KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI g KAP. 426. 1
KAPITOLU 426
ATT DWAR IL-KOMUNIKAZZJONIJIET U 
TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI
ATT sabiex jipprovdi ghar-rigward tal-kummerc elettroniku u sabiex
jipprovdi dwar dak li ghandu x'jaqsam ma' dan jew li hu ancillari ghalih.
10 ta’ Mejju, 2002
L-ATT III ta’ l-2001, kif emendat bl-Att XXVII ta’ l-2002.
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettronici.
Tifsir.
Emendat:
XXVII. 2002.59.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra:-
"akkreditazzjoni volontarja" tfisser kull permess, li jistipula
drittijiet u obbligazzjonijiet specifici ghall-provdiment ta’ servizzi
ta’ certifikazzjoni ta’ firma li jinghata fuq talba mill-provditur ta’
servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma involut, minn korp pubbliku jew
privat inkarigat bl-elaborazzjoni ta’, u s-sorveljanza ta’ konformita
ma’, dawk id-drittijiet u obbligazzjoni, meta l-provditur ta’ servizz
ta’ certifikazzjoni ta’ firma ma jkollux jedd jesercita d-drittijiet li
johorgu mill-permess sakemm din tkun irceviet id-decizjoni tal-
korp;
"apparat ghal hzin ta’ data" tfisser kull haga, inkluz disk, li minn
data u informazzjoni jkunu jistghu jigu riprodotti bl-ghajnuna jew
minghajr l-ghajnuna ta’ kull haga jew apparat;
"apparat ta’ originar ta’ firma sigura" tfisser apparat ta’ originar
ta’ firma li jkun konformi mal-htigiet stipulati fir-Raba’ Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att;
"apparat ta’ verifika ta’ firma" tfisser software jew hardware
konfigurat li jintuza biex jimplimenta d-data ta’ verifika ta’ firma;
"awtorita  kompetenti" tfisser l-awtorita  hekk imsemmija skond l-
artikolu 17;
"certifikat" tfisser affermazzjoni elettronika, li tikkonnetti data
ta’ verifika ta’ firma ma’ persuna u tikkonferma l-identita  ta’ dik il-
persuna;
"certifikat kwalifikat" tfisser certifikat li jkun konformi mal-
htigiet stabbiliti b’dan l-Att jew tahtu u li jkun provdut minn
provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma li jwettaq il-htigiet
stabbiliti b’dan l-Att jew tahtu;
"data" tfisser rapprezentazzjoni ta’ informazzjoni, konoxxenza,
fatti, kuncetti jew struzzjonijiet li jkunu gew preparati jew li jkunu
qed jigu preparati b’xi mod li jkun, u li jkunu gew ipprocessati,
jkunu qed jigu processati jew ikunu mahsuba li jigu processati
f’sistema ta’ informazzjoni, f’sistema ta’ computer jew f’network
2 KAP. 426. h KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI
ta’ computer. Id-data tista’ tkun f’kull ghamla jew miksuba minn
kull apparat jew origni, inkluza l-memorja ta’ computer, printouts
ta’ computer, medja ta’ hzin, elettronici jew xort’ohra u punched
cards;
"data ta’ verifika ta’ firma" tfisser data, bhalma huma kodicijiet
jew kjavi kriptografici privati, li jintuzaw bil-ghan ta’ verifika ta’
firma elettronika;
"firma elettronika" tfisser data f’ghamla elettronika li jigu
annessi ma’, inkorporati fi jew logikament assocjati ma’ data
elettronici ohra u li jservu bhala metodu kif tigi awtentikata
persuna; 
"firma elettronika avvanzata" tfisser firma elettronika li tkun
konformi ma’ dawn il-htigiet:
(a) tkun unikament konnessa mal-firmatarju;
(b) tkun kapaci tidentifika lill-firmatarju;
(c) tinholoq bl-uzu ta’ mezzi li l-firmatarju jista’ jzomm
taht l-uniku kontroll tieghu;
(d) tkun konnessa mad-data li jkollha x’taqsam maghha
b’tali mod li kull bdil sussegwenti tad-data jkun jista’
jingharaf;
"indirizzat" ghar-rigward ta’ komunikazzjoni elettronika tfisser
persuna li tkun intiza mill-originatur li tircievi l-komunikazzjoni
elettronika, izda ma tinkludix persuna li taghmilha ta’ provditur ta’
servizz ghar-rigward ta’ l-ipprocessar, ricezzjoni jew hzin ta’ dik
il-komunikazzjoni elettronika jew li tipprovdi servizzi ohra
dwarha;
"informazzjoni" tinkludi informazzjoni fl-ghamla ta’ data, kitba,
xbiehat, hsejjes jew diskors;
"komunikazzjoni elettronika" tfisser informazzjoni generata,
komunikata, processata, mibghuta, ricevuta, registrata, mahzuna
jew murija b’mezzi elettronici;
"konsumatur" tfisser persuna naturali li tagixxi ghal finijiet li ma
jkunux jappartjenu ghas-sengha, negozju jew professjoni taghha;
"kuntratt elettroniku" tfisser kuntratt maghmul ghalkollox jew
f’parti minnu b’komunikazzjonijiet elettronici jew ghalkollox jew
f’parti minnu f’forma elettronika;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-
komunikazzjonijiet;
"originatur" ghar-rigward ta’ komunikazzjoni elettronika tfisser
il-persuna li minnha, jew li f’isimha, il-komunikazzjoni elettronika
tkun tidher li ntbaghtet jew giet generata qabel il-hzin, jekk ikun
hemm, izda ma tinkludix lil xi persuna li taghmilha ta’ provditur ta’
servizz dwar l-iggenerar, l-ipprocessar, it-trasmissjoni jew il-hzin
ta’ dik il-komunikazzjoni elettronika jew il-provdiment ta’ servizzi
ohra dwarha;
"post operattiv" ghar-rigward ta’ gvern, awtorita  tal-gvern, korp
pubbliku, istituzzjoni karitatevoli, filantropika jew simili, tfisser
post fejn jitwettqu operazzjonijiet jew attivitajiet minn dak il-
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI g KAP. 426. 3
gvern, awtorita , korp jew istituzzjoni;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti maghmula mill-
Ministru skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma" tfisser persuna
li tohrog certifikati jew tipprovdi servizzi ohra relatati ma firem
elettronici;
"rekwiziti tat-teknologija ta’ l-informazzjoni" tinkludi software,
network u kull mehtieg ghall-hzin ta’ data; 
"ricevitur" tfisser kull persuna li tuza servizz minn socjeta  ta’
informazzjoni ghall-iskopijiet ta’ ksib ta’ informazzjoni jew li din
tkun accessibbli;
"servizz minn socjeta  ta’ informazzjoni" tfisser servizz li jigi
pprovdut mill-boghod, b’mezzi elettronici u b’talba individwali ta’
ricevitur tas-servizz, sew jekk dak is-servizz ikun provdut
b’korrispettiv sew jekk le, u ghall-finijiet ta’ din it-tifsira:
(a) "mill-boghod" tfisser li s-servizz jigi provdut minghajr
ma l-partijiet ikunu prezenti simultanjament;
(b) "b’mezzi elettronici" tfisser li s-servizz inizjalment
jintbaghat u jigi ricevut fid-destinazzjoni tieghu
permezz ta’ taghmir elettroniku ghall-ipprocessar
(inkluza kompressjoni digitali) u hzin ta’ data, u jigi
kollu kemm hu trasmess, trasportat u ricevut bil-fil,
bir-radju, b’mezzi ottici jew b’kull mezz
elettromanjetiku;
(c) "b’talba individwali ta’ ricevitur tas-servizz" tfisser li
s-servizz ikun provdut permezz tat-trasmissjoni ta’
data fuq talba individwali;
"sistema ta’ informazzjoni" tfisser sistema biex jigu generati,
mibghutin, ricevuti, registrati, mahzuna jew xort’ohra processati
komunikazzjonijiet elettronici;
"transazzjoni" tinkludi transazzjoni ta’ xorta mhux kummercjali.
TAQSIMA II 
APPLIKAZZJONI TA’ HTIGIET LEGALI GHAL 
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET 
ELETTRONICI
Validita  ta’ 
transazzjonijiet 
elettronici.
3. Ghall-finijiet ta’ kull ligi f’Malta u bla hsara ghad-
disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan l-Att, transazzjoni ma ghandhiex
titqies bhala wahda invalida semplicement ghaliex tkun saret
ghalkollox jew f’parti minnha permezz ta’ xi mezz ta’
komunikazzjoni elettroniku wiehed jew iktar.
Ligijiet eskluzi.
provvedimenti ta’ l-artikoli 5 sa 15 ma japplikawx ghal -
(a) xi ligi li tirregola l-ghemil, l-esekuzzjoni, l-emenda, t-
tibdil jew ir-revoka -
(i) ta’ testment jew ta’ xi strument testamentarju
iehor;
(ii) ta’ trust; jew
4 KAP. 426. h KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI
(iii) ta’ prokura;
(b) kull ligi li tirregola l-mod li bih id-drittijiet fuq il-
proprjeta  immobbli, li ma jkunux kirjiet, jistghu
jinholqu, jinkisbu, jitnehhew jew jigu registrati;
(c) kull ligi li tirregola l-ghemil ta’ affidavit jew ta’
dikjarazzjoni solenni, jew li tehtieg jew tippermetti l-
uzu taghhom ghal xi ghan li jkun;
(d) kull provvediment tal-ligi dwar il-persuna;
(e) kull regola, prattika jew procedura ta’ xi qorti jew
tribunal;
(f) ligi li tirrigwarda l-impozizzjoni, il-gbir jew l-irkupru
ta’ xi tassazzjoni u harag iehor tal-Gvern, inkluzi
drittijiet, multi u ammendi, u penali;
(g) xi ligi li tirrigwarda l-garanzija u sigurta  kollaterali
moghtija minn persuni ghal-fini tas-sengha, negozju
jew professjoni taghhom; jew
(h) xi ligi li tirrigwarda l-ghoti ta’ xiehda fi procedimenti
kriminali.
(2) Meta l-Ministru jkun tal-fehma li -
(a) t-teknologija tkun daqstant avvanzata, u l-access
ghaliha jkun daqstant disponibbli, jew
(b) jkunu zviluppaw proceduri u prattika adegwata fir-
registrazzjoni pubblika jew f’servizzi ohra, sabiex
jehtiegu tali azzjoni, jew
(c) l-interess pubbliku hekk jehtieg,
huwa jista’, wara konsultazzjoni ma’ dak il-Ministru li fil-fehma
tal-Ministru jkollu bizzejjed interess jew responsabbilt dwar dik il-
haga, b’Ordni pubblikat fil-Gazzetta jestendi l-applikazzjoni ta’
dan l-Att jew disposizzjoni ta’ dan l-Att ghal jew dwar xi haga
specifikata fis-subartikolu (1) ta’ hawn aktar qabel, inkluza l-
applikazzjoni ghal xi settur jew suggett partikolari, jew ghal xi
zmien, ghall-finijiet ta’ prova ta’ xi teknologija u proceduri, bla
hsara ghal dawk il-kondizzjonijiet li jista’ jqis xierqa.
Rekwizit jew 
permess li tinghata 
informazzjoni bil-
miktub.
Emendat:
XXVII. 2002.59.
5. (1) Jekk taht xi ligi f’Malta persuna tkun mehtiega jew
permessa li taghti informazzjoni bil-miktub, dak ir-rekwizit ghandu
jitqies li jkun gie sodisfatt jekk il-persuna taghti l-informazzjoni
permezz ta’ komunikazzjoni elettronika:
Izda - 
(a) fil-waqt li nghatat l-informazzjoni, kien ragonevoli li
jigi mistenni li l-informazzjoni kienet tkun accessibbli
fil-pront sabiex din tkun tista’ tintuza ghal kull
riferenza sussegwenti; u
(b) jekk l-informazzjoni tkun mehtiega li tinghata lil
persuna, jew lil xi persuna ohra f’isimha, u l-ewwel
persuna msemmija tkun tehtieg li l-informazzjoni
tinghata skond xi teknologija ta’ l-informazzjoni
partikolari, ir-rekwizit ta’ dik il-persuna jkun twettaq;
u 
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI g KAP. 426. 5
(c) jekk l-informazzjoni tkun mehtiega biex tinghata lil xi
persuna li la hi korp pubbliku jew li la qed tagixxi ghan-
nom ta’ xi korp pubbliku, dik il-persuna li l-
informazzjoni qed tinghata jew li qed jigi permess li
tinghata lilha, trid taghti l-kunsens taghha biex l-
informazzjoni tinghata jew tigi prodotta lilha permezz ta’
komunikazzjoni elettronika;
(d) jekk l-informazzjoni tkun mehtiega li tinghata lil
persuna, jew lil xi persuna ohra f’isimha, u l-ewwel
persuna msemmija tkun tehtieg li xi azzjoni partikolari
tittiehed billi jigi verifikat it-twassil ta’ l-
informazzjoni, ir-rekwizit ta’ dik il-persuna jkun
twettaq.
(2) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu li taghti informazzjoni
jinkludi, izda mhux limitat ghal, dan li gej:
(a) li taghmel applikazzjoni;
(b) li taghmel jew tivvanta pretenzjoni;
(c) li taghti, tibghat jew tinnotifika notifikazzjoni;
(d) li tipprezenta prospett;
(e) li taghmel rikjesta;
(f) li taghmel dikjarazzjoni;
(g) li tipprezenta jew tohrog certifikat;
(h) li taghmel oggezzjoni; u
(i) li taghmel dikjarazzjoni.
(3) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu rekwizit jew permess dwar
persuna sabiex taghti informazzjoni ghandu jestendi ghal u ghandu
jkun daqsinsew applikabbli ghar-rekwizit jew ghall-informazzjoni
li jigu dikjarati bhala li qed jintbaghtu, jigu pprezentati, moghtijin,
notifikati jew xort’ohra trasmessi u jinkludu frazijiet simili jew li
jixxiebhu ma’ dan.
Firma.
persuna, dak ir-rekwizit jitqies li jkun gie sodisfatt jekk dik il-firma
tkun firma elettronika u dik il-firma ma ghandhiex tincahad l-
effettivita  legali minhabba f’li tkun -
(a) f’ghamla elettronika; jew
(b) mhux imsejsa fuq certifikat kwalifikat; jew
(c) mhux imsejsa fuq certifikat kwalifikat li jinhareg minn
provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma
akkreditat; jew
(d) mhux originata minn apparat ta’ originar ta’ firma
sigura:
Izda jekk il-firma elettronika tkun fil-forma ta’ firma
elettronika avvanzata, li tkun imsejsa fuq certifikat kwalifikat u
tkun originata minn apparat ta’ originar ta’ firma sigura, din
ghandha titqies, ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi, li hi l-firma
tal-firmatarju.
6 KAP. 426. h KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI
Rekwizit jew 
permess ghall-
produzzjoni ta’ 
dokument u 
integrita .
Emendat:
XXVII. 2002.59.
7. (1) Kemm-il darba ma jigix xort’ohra provdut b’dan l-Att
jew tahtu, jekk taht xi ligi f’Malta, persuna tenhtieg tipproduci xi
dokument li jkun fil-forma ta’ karta, jew xi sustanza ohra jew
materjal iehor, dak ir-rekwizit jitqies bhala li jkun gie sodisfatt jekk
il-persuna tipproduci, permezz ta’ komunikazzjoni elettronika,
forma elettronika ta’ dak id-dokument:
Izda -
(a) fil-qjies tac-cirkostanzi rilevanti kollha fil-waqt tal-
komunikazzjoni, il-metodu ta’ kif tigi generata l-forma
elettronika tad-dokument kien jipprovdi mezz fdat kif
tigi zgurata z-zamma ta’ l-integrita  ta’ l-informazzjoni
li tkun tinsab fid-dokument;
(b) fil-waqt meta intbaghtet il-komunikazzjoni, kien
ragonevoli li wiehed jistenna li l-informazzjoni li
kienet tinsab fil-forma elettronika tad-dokument kienet
se tkun accessibbli fil-pront sabiex din tkun tista’
tintuza ghal kull riferenza sussegwenti;
(c) jekk id-dokument ikun mehtieg li jinghata lil xi persuna li
la hi korp pubbliku jew li hi qed tagixxi ghan-nom ta’ xi
korp pubbliku, dik il-persuna li d-dokument lilha hu
mehtieg li jigi prodott, trid taghti l-kunsens taghha ghal
produzzjoni tad-dokument permezz ta’ komunikazzjoni
elettronika f’forma elettronika tad-dokument;
(d) jekk id-dokument ikun mehtieg li jinghata lil xi
persuna, jew lil xi persuna ohra f’ismu, u l-ewwel
persuna msemmija tkun tehtieg li ghandha tinghata
forma elettronika tad-dokument, skond rekwiziti tat-
teknologija ta’ l-informazzjoni partikolari, permezz ta’
xi xorta partikolari ta’ komunikazzjoni elettronika, ir-
rekwizit ta’ dik il-persuna jigi sodisfatt; u
(e) jekk id-dokument ikun mehtieg li jinghata lil xi
persuna, jew lil xi persuna ohra f’ismu, u l-ewwel
persuna msemmija tkun tehtieg li ghandha tittiehed xi
azzjoni partikolari sabiex jigi verifikat it-twassil ta’ l-
informazzjoni, ir-rekwizit ta’ dik il-persuna jigi
sodisfatt.
(2) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu, l-integrita  ta’
informazzjoni li tkun tinsab f’dokument unikament tinzamm jekk l-
informazzjoni tibqa’ wahda shiha u mhux mittiefsa, hlief ghal - 
(a) iz-zjieda ta’ kull endorsement; jew
(b) kull tibdila li ma tkunx tibdila fl-informazzjoni, li tkun
mehtiega fil-kors normali ta’ komunikazzjoni, hzin
jew turija.
(3) Ghall-finijiet tas-subartikoli (1) u (2) u ta’ l-artikolu 8, il-
produzzjoni permezz ta’ komunikazzjoni elettronika ta’ forma
elettronika ta’ dokument jew il-generazzjoni ta’ forma elettronika
ta’ dokument ma tohloqx xi responsabbilta  ghall-ksur tad-drittijiet
ta’ l-awtur f’xi xoghol jew suggett topiku iehor li jkun inkorporat
fid-dokument.
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI g KAP. 426. 7
Zamma ta’ 
informazzjoni, 
dokumenti u 
komunikazzjonijiet
.
8. (1) Jekk taht xi ligi f’Malta, persuna tenhtieg tirregistra xi
informazzjoni bil-miktub, dak ir-rekwizit jitqies bhala li jkun gie
sodisfatt jekk il-persuna tirregistra l-informazzjoni f’forma
elettronika:
Izda dik l-informazzjoni f’forma elettronika tkun
accessibbli fil-pront sabiex din tkun tista’ tintuza ghal kull
riferenza sussegwenti u tkun konformi ma’ dawk ir-regolamenti li
jistghu jkunu preskritti.
(2) Jekk taht xi ligi f’Malta, persuna tenhtieg izzomm, ghal
perjodu partikolari, dokument li jkun fil-forma ta’ karta jew ta’ xi
sustanza ohra jew materjal iehor, dak ir-rekwizit jitqies bhala li
jkun gie sodisfatt jekk il-persuna zzomm forma elettronika tad-
dokument matul dak il-perjodu:
Izda jekk -
(a) fil-qjies tac-cirkostanzi kollha rilevanti fil-waqt tal-
generazzjoni tal-forma elettronika tad-dokument, il-
metodu ta’ generazzjoni tal-forma elettronika tad-
dokument kien jipprovdi mezz fdat kif tigi zgurata z-
zamma ta’ l-integrita  ta’ l-informazzjoni li tkun tinsab
f’dak id-dokument; u
(b) fil-waqt tal-generazzjoni tal-forma elettronika tad-
dokument, kien ragonevoli li jigi mistenni li l-
informazzjoni li tkun tinsab fil-forma elettronika tad-
dokument tkun accessibbli fil-pront sabiex din tkun
tista’ tintuza ghal kull riferenza sussegwenti; u
(c) tkun konformi ma’ dawk ir-regolamenti li jistghu
jkunu preskritti.
(3) Ghall-finijiet tas-subartikolu (2), l-integrita  ta’
informazzjoni li tkun tinsab f’dokument biss tinzamm jekk l-
informazzjoni tkun baqghet shiha u mhux mittiefsa, hlief ghal -
(a) iz-zjieda ta’ kull endorsement; jew
(b) kull tibdila li ma tkunx tibdila fl-informazzjoni, li tkun
mehtiega fil-kors normali ta’ komunikazzjoni, hzin
jew turija.
(4) Jekk taht xi ligi f’Malta, persuna tenhtieg izzomm, ghal
perjodu partikolari, informazzjoni li kienet is-suggett ta’
komunikazzjoni elettronika, dak ir-rekwizit jitqies bhala li jkun gie
sodisfatt jekk dik il-persuna zzomm, jew iggieghel lil xi persuna
ohra zzomm, f’forma elettronika, li -
(a) fil-waqt tal-bidu taz-zamma ta’ l-informazzjoni, kien
ragonevoli li jigi mistenni li l-informazzjoni kienet se
tkun accessibbli fil-pront sabiex din tkun tista’ tintuza
ghal kull riferenza sussegwenti; u
(b) fil-qjies tac-cirkostanzi kollha rilevanti, fil-waqt tal-
bidu taz-zamma ta’ l-informazzjoni, l-metodu ta’
zamma ta’ l-informazzjoni f’forma elettronika kien
jipprovdi mezz fdat kif tigi zgurata z-zamma ta’ l-
integrita  ta’ l-informazzjoni li tkun tinsab f’dik il-
8 KAP. 426. h KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI
komunikazzjoni elettronika; u
(c) matul dak il-perjodu l-persuna zzomm ukoll, jew
iggieghel lil xi persuna zzomm, f’forma elettronika,
dik l-informazzjoni addizzjonali li tinkiseb daqskemm
tkun sufficjenti biex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni
ta’ dan li gej:
(i) l-origni tal-komunikazzjoni elettronika;
(ii) id-destinazzjoni ta’ l-informazzjoni elettronika;
(iii) il-hin meta tkun intbaghtet l-komunikazzjoni
elettronika;
(iv) il-hin meta tkun giet ricevuta l-komunikazzjoni
elettronika; u
(d) fil-waqt tal-bidu taz-zamma ta’ l-informazzjoni
addizzjonali specifikata fil-paragrafu (c) kien
ragonevoli li jigi mistenni li l-informazzjoni
addizzjonali tkun accessibbli fil-pront sabiex din tkun
tista’ tintuza ghal kull riferenza sussegwenti; u
(e) tkun konformi ma’ dawk ir-regolamenti li jistghu
jkunu preskritti.
(5) Ghall-finijiet tas-subartikolu (4), l-integrita  ta’
informazzjoni li tkun is-suggett ta’ komunikazzjoni elettronika biss
tinzamm jekk l-informazzjoni tkun baqghet shiha u mhux mittiefsa,
hlief ghal -
(a) iz-zjieda ta’ kull endorsement; jew
(b) kull tibdila li ma tkunx tibdila fl-informazzjoni, li
tidher fil-kors normali ta’ komunikazzjoni, hzin jew
turija.
TAQSIMA III 
KUNTRATTI ELETTRONICI
Kuntratt 
elettroniku.
9. (1) Kuntratt elettroniku ma ghandux jiccahhad milli jkollu
effett, validita  jew infurzar legali unikament minhabba f’li jkun
ghalkollox jew f’parti minnu f’forma elettronika jew li jkun sar
ghalkollox jew f’parti minnu permezz ta’ komunikazzjonijiet
elettronici jew xort’ohra.
(2) Ghall-fini ta’ kull ligi dwar il-kuntratti, offerta,
accettazzjoni ta’ offerta u kull komunikazzjoni relatata, inkluzi kull
emenda, thassir jew revoka sussegwenti ta’ l-offerta, ta’ l-
accettazzjoni jew tal-kuntratt jistghu, kemm-il darba ma jigix
miftiehem xort’ohra mill-partijiet fil-kuntratt, jigu kkumnikati
permezz ta’ komunikazzjonijiet elettronici. 
Ghemil ta’ kuntratt 
elettroniku.
10. (1) Kemm-il darba ma jinqabilx xort’ohra minn partijiet li
ma jkunux konsumaturi, meta l-indirizzat ta’ komunikazzjoni
elettronika jkun mehtieg li jaghti l-kunsens tieghu b’mezzi
teknologici:
(a) ma’ l-accettazzjoni ta’ l-offerta ta’ l-originatur,
kuntratt elettroniku jigi konkluz meta l-indirizzat ikun
ircieva minghand l-originatur, elettronikament,
acknowledgement tat-twassil tal-kunsens ta’ l-
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI g KAP. 426. 9
indirizzat; u
(b) ghall-finijiet tal-paragrafu (a), acknowledgement tat-
twassil jitqies li jkun gie ricevut meta l-indirizzat ikun
jista’ jidhol fiha.
(2) Kemm-il darba ma jinqabilx xort’ohra minn partijiet li ma
jkunux konsumaturi, l-originatur ghandu jipprovdi lill-indirizzat
b’mezzi effettivi u accessibbli sabiex jidentifika u jikkorregi
diffikultajiet ta’ manigg u transazzjonijiet accidentali qabel ma jigi
konkjuz il-kuntratt.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(a) u tas-subartikolu
(2) ma ghandhomx japplikaw ghal kuntratti li jsiru eskluzivament
bil-posta elettronika jew b’mezzi teknologici simili ohra.
Rekwiziti ta’ 
informazzjoni 
dwar kuntratt 
elettroniku.
11. Kemm-il darba ma jinqabilx xort’ohra minn partijiet li ma
jkunux konsumaturi, u minghajr pregudizzju ghal kull dritt tal-
konsumatur taht id-disposizzjonijiet ta’ xi ligi ohra, l-originatur
ghandu jipprovdi informazzjoni li tigi espressa b’mod car,
komprensiv u mhux ambigwu dwar dak li hemm stipulat fl-Ewwel
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att. Dik l-informazzjoni ghandha tigi
pprovduta qabel ma ssir l-ordni mill-indirizzat.
TAQSIMA IV 
TRASMISSJONI TA’ KOMUNIKAZZJONIJIET 
ELETTRONICI
X’hin isir id-
dispacc.
12. (1) Jekk komunikazzjoni elettronika tidhol f’sistema ta’
informazzjoni singola ’l hinn mill-kontroll ta’ l-originatur,
ghaldalqshekk, salv kif jista’ jigi xort’ohra miftiehem bejn l-
originatur u l-indirizzat tal-komunikazzjoni elettronika, id-dispacc
tal-komunikazzjoni elettronika jigri fil-waqt meta dan jidhol fis-
sistema ta’ informazzjoni.
(2) Jekk komunikazzjoni elettronika tidhol successivament
zewg sistemi ta’ informazzjoni jew iktar ’l barra mill-kontroll ta’ l-
originatur, ghaldaqshekk, kemm-il darba ma jigix miftiehem
xort’ohra bejn l-originatur u l-indirizzat tal-komunikazzjoni
elettronika, id-dispacc tal-komunikazzjoni elettronika jigri meta
dan jidhol fl-ewwel minn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni.
X’hin isir it-
twassil.
13. (1) Jekk l-indirizzat ta’ komunikazzjoni elettronika jkun
ghazel sistema ta’ informazzjoni ghall-iskop li jircievi
komunikazzjonijiet elettronici, ghaldaqshekk, salv kif jista’ jigi
xort’ohra miftiehem bejn l-originatur u l-indirizzat tal-
komunikazzjoni elettronika, il-waqt tat-twassil tal-komunikazzjoni
elettronika jkun il-hin meta l-komunikazzjoni elettronika tidhol fis-
sistema ta’ informazzjoni.
(2) Jekk l-indirizzat ta’ komunikazzjoni elettronika ma jkunx
ghazel sistema ta’ informazzjoni ghall-iskop li jircievi
komunikazzjonijiet elettronici, ghaldaqshekk, salv kif jista’ jigi
xort’ohra miftiehem bejn l-originatur u l-indirizzat tal-
komunikazzjoni elettronika, il-waqt tat-twassil tal-komunikazzjoni
elettronika jkun il-hin meta l-indirizzat isir jaf bil-komunikazzjoni
elettronika.
10 KAP. 426. h KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI
Post tad-dispacc u 
tat-twassil.
14. (1) Salv kif jista’ jigi xort’ohra miftiehem bejn l-
originatur u l-indirizzat ta’ komunikazzjoni elettronika -
(a) il-komunikazzjoni elettronika titqies li tkun intbaghtet
fil-post fejn originatur ikollu l-post tan-negozju
tieghu; u
(b) il-komunikazzjoni elettronika titqies li tkun giet
ricevuta fil-post fejn l-indirizzat ikollu l-post tan-
negozju tieghu.
(2) Ghall-finijiet tas-subartikolu (1) -
(a) jekk l-originatur jew l-indirizzat ikollu iktar minn post
wiehed tan-negozju, u wiehed minn dawk il-postijiet
ikollu relazzjoni eqreb ghat-transazzjoni sottostanti,
dak il-post ta’ negozju ghandu jitqies li jkun il-post
tan-negozju ta’ l-originatur jew ta’ l-indirizzat; u
(b) jekk l-originatur jew l-indirizzat ikollu iktar minn post
wiehed tan-negozju, izda l-paragrafu (a) ma jkunx
japplika, il-post ta’ negozju principali ta’ l-originatur
jew ta’ l-indirizzat ghandu jitqies li jkun il-post tan-
negozju ta’ l-originatur jew ta’ l-indirizzat; u
(c) jekk l-originatur jew l-indirizzat ma jkollux post tan-
negozju, il-post tan-negozju ta’ l-originatur jew ta’ l-
indirizzat ghandu jitqies li jkun ir-residenza ordinarja
ta’ l-originatur jew ta’ l-indirizzat.
Attribuzzjoni ta’ 
komunikazzjoni 
elettronika.
15. (1) Salv kif xort’ohra miftiehem bejn l-originatur u l-
indirizzat ta’ komunikazzjoni elettronika, l-originatur ta’
komunikazzjoni elettronika jkun marbut b’dik il-komunikazzjoni
biss jekk il-komunikazzjoni kienet intbaghtet minnu jew taht l-
awtorita  tieghu.
(2) Ebda haga fis-subartikolu (1) ma ghandha tolqot l-operat
ta’ xi ligi li taghmel provdimenti dwar -
(a) l-imgieba ta’ xi persuna fl-iskop ta’ l-awtorita  attwali
jew apparenti ta’ dik il-persuna li ghandha tigi
attribwita lil xi persuna ohra; jew
(b) xi persuna li ghandha tintrabat bl-imgieba ta’ xi
persuna ohra fl-iskop ta’ l-awtorita  attwali jew
apparenti ta’ dik il-persuna l-ohra.
(3) Komunikazzjoni elettronika bejn originatur u indirizzat
ghandha titqies li tkun ta’ l-originatur jekk din tkun intbaghtet
permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni programmata biex tahdem
awtomatikament mill-originatur jew f’ismu.
(4) Indirizzat ikollu jedd li jqis kull komunikazzjoni
elettronika minnu ricevuta bhala komunikazzjoni elettronika
separata u li jagixxi fuq dik l-assunzjoni, hlief sal-limitu li dik il-
komunikazzjoni tkun wahda duplikata ta’ komunikazzjoni
elettronika ohra u l-indirizzat kien jaf jew imissu kien jaf, li kieku
ha hsieb kif imiss jew uza xi procedura miftehma, li l-
komunikazzjoni elettronika kienet wahda duplikata.
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI g KAP. 426. 11
TAQSIMA V
PROVDIMENT TA’ SERVIZZI TA’ CERTIFIKAZZJONI
TA’ FIRMA
Akkreditazzjoni ta’ 
provdituri ta’ 
servizz ta’ 
certifikazzjoni ta’ 
firma.
16. (1) Il-provdiment ta’ servizzi ta’ certifikazzjoni ta’ firma
jew ta’ servizzi xort’ohra relatati ma’ firem elettronici ma ghandux
ikun suggett ghal awtorizzazzjoni bil-quddiem.
(2) Minghajr pregudizzju ghall-generalita  tas-subartikolu (1)
il-Ministru jista’ b’regolamenti jintroduci u jmantni skema ta’
akkreditazzjoni volontarja li jkollha bi skop il-provdiment ta’
livelli gholja ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma u jista’
jinnomina awtoritajiet ta’ akkreditazzjoni u jista’ wkoll jaghmel
regolamenti dwar kull hag’ohra li jkollha x’taqsam ma’ dik in-
nomina hekk kif il-Ministru jista’ jqis li jkun mehtieg.
Sorveljanza ta’ 
provdituri ta’ 
servizz ta’ 
certifikazzjoni ta’ 
firma li johorgu 
certifikati 
kwalifikati.
17. (1) Il-Ministru ghandu b’Ordni jinnomina awtorita
kompetenti ghas-sorveljanza ta’ provdituri ta’ servizz ta’
certifikazzjoni ta’ firma stabbiliti f’Malta li johorgu certifikati
kwalifikati lill-pubbliku.
(2) Il-Ministru jista’ jippreskrivi dwar kull wahda minn dawn
l-affarijiet r-Raba’ Skeda: 
(a) is-setghat u l-funzjonijiet ta’ l-awtorita  kompetenti;
(b) kull hag’ohra li jkollha x’taqsam ma’ l-awtorita
kompetenti li tista’ tidher lill-Ministru bhala li tkun
necessarja jew mixtieqa.
Responsabbilta  ta’ 
provdituri ta’ 
servizz ta’ 
certifikazzjoni ta’ 
firma.
18. (1) Il-provdituri ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma li
johorgu certifikat bhala certifikat kwalifikat ghall-pubbliku jew li
jiggarantixxu tali certifikat ghandhom ikunu responsabbli ghal kull
hsara li tigi kagunata lil xi persuna li tkun ragonevolment tafda f’
tali certifikat.
(2) Il-provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma li
johrog certifikat bhala certifikat kwalifikat ghall-pubbliku jew li
jiggarantixxi tali certifikat ikollu d-dmir li jizgura ragonevolment:
(a) l-ezattezza ta’ kull informazzjoni fic-certifikat
kwalifikat fil-waqt tal-hrug tieghu u li c-certifikat ikun
fih id-dettalji kollha preskritti ghar-rigward ta’
certifikat kwalifikat;
(b) illi fil-waqt tal-hrug tac-certifikat, il-firmatarju
identifikat fic-certifikat kwalifikat kellu fil-pussess
tieghu l-apparat ta’ originar ta’ firma li jikkorrsipondi
ghall-apparat ta’ verifika ta’ firma moghti jew
identifikat fic-certifikat;
(c) illi l-apparat ta’ originar ta’ firma u l-apparat ta’
verifika ta’ firma jimxu flimkien b’mod
komplimentari, f’dawk il-kazijiet fejn il-provditur ta’
servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma jkun jiggenera t-
tnejn li huma.
(3) Il-provdituri ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma li jkun
hareg certifikat bhala certifikat kwalifikat ghall-pubbliku, jew li
jkun iggarantixxa tali certifikat, ikun responsabbli ghal kull hsara
12 KAP. 426. h KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI
kagunata lil xi persuna li tkun ragonevolment tafda fic-certifikat
ghal kull nuqqas li jirregistra jew jippubblika r-revoka jew is-
sospensjoni tac-certifikat kemm-il darba l-provdituri ta’ servizz ta’
certifikazzjoni ta’ firma ma jgibx prova li ma jkunx agixxa
b’negligenza.
(4) Il-provdituri ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma li
johrog _certifikat bhala _certifikat kwalifikat ghall-pubbliku, jew li
jiggarantixxi tali certifikat, jista’ jindika fic-certifikat kwalifikat il-
limiti relattivi ghal kull uzu li jista’ jsir minn dak ic-certifikat:
Izda sakemm il-limiti jkunu cari u identifikabbli fil-pront
bhala limitazzjonijiet, il-provdituri ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’
firma ma ghandux ikun responsabbli ghal kull hsara li torigina
minn uzu kuntrarju ta’ certifikat kwalifikat li jinkludi limiti fuq l-
utent tieghu.
(5) Il-provdituri ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma jista’
jindika fic-certifikat kwalifikat il-limitu fuq il-valur ta’
transazzjonijiet li dwarhom jista’ jintuza c-certifikat. Kull tali
indikazzjoni ghandha tkun cara u identifikabbli fil-pront bhala
limitazzjoni.
TAQSIMA VI 
PROVDITURI TA’ SERVIZZ INTERMEDJI
Conduit semplici. 19. (1) Meta jigi provdut servizz minn socjeta  ta’
informazzjoni, u dak is-servizz ikun jikkonsisti fit-trasmissjoni,
f’network ta’ komunikazzjoni, ta’ informazzjoni provduta mir-
ricevitur tas-servizz, jew il-provdiment ta’ dhul f’network ta’
komunikazzjoni, il-provditur ta’ dak is-servizz ma jkunx
responsabbli, xort’ohra milli taht inibizzjoni, ghall-informazzjoni
trasmessa. B’dan illi dak il-provditur:
(a) ma jibdiex dik it-trasmissjoni;
(b) ma jaghzilx lir-ricevitur tat-trasmissjoni; u
(c) ma jaghzilx jew ma jimmodifikax l-informazzjoni li
tkun tinsab fit-trasmissjoni.
(2) L-attijiet ta’ trasmissjoni u tal-provdiment ta’ dhul
imsemmija fis-subartikolu (1), jinkludu il-hzin awtomatiku,
intermedju u transjenti ta’ informazzjoni trasmessa sakemm dan
jigri ghall-iskop uniku tat-twettiq tat-trasmissjoni fin-network ta’
komunikazzjoni, u sakemm l-informazzjoni ma tigix mahzuna ghal
xi perjodu li jkun itwal minn dak li jkun ragonevolment mehtieg
ghat-trasmissjoni.
Caching. 20. Meta jigi provdut servizz minn socjeta  ta’ informazzjoni, u
dak is-servizz ikun jikkonsisti fit-trasmissjoni, f’network ta’
komunikazzjoni, ta’ informazzjoni provduta minn ricevitur tas-
servizz, il-provditur ta’ dak is-servizz ma jkunx responsabbli ghad-
danni ghall-hzin awtomatiku, intermedju u transjenti ta’ dik l-
informazzjoni, mwettaq bl-iskop uniku li ssir iktar efficjenti t-
trasmissjoni ta’ informazzjoni lejn ricevituri ohra tas-servizz fuq
talba taghhom. B’dan illi:
(a) il-provditur ma jimmodifikax l-informazzjoni;
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI g KAP. 426. 13
(b) il-provditur jikkonforma ruhu mal-kondizzjonijiet tad-
dhul fl-informazzjoni;
(c) il-provditur jikkonforma ruhu ma’ kull kondizzjoni li
tirregola l-aggornar ta’ l-informazzjoni;
(d) il-provditur ma jindahalx fit-teknologija uzata biex
jinkisbu data dwar l-uzu ta’ l-informazzjoni; u
(e) il-provditur jagixxi b’mod spedittiv biex inehhi jew
jimpedixxi d-dhul fl-informazzjoni meta huwa
attwalment isir jaf b’xi wahda minn dawn l-affarijiet li
gejjin:
(i) l-informazzjoni fl-origni inizjali tat-trasmissjoni
tkun tnehhiet min-network;
(ii) id-dhul fiha jkun gie impedit;
(iii) il-Qorti jew xi awtorita  kompetenti ohra tkun
ordnat dik it-tnehhija jew impediment.
Hosting.
informazzjoni, u dak is-servizz ikun jikkonsisti fil-hzin ta’
informazzjoni provduta minn ricevitur tas-servizz, jew il-
provdiment ta’ dak is-servizz ma jkunx responsabbli ghad-danni
ghall-informazzjoni mahzuna fuq talba ta’ ricevitur tas-servizz. 
B’dan illi:
(a) l-provditur ma jkunx attwalment jaf li l-attivita  tkun
wahda illegali u ma jkunx jaf bil-fatti jew bic-
cirkostanzi li minnhom tkun tohrog l-attivita  illegali;
jew
(b) il-provditur, meta jsir jaf jew ikun konoxxenti b’dan
kollu, jagixxi b’mod spedittiv biex inehhi jew
jimpedixxi d-dhul f’dik l-informazzjoni.
(2) Is-subartikolu (1) ma ghandux japplika meta r-ricevitur tas-
servizz jkun qed jagixxi taht l-awtorita  jew il-kontroll tal-provditur
tas-servizz.
Obbligazzjonijiet 
ta’ provdituri ta’ 
servizz intermedji.
22. Il-provdituri ta’ servizz minn socjeta  ta’ informazzjoni
ghandhom minnufih jgharrfu lill-awtoritajiet kompetenti fil-
materja b’kull attivita  allegatament illegali li tkun qed issir jew
informazzjoni li tkun qed tinghata minn ricevituri tas-servizz
taghhom, u ghandhom jaghtu lil kull tali awtorita , meta hekk
jintalbu, informazzjoni li biha jkunu jistghu jigu identifikati r-
ricevituri tas-servizz taghhom li maghhom ikollhom ftehim ta’
hzin:
Izda ebda haga f’din it-Taqsima ta’ l-Att ma ghandha
titfisser bhala li timponi xi obbligu fuq il-provdituri ta’ servizz
minn socjeta  ta’ informazzjoni li jissorveljaw l-informazzjoni li
jittrasmettu jew jahznu jew biex jinvestigaw fatti jew cirkostanzi li
jindikaw xi attivita  illegali f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-
attivitajiet imsemmija fl-artikoli 19 sa 21.
14 KAP. 426. h KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI
TAQSIMA VII 
GENERALI
Projbizzjoni dwar 
l-uzu mhux kif 
dovut ta’ firem 
elettronici, apparat 
ta’ originar ta’ 
firma, certifikati u 
frodi.
23. (1) Hadd ma jista’ jidhol, jikkopja jew xort’ohra jikseb
pussess jew jerga’ jorigina l-apparat ta’ originar ta’ firma ta’ xi
persuna ohra minghajr awtorizzazzjoni, bil-ghan li jorigina, jew
jippermetti jew jikkaguna lil xi persuna li torigina xi firma
elettronika mhux awtorizzata billi juza dak l-apparat ta’ firma.
(2) Hadd ma jista’ jibdel, jizvela jew juza l-apparat ta’ originar
ta’ firma ta’ xi hadd iehor minghajr awtorizzazzjoni, jew b’eccess
ta’ awtorizzazzjoni legittima, ghall-fini ta’ l-originar, jew li jigi
permess jew mgieghel xi hadd iehor li jorigina firma elettronika
mhux awtorizzata billi juza dak l-apparat ta’ originar ta’ firma.
(3) Hadd ma jista’ jorigina, jippubblika, jibdel jew xort’ohra
juza certifikat jew firma elettronika ghal xi skop frodulenti jew
xort’ohra mhux legittimu.
(4) Hadd ma jista’ jqarraq dwar l-identita  jew l-
awtorizzazzjoni tieghu meta jkun qed jitlob jew jaccetta certifikat
jew meta jkun qed jitlob xi sospensjoni jew revoka ta’
certifikazzjoni.
(5) Hadd ma jista’ jidhol, jibdel, jizvela jew juza l-apparat ta’
originar ta’ firma ta’ provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’
firma li jintuza biex johrog certifikati minghajr l-awtorizzazzjoni
tal-provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma, jew b’eccess
ta’ l-awtorizzazzjoni legittima, bl-iskop ta’ originar, jew li jigi
permess jew li jigi mgieghel xi hadd iehor li jorigina, firma
elettronika mhux awtorizzata billi juza dak l-apparat ta’ originar ta’
firma.
(6) Hadd ma jista’ jippubblika certifikat, jew xort’ohra
xjentement jaghmlu disponibbli lil xi hadd li x’aktarx iqieghed il-
fiducja tieghu fic-certifikat jew f’firma elettronika li tkun
verifikabbli ghar-rigward ta’ data bhalma huma kodicijiet,
passwords, algorithms, kjavi kriptografici pubblici jew data ohra li
jintuzaw biex jivverifikaw firma elettronika, elenkata fic-certifikat,
jekk dik il-persuna tkun taf li -
(a) l-provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma
elenkat fic-certifikat ma jkunx hargu; jew
(b) l-abbonat elenkat fic-certifikat ma jkunx accettah; jew
(c) ic-certifikat jkun gie revokat jew sospiz, kemm-il
darba dik il-pubblikazzjoni jkollha bhala skop taghha
li tivverifika firma elettronika originata qabel dik ir-
revoka jew sospensjoni, jew l-ghoti ta’ avviz ta’
revoka jew sospensjoni.
(7) Hadd ma jista’ juza xi kriptografija jew teknika ohra simili
ghal xi ghan illegali.
Reati u pieni. 24. Kull persuna li tikser xi provvediment ta’ dan l-Att jew ta’
xi regolamenti maghmula bis-sahha tieghu tkun hatja ta’ reat u
tehel, meta tinsab hatja, multa ta’ mhux izjed minn mitt elf lira jew
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sitt xhur, jew dik il-
multa u prigunerija flimkien, u fil-kaz ta’ reat kontinwat multa ta’
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI g KAP. 426. 15
mhux izjed minn elf lira ghal kull jum li matulu jkompli r-reat.
Setgha ta’ ghemil 
ta’ regolamenti.
25. (1) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jipprovdi
dwar kull haga li jkollha x’taqsam mal-kummerc elettroniku sabiex
jaghti effett iktar shih lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u b’mod
partikolari, izda minghajr pregudizzju ghall-generalita  ta’ dak
hawn aktar qabel imsemmi, dawk ir-regolamenti jistghu jipprovdu
dwar -
(a) kull deroga minn jew restrizzjoni dwar xi transazzjoni
transkonfini meta dan ikun mehtieg ghal xi wahda mir-
ragunijiet li gejjin:
(i) public policy, b’mod partikolari l-protezzjoni
tal-minorenni, jew il-glieda kontra kull tqanqil
ta’ mibgheda minhabba fir-razza, s-sess, ir-
religjon, l-opinjoni politika jew in-nazzjonalita ;
(ii) il-harsien tas-sahha pubblika;
(iii) is-sigurta  pubblika;
(iv) il-harsien tal-konsumatur;
(b) l-identifkazzjoni ta’ - 
(i) transazzjonijiet;
(ii) rekwiziti jew permessi ghall-ghoti ta’
informazzjoni bil-miktub;
(iii) rekwiziti jew permessi biex jingiebu dokumenti;
(iv) rekwiziti ghaz-zamma ta’ informazzjoni,
dokumenti u komunikazzjonijiet;
(v) firem;
li jistghu jkunu ezenti minnn kull disposizzjoni ta’ dan
l-Att;
(c) ir-rekwiziti addizzjonali ghall-uzu ta’ firem
f’komunikazzjonijiet elettronici fis-settur pubbliku;
(d) ir-rikonoxximent ta’ provdituri ta’ servizz ta’
certifikazzjoni ta’ firma illi, li kieku kienu jahdmu
f’Malta, kienu jissodisfaw ir-rekwiziti stipulati ghal
dawk il-provdituri;
(e) kull haga li jkollha x’taqsam ma’ komunikazzjonijiet
kummercjali, inkluzi, izda mhux limitata ghal affarijiet
relattivi ghal -
(i) l-informazzjoni li ghandha tigi provduta
f’komunikazzjonijiet kummercjali;
(ii) komunikazzjonijiet kummercjali mhux mitlubin;
(iii) komunikazzjonijiet kummercjali minn
professjonijiet regolati;
(f) l-awtorizzazzjoni lill-awtorita  kompetenti li timponi
penalitajiet jew sanzjonijiet amministrattivi fuq kull
persuna li tkun qed tagixxi bi ksur ta’ dan l-Att jew ta’
xi regolament maghmul bis-sahha tieghu:
Izda -
(i) il-penalitajiet amministrattivi li jkun provdut
16 KAP. 426. h KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI
dwarhom taht dan l-artikolu ma ghandhomx
jeccedu l-ammont ta’ ghaxart elef lira ghal kull
reat u ta’ elf lira ghal kull jum li matulu jibqa’
jkun hemm in-nuqqas ta’ osservanza tal-
provvedimenti maghmulin bis-sahha tieghu;
(ii) il-penalitajiet amministrattivi stipulati fil-
paragrafu (i) jistghu permezz ta’ regolamenti
jizdiedu sa massimu ta’ hamsin elf lira u ta’
hamest elef lira ghal kull jum li matulu jibqa’
jsehh il-ksur, rispettivament;
Kap. 12.
(iii) regolamenti maghmula taht dan il-paragrafu
jistghu jippreskrivu li xi tali penalitajiet jew
sanzjonijiet amministrattivi jkunu dovuti lill-
awtorita  kompetenti bhala dejn civili li
jikkostitwixxi titolu ezekuttiv ghall-finijiet tat-
Titolu VII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-
Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili
bhallikieku l-hlas ta’ l-ammont tal-multa kien
ordnat b’sentenza ta’ qorti ta’ kompetenza civili;
(iv) dawk ir-regolamenti jistghu jkunu wkoll
jippreskrivu kull dritt ta’ appell minn
decizjonijiet ta’ l-awtorita  kompetenti li timponi
penalitajiet jew sanzjonijiet amministrattivi;
(g) li jigu stabbiliti proceduri ghal skemi barra mill-qorti
kif jigu pacuti tilwimiet li jitnisslu ghar-rigward ta’
servizzi minn socjeta  ta’ informazzjoni inkluzi l-
mizuri elettronici adattati.
(2) Il-Ministru jista’ wkoll b’regolamenti jemenda l-Iskedi li
jinsabu ma’ dan l-Att u jippreskrivi kull haga li tista’ jew li hi
mehtiega li tigi preskritta taht dan l-Att.
It-test Ingliz 
ghandu jipprevali.
26. Fil-kaz ta’ kunflitt bejn it-test Malti u dak Ingliz ta’ dan l-
Att, jipprevali t-test Ingliz.
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI g KAP. 426. 17
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 11)
Rekwiziti ta’ Informazzjoni relattivi ghal Kuntratti Elettronici
(a) l-isem u l-indirizz fejn l-originatur ikun stabbilit;
(b) l-indirizz postali elettroniku (e-mail address) fejn l-originatur ikun jista’ jigi
kkuntattjat b’mod dirett;
(c) in-numru ta’ registrazzjoni ta’ l-originatur f’xi registru kummercjali jew ta’ xi
korp professjonali jekk dan japplika;
(d) meta l-attivita  ta’ l-originatur tkun suggetta ghal xi awtorizzazzjoni, l-
attivitajiet koperti bl-awtorizzazzjoni moghtija lill-originatur u l-
partikolaritajiet ta’ l-awtorita  li tkun qeghda tipprovdi dik l-awtorizzazzjoni;
(e) in-numru ta’ registrazzjoni tal-VAT (Taxxa fuq il-Valur Mizjud) ta’ l-originatur,
meta l-originatur jaghmel attivita  suggetta ghall-VAT;
(f) id-diversi stadji li hemm biex il-kuntratt isir;
(g) dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt li jkun sar ikunx ser jigi pprezentat mill-
originatur u jekk hux se jkun hemm access ghalih.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 2)
Rekwiziti ghal Certifikati Kwalifikati
Certifikati kwalifikati ghandu jkun fihom:
(a) indikazzjoni li c-certifikat ikun qed jinhareg bhala certifikat kwalifikat;
(b) l-identifikazzjoni ta’ provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma u l-Istat
fejn dan ikun stabbilit;
(c) l-isem tal-firmatarju jew psewdonimu, li ghandu jigi identifikat bhala tali;
(d) provvediment dwar xi attribut specifiku tal-firmatarju li ghandu jigi inkluz jekk
dan ikun wiehed rilevanti, kif jiddependi mill-fini li ghalih ikun mahsub ic-
certifikat;
(e) data ta’ verifika ta’ firma li jkunu jikkorrispondu ghal data ta’ originar ta’ firma
taht il-kontroll tal-firmatarju;
(f) indikazzjoni tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ validita  tac-certifikat;
(g) il-kodici ta’ identita  tac-certifikat;
(h) il-firma elettronika avvanzata tal-provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’
firma li jkun qed johrogha;
(i) limitazzjonijiet dwar il-fini ta’ l-uzu tac-certifikat, jekk dan ikun japplika; u
(j) limiti fuq il-valur ta’ transazzjonijiet li ghalihom jista’ jintuza c-certifikat, jekk
dan ikun japplika. 
18 KAP. 426. h KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI
IT-TIELET SKEDA
(Artikolu 2)
Rekwiziti ghal Provdituri ta’ Servizz ta’ Certifikazzjoni ta’ Firma li johorgu 
Certifikati Kwalifikati
Il-provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma ghandhom:
(a) juru li ghandhom ikunu fdati li jipprovdu servizzi ta’ certifikazzjoni ta’ firma;
(b) jizguraw l-operat ta’ direttorju accessibbli fil-pront u sigur kif ukoll servizz ta’
revoka sigur u immedjat;
(c) jizguraw li d-data u l-hin meta jinhareg jew jigi revokat certifikat ikun jista’ jigi
stabbilita bi precizjoni;
(d) jivverifikaw, b’mezzi idoneji skond il-ligi nazzjonali taghhom, l-identita  u, jekk
dan ikun japplika, kull attribut specifiku tal-persuna li lilha jinhareg certifikat
kwalifikat;
(e) jimpjegaw persunal li jkollhom il-konoxxenza esperta, l-esperjenza u l-
kwalifiki mehtiega ghas-servizzi provduti, b’mod partikolari il-kompetenza
f’livell manigerjali, konoxxenza esperta fit-teknologija dwar il-firma
elettronika u familjarita  mal-proceduri ta’ sigurta  adattati; ghandhom ukoll
japplikaw proceduri amministrattivi u ta’ manigg li jkunu adegwati u
jikkorrispondu ghal standards rikonoxxuti;
(f) juzaw sistemi u prodotti ta’ min jafdhom li jkunu protetti kontra kull
modifikazzjoni u li jizguraw is-sigurta  teknika u kriptografika tal-processi li
jkunu jappoggaw;
(g) jiehdu mizuri kontra l-falsifikazzjoni ta’ certifikati, u, fil-kazijiet fejn il-
provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma jiggenera data ta’ originar ta’
firma, jiggarantixxu konfidenzjalita  matul il-process ta’ l-iggenerar ta’ dawk id-
data;
(h) ikollhom rizorsi finanzjarji bizzejjed biex ikunu jistghu joperaw f’konformita
mar-rekwiziti stipulati fl-Att, b’mod partikolari li jgorru r-riskju ta’
responsabbiltaa  ghad-danni, b’ezempju, billi jkollhom assigurazzjoni adattata;
(i) jirregistraw kull informazzjoni rilevanti dwar certifikat kwalifikat ghal perjodu
ta’ zmien adattat, b’mod partikolari ghall-fini li jipprovdu prova ta’
certifikazzjoni ghall-finijiet ta’ procedimenti legali. Dik ir-registrazzjoni tista’
ssir b’mod elettroniku;
(j) ma jahznux jew jikkupjaw data ta’ originar ta’ firma tal-persuna li lilha l-
provditur ta’ servizz ta’ certifikazzjoni ta’ firma jkun ipprovda servizzi ta’
manigg ta’ kjavi;
(k) qabel ma jidhlu f’relazzjoni kontrattwali ma’ persuna li tkun qed titlob
_certifikat ta’ appogg ghall-firma elettronika taghha, jinfurmaw lil dik il-
persuna b’mezz ta’ komunikazzjoni li jibqa’ bil-pattijiet u l-kondizzjonijiet
precizi li jirrigwardaw l-uzu tac-certifikat, inkluza kull limitazzjoni dwar l-uzu
tieghu, l-ezistenza ta’ skema ta’ akkreditazzjoni volontarja u proceduri dwar
ilgmenti u tpacija ta’ tilwimiet. Dik l-informazzjoni, li tista’ tigi trasmessa
elettronikament, ghandha tkun bil-miktub u f’ilsien li jiftiehem malajr. Partijiet
rilevanti ta’ din l-informazzjoni ghandhom ukoll ikunu disponibbli fuq talba ta’
terzi li jqeghdu l-fiducja taghhom fuq ic-certifikat;
(l) juzaw sistemi fiducjarji biex jahznu certifikati f’forma verifikabbli sabiex:
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONICI g KAP. 426. 19
- ikunu persuni awtorizzati biss li jistghu jdahhlu informazzjoni jew
jaghmlu tibdiliet fihom;
- tkun tista’ tigi verifikata l-awtenticita  ta’ l-informazzjoni;
- ic-certifikati jkunu disponibbli pubblikament biex jittiehdu lura biss
f’dawk il-kazijiet li ghalihom ikun inkiseb il-kunsens tad-detentur tac-
certifikat; u
- l-operatur jkun jista’ jara sew kull bidla teknika li tkun tikkomprometti
dawn ir-rekwiziti ta’ sigurta . 
IR-RABA’ SKEDA
(Artikolu 2)
Rekwiziti ghal Apparat ta’ Originar ta’ Firma Sigura
01. Apparat ghall-originar ta’ firma sigura ghandu, b’mezzi adattati teknici u
procedurali, ghall-inqas jizgura illi:
(a) d-data ghall-originar ta’ firma uzati ghall-originar ta’ firma jistghu
prattikament jokkorru ghal darba biss, u li tigi ragonevolment zgurata s-
segretezza taghhom;
(b) d-data ghall-originar ta’ firma uzati ghall-originar ta’ firma ma jkunux
jistghu, b’assigurazzjoni ragonevoli, jinkisbu u l-firma tkun protetta
kontra kull falsifikazzjoni billi tigi uzata t-teknologija disponibbli f’
dak iz-zmien;
(c) d-data ghall-originar ta’ firma uzati ghall-originar ta’ firma jistghu
jkunu protetti b’mod fdat mill-firmatarju legittimu kontra kull uzu li
jista’ jsir minn persuni ohra.
02. Apparat ta’ originar ta’ firma sigura ma ghandux jibdel id-data li ghandhom
jigu ffirmati jew tipprevjeni lil dawk id-data milli jigu pprezentati lill-
firmatarju qabel il-process tal-firma.
