenti in kwistjoni.
(3) Rikors skond is-subartikolu (1) jew talba skond is-
subartikolu (2) ghandhom jigu trattati bhala talbiet ghall-
esekuzzjoni ghall-finijiet ta’ l-Artikoli 10 u 13 tal-Konvenzjoni.
(4) Il-Qorti ta’ l-Appell ghandha tirrifjuta li tirregistra
decizjoni jekk -
(a) il-Qorti tkun tal-fehma li ghal xi raguni specifikata fl-
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI g KAP. 410. 5
Artikolu 9 jew 10 tal-Konvenzjoni d-decizjoni ma
ghandhiex tkun rikonoxxuta f’Malta;
(b) il-qorti tkun tal-fehma li d-decizjoni ma tkunx
esegwibbli fl-Istat Kontraenti fejn tkun saret u ma
tkunx decizjoni li ghaliha japplika l-Artikolu 12 tal-
Konvenzjoni; jew
(c) ikun hemm pendenti applikazzjoni dwar il-minuri taht
it-Taqsima I ta’ dan l-Att.
(5) F’dan l-artikolu "decizjoni li ghandha x’taqsam mal-
kustodja" ghandha l-istess tifsir bhalma ghandha fil-Konvenzjoni.
Tibdil u thassir ta’ 
decizjonijiet 
registrati.
19. (1) Meta decizjoni li tkun giet registrata taht l-artikolu 18
tigi mibdula jew imhassra minn awtorita  fl-Istat Kontraenti li fih
tkun saret, il-persuna li f’isimha jkun sar ir-rikors ghar-
registrazzjoni tad-decizjoni ghandha tinnotifika lill-Qorti ta’ l-
Appell bit-tibdil jew thassir.
(2) Meta l-Qorti ta’ l-Appell tigi notifikata skond is-
subartikolu (1) li thassret xi decizjoni, hija ghandha -
(a) thassar ir-registrazzjoni, u
Kap. 12.
(b) tinnotifika b’dak it-thassir lil dawk il-persuni li jistghu
ikunu msemmija f’dawk ir-regoli tal-qrati li jistghu
isiru mill-Bord tar-Regoli mwaqqaf taht l-artikolu 29
tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili.
(3) Meta qorti tigi notifikata taht is-subartikolu (1) bit-tibdil ta’
decizjoni, hija ghandha -
(a) tinnotifika b’dak it-tibdil lil dawk il-persuni li jistghu
ikunu msemmija fir-regoli tal-qrati li jistghu isiru; u
(b) taht kull kondizzjoni li tista’ tigi preskritta b’dawk ir-
regoli, tibdel ir-registrazzjoni.
(4) Il-Qorti ta’ l-Appell tista’ wkoll, fuq ir-rikors ta’ xi persuna
li l-qorti tara li jkollha interess fil-kwistjoni, thassar jew tibdel ir-
registrazzjoni jekk tkun sodisfatta li d-decizjoni tkun giet imhassra
jew, skond il-kaz, mibdula minn awtorita  fl-Istat Kontraenti li fih
tkun saret.
Esekuzzjoni ta’ 
decizjonijiet.
20. Meta decizjoni dwar il-kustodja tkun giet registrata taht l-
artikolu 18, il-Qorti ta’ l-Appell ghandu jkollha l-istess setghat
ghall-esekuzzjoni tad-decizjoni daqslikieku kienet giet maghmula
minnha; kik ukoll il-proceduri ghall-esekuzzjoni li jistghu jittiehdu.
Setghat interim.
registrazzjoni ta’ decizjoni taht l-artikolu 18 jew ghall-esekuzzjoni
ta’ dik id-decizjoni il-Qorti tista’, f’kull zmien qabel ma jigi deciz
ir-rikors, taghti dawk id-direttivi interim li jidhrilha li jkunu xierqa
biex jigi zgurat il-benesseri tal-minuri koncernat jew ghall-
prevenzjoni li jinbidlu c-cirkostanzi rilevanti ghad-decizjoni tar-
rikors jew, fil-kaz ta’ rikors ghar-registrazzjoni, ghad-decizjoni ta’
kull rikors sussegwenti ghall-esekuzzjoni tad-decizjoni.
Sospensjoni tas-
setghat tal-qorti.
22. (1) Meta xi qorti li fiha jkun hemm pendenti dwar xi
minuri proceduri bhal dawk msemmija fis-subartikolu (2) ssib illi -
6 KAP. 410. h IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
(a) ikun sar rikors ghar-registrazzjoni ta’ decizjoni dwar
il-minuri taht l-artikolu 18 (li ma tkunx decizjoni li
ghaliha japplika s-subartikolu (3)) jew li dik id-
decizjoni tkun irregistrata; u
(b) id-decizjoni tkun saret fi proceduri mibdija qabel il-
proceduri li jkun hemm pendenti,
is-setghat tal-Qorti dwar il-minuri f’dawk il-proceduri ghandhom
ikunu ristretti kif imsemmi fis-subartikolu (2) kemm-il darba, fil-
kaz ta’ rikors ghar-registrazzjoni, ir-rikors ma jigix rifjutat.
(2) Fejn japplika s-subartikolu (1) l-Qorti ma ghandhiex fil-kaz
ta’ proceduri ta’ kustodja taghmel, tibdel jew thassar xi ordni ta’
kustodja.
(3) Id-decizjoni msemmija fis-subartikolu (1) hija decizjoni li
hi biss decizjoni li jkollha x’taqsam mal-kustodja fis-sens ta’ l-
artikolu 18 bis-sahha li tkun decizjoni dwar il-jeddijiet ta’ access.
(4) Il-paragrafu (b) ta’ l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni
ghandu jiftiehem bhala li jirreferi ghal proceduri ta’ kustodja fis-
sens ta’ dan l-Att.
Rapporti. 23. Meta d-Direttur responsabbli ghall-welfare jigi mitlub biex
jistharreg dwar xi minuri taht l-Artikolu 15(1)(b) tal-Konvenzjoni,
huwa jista’ -
(a) jitlob lil kull persuna biex taghmillu rapport bil-
miktub dwar kull haga li jkollha x’taqsam mal-minuri
koncernat li jidhirlu li tkun rilevanti;
(b) jitlob lil kull Qorti li lilha jkun sar rapport bil-miktub
dwar il-minuri biex tibghatlu kopja tar-rapport,
u kull talba bhal dik ghandha tigi milqugha kif imiss.
Prova b’dokumenti 
u provi ohra.
24. (1) F’kull proceduri taht din it-Taqsima, decizjoni ta’
awtorita  barra minn Malta tista tigi ppruvata b’kopja awtentikata
tad-decizjoni; u kull dokument li jkun jidher li jkun kopja bhal dik
ghandu jitqies li jkun kopja vera kemm-il darba ma jintweriex il-
kuntrarju.
(2) Ghall-finijiet tas-subartikolu (1), kopja tkun awtentikata kif
imiss jekk ikollha s-sigill, jew tkun iffirmata minn imhallef jew
ufficjal ta’ l-awtorita  in kwistjoni.
(3) F’kull proceduri taht din it-Taqsima kull dokument kif
imsemmi fl-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni, jew kopja ccertifikata ta’
kull dokument, ghandu jkun prova bizzejjed ta’ kull haga ddikjarata
fih.
Decizjonijiet tal-
Qrati Maltin.
25. (1) Meta persuna li lilha jinghataw xi jeddijiet b’decizjoni
li ghandha x’taqsam mal-kustodja maghmula minn qorti f’Malta
taghmel applikazzjoni lid-Direttur responsabbli ghall-welfare taht
l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni bl-iskop li tizgura r-rikonoxximent
jew l-esekuzzjoni taghha fi Stat Kontraenti iehor, l-imsemmi
Direttur jista’ jitlob lill-qorti li tkun ghamlet id-decizjoni biex
taghtih kull dokument jew xi dokument imsemmi fl-Artikolu
13(1)(b),(c) u (d) tal-Konvenzjoni.
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI g KAP. 410. 7
(2) Meta f’xi proceduri ta’ kustodja qorti f’Malta tiehu
decizjoni dwar minuri li jkun gie trasferit minn Malta, il-qorti tista’
wkoll, fuq applikazzjoni maghmula minn xi persuna ghall-finijiet
ta’ l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni, tiddikjara li t-trasferiment kien
kontra l-ligi jekk tkun sodisfatta li r-rikorrent ikollu interess fil-
kwistjoni u li l-minuri ttiehed minn Malta jew intbaghat jew
inzamm barra minn Malta minghajr il-kunsens tal-persuna (jew,
jekk izjed minn wahda, tal-persuni kollha) li jkollha l-jedd li
tiddeciedi l-post ta’ residenza tal-minuri f’Malta.
(3) F’dan l-artikolu "decizjoni li ghandha x’taqsam mal-
kustodja" ghandha l-istess tifsir bhalma ghandha fil-Konvenzjoni.
Regoli tal-qrati.
Emendat:
VI. 2001.33.
Kap. 12.
26. (1) Il-Bord tar-Regoli mwaqqaf taht l-artikolu 29 tal-
Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili jista’ jipprovdi
sabiex dak li jinsab f’din it-Taqsima jkun effettiv skond kif jidhirlu
mehtieg jew spedjenti.
(2) Ir-regoli tal-qrati jistghu jipprovdu specjalment -
(a) dwar il-procedura fuq rikorsi lil Qorti skond xi
disposizzjoni ta’ din it-Taqsima u dwar id-dokumenti,
l-informazzjoni u l-avvizi li ghandhom jinghataw
b’kull rikors;
(b) jinghataw direttivi li jkunu jehtiegu li tinghata
informazzjoni dwar xi minuri li jkun suggett ghal
procedimenti taht din it-Taqsima u biex jigi
salvagwardat il-benesseri tieghu.
(3) Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja jista’
b’regolamenti taht dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
ghandhom jithallsu fir-registru tal-qorti ghar-rigward tal-prezentata
ta’ atti bil-miktub f’konnessjoni ma’ xi procedura taht din it-
Taqsima ta’ dan l-Att:
Kap. 12.
Izda sakemm jigu hekk stabbiliti dawk id-drittijiet mill-
Ministru, ghandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li
tinsab mal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili.
TAQSIMA III
Supplimentari
Temm ta’ ordnijiet 
ezistenti ta’ 
kustodja, ecc.
27. (1) Meta -
(a) isir ordni biex jigi ritornat xi minuri taht it-Taqsima I;
jew
(b) decizjoni dwar minuri (li ma tkunx decizjoni li ghaliha
japplika s-subartikolu (2)) tigi registrata taht l-artikolu
18,
kull ordni ta’ kustodja inkonsistenti ma’ dak l-ordni jew decizjoni
m’ghandux jkollha effett.
(2) Id-decizjoni msemmija fis-subartikolu (1)(b) hija decizjoni
li hi biss decizjoni li jkollha x’taqsam mal-kustodja fis-sens ta’ l-
artikolu 18 bis-sahha li tkun decizjoni dwar il-jeddijiet ta’ access.
8 KAP. 410. h IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
Spejjez. 28. L-ispejjez li jsiru mid-Direttur tal-welfare ghall-finijiet ta’
dan l-Att ghandhom jithallsu minn flus provduti mill-Kamra tad-
Deputati ghal dak l-iskop.
Ratifika ta’ trattati. 29. Bis-sahha ta’ dan l-Att, il-Gvern ta’ Malta huwa awtorizzat
li jirratifika l-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Civili fis-Sekwestru
Internazzjonali ta’ Minuri, li kienet giet iffirmata f’L-Ajja fil-25 ta’
Ottubru, 1980, u l-Konvenzjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent u
l-Infurzar ta’ Decizjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-Kustodja tal-
Minuri, iffirmata f’Lussemburgu fl-20 ta’ Mejju, 1980.
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI g KAP. 410. 9
SKEDI
L-EWWEL SKEDA
g Artikolu 3(1)h
KONVENZJONI DWAR L-ASPETTI CIVILI FIS-SEKWESTRU 
INTERNAZZJONALI TA’ MINURI
KAPITOLU I - GHAN TAL-KONVENZJONI
Artikolu 3
Ir-rimozzjoni jew ir-ritenzjoni ta’ minuri ghandhom jitqiesu bhala illeciti
meta -
(a) dan ikun bi ksur tad-drittijiet ta’ kustodja, vestiti f’persuna, istituzzjoni
jew enti ohra, kemm singolarment, kif ukoll konguntement, taht il-ligi
ta’ l-Istat fejn il-minuri kien soltu joqghod minnufih qabel ir-rimozzjoni
jew ritenzjoni;
(b) fil-waqt tar-rimozzjoni jew tar-ritenzjoni dawk id-drittijiet kienu
attwalment ezercitati, jew konguntement sew singolarment, jew kienu
jkunu hekk ezercitati kieku ma kienx ghar-rimozzjoni jew ghar-
ritenzjoni.
Id-drittijiet ta’ kustodja imsemmija fis-subparagrafu (a) hawn aktar qabel
jistghu joriginaw b’mod partikolari mill-operat tal-ligi jew bis-sahha ta’ decizjoni
gudizzjarja jew amministrattiva, jew bis-sahha ta’ ftehim li jkollu effett legali skond
il-ligi ta’ dak l-Istat.
Artikolu 4
Il-Konvenzjoni tapplika ghal kull minuri li kien soltu joqghod fi Stat
Kontraenti minnufih qabel ikunu nkisru d-drittijiet ta’ kustodja jew ta’ access. Il-
Konvenzjoni ma tibqax tapplika meta l-minuri jaghlaq is-sittax il-sena.
Artikolu 5
Ghall-ghanijiet ta’ din il-Konvenzjoni -
(a) "drittijiet ta’ kustodja" jinkludu d-drittijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-
kura tal-persuna tal-minuri u, b’mod partikolari, id-dritt li jigi
determinat il-post tar-residenza tal-minuri;
(b) "drittijiet ta’ access" jinkludu d-dritt li minuri jittiehed ghal zmien
limitat f’post differenti minn fejn soltu joqghod.
KAPITOLU II - AWTORITAJIET CENTRALI
Artikolu 7
L-Awtoritajiet Centrali ghandhom jikkoperaw ma’ xulxin u jippromwovu l-
koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati rispettivi taghhom biex jizguraw
ir-ritorn malajr tal-minuri u biex jintlahqu l-ghanijiet l-ohra ta’ din il-Konvenzjoni.
B’mod partikolari, sew direttament sew permezz ta’ xi intermedjarju, huma
ghandhom jiehdu il-mizuri kollha idoneji biex -
(a) jiskopru fejn ikun jinstab il-minuri li kien tnehha jew gie mizmum
b’mod illecitu;
(b) jipprevjenu milli ssir iktar hsara lill-minuri jew li jigu ulterjorment
pregudikati partijiet interessati billi jiehdu jew jaraw li jittiehdu mizuri
10 KAP. 410. h IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
provizorji;
(c) jiksbu r-ritorn volontarju tal-minuri jew iwasslu ghal soluzzjoni
amikevoli tal-kwistjonijiet;
(d) jiskambjaw, fejn desiderabbli, informazzjoni dwar l-isfond socjali li
minnu jkun gej il-minuri;
(e) jipprovdu informazzjoni ta’ xorta generali dwar il-ligi ta’ l-Istat
taghhom f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni;
(f) jibdew jew jghinu biex jinfethu proceduri gudizzjarji jew
amministrattivi bil-ghan li jinkiseb ir-ritorn tal-minuri u, fil-kazijiet
idoneji jaghmlu l-arrangamenti biex jigi organizzat jew assigurat l-
ezercizzju effettiv tad-drittijiet ta’ access;
(g) fejn ic-cirkostanzi jkunu hekk jehtiegu, li jipprovdu jew jiffacilitaw l-
ghoti ta’ ghajnuna u pariri legali, inkluza l-partecipazzjoni ta’ avukati u
konsulenti;
(h) jipprovdu dawk l-arrangamenti amministrattivi li jistghu jkunu
mehtiega flokhom biex jizguraw ir-ritorn tal-minuri qawwi u shih;
(i) izommu lil xulxin infurmati dwar kif qed tithaddem din il-Konvenzjoni
u, sa fejn ikun possibbli, jeliminaw kull xkiel ghall-applikazzjoni
taghha.
KAPITOLU III - RITORN TA’ MINURI
Artikolu 8
Kull persuna, istituzzjoni jew enti ohra li tallega li l-minuri tnehha jew
inzamm bi ksur ta’ drittijiet ta’ kustodja, jista’ japplika sew lill-Awtorita  Centrali
tal-post fejn soltu joqghod il-minuri sew lill-Awtorita  Centrali ta’ kull Stat
Kontraenti iehor ghall-assistenza biex jinkiseb ir-ritorn tal-minuri.
L-applikazzjoni ghandu jkun fiha -
(a) informazzjoni dwar l-identita  ta’ l-applikant, tal-minuri u tal-persuna li
allegatament nehhiet jew zammet il-minuri;
(b) meta jkun disponibbli, id-data tat-twelid tal-minuri;
(c) ir-ragunijiet li fuqhom l-applikant ikun qed jibbaza t-talba tar-ritorn tal-
minuri;
(d) kull informazzjoni disponibbli dwar il-post fejn ikun jinsab il-minuri u
l-identita  tal-persuna li maghha x’aktarx ikun qieghed il-minuri.
L-applikazzjoni jista’ jkollha maghha jew tigi supplimentata -
(e) b’kopja awtentika ta’ kull decizjoni jew ftehim rilevanti;
(f) b’certifikat jew affidavit mahrug mill-Awtorita  Centrali, jew minn xi
awtorita  kompetenti ohra ta’ l-Istat fejn il-minuri jkun soltu jghix, jew
minn persuna kwalifikata, dwar il-ligi rilevanti f’dak l-Istat;
(g) b’kull dokument iehor rilevanti.
Artikolu 9
Jekk l-Awtorita  Centrali li tircievi applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8
ghandha ghaliex tahseb li l-minuri jinsab fi Stat Kontraenti iehor, hija ghandha
tibghat direttament u minghajr dewmien l-applikazzjoni lill-Awtorita  Centrali ta’ dak
l-Istat Kontraenti u tgharraf lill-Awtorita  Centrali rikjedenti, jew lill-applikant,
skond il-kaz.
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI g KAP. 410. 11
Artikolu 10
L-Awtorita  Centrali ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-minuri ghandha tiehu jew
iggieghel li jittiehdu l-mizuri kollha mehtiega biex jinkiseb ir-ritorn volontarju tal-
minuri.
Artikolu 11
L-awtoritajiet gudizzjarji jew amministrattivi ta’ l-Istati Kontraenti
ghandhom imexxu bil-heffa l-proceduri ghar-ritorn ta’ minuri.
Jekk l-awtorita  gudizzjarja jew amministrattiva li tkun, ma tkunx waslet
ghal decizjoni fi zmien sitt gimghat mid-data tal-bidu tal-procedimenti, l-applikant
jew l-Awtorita  Centrali ta’ l-Istat rikjest, sew b’inizjattiva taghha sew jekk mitluba
mill-Awtorita  Centrali ta’ l-Istat rikjedenti, jkollha d-dritt li titlob stqarrija bir-
ragunijiet ghad-dewmien. Jekk l-Awtorita  Centrali ta’ l-Istat rikjest tircievi risposta,
dik l-Awtorita  ghandha tghaddi r-risposta lill-Awtorita  Centrali ta’ l-Istat rikjedenti,
jew lill-applikant, skond il-kaz.
Artikolu 12
Meta minuri jkun tnehha jew inzamm b’mod illecitu skond l-Artikolu 3 u,
fid-data tal-bidu tal-procedimenti quddiem l-awtorita  gudizzjarja jew
amministrattiva ta’ l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-minuri, ikun ghadda perjodu
ta’ inqas minn sena mid-data tar-rimozzjoni jew ritenzjoni illecita, l-awtorita  li tkun
ghandha tordna r-ritorn tal-minuri biex dan isir minnufih.
L-awtorita  gudizzjarja jew amministrattiva, ukoll meta il-procedimenti
jkunu inbdew wara li jkun ghalaq il-perjodu ta’ sena msemmi fil-paragrafu ta’ qabel,
ghandha tordna wkoll ir-ritorn tal-minuri kemm-il darba ma jigix pruvat li l-minuri
jkun issa adatta ruhu fl-ambjent gdid tieghu.
Meta l-awtorita  gudizzjarja jew amministrattiva ta’ l-Istat rikjest ikollha
ghaliex tissuspetta li l-minuri jkun ittiehed fi Stat iehor, din tista’ twaqqaf il-
procedimenti jew tichad l-applikazzjoni ghar-ritorn tal-minuri.
Artikolu 13
Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu ta’ qabel, l-awtorita  gudizzjarja
jew amministrattiva ta’ l-Istat rikjest m’hiex marbuta li tordna r-ritorn tal-minuri
jekk il-persuna, istituzzjoni jew enti ohra li topponi r-ritorn iggib prova li -
(a) il-pesuna, istituzzjoni jew enti ohra li jkunu vestiti bil-kura tal-persuna
tal-minuri ma kienux attwalment qeghdin jezercitaw id-drittijiet tal-
kustodja fiz-zmien meta jkun tnehha jew inzamm il-minuri jew li taw il-
kunsens taghhom jew sussegwentement baqghu siekta ghar-rimozzjoni
jew ritenzjoni tal-minuri; jew
(b) jkun hemm riskju kbir li r-ritorn tal-minuri se jesponih ghal dannu
fiziku jew psikologiku jew inkella jqieghed lill-minuri f’sitwazzjoni
intollerabbli.
L-awtorita  gudizzjarja jew amministrattiva tista’ wkoll tirrifjuta li tordna r-
ritorn tal-minuri jekk issib li l-minuri joggezzjona ghar-ritron tieghu u jkun lahaq eta
u livell ta’ maturita  li jkun tajjeb li wiehed jaghti kaz tal-fehmiet tieghu.
Meta jitqiesu c-cirkostanzi msemmija f’dan l-Artiklu, l-awtoritajiet
gudizzjarji u amministrattivi ghandhom iqisu l-informazzjoni li jkollha x’taqsam
ma’ l-isfond socjali tal-minuri kif provduta mill-Awtorita  Centrali jew minn xi
awtorita  kompetenti ohra tal-post fejn ikun soltu joqghod il-minuri.
12 KAP. 410. h IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
Artikolu 14
Sabiex jigi accertat jekk kienx hemm rimozzjoni jew ritenzjoni illecita kif
imfissra fl-Artikolu 3, l-awtoritajiet gudizzjarji jew amministrattivi ta’ l-Istat rikjest
jistghu jaghtu kaz direttament tal-ligi u tad-decizjonijiet gudizzjarji jew
amministrattivi li jkunu jew ma jkunux rikonoxxuti formalment fl-Istat fejn il-minuri
jkun soltu joqghod, minghajr ma jirrikorru ghall-proceduri specifici ghall-prova ta’
dik il-ligi jew ghar-rikonoxximent ta’ decizjonijiet ta’ pajjizi barranin li kienu jkunu
applikabbli mod iehor.
Artikolu 15
L-awtoritajiet gudizzjarji jew amministrattivi ta’ Stat Kontraenti jistghu,
qabel ma jaghmlu ordni ghar-ritorn ta’ minuri, jehtiegu lill-applikant li jikseb
minghand l-awtoritajiet ta’ l-Istat fejn ikun soltu joqghod il-minuri sentenza jew
decizjoni ohra fis-sens illi r-rimozzjoni jew ir-ritenzjoni kienet wahda illecita ghat-
tenur ta’ l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni, meta dik is-sentenza jew decizjoni tkun tista’
tinkiseb f’dak l-Istat. L-Awtoritajiet Centrali ta’ l-Istati Kontraenti ghandhom sa fejn
dan ikun prattikabbli jassistu lill-applikanti fil-ksib ta’ dik is-sentenza jew decizjoni.
Artikolu 16
Wara li jkunu rcevew l-avviz ta’ rimozzjoni jew ritenzjoni illecita ta’ minuri
ghat-tenur ta’ l-Artikolu 3, l-awtoritajiet gudizzjarji jew amministrattivi ta’ l-Istat
Kontraenti fejn ikun ittiehed jew inzamm il-minuri m’ghandhomx jiddeciedu fuq il-
mertu tad-drittijiet tal-kustodja qabel ma jigi deciz illi l-minuri m’ghandux jigi
ritornat taht din il-Konvenzjoni jew kemm-il darba ma ssirx applikazzjoni skond din
il-Konvenzjoni fi zmien ragonevoli minn meta jkunu ircevew l-avviz.
Artikolu 17
Il-fatt uniku li tkun inghatat decizjoni dwar il-kustodja jew li dik id-
decizjoni tista’ tigi rikonoxxuta fl-Istat rikjest m’ghandux ikun motiv biex jigi
rifjutat ir-ritorn ta’ minuri taht din il-Konvenzjoni, izda l-awtoritajiet gudizzjarji jew
amministrattivi ta’ l-Istat rikjest jistghu iqisu xi jkunu r-ragunijiet ghal dik id-
decizjoni meta jigu biex japplikaw din il-Konvenzjoni.
Artikolu 18
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitlu ma jillimitawx is-setgha ta’ xi
awtorita  gudizzjarja jew amministrattiva li tordna r-ritorn tal-minuri f’kull zmien li
jkun.
Artikolu 19
Decizjoni li tittiehed taht din il-Konvenzjoni dwar ir-ritorn ta’ minuri
m’ghandhiex titqies bhala li tkun qed tiddeciedi wkoll il-mertu ta’ xi kwistjoni dwar
il-kustodja.
KAPITOLU IV - DRITTIJIET TA’ ACCESS
Artikolu 21
Tista’ ssir applikazzjoni lill-Awtoritajiet Centrali ta’ l-Istati Kontraenti biex
isiru arrangamenti ghall-organizzazzjoni jew biex jigi zgurat l-ezercizzju effettiv ta’
drittijiet ta’ access bl-istess mod bhalma ssir applikazzjoni ghar-ritorn ta’ minuri.
L-Awtoritajiet Centrali huma marbuta b’kull obbligu ta’ koperazzjoni kif
imsemmi fl-Artikolu 7 biex igibu ’l quddiem it-tgawdija pacifika tad-drittijiet ta’
access u l-adempiment ta’ kull kondizzjoni li ghalihom jista’ jkun suggett l-
ezercizzju ta’ dawk id-drittijiet. L-Awtoritajiet Centrali ghandhom jaraw kif, sa fejn
ikun possibbli, inehhu l-ostakoli kollha ghall-ezercizzju ta’ dawk id-drittijiet. L-
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI g KAP. 410. 13
Awtoritajiet Centrali jistghu jibdew, jew jghinu sew direttament sew permezz ta’
intermedjarji f’li jinbdew, procedimenti bil-ghan li jigu organizzati jew protetti
dawn id-drittijiet u biex jigi zgurat kull rispett ghall-kondizzjonijiet li ghalihom ikun
suggett l-ezercizzju ta’ dawn id-drittijiet.
KAPITOLU V - DISPOSIZZJONIJIET GENERALI
Artikolu 22
Ebda garanzija, rahan jew depozitu, jkunu kif ikunu msejha, m’ghandhom
jenhtiegu biex jaghmlu tajjeb ghall-hlas ta’ nfieq u spejjez fil-proceduri gudizzjarji
jew amministrattivi li jidhlu fl-iskopijiet ta’ din il-Konvenzjoni.
Artikolu 24
Kull applikazzjoni, komunikazzjoni jew dokument iehor li jintbaghat lill-
Awtorita  Centrali ta’ l-Istat rikjest ghandu jkun fl-ilsien originali, u jkun imsieheb bi
traduzzjoni fl-ilsien ufficjali jew f’wiehed mill-ilsna ufficjali ta’ l-Istat rikjest jew,
fejn dan mhux possibbli, bi traduzzjoni fl-ilsien Franciz jew Ingliz.
Artikolu 26
Kull Awtorita  Centrali ghandha tbati l-ispejjez taghha filli tapplika din il-
Konvenzjoni.
L-Awtoritajiet Centrali u servizzi pubblici ohra ta’ Stati Kontraenti
m’ghandhomx jitolbu ebda hlas ghal applikazzjonijiet prezentati taht din il-
Konvenzjoni. B’mod partikolari m’ghandhomx jitolbu ebda hlas minghand l-
applikant ghal infieq u spejjez tal-procedimenti jew, fejn dan japplika, dawk
konnessi mad-drittijiet ta’ avukati jew konsulenti. Izda huma jistghu jitolbu l-hlas ta’
l-ispejjez li jsiru jew li jkunu se jsiru sabiex jitwettaq ir-ritorn tal-minuri.
Izda, Stat Kontraenti jista, billi jaghmel riserva skond l-Artikolu 42,
jiddikjara li mhux ser ikun marbut li jassumi spejjez imsemmija fil-paragrafu ta’
qabel li johorgu mill-partecipazzjoni ta’ avukati jew konsulenti jew minn
procedimenti fil-qorti, hlief sal-limitu li dawk l-ispejjez ikunu koperti bis-sistema
tieghu ta’ ghajnuna u pariri legali.
Meta jigi ordnat ir-ritorn tal-minuri jew tinhareg ordni li jkollha x’taqsam
mad-drittijiet ta’ access taht din il-Konvenzjoni, l-awtoritajiet gudizzjarji jew
amministrattivi jistghu, meta jkun hekk sew li jsir, jordnaw lill-persuna li tkun
nehhiet jew zammet il-minuri, jew li tkun cahdet l-ezercizzju tad-drittijiet ta’ access,
li thallas l-ispejjez mehtiega maghmula minn jew f’isem l-applikant, inkluzi l-
ispejjez tal-vjagg, kull spiza jew hlas li jsir biex jinstab il-minuri, l-ispejjez ghar-
rapprezentanza legali ta’ l-applikant, u dawk ghar-ritorn tal-minuri.
Artikolu 27
Meta jkun jidher car li l-obbligi li johorgu minn din il-Konvenzjoni ma
jkunux qeghdin jitwettqu jew li l-applikazzjoni hi xort’ohra bla bazi, l-Awtorita
Centrali ma tkunx marbuta li taccetta l-applikazzjoni. F’dak il-kaz, l-Awtorita
Centrali ghandha minnufih tgharraf lill-applikant jew lill-Awtorita  Centrali li
permezz taghha tkun saret l-applikazzjoni, skond il-kaz, bir-ragunijiet taghha.
Artikolu 28
Awtorita  Centrali tista’ tehtieg li l-applikazzjoni tkun imsiehba
b’awtorizzazzjoni bil-miktub li taghtiha s-setgha li tagixxi f’isem l-applikant, jew li
tahtar rapprezentant biex hekk jagixxi.
Artikolu 29
Din il-Konvenzjoni ma zzomm lil ebda persuna, istituzzjoni jew enti li
14 KAP. 410. h IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
tallega li kien hemm xi ksur tad-drittijiet tal-kustodja jew ta’ access skond it-tifsira
ta’ l-Artikolu 3 jew 21 milli japplikaw direttament lill-awtoritajiet gudizzjarji jew
amministrattivi ta’ Stat Kontraenti, sew skond sew mhux skond id-disposizzjonijiet
ta’ din il-Konvenzjoni.
Artikolu 30
Kull applikazzjoni li ssir lill-Awtoritajiet Centrali jew direttament lill-
awtoritajiet gudizzjarji jew amministrattivi ta’ Stat Kontraenti skond id-
disposizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, flimkien mad-dokumenti u kull taghrif iehor
mehmuz maghha jew provdut minn Awtorita  Centrali, jkun ammissibbli fil-qrati jew
quddiem l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Kontraenti.
Artikolu 31
Meta fi Stat li, ghar-rigward tal-kustodja ta’ minuri, jkollu zewg sistemi ta’
ligi jew aktar applikabbli f’oqsma territorjali differenti -
(a) kull referenza ghall-post fejn wiehed soltu joqghod f’dak l-Istat
ghandha tinftihem li tirreferi ghall-post fejn wiehed soltu joqghod
f’taqsima territorjali ta’ dak l-Istat;
(b) kull referenza ghal-ligi ta’ l-Istat tal-post fejn wiehed soltu joqghod
ghandha tinftihem li tirreferi ghall-ligi tat-taqsima territorjali f’dak l-
Istat fejn il-minuri ikun soltu joqghod.
Artikolu 32
Meta fi Stat li, ghar-rigward tal-kustodja tal-minuri, jkollu zewg sistemi ta’
ligi jew aktar applikabbli ghal kategoriji differenti ta’ persuni, kull referenza li ssir
ghal-ligi ta’ dak l-Istat ghandha tinftihem bhala li tkun qeghda tirreferi ghas-sistema
legali specifikata mil-ligi ta’ dak l-Istat.
IT-TIENI SKEDA
g Artikolu 14(2)h
KONVENZJONI EWROPEA DWAR IR-RIKONOXXIMENT U 
L-INFURZAR TA’ DECIZJONIJIET LI GHANDHOM X’JAQSMU 
MAL-KUSTODJA TA’ MINURI
Artikolu 1
Ghall-ghanijiet ta’ din il-Konvenzjoni -
(a) "minuri" tfisser persuna ta’ kull nazzjonalita  li tkun, sakemm tkun taht
is-sittax il-sena u ma jkollhiex id-dritt li tiddeciedi dwar il-post tar-
residenza taghha taht ligi li tirregola fejn wiehed soltu joqghod, il-ligi
dwar in-nazzjonalita  taghha jew il-ligi domestika ta’ l-Istat indirizzat;
(b) "awtorita " tfisser awtorita  gudizzjarja jew amministrattiva;
(c) "decizjoni li ghandha x’taqsam mal-kustodja" tfisser decizjoni ta’
awtorita  sakemm din ikollha x’taqsam mal-kura tal-persuna tal-minuri,
inkluzi id-dritt ta’ decizjoni dwar il-post ta’ residenza, jew dwar id-dritt
ta’ access ghalih;
(d) "rimozzjoni bla dritt" tfisser ir-rimozzjoni ta’ minuri billi tinqabez il-
fruntiera internazzjonali bi ksur ta’ decizjoni li ghandha x’taqsam mal-
kustodja tieghu moghtija fi Stat Kontraenti li tista’ tigi infurzata f’dak l-
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI g KAP. 410. 15
Istat; u "rimozzjoni bla dritt" tinkludi wkoll:
(i) billi ma jigix ritornat il-minuri billi tinqabez il-fruntiera
internazzjonali meta jghaddi l-perjodu ta’ ezercizzju tad-dritt ta’
access ghal dan il-minuri jew meta jghaddi kull zmien iehor ta’
qaghda f’territorju li ma jkunx dak fejn tkun qed tigi ezercitata l-
kustodja;
(ii) rimozzjoni li sussegwentement tigi dikjarata kontra l-ligi skond
it-tifsira ta’ l-Artikolu 12.
Artikolu 4
(1) Kull persuna li tkun kisbet fi Stat Kontraenti decizjoni li ghandha x’taqsam
mal-kustodja ta’ minuri u li tixtieq li dik id-decizjoni tigi rikonoxxuta jew infurzata
fi Stat Kontraenti iehor tista’ tindirizza applikazzjoni ghal dan l-ghan lill-awtorita
centrali f’kull Stat Kontraenti li jkun.
(2) L-applikazzjoni ghandha tkun imsiehba bid-dokumenti msemmija fl-
Artikolu 13.
(3) L-awtorita  centrali li tircievi l-applikazzjoni, jekk din ma tkunx l-awtorita
centrali fl-Istat indirizzat, ghandha tibghat id-dokumenti direttament u minghajr
dewmien lil dik l-awtorita  centrali.
(4) L-awtorita  centrali li tircievi l-applikazzjoni ghandha zzomm lill-applikant
mgharraf minghajr ebda dewmien dwar f’hiex tkun waslet l-applikazzjoni tieghu.
Artikolu 5
(1) L-awtorita  centrali fl-Istat indirizzat ghandha tmexxi jew tara li jitmexxa
minghajr dewmien dak kollu li tahseb li jkun sew li jsir, jekk ikun mehtieg billi
jinbdew procedimenti quddiem l-awtoritajiet kompetenti taghha, sabiex -
(a) jinstab fejn ikun qieghed il-minuri;
(b) jigi evitat, b’mod partikolari b’kull mizura provizorja mehtiega, kull
pregudizzju ghall-interess tal-minuri jew ta’ l-applikant;
(c) jigi zgurat ir-rikonoxximent jew l-infurzar tad-decizjoni;
(d) tigi zgurata l-konsenja tal-minuri lill-applikant meta jkun gie ordnat l-
infurzar;
(e) tigi mgharrfa l-awtorita  rikjedenti bil-mizuri li jittiehdu u r-rizultati
taghhom.
(2) Fejn l-awtorita  centrali fl-Istat indirizzat ikollha ghaliex tifhem li l-minuri
jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Kontraenti iehor hija ghandha tibghat id-dokumenti
direttament u minghajr dewmien lill-awtorita  centrali ta’ dak l-Istat.
(3) B’eccezzjoni ta’ l-ispejjez ta’ ripatrijazzjoni, kull Stat Kontraenti jintrabat li
ma jitlob ebda pagament minghand applikant dwar mizuri mehuda taht il-paragrafu
(1) mill-awtorita  centrali ta’ dak l-Istat f’isem l-applikant, inkluzi l-ispejjez tal-
procedimenti u, fejn japplika, l-ispejjez maghmula ghall-assistenza ta’ avukat.
(4) Jekk ir-rikonoxximent jew l-infurzar jigu michuda, u jekk l-awtorita  centrali
ta’ l-Istat indirizzat tqis li ghandha thares talba li ssir mill-applikant biex igib f’dak
l-Istat proceduri li jkollhom x’jaqsmu mal-mertu tal-kaz, dik l-awtorita  ghandha
taghmel mill-ahjar biex tigi zgurata r-rapprezentanza ta’ l-applikant fil-procedimenti
taht kondizzjonijiet li ma jkunu xejn anqas favorevoli minn dawk disponibbli ghal
persuna li tkun residenti u cittadin ta’ dak l-Istat u ghal dan l-ghan tista’, b’mod
partikolari, tibda procedimenti quddiem l-awtoritajiet kompetenti taghha.
16 KAP. 410. h IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
Artikolu 7
Decizjoni li ghandha x’taqsam mal-kustodja li tinghata f’xi Stat Kontraenti
ghandha tigi rikonoxxuta u, jekk din tkun tista’ tigi infurzata fl-Istat ta’ origini
taghha, din ghandha tigi infurzata f’kull Stat Kontraenti iehor.
Artikolu 9
(1) g Ir-rikonoxximent u l-infurzar jistghu ma jintlaqghuxh  jekk:
(a) fil-kaz ta’ decizjoni li tinghata fil-kontumacja ta’ konvenut jew tar-
rapprezentant legali tieghu, il-konvenut ma kienx gie notifikat
regolarment bid-dokument li bih inbdew il-procedimenti jew dokument
ekwivalenti fi zmien adegwat biex ikun jista’ jaghmel id-difiza tieghu;
izda dak in-nuqqas ta’ notifika m’ghandux jikkostitwixxi r-raguni biex
jigu michuda r-rikonoxximent jew l-infurzar meta n-notifika ma tkunx
saret ghax il-konvenut ikun heba l-post fejn kien joqghod mill-persuna
li bdiet il-procedimenti fl-Istat ta’ origini;
(b) fil-kaz ta’ decizjoni moghtija fil-kontumacja tal-konvenut jew tar-
rapprezentant legali tieghu, il-kompetenza ta’ l-awtorita  li tat id-
decizjoni ma kinitx bazata -
i. fuq il-post fejn soltu joqghod il-konvenut; jew
ii. fuq l-ahhar post komuni fejn kienu joqoghdu l-genituri tal-minuri,
jekk mill-anqas wiehed mill-genituri jkun ghadu soltu joqghod
hemmhekk; jew
iii. fuq il-post fejn soltu joqghod il-minuri;
(c) id-decizjoni tkun inkompatibbli ma’ decizjoni li ghandha x’taqsam mal-
kustodja li setghet tigi infurzata fl-Istat indirizzat qabel ir-rimozzjoni
tal-minuri, kemm-il darba l-minuri kien soltu joqghod fit-territorju ta’ l-
Istat rikjedenti ghal sena qabel ir-rimozzjoni tieghu.
(3) Taht ebda cirkostanza m’ghandha decizjoni barranija tigi ezaminata fil-
meritu.
Artikolu 10
(1) g Ir-rikonoxximent u l-infurzar jistghu ma jintlaqghux ukollh  ghal xi wahda
mir-ragunijiet li gejjin:
(a) jekk jinstab li l-effetti tad-decizjoni huma b’mod car inkompatibbli mal-
principji fondamentali tal-ligi li ghandha x’taqsam mal-familja u mal-
minuri fl-Istat indirizzat;
(b) jekk jinstab li minhabba f’tibdil fic-cirkostanzi li jinkludu z-zmien li
jghaddi izda li ma jinkludux it-tibdil biss fil-post fejn joqghod il-minuri
wara rimozzjoni illecita, l-effetti tad-decizjoni originali b’mod car ma
jibqghux aktar fl-interess tal-minuri;
(c) jekk fiz-zmien meta l-procedimenti nbdew fl-Istat ta’ origini -
i. il-minuri kien cittadin ta’ l-Istat indirizzat jew kien soltu joqghod
hemmhekk u ma kien hemm ebda konnessjoni bhal dik ma’ l-Istat
ta’ origini;
ii. il-minuri kien cittadin sew ta’ l-Istat ta’ origini sew ta’ l-Istat
indirizzat u kien soltu joqghod fl-Istat indirizzat;
(d) jekk id-decizjoni tkun inkompatibbli ma’ decizjoni moghtija fl-Istat
indirizzat jew tista’ tigi infurzata f’dak l-Istat wara li tkun inghatat fi
Stat iehor, bhala segwitu ghal procedimenti mibdija qabel ma tkun giet
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI g KAP. 410. 17
prezentata l-applikazzjoni ghar-rikonoxximent jew infurzar, u jekk ir-
rifjut ikun fl-interess tal-minuri.
(2) Il-procedimenti ghar-rikonoxximent jew infurzar jistghu jigu sospizi ghal xi
motiv minn dawn:
(a) jekk tkun inbdiet procedura ordinarja ta’ revizjoni tad-decizjoni
originali;
(b) jekk il-procedimenti li ghandhom x’jaqsmu mal-kustodja tal-minuri, li
jkunu nbdew qabel ma l-procedimenti fl-Istat ta’ origini jkunu gew
istitwiti, ikunu pendenti fl-Istat indirizzat;
(c) jekk decizjoni ohra li ghandha x’taqsam mal-kustodja tal-minuri
tifforma l-meritu ta’ procedimenti ghall-infurzar jew ta’ xi procedimenti
ohra li ghandhom x’jaqsmu mar-rikonoxximent tad-decizjoni.
Artikolu 11
(1) Decizjonijiet fuq id-drittijiet ta’ access u provvedimenti ta’ decizjonijiet li
ghandhom x’jaqsmu mal-kustodja u li huma relatati mad-drittijiet ta’ access
ghandhom jigu rikonoxxuti u infurzati skond l-istess kondizzjonijiet bhal kull
decizjoni ohra li ghandha x’taqsam mal-kustodja.
(2) Izda, l-awtorita  kompetenti ta’ l-Istat indirizzat tista’ tistabbilixxi l-
kondizzjonijiet biex jitwettaq u jigi ezercitat id-dritt ta’ access partikolarment, jekk
tqis l-obbligazzjonijiet li jkunu intrabtu bihom il-partijiet fuq din il-kwistjoni.
(3) Meta ma tkun ittiehdet ebda decizjoni fuq id-dritt ta’ access jew meta ma
jkunux intlaqghu r-rikonoxximent jew l-infurzar ta’ decizjoni li ghandha x’taqsam
mal-kustodja, l-awtorita  centrali ta’ l-Istat indirizzat tista’ tapplika lill-awtoritajiet
kompetenti taghha ghal decizjoni fuq id-dritt ta’ access jekk il-persuna li tallega dritt
ta’ access hekk titlob.
Artikolu 12
Meta, waqt ir-rimozzjoni tal-minuri billi tinqabez il-fruntiera
internazzjonali, ma jkun hemm ebda decizjoni li tista’ tigi infurzata moghtija fi Stat
Kontraenti li ghandha x’taqsam mal-kustodja tieghu, id-disposizzjonijiet ta’ din il-
Konvenzjoni ghandhom ikunu japplikaw ghal kull decizjoni li tigi wara, li ghandha
x’taqsam mal-kustodja ta’ dak il-minuri u li tiddikjara r-rimozzjoni bhala wahda
illecita, li tinghata fi Stat Kontraenti fuq talba ta’ kull persuna li jkollha interess.
Artikolu 13
(1) Applikazzjoni ghar-rikonoxximent jew infurzar fi Stat Kontraenti iehor ta’
decizjoni li ghandha x’taqsam mal-kustodja ghandu jentehmez maghha -
(a) dokument li jkun jawtorizza lill-awtorita  centrali ta’ l-Istat indirizzat
biex jagixxi f’isem l-applikant jew biex jinhatar rapprezentant iehor
ghal dak l-ghan;
(b) kopja ta’ decizjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet mehtiega ta’
awtenticita ;
(c) fil-kaz ta’ decizjoni moghtija fil-kontumacja tal-konvenut jew tar-
rapprezentant legali tieghu, dokument li jistabbilixxi li l-konvenut kien
gie regolarment notifikat bid-dokument li bih inbdew il-procedimenti
jew dokument ekwivalenti;
(d) jekk ikun japplika, kull dokument li jistabbilixxi li, skond il-ligi ta’ l-
Istat ta’ origini, id-decizjoni tkun tista’ tigi infurzata;
(e) jekk ikun possibbli, dikjarazzjoni li tkun tindika l-post jew postijiet fejn
18 KAP. 410. h IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
il-minuri x’aktarx joqghod fl-Istat indirizzat;
(f) proposti dwar kif il-kustodja tal-minuri ghandha tigi restitwita.
Artikolu 15
(1) Qabel ma’ tittiehed decizjoni skond il-paragrafu (1)(b) ta’ l-Artikolu 10, l-
awtorita  interessata fl-Istat indirizzat -
(a) ghandha taccerta ruhha dwar il-fehmiet tal-minuri kemm-il darba dan
ma jkunx imprattikabbli minhabba fl-eta  u l-fehma tal-minuri; u
(b) tista’ titlob li jsiru l-investigazzjonijiet mehtiega.
(2) L-ispejjez ta’ investigazzjonijiet f’kull Stat Kontraenti ghandhom ikunu
mghejjuna mill-awtoritajiet ta’ l-Istat fejn dawn isiru.
Applikazzjonijiet ghal investigazzjonijiet u r-rizultanzi taghhom jistghu
jintbaghtu lill-awtorita  interessata permezz ta’ l-awtoritajiet centrali.
IT-TIELET SKEDA
(Artikolu 13)
Riservi
(1) Il-Gvern ta’ Malta jiddikjara li mhux ser jkun marbut li jaghmel xi spejjez li
jirrizultaw mill-partecipazzjoni ta’ avukati jew konsulenti jew minn procedimenti
fil-qrati, hlief meta dawk l-ispejjez jistghu jkunu koperti bl-ghajnuna legali.
(2) Skond l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni, Malta tirriserva d-dritt li taccetta
traduzzjonijiet tad-dokumenti originali biss bl-ilsien Ingliz.
IR-RABA’ SKEDA
g Artikolu 14(2)h
Riserva
Skond l-Artikolu 17, paragrafu 1 tal-Konvenzjoni, il-Gvern ta’ Malta jirriserva d-
dritt li ma jilqax ir-rikonoxximent u l-ezekuzzjoni ta’ decizjonijiet li ghandhom
x’jaqsmu mal-kustodja, fil-kazijiet li jaqghu taht l-Artikoli 8 u 9 jew xi wiehed minn
dawn l-Artikoli, ghal xi wahda mir-ragunijiet li dwarhom hemm provdut fl-Artikolu
10, paragrafu 1(a), (b), (c) u (d).
