KONTROLL TAL-PESTICIDI g KAP. 430. 1
KAPITOLU 430
ATT DWAR IL-KONTROLL TAL-PESTICIDI
Att li jipprovdi ghall-kontroll tal-pesticidi u ghal ghanijiet ohra
konnessi ma’ l-istess suggett.
1 ta’ Awissu, 2001
L-Att XI ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
Pesticidi.
Tifsir.
xort’ohra - 
"ambjent " tinkludi ilma, arja, art u speci selvaggi ta’ pjanti u
bhejjem u kull interrelazzjoni ta’ bejniethom kif ukoll kull
relazzjoni ma’ organizmi hajjin;
''antidote'' tfisser trattament terapewtiku specifiku wzat f’kazi ta’
avvelenament;
''awtorizzazjoni'' tfisser att amministrattiv li permezz tieghu id-
direttur jista’ jippermetti, wara li tigi sottomessa applikazzjoni, it-
tqeghid ta’ pesticida fis-suq;
''Bord'' tfisser il-Bord ghall-Kontroll tal-Pesticidi stabbilit bl-
artikolu 10;
''C.A.S. Number'' tfisser in-numru tal-Chemical Abstract Service
li jigi wzat minn awtoritajiet internazzjonali li jissorveljaw
standards;
"Dipartiment" tfisser id-dipartiment responsabbli ghas-sahha tal-
pjanti;
"Direttur" tfisser id-Direttur tad-Dipartiment u, sal-limitu tal-
funzjonijiet moghtija, tinkludi kull ufficjal pubbliku awtorizzat
mid-Direttur ghal hekk bil-miktub ghal xi wiehed mill-ghanijiet ta’
dan l-Att;
"fdalijiet" tfisser sustanza wahda jew izjed li jkunu prezenti fi
jew fuq pjanti jew prodotti li joriginaw minn pjanti, prodotti li
jittieklu maghmulin minn annimali jew x’imkien iehor fl-ambjent u
li jirrizultaw mill-uzu ta’ pesticida, u jinkludu l-prodotti metabolici
taghhom u prodotti li jirrizultaw mid-degradazzjoni jew reazzjoni
taghhom;
"formulazzjoni" tfisser il-kompozizzjoni finali ta’ pesticida kif
provdut lill-utent, li tkun tikkonsisti fit-tqabbil ta’ sustanzi attivi u
ohrajn, u l-proporzjon taghhom, f’dak il-pesticida, mahsuba biex
taghmel dak il-prodott effettiv fl-ghan originali tieghu;
"fungi" tfisser kull pjanta tal-grupp thallophyta li ma jkollhomx
klorofilla u tinkludi s-sadid, tebghat, hmiriet, mellijiet, moffa u
bakterja, hlief dawk l-ghamliet gewwa jew fuq l-igsma ta’ bnedmin
jew bhejjem hajjin;
2 KAP. 430. h KONTROLL TAL-PESTICIDI
"growth regulator" tfisser kull sustanza jew tahlita ta’ sustanzi
mahsuba, permezz ta’ azzjoni fisjologika, biex tibdel ir-rata ta’
tkabbir jew ir-rata ta’ maturazzjoni, jew b’mod iehor biex tibdel il-
qaghda ta’ pjanta jew tal-prodott taghha izda ma tinkludix sustanzi
safejn ikunu mahsuba bhala nutrijenti ta’ pjanti, tilqim tal-pjanti
jew tiswija tal-hamrija;
"haddiem" tfisser kull min ikun attwalment okkupat fil-manigg
jew fl-applikazzjoni tal-pesticidi, sew jekk minn jeddu kif ukoll
taht it-tmexxija jew fl-impieg ta’ persuna ohra;
"hlejjaq li jaghmlu hsara" tfisser dik il-forma ta’ pjanta jew ta’
bhejjem, virus, patogeniku iehor li jitqiesu li ghandhom effett
negattiv ghal kollox fuq il-bniedem u fuq l-attivitajiet tieghu, hlief
dawk l-ghamliet fuq jew gewwa l-igsma ta’ bnedmin jew bhejjem
hajjin;
"sustanza attiva" tfisser sustanza kimika jew mikro-organizmu
inkluz viruses, li ghandhom azzjoni generali jew specifika kontra
organizmi qerrieda jew fuq pjanti jew prodotti maghmulin minn
pjanti;
"insett" tfisser kull annimal invertebrat tal-klassi Insecta u kull
forma ohra bhala tal-grupp artropoda, u inkludi brimb, dud,
qurdien, centipidi u hniezer l-art, hlief dawk l-ghamliet fuq jew
gewwa l-igsma ta’ bnedmin jew bhejjem hajjin;
"isem komuni" tfisser l-isem moghti lis-sustanza attiva ta’
pesticida mill-International Standards Organisation (ISO) jew, fin-
nuqqas ta’ dak l-isem moghti, l-isem komuni accettat bhala l-isem
generiku u mhux kummercjali ghal dik is-sustanza attiva
partikolari;
"kimika" tfisser sustanza miksuba bi process kimiku jew li
tintuza fi processi kimici;
"kontroll integrat" tfisser l-applikazzjoni razzjonali ta’ ghaqda
ta’ mizuri bijologici, bioteknologici, kimici, kulturali jew ta’ tnissil
ta’ pjanti, fejn l-uzu ta’ pesticidi kimici hu limitat ghall-minimu
strettament necessarju biex jillimita l-popolazzjoni ta’ hlejjaq li
jaghmlu l-hsara ghal-livelli taht dawk li jistghu jaghmlu hsara
ekonomika inaccettabbli jew qirda totali;
"Malta" ghandha l-istess tifsira kif moghtija lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"manifattura" tinkludi l-istadji kollha ta’ kull stadju ta’
produzzjoni ta’ pesticida minn materja prima sal-prodott finali kif
provdut lill-utent;
"marka" tirreferi ghall-isem li bih il-pesticida jigi tikkettjat,
registrat u provdut mill-manifattur jew distributur u li, jekk ikun
protett taht legislazzjoni ezistenti, jkun jista’ jigi uzat
esklussivament mill-manifattur jew distributur sabiex jiddistingwi
l-prodott minn pesticidi ohra;
"migjub fis-suq" tfisser kull importazzjoni jew provvista ta’
pesticida, segwita mill-konsenja jew mid-disponiment, sew jekk bi
hlas jew b’xejn, hlief ghall-hazna;
KONTROLL TAL-PESTICIDI g KAP. 430. 3
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-Agrikoltura
wara li jikkonsulta l-Ministru jew Ministri responsabli ghas Sahha
u ghall-Ambjent;
"molluskicidi" tfisser sustanzi li jintuzaw biex jinqerdu bebbux,
bugharwien u speci ta’ l-istess familja;
"nematode" tfisser bhejjem invertebrati tal-klassi Nematoda li
jghixu fil-hamrija, fl-ilma, fil-pjanti jew f’partijiet tal-pjanti hlief
dawk l-ghamliet fuq jew gewwa l-igsma ta’ bnedmin jew bhejjem
hajjin u "nematodi" ghandha tinftiehem skond hekk;
"organizmi qerrieda" tfisser pjanti, bhejjem, viruses, bakterja u
patogeni ohra li l-prezenza taghhom ma tkunx mixtieqa jew li
ghandhom effett detrimentali fuq il-bnedmin, l-attivitajiet taghhom
jew il-prodotti li juzaw jew li jipproducu, jew ghall-bhejjem, pjanti
u l-ambjent;
"pjanti" tfisser pjanti hajjin u partijiet ta’ pjanti hajjin, inkluzi
frott u zrieragh;
"pakkjar" tfisser it-trasferiment jew pakkjar mill-gdid ta’
pesticidi minn kontenitur ghal xi kontenitur iehor;
"persuna" tinkludi kull socjeta  kummercjali jew assocjazzjoni ta’
persuni jew enti legali ohra;
"pesticida" tinkludi kull prodott ghal protezzjoni tal-pjanti u
prodotti biocidali;
"preparazzjonijiet" tfisser tahlitiet jew soluzzjonijiet komposti
minn zewg sustanzi jew aktar li minnhom ghallanqas wahda hi
sustanza attiva, intenzjonati ghall-uzu bhala pesticidi;
"principal" tfisser kull min ikollu fl-impieg tieghu jew taht id-
direzzjoni, supervizjoni jew kontroll, persuna jew persuni li jkunu
okkupati fil-manigg jew fl-applikazzjoni tal-pesticidi;
"prodotti biocidali" tfisser is-sustanza attiva u preparazzjonijiet
li fihom sustanza wahda jew aktar, maghmulin fl-ghamla li jigu
provduti lill-utent, li ghandhom l-ghan li jeqirdu, jipprevedu,
jirrendu bla periklu, jwaqqfu l-azzjoni jew b’xi mod iehor
jezercitaw effett ta’ kontroll fuq organizmi li jaghmlu l-hsara
permezz ta’ mezzi kimici jew bijologici;
"prodotti ghall-protezzjoni tal-pjanti" tfisser sustanzi attivi u
preparazzjonijiet li fihom sustanza attiva wahda jew aktar,
maghmulin fl-ghamla li jkunu provdutu lill-utent, intenzjonati
biex-
(a) jipprotegu pjanti jew prodotti tal-pjanti kontra kull
organizmu li jaghmel il-hsara jew iharsu kontra l-
azzjoni ta’ organizmi bhal dawk, sakemm dawk is-
sustanzi jew preparazzjonijiet mhumiex imfissra mod
iehor hawn aktar ‘l isfel;
(b) jinfluenzaw il-processi tal-hajja tal-pjanti, hlief dawk
ta’ nutriment;
(c) jipprezervaw il-prodotti tal-pjanti, sakemm dawk is-
sustanzi jew prodotti ma jkunux suggetti ghal
disposizzjonijiet specjali dwar il-preservattivi;
4 KAP. 430. h KONTROLL TAL-PESTICIDI
(d) jeqirdu pjanti mhux mixtieqa; jew
(e) jeqirdu partijiet minn pjanti, jikkontrollaw jew
iwaqqfu t-tkabbir mhux mixtieq tal-pjanti;
"prodotti maghmulin minn pjanti" tfisser prodotti derivati minn
pjanti, li jkunu fi stat mhux ipprocessat jew li ghaddew minn
process preliminarju semplici;
"registrazzjoni" tfisser il-process li bih id-Direttur japprova t-
tqeghid fis-suq u l-uzu ta’ pesticida wara li tkun saret evalwazzjoni
ta’ taghrif xjentifiku komprensiv, li turi li l-prodott ikun effettiv
ghall-ghan tieghu mahsub u li ma jkunx perikoluz iz-zejjed ghas-
sahha tal-bniedem jew ta’ l-bhejjem jew ghall-ambjent;
"reklamar" tfisser il-promozzjoni tal-bejgh u, jew l-uzu ta’ kull
pesticida bl-istampa, mezzi awdjo jew vizivi, sinjali, wirjiet, rigali,
dimostrazzjoni jew kliem bil-fomm;
"rodenti" tfisser il-firien u l-grieden kollha li jaghmlu sehem
mill-generu Rattus u Mus;
''rodenticidi'' tfisser sustanzi wzati biex joqtlu r-rodenti;
"sid" tinkludi kull min jista’ jiddisponi minn, jew ikun fdat fil-
kariga tieghu li jiddisponi minn, xi prodott li jittiekel jew pesticida;
"sustanzi" elementi kimici u l-komponenti taghhom, kif jinsabu
fin-natura jew manifatturati, inkluzi kull impurita  inevitabbli li
tirrizulta mill-process tal-manifattura;
"tikketta" tfisser il-kitba, grafika jew stampat fuq, jew imwahhal
ma’, il-pesticida jew il-kontenitur ewlieni tieghu kif ukoll il-
kontenitur jew kisja ta’ barra tal-pakkett tal-pesticida li jinbiegh bl-
imnut;
"venditur" tfisser kull persuna li tbiegh jew tiddisponi b’mod
iehor minn xi pesticidi.
Dmirijiet tad-
Direttur.
3. Id-Direttur ghandu, fuq il-parir tal-Bord, jipprocessa l-
applikazzjonijiet ghall-awtorizzazzjoni biex prodotti jigu
mqieghdha fis-suq, izomm registru ghar-registrazzjoni tal-pesticidi,
u jwettaq id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti
maghmul tahtu; id-Direttur, fuq il-parir tal-Bord, ikun responsabbli
ghat-thejjija u z-zamma ta’ programm annwali ta’ sorveljanza ghat-
testjar ta’ residwi ta’ pesticidi fuq prodotti gejjin mill-pjanti.
Awtorizzazzjoni. 4. (1) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi il-mod li
bih ghandhom jigu registrati pesticidi awtorizzati, u l-limitu ta’
zmien sa meta tieqaf dik ir-registrazzjoni; meta jiskadi dak il-limitu
ta’ zmien, l-applikant ghandu jerga’ jissottometti l-applikazzjoni
rilevanti mill-gdid, flimkien ma’ l-informazzjoni tossologika li
tkun fis-sehh f’dak iz-zmien ghall-pesticida in kwistjoni.
(2) Id-Direttur, fuq il-parir tal-Bord, ghandu jizgura li l-
awtorizzazzjoni ghar-registrazzjoni ma tinghatax ghal ebda
pesticida sakemm -
(a) tkun sufficjentement effettiva; u
(b) ma jkollhiex effetti qerrieda fuq is-sahha tal-bniedem
jew ta’ l-annimali u ma jkollhiex effett negattiv li
KONTROLL TAL-PESTICIDI g KAP. 430. 5
mhux accettabbli fuq l-ambjent.
Setgha li jsiru 
regolamenti.
5. (1) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jimponi
kondizzjonijiet ghall-kontroll fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni,
il-manifattura, il-bejgh jew l-uzu ta’ kull pesticida inkluzi:
(a) dwar ir-restrizzjoni ta’ l-importazzjoni, il-manifattura,
il-bejgh, id-distribuzzjoni u l-uzu ta’ xi sustanza attiva
jew prodott ta’ pesticida u z-zamma ta’ registru tal-
pesticidi;
(b) biex jinzamm registru tal-pesticidi;
(c) biex jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-htigiet ghall-
awtorizzazzjoni ghall-importazzjoni, il-manifattura, il-
bejgh, id-distribuzzjoni u l-uzu ta’ xi pesticida inkluzi
dawk uzati fil-maniggar ta’ kontroll integrat;
(d) biex jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-htigiet li
ghandhom x’jaqsmu mat-tikketjar u r-reklamar ta’ xi
pesticida;
(e) biex jistabbilixxi l-htigiet ghal, u d-dmirijiet ta’,
impjegati, haddiema u bejjiegha f’dak li ghandu
x’jaqsam mal-bejgh u l-uzu ta’ pesticidi, inkluzi dawk
uzati fil-maniggar ta’ kontroll integrat;
(f) biex jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ghad-disponiment
ta’ l-iskart ta’ pesticidi u kontenituri ta’ pesticidi;
(g) biex jimponi kondizzjonijiet biex jigu kontrollati jew
projbiti l-importazzjoni, il-manifattura, l-ippakkjar, ir-
reklamar, il-bejgh jew l-uzu ta’ xi sustanza attiva li
jkun f’xi pesticida;
(h) biex jistabbilixxi livelli massimi ta’ fdalijiet u biex
jistabbilixxi l-metodi ta’ tehid ta’ kampjuni u analizi u
metodi ta’ kif jigu maghmula testijiet xientifici fuq
zrieragh, xitel, ucuh u prodotti tal-pjanti; u
(i) ghal kull haga ohra li tista tigi regolata taht dan l-Att.
(2) Ir-regolamenti msemmija fis-subartikolu (1)(h) jistghu
jaghtu d-dritt lid-Direttur biex jigbor l-ispejjes maghmula ghall-
ghan ta’ tehid ta’ kampjuni, ittestjar u analizi hemmhekk
imsemmija.
(3) Kull regolament li jsir taht dan l-Att ghandu jispecifika l-
isem komuni u C.A.S. Number, fejn dan jkun japplika, tal-pesticidi
rispettivi.
Avviz mid-
Direttur.
6. (1) Jekk id-Direttur, fuq il-parir tal-Bord, jkollu raguni tajba
ghaliex jemmen li xi prodott, sew jekk jitkabbar jew jitrabba, jew
jigi importat, f’Malta jkun fih xi fdalijiet ta’ pesticida li jkunu aktar
mill-oghla livelli preskritti, huwa jista’ b’avviz bil-miktub li jigi
notifikat lis-sid ta’ dawk il-prodotti, jehtieg li dak is-sid jizgura li l-
ebda parti minn dak il-prodott ma ghandha tinhasad, tingabar jew
tigi uzata mod iehor, sabiex ikunu jistghu jittiehdu u jigu analizzati
kampjun jew kampjuni ta’ dak il-prodott.
(2) Jekk id-Direttur, fuq il-parir tal-Bord, jkollu ghaliex jahseb
li xi marka ta’ pesticida ma tkunx konformi ma’ xi regolament li
6 KAP. 430. h KONTROLL TAL-PESTICIDI
jsir skond dan l-Att dwar il-formulazzjoni tieghu, huwa jista’
b’avviz bil-miktub li jigi notifikat lis-sid ta’ dik il-marka ta’
pesticida, jehtieg li dak is-sid jizgura li l-ebda parti mill-hazniet li
jkollu ta’ dik il-marka ta’ pesticida ma ghandu jsir disponiment
minnha jew tigi wzata, sabiex ikunu jistghu jittiehdu u jigu
analizzati kampjun jew kampjuni ta’ pesticida ta’ dik il-marka.
Kap. 9.
(3) Kull avviz li jigi notifikat skond is-subartikoli (1) u (2)
jiskadi malli jghaddu ghaxart ijiem tax-xoghol minn mindu jigi
notifikat, kemm-il darba fl-istess zmien ma jkunux inbdew
procedimenti kriminali skond dan l-Att jew taht regolamenti
maghmulin bis-sahha tieghu ghar-rigward ta’ dak il-prodott jew
pesticida, u s-sid jkun gie mgharraf bil-miktub mid-Direttur li
jkunu nbdew dawk il-procedimenti, f’liema kaz, bla hsara ghad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24 tal-Kodici Kriminali, l-avviz
ghandu jibqa’ jsehh sakemm dawk il-procedimenti jkunu gew
finalment decizi.
(4) Meta d-Direttur johrog avviz skond is-subartikolu (1) jew
(2) huwa jista’, filwaqt li johrog dak l-avviz jew waqt li dak l-avviz
ikun fis-sehh, jiehu dawk il-passi, li jistghu jinkludu l-qbid ta’ kull
prodott jew pesticida jew l-impozizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-
access ghal kull post, kif huwa jista’ jiddetermina li jkun xieraq
ghall-iskop li jassigura l-konformita  ma’ tali avviz.
(5) It-tehid ta’ kull passi skond is-subartikolu (4) ma jezonerax
lil xi persuna li dwarha jkun fis-sehh xi avviz mahrug skond is-
subartikolu (1) jew (2) mill-obbligu li tikkonforma ma’ xi tali
avviz.
Disposizzjonijiet 
rigward dhul, 
spezzjonijiet u 
tehid ta’ 
kampjuni.
7. Kull ufficjal pubbliku li jkun gie hekk awtorizzat mid-
Direttur ghal dak il-ghan jkun jista’ fil-hinijiet kollha jidhol u
jispezzjona kull art, post jew bini, jew kull mezz ta’ trasport sabiex
jizgura li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew ta’ kull regolament
maghmul bis-sahha tieghu, jkunu gew imharsa jew ikunu qed jigu
mharsa u dak l-ufficjal jista’ jiehu kampjuni ta’ kull pesticida jew
ta’ kull prodott ikkurat jew mahsub li qed jigi kkurat b’pesticida.
Din id-disposizzjoni ghandha wkoll tapplika ghal kull oggett li
seta’ gie f’kuntatt ma’ xi pesticida. 
Dritt li jittiehdu 
mizuri necessarji 
wara r-rizultati ta’ 
l-analizi.
8. Jekk, wara li tkun saret l-analizi ta’ kampjun ta’ prodott
jew pesticida mehud u analizzat bis-sahha tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, id-Direttur jkun tal-fehma li dak il-prodott ikun ta’
periklu ghall-konsumaturi ta’ dak il-prodott jew ghal min jista jigi
f’kuntatt mieghu jew li dik il-marka ta’ pesticida ma tkunx taqbel
ma’ xi regolament maghmul bis-sahha ta’ dan l-Att dwar il-
kompozizzjoni tieghu, inkluzi x-xorta u l-kwantitajiet tas-sustanzi
tieghu, huwa jista’, minghajr pregudizzju ghal kull procediment
kriminali li ghalih jista’ jkun suggett l-akkuzat, jiehu dawk il-
mizuri li jqis mehtiega sabiex jizgura li dak il-prodott jinzamm
mill-konsum jew mill-uzu jew li dik il-marka ta’ pesticida tinzamm
milli tigi importata, manifatturata, ippakkjata, mibjugha jew uzata.
Pieni. 9. (1) Kull min jikser jew jonqos milli jhares xi wahda mid-
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew xi regolamenti jew ordni maghmula
jew moghtija bis-sahha tieghu jew ifixkel ufficjal pubbliku fl-
esekuzzjoni tas-setghat jew dmirijiet tieghu skond dan l-Att jew xi
KONTROLL TAL-PESTICIDI g KAP. 430. 7
regolamenti maghmula bis-sahha tieghu jkun hati ta’ reat u jehel,
meta jinsab hati, fil-kaz ta’ l-ewwel kundanna, multa ta’ mhux izjed
minn hames mitt lira jew prigunerija ghal zmien ta’ mhux aktar
minn tliet xhur jew dik il-multa u prigunerija flimkien, u, fil-kaz
tat-tieni kundanna jew ta’ kundanna sussegwenti, multa ta’ mhux
izjed minn elf lira jew prigunerija ta’ mhux izjed minn sitt xhur jew
dik il-multa u prigunerja flimkien.
(2) Kull persuna li, hlief kif provdut jew permess taht dan l-Att
jew ghall-finijiet tieghu, tikkomunika jew tittenta tikkomunika lil
xi persuna ohra xi materja jew haga ohra li tkun giet ghall-
attenzjoni taghha jew li kienet fil-pussess taghha fil-qadi ta’
dmirijietha bhala membru tal-Bord, tkun hatja ta’ reat u meta
tinstab hatja tehel multa ta’ mhux anqas minn mitejn lira u mhux
izjed minn elfejn lira, jew prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed
minn sena, jew dik il-multa u prigunerija flimkien.
Bord ghall-
Kontroll tal-
Pesticidi.
10. (1) Ghandu jkun hemm Bord ghall-Kontroll tal-Pesticidi li
jitwaqqaf mill-Ministru u li jkun responsabbli biex -
(a) jaghti parir lid-Direttur dwar kull haga li jkollha
x’taqsam mar-registrazzjoni, ir-restrizzjoni, l-
importazzjoni, il-manifattura, il-bejgh jew l-uzu ta’
pesticidi inkluzi dawk uzati fil-maniggar ta’ kontroll
integrat;
(b) jirrapporta lid-Direttur dwar kull haga li ghandha
x’taqsam mar-regolamentazzjoni, it-twettiq u s-
sorveljar ta’ kull ligi li jkollha x’taqsam mal-pesticidi
jew dwar kull haga li tolqot il-pesticidi;
(c) jaghti parir dwar il-mizuri li ghandhom jittiehdu dwar
kull haga li tohrog mit-thaddim ta’ regolamenti li
jkunu saru bis-sahha ta’ dan l-Att; 
(d) jirrevedi u jaghmel proposti ghar-revizjoni ta’
legislazzjoni u regolamenti ezistenti li jkollhom
x’jaqsmu mal-pesticidi; u
(e) iwettaq kull funzjoni ohra li ghandha x’taqsam ma’
pesticidi, kif il-Ministru jista’ jippreskrivi.
(2) Il-Bord ghall-Kontroll tal-Pesticidi ghandu jkun maghmul
minn -
(a) Chairman li jigi mahtur mill-Ministru;
(b) erba’ membri, li jigu mahtura mill-Ministru, u li ta’ l-
anqas wiehed minnhom, ghandu jkun rapprezentant
tal-bdiewa;
(c) id-Direttut jew ir-rapprezentant tieghu; u
(d) rapprezentant mill-qasam ta’ l-edukazzjoni, u
rapprezentant minn kull wiehed mid-Dipartiment tas-
Sahha Pubblika, id-Dipartiment ta’ l-Ambjent, l-
Awtorita  Maltija dwar l-Istandards, l-Awtorita  ghas-
Sahha u s-Sigurta  fuq il-Post tax-Xoghol, u il-
Korporazzjoni dwar is-Servizzi ta’ l-Ilma.
8 KAP. 430. h KONTROLL TAL-PESTICIDI
(3) Il-membri mahtura mill-Ministru ghandhom jibqghu fil-
kariga skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ittra tal-hatra taghhom.
Fejn ma jigux preskritti regoli ta’ procedura mill-Ministru, il-Bord
ghandu jirregola l-procedura tieghu stess.
(4) Kull membru tal-Bord ghandu jqis u jittratta kull dokument
u informazzjoni dwar hwejjeg mahsubin fi jew li jsiru taht id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att bhala li huma sigrieti u konfidenzjali
u ghandu jaghmel u jissottoskrivi dikjarazzjoni bil-gurament fuq il-
formola preskritta ghaldaqstant quddiem Kummissjunarju ghall-
Guramenti li ghandha tigi depozitata ghand l-Avukat Generali.
Uzu ta’ pesticida 
ghal ricerka 
xjentifika.
11. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ xi regolament
maghmul skond dan l-Att li jirrestringi l-uzu ta’ xi sustanza attiva,
id-Direttur jista’, fuq il-parir tal-Bord, jippermetti l-uzu ta’ kull tip
ta’ sustanza attiva misjuba f’pesticida ghar-ricerka xjentifika
ristretta, esperimentazzjoni jew zvilupp, u ghall-uzu generali meta
dawn is-sustanzi attivi jinsabu fi kwantitajiet zghar hafna fi
prodotti u m’ghandhomx effetti ta’ hsara fuq il-bnedmin, bhejjem
jew l-ambjent; id-Direttur jista’ wkoll jippermetti l-uzu ta’ kull
pesticida f’cirkostanzi eccezzjonali, li jistghu jehtiegu l-uzu ta’
dawk il-pesticidi.
