TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI g KAP. 439. 1
KAPITOLU 439
ATT DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ
TA’ L-ANNIMALI
Biex johloq u jikkonsolida l-protezzjoni ta’ l-annimali mizmuma ghal
skopijiet ta’ xoghol, sport, wens u ikel.
8 ta’ Frar, 2002
L-Att XXV ta’ l-2001.
Preliminari
Titolu fil-qosor.
Xieraq ta’ l-Annimali.
Tifsir.
xort’ohra - 
'' annimali'' tfisser kull hlejqa tar-razza ta’ l-annimali barra l-
bnedmin u tinkludi il-larva ta’ insett li qed jghix wahdu u, jew,
forom larvali li qed jirriproducu izda ma tinkludix forom
embrijonici jew fetali; 
" annimali mrobbija" tfisser dawk l-annimal li jkunu qed
jitrabbew specifikatament bil-ghan li jintuzaw ghall-esperimenti
f’dawk il-facilitajiet approvati minn jew registrati mal-Kunsill;
" Dipartiment" tfisser id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji;
"Direttur" tfisser id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji u, sal-limitu
tal-funzjonijiet moghtija, tinkludi kull ufficjal pubbliku awtorizzat
md-Direttur ghal hekk bil-miktub ghal xi wiehed mill-ghanijiet ta’
dan l-Att;
''esperiment fuq l-annimali'' tfisser kull uzu ta’ xi annimal ghal xi
esperiment jew ghanijiet xjentifici li jistghu joholqu ugiegh,
dwejjaq, soghba jew hsara fit-tul, li tinkludi wkoll kull azzjoni
mahsuba, jew x’aktarx, twassal fit-twelid ta’ xi annimal f’dik il-
kondizzjoni. L-esperiment fuq l-annimal jibda meta l-annimal jigi
ppreparat ghall-uzu u jispicca meta l-ebda osservazzjonijiet ohra
ma jsiru ghal dak l-esperiment. L-eliminazzjoni ta’ ugiegh,
dwejjaq, soghba jew hsara fit-tul permezz tal-uzu b’success ta’
anestesija jew analgesija jew metodi ohra ma jpoggux lill-annimal
barra mill-iskop ta’ din it-tifsira;
Kap. 389.
Gwardjani Lokali u Privati;
''immarkar'', fir-rigward ta’ annimal, tfisser:
(a) l-immarkar ta’ annimal b’xi metodu li jkollu l-ghan li
jiddistingwi bejn dak l-annimal jew annimali ta’ dik ir-
razza minn annimali ohra; u
(b) tinkludi t-twahhil jew l-applikazzjoni jew l-
impjantazzjoni f’dak l-annimal, bil-ghan li tinholoq
distinzjoni bejn dak l-annimal ta’ dik ir-razza minn
ohrajn, ta’ kull cinga, curkett, molla, timbru, taghmir
2 KAP. 439. h TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
elettroniku ta’ identifikazzjoni, jew zebgha, jew kull
haga ohra;
''Kunsill' tfisser il-Kunsill ghat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali
stabbilit bl-artikolu 4;
''Ministru'' tfisser Ministru responsabbli ghas-Servizzi
Veterinarji;
" persuna kompetenti" tfisser dawk il-persuni maghzula ghal hekk
mill-Ministru ghal xi wiehed mill-ghanijiet ta’ dan l-Att;
''preskritt'' tfisser preskritt b’regolamenti maghmulin mill-
Ministru taht dan l-Att;
''mohqrija'', fir-rigward ta’ annimal, tfisser li ggieghel lill-
annimal, b’xi att jew ommissjoni, isofri ugiegh jew tbatija li fix-
xorta jew mill-qawwa, jew fil-ghan taghhom, jew fic-cirkostanzi li
fihom ikunu imposti, jkunu zejda jew bla htiega;
''ufficjal ghall-harsien xieraq ta’ l-annimali'' tfisser ufficjal
mahtur skond l-artikolu 44, u tinkludi kull membru tal-pulizija jew
gwardjan lokali;
''veterinarju'' tfisser persuna li ghandha licenza moghtija mill-
President ta’ Malta biex tezercita l-professjoni ta’ veterinarju
f’Malta u tkun registrata fir-Registru tal-Veterinarji mizmum mill-
Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji.
Taqsima I
Trattament Xieraq ta’ l-Annimali
Dikjarazzjoni ta’ 
principji.
3. (1) L-Istat jaghmel hiltu, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att, biex jipprotegi l-hajja ta’ l-annimali u biex ma jhallix li jsiru,
u jwahhal pieni ghal, atti ta’ mohqrija lejhom. Partikolarment, l-
Istat jipprotegi dawn l-annimali minn kull hidma mhux xierqa u
minn prattici ta’ xoghol li jmorru lil hinn minn, u ma jaqblux ma’,
n-natura taghhom.
(2) L-Istat jirrikonoxxi li ghandu d-dmir li jippromwovi l-
harsien ta’ l-annimali, u li l-harsien ta’ l-annimali ghandu jigi
protett bl-intervent ta’ l-Istat, bl-organi legislattivi, gudizzjarji u
amministrattivi tieghu.
(3) L-Istat jirrikonoxxi li hu d-dmir tieghu li jikkollabora ma’
l-ghaqdiet volontarji fil-qasam tat-trattament xieraq ta’ l-annimali,
u li ghandu d-dmir li jkattar il-kultura tar-rispett lejn l-annimali.
Taqsima II
Twaqqif ta’ Kunsill ghat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali
Kunsill ghat-
Trattament Xieraq 
ta’ l-Annimali.
4. (1) Ghandu jkun hemm Kunsill ghat-Trattament Xieraq ta’ l-
Annimali li jkun maghmul minn -
(a) id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji, li jkun ic-
Chairman;
(b) rapprezentant mill-Ministeru responsabbli ghas-
servizzi veterinarji;
(c) veterinarju, li jahdem fis-servizz pubbliku,
b’esperjenza fil-medicina ghas-sahha ta’ l-annimali;
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI g KAP. 439. 3
(d) veterinarju, li jahdem fis-servizz pubbliku,
b’esperjenza f’affarijiet ta’ annimali tal-biedja;
(e) zewg persuni li jirrrapprezentaw l-interessi ta’
organizzazzjonijiet ghat-trattament xieraq ta’ l-
annimali; u
(f) zewg persuni li jirrrapprezentaw l-interessi tal-bdiewa
u ta’ organizzazzjonijiet ghall-isports bl-annimali.
(2) Il-membri msemmija fis-subartikolu (1)(c) u (d) ikunu
mahtura mill-Ministru ghall-dak il-perjodu ta’ zmien stabbilit mill-
Ministru minn zmien ghal zmien.
(3) Il-membri msemmija fis-subartikolu (1)(e) u (f) ikunu
mahtura mill-Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni ta’ l-ghaqdiet jew
organizzazzjonijiet li, fl-opinjoni tal-Ministru, jirraprezentaw l-
ghaqdiet jew organizzazzjonijiet relattivi.
(4) Jekk ic-Chairman ikun assenti minn xi laqgha tal-Kunsill,
l-ufficjal l-aktar anzjan li jigi wara c-Chairman li jkun prezenti fil-
laqgha ghandu jippresjedi.
(5) Il-Kunsill ikollu s-setgha li jahtar sottokumitati, u li
jippermetti l-prezenza, waqt il-laqghat tieghu, ta’ persuni li ma
jkunux membri tal-Kunsill. 
(6) Il-Ministru ghandu jahtar ufficjal tad-dipartiment bhala
Segretarju tal-Kunsill.
(7) Il-Kunsill, bi qbil mal-Ministru, jista’ jahtar sotto-kumitati
biex jiehdu hsieb affarijiet specifici bhal ma huma sistemi ta’
zamma ta’ annimali, bijoteknologija u esperimenti fuq l-annimali.
Dmirijiet tal-
Kunsill.
 5. Il-Kunsill -
(a) jkollu d-dmir li jaghti parir lill-Ministru dwar kull
haga -
(i) li ghandha x’taqsam ma’ l-ghemil ta’
regolamenti taht kull disposizzjoni ta’ dan l-Att;
u
(ii) li tolqot is-sahha ta’ l-annimal u s-sahha
pubblika veterinarja f’Malta skond kif mitlub
mill-Ministru;
(b)   jkollu s-setgha li jirrikkomanda li jintuzaw jew jigu
implimentati kull mizura, inkjesta jew investigazzjoni
xjentifika li, skond il-fehma tieghu, jistghu jwasslu u
huma mehtiega fl-interess tat-trattament xieraq ta’ l-
annimali;
(c) jaghti parir lill-Ministru dwar l-affarijiet kollha li
ghandhom x’jaqsmu ma’ bijoteknologija fl-annimali u
esperimenti fuq l-annimali, u dwar il-hrug ta’ licenzi
taht it-Taqsima XI ta’ dan l-Att;
(d) jaghti parir lill-Ministru dwar l-affarijiet kollha li
ghandhom x’jaqsmu maz-zamma ta’ sistemi ta’ zamma
ta’ annimali u dwar l-hrug jew xort’ohra ta’ permessi
taht it-Taqsima VII ta’ dan l-Att; u
4 KAP. 439. h TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
(e) il-Ministru, qabel ma johrog regolamenti, ordnijiet jew
regoli, ghandu jikkonsulta lill-Kunsill.
Setgha ghall-
ghemil ta’ 
regolamenti.
 6. Il-Ministru jista’ jaghmel, jibdel jew ihassar regolament
ghat-twettiq korrett tax-xoghol tal-Kunsill. Bla hsara ghad-
disposizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti u ta’ dan l-Att, il-Kunsill
jista’ jirregola l-procedura tieghu stess.
Taqsima III
Zamma ta’ Annimali
Regolamenti dwar 
iz-zamma ta’ l-
annimali.
7. (1)  Annimali ma jistghux -
(a) jinzammu;
(b) jinzammu ghall-ghan li jipproducu prodotti ta’ l-
annimali; jew
(c) jinzammu marbutin, f’bini, f’imqajjel, f’gageg jew
postijiet ohra ta’ din ix-xorta,
sakemm ma jappartjenux f’kull kaz ghal-ispecje jew kategorija ta’
annimali kif jigi stabbilit f’regolamenti preskritti taht dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti - 
(a) biex jipprovdi ghall-kondizzjonijiet li tahthom
annimali ghandhom, f’kull kaz, jinzammu; 
(b) biex jipprovdi ghall-mod li bih xi specje jew kategorija
ta’ annimali, kif jista’ jkun preskritt ghandhom
jinzammu, inkluzi -
(i) il-mod kif l-annimali jinzammu marbutin;
(ii) il-mod kif l-annimali ghandhom ikunu mifruda
skond l-eta , sess jew specje;
(iii) l-ispazju li ghandu jinghata lill-annimali;
(iv) hwejjeg li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-indafa ta’
l-annimal, il-lok fejn jinzammu l-annimali u l-
mizuri biex tigi zgurata s-sahha ta’ l-annimal;
(c) biex issir lista ta’ kategoriji u specje ta’ annimali li
ghalihom ir-regolamenti jkunu applikabbli; u
(d)  ghal kull haga ohra li ghandha jew tista’ tigi preskritt
taht dan l-Att.
Taqsima IV
Harsien ta’ Annimali
Harsien ta’ 
annimali.
8. (1) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jipprovdi
ghall-mod li bih dawk l-ispeci u kategoriji ta’ annimali kif jigi
preskritt ghandhom jigu mharsa, mitmugha, misqijin, mdewwa u
mghallma u l-kwalifiki tal-persuni li jkunu responsabbli ghal dan.
(2) L-ebda annimal ma ghandu jigi mgieghel isofri ugiegh,
tbatija jew dwejjaq minghajr bzonn, u l-ebda annimal ma jista’ jigi
abbandunat.
(3) Kull min izomm l-annimali jew jaqbel li jzomm animmali
ghandu jkun responsabbli ghat-trattament xieraq taghhom.
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI g KAP. 439. 5
Taqsima V
Interventi Kirurgici fuq Annimali
Interventi 
kirurgici.
9.  (1) Mhux permess li jsiru interventi kirurgici ghal
ragunijiet ta’ tibdil ta’ l-apparenza ta’ l-annimal, li fihom jitnehhew
jew issir hsara lil xi parti jew partijiet ta’ l-annimali, hlief ghal
ragunijiet ta’ kura. Interventi kirurgici jistghu jsiru biss minn
veterinarju jew taht ordni ministerjali mahrug mill-Kunsill tal-
Kirurgi Veterinarji.
(2) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti -
(a)  biex jistabbilixxi l-mod u l-kazijiet li fihom l-
interventi kirurgici jistghu jsiru; u
(b) biex jigu regolati t-trapjanti ta’ embrijo fl-annimali ta’
dawk l-ispeci jew kategoriji kif jista’ jigi stabbilit
f’dawk ir-regolamenti.
Annimali li jkunu 
ghaddew minn 
invterventi 
kirurgici projbiti.
10. Annimali li kellhom intervent kirurgiku li ma kienx
permess skond l-artikolu 9 -
(a) ma jithallewx jidhlu f’wirjiet, spezzjonijiet jew
kompetizzjonijiet; u
(b) ma jistghux jinzammu sabiex jigu mibjughin, jigu
offruti ghall-bejgh, jinbieghu jew jinxtraw.
Taqsima VI
Qtil ta’ l-Annimali
Qtil ta’ annimali.
(a) biex jispecifika il-kazijiet li fihom ikun permess li
annimal jinqatlu u l-mod kif dik il-qatla ghandha ssir;
(b) biex jigi specifikat il-mod kif, u l-persuna li
minghandha, l-annimal ghandu jigi maqtul; u
(c) biex jippreskrivi il-facilitajiet u l-apparat ta’ bicceriji.
Setgha ghall-
ghemil ta’ regoli 
dwar metodi ta’ 
telfien ta’ sensi.
12. Il-Ministru jista’ jaghmel regoli biex jigu regolati l-metodi
li bihom l-annimali jigu mitlufa minn sensijhom u derogi minn
dawn il-metodi: izda dawn il-metodi ghandhom iwasslu lill-
annimal fl-istat ta’ mitluf minn sensih sal-qatla.
Qtil ta’ l-annimali.
zejda u li tista’ twassal ghall-mewt, veterinarju biss jew persuna
ohra kompetenti tista’ toqtol annimal ta’ razza domestikata jew li
tappartjeni ghal razza selvagga izda li tkun giet domestikata,
minbarra annimali mizmuma ghall-produzzjoni ta’ l-ikel.
(2) Fejn ikun mehtieg li annimal jigi maqtul, dan ghandu jsir
b’mod li jkun hemm l-inqas tbatija fizika u mentali ghall-annimal
kif ikun xieraq fic-cirkostanzi.
(3) Hlief f’kaz ta’ emergenza, il-metodu ghandu jkun jew -
(a) li jikkawza telf tas-sensi u mewt immedjatament; jew
(b) li jibda’ b’injezzjoni ta’ anestesija generali u profonda
lill-annimal segwita b’dak il-pass li finalment
jikkawza l-mewt.
6 KAP. 439. h TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
(4) Il-persuna li tkun responsabbli ghall-qtil ghandha tizgura li
l-annimal ikun mejjet qabel ma jsir disponiment mill-karkassa.
(5) Il-metodi ta’ qtil li gejjin huma projbiti:
(a) l-ghariq jew metodi ohra ta’ soffokazzjoni li ma
jwasslux ghall-effetti mehtiega fis-subartikolu (3) (b);
(b) l-uzu ta’ sustanzi velenuzi jew drogi, li d-doza u l-
applikazzjoni taghhom ma tistax tigi kkontrollata
b’mod li taghti l-effett msemmi fis-subartikolu (3);
(c) xokkijiet elettrici, sakemm immedjatament qabel ma’
jkunx hemm telfien tas-sensi.
Annimali 
mweggghin jew 
morda.
14. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13,
annimali mweggghin jew morda ghandhom jinqatlu fuq il-post. 
(2) Il-Ministru, wara li jikkonsulta mal-Kunsill jista’ jaghmel
regoli biex jawtorizza t-trasport ta’ annimali mwegghin jew morda
biex jinqatlu sakemm dan it-trasport ma jkunx ifisser izjed tbatija
lill-annimali.
Taqsima VI
Zamma ta’ l-Annimali
Setgha ghall-
ghemil ta’ 
regolamenti dwar 
sistemi ta’ zamma 
ta’ annimali.
15. (1) Il-Ministru jista’, fuq il-parir tal-Kunsill, jaghmel
regolamenti -
(a) biex jigu preskritti l-kondizzjonijiet li fihom l-
annimali jistghu jinzammu;
(b) biex jipprovdi ghall-kategoriji ta’ persuni li jkunu
awtorizzati biex izommu dawk il-kategorijii u l-ispeci
ta’ annimali; u
(c) biex jigu stabbiliti l-proceduri dwar applikazzjonijiet
ghal sistemi ta’ zamma ta’ annimali.
(2) L-applikazzjonijiet jistghu jigu approvati soggetti ghal
dawk il-kondizzjonijiet u restrizzjonijiet, kif id-Direttur jidhirlu
xieraq li jimponi; l-ghoti jew ir-revoka tal-permessi ghandhom jigu
ppubblikati fil-Gazzetta.
Sistemi ta’ zamma 
ta’ l-annimali.
16. (1) Sistemi ta’ zamma ta’ annimali ma jistghux jigu
manufatturati, jinzammu sabiex jinbieghu jew jigu kkonsenjati jew
isir uzu minnhom xort’ohra, sakemm ma jkunux mibnija u
mizmuma, u jharsu dawk il-facilitajiet minimi ghat-trattament
xieraq ta’ l-annimali, kif jista’ jigi preskritt.
(2) Sistemi ta’ zamma ta’ annimali li jkunu prodotti bil-massa,
ma jistghux jinzammu sabiex jinbieghu, jigu kkonsenjati jew
jintuzaw ghal xi speci jew kategoriji ta’ annimali sakemm ma
jkunux provdut ghal hekk fir-regolamenti msemmija fis-subartikolu
(1).
Applikazzjonijiet 
ghal sistemi ta’ 
zamma ta’ 
annimali.
17. (1) Id-Direttur jista’, fuq parir tal-Kunsill, jaghti permess
ghal sistema ta’ zamma ta’ annimali wara li sssir applikazzjoni
mill-produttur, importatur jew bejjiegh bl-imnut.
(2) Ma’ kull applikazzjoni ghal permess ghal sistema ta’
zamma ta’ annimali ghandu jkun anness rapport dettaljat maghmul
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI g KAP. 439. 7
mill-produttur, li jiddeskrivi kif is-sistemi jghinu t-trattament
xieraq ta’ l-annimali.
Perjodu transitorju.
sabiex jinbieghu, jigu kkonsenjati jew jinxtraw jew kienu fl-uzu
qabel id-dhul fis-sehh tar-regoli msemmija fl-artikolu 17, jkunu
permessi li jinzammu ghal hekk ghal dak iz-zmien biss li jigi
preskritt.
(2) Ir-regoli msemmija fl-artikolu 17 jistghu jipprovdu wkoll
ghal perjodi transitorji li ghandhom jitharsu minn persuni li jrabbu
l-annimali
Revoka ta’ 
permess.
19. Id-Direttur jista’ jirrevoka permess meta -
(a) it-taghrif moghti fi zmien l-applikazzjoni ma kienx
korrett jew kien qarrieqi, b’tali mod li kieku nghata t-
taghrif kif suppost fi zmien meta inghata l-permess, l-
applikazzjoni kienet tkun michuda;
(b) fl-opinjoni tal-Kunsill, jezistu cirkostanzi li jkunu ta’
hsara ghal-harsien u s-sigurta  ta’ l-annimali;
(c) il-permess ikun inghata ghal sistema ta’ zamma ta’
annimali ghal ghan differenti mill-iskopijiet li s-
sistema kienet intenzjonata li taqdi. 
Taqsima VIII
Tnissil ta’ l-Annimali
Tnissil ta’ l-
annimali.
20. (1) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jipprovdi
ghat-tnissil ta’ annimali, liema regolamenti jistghu jinkludu
disposizzjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-metodu kif isir it-
tnissil, kif ukoll l-ispeci jew kategoriji ta’ annimali li jistghu jigu
wzati ghat-tnissil.
(2) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jippreskrivi illi
l-friegh ta’ dawk l-ispecji jew kategoriji kif jigi stabbilit fir-
regolamenti ma jigux mifruda mill-genitur qabel ma jkunu lahqu
dik l-eta  li tista’ tigi preskritta.
(3) Kull persuna li jkollha x’taqsam mat-tnissil ta’ l-annimali
ghandha tkun responsabbli ghar-rigward tal-karateristici anatomici,
psikologici u komportamentali, li jistghu jkunu ta’ riskju ghat-
trattament xieraq tal-friegh jew ta’ l-annimali genituri.
Bejgh ta’ annimali, 
ecc.
21. L-ebda annimal, kif hemm imsemmi fir-regolament 20(2),
ma jista’ jinbiegh, jinzamm ghall-bejgh, offrut ghall-bejgh, jinkera
jew jigi konsenjat ghall-kummerc jekk mhux skond r-regolamenti
preskritti taht dan l-Att.
Taqsima IX
Trasport ta’ l-annimali
Regolamenti dwar 
it-trasport ta’ 
annimali.
22. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti dwar il-mod kif
ghandu jsir it-trasport ta’ annimali fuq l-art, bil-bahar jew bl-ajru.
Trasport ta’ l-
annimali.
23. (1) Annimali ta’ l-ispeci jew kategoriji, kif jista’ jkun
preskritt, ma jistghux jigu trasportati, kemm lokalment minn post
ghal iehor jew barra minn Malta, kemm-il darba -
8 KAP. 439. h TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
(a) l-annimali ma jkunux akkompanjati b’certifikat
mahrug mill-ufficjal mahtur mill-Ministru li jistqarr li
sab l-annimali tajjeb ghat-trasport; u
(b) l-annimali huma forniti bi jew akkompanjati b’marki
ta’ identifikazzjoni jew dokumenti msemmija fic-
certifikati; 
(c) isir taht dawk il-kondizzjonijiet u restrizzjonijiet li d-
Direttur jidhirlu xieraq li jimponi; u
(d) it-trasport hu skond regolamenti preskritti taht dan l-
artikolu.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(a) u (b) ma
japplikawx ghal trasport li jsir matul jew ghall-beneficcju tax-
xoghol jew intrapriza ta’ persuna sakemm dan jaqbel mar-
regolamenti preskritti.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) m’ghandhomx
japplikaw ghat-trasport barra minn Malta ta’ annimali li ma
tghabbewx, ghal ghanijiet ta’ trasport, f’Malta.
Hrug ta’ certifikat. 24.  L-ufficjal imsemmi fl-artikolu 23 ghandu johrog certifikat
biss wara li jkun spezzjona l-annimali qabel ma jkunu tghabbew, u
ma ghandux johrog certifikat -
(a) jekk l-annimali ma jkunux forniti jew akkumpanjati
b’marki ta’ identifikazzjoni jew dokumenti msemmija
fl- artikolu 23;
(b) jekk l-annimali jkunu welldu tmienja u erbghin siegha
qabel it-tluq;
(c) jekk jahseb li l-annimali sejrin iwelldu waqt il-vjagg;
(d) jekk jahseb li l-annimali huma morda jew mwegggha
jew mhumiex f’qaghda tajba sabiex jigu trasportati,
wara li jiehu in konsiderazzjoni x-xorta tal-mezzi ta’
trasport, ix-xorta, il-metodu u tul taz-zmien tal-vjagg
jew taht liema cirkostanzi se jsir it-trasport; u
(e) jekk jahseb li l-osservanza tal-kondizzjonijiet stabbiliti
fi jew skond dan l-artikolu, ma tistax tigi zgurata waqt
it-trasport.
Thassir ta’ 
certifikat.
25. Id-Direttur jista’ jhassar certifikat mahrug skond l-artikolu
23 jekk jahseb li graw jew saru maghrufa cirkostanzi li kieku kienu
graw jew maghrufa fi zmien meta nghata c-certifikat, il-hrug tieghu
ma kienx isir.
Garr ta’ certifikati 
u dokumenti.
26. (1) Matul it-trasport ta’ l-annimali, dak li qed igorr l-
annimali ghandu jgorr, f’kull hin, ic-certifikati u d-dokumenti
kollha mahruga skond l-artikolu 23.
(2) Annimali li jimirdu jew li jweggghu matul it-trasport
ghandhom jircievu l-ewwel ghajnuna u kura kemm jista’ jkun
malajr; huma ghandhom jinghataw kura veterinarja xierqa u, jekk
mehtieg, jinqatlu b’emergenza b’mod li ma jbatux bla bzonn.
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI g KAP. 439. 9
Taqsima IX
L-Uzu ta’ Annimali f’Kompetizzjonijiet
Kompetizzjonijiet.
jew is-sahha ta’ annimal ma jistghux jigu organizzati, u lanqas
jistghu annimali jiddahhlu ghall-kompetizzjonijiet bhal dawn,
sakemm il-kompetizzjonijiet ma jsirux skond regolamenti
maghmulin taht dan l-artikolu.
Regolamenti dwar 
annimali li 
jinzammu ghal 
skopijiet ta’ 
rikreazzjoni, ecc.
28.  Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti dwar iz-zamma ta’
annimali ghall-iskopijiet ta’ rikreazzjoni, sports, taghlim,
edukazzjoni, wirjiet pubblici, wirjiet, esibizzjonijiet, bejgh fis-suq
u bl-irkant jew ghall-skopijiet ohra bhal dawn.
Regolamenti dwar 
sustanzi li jistghu 
jinghataw.
29. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti sabiex jigi regolat l-
ghoti ta’ sustanzi li jistghu jigu uzati fuq l-annimali fil-
kompetizzjonijiet.
Spezzjon ta’ l-
annimali.
30. (1) Annimali ma jistghux jiddahhlu f’kompetizzjonijiet
jew jippartecipaw f’kompetizzjonijiet jekk, wara spezzjon, jinstabu
sustanzi, wahda jew aktar, kif jista’ jigi preskritt f’regolamenti, fil-
gisem ta’ l-annimal, li l-ingredjenti taghhom jew il-metaboliti
jeccedu l-ghola kwantita  stabbilita fl-imsemmija regolamenti.
(2) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jipprovdi ghal-
mod kif l-ispezzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1) ghandhom
isiru.
Glied ta’ annimali.
ma jistghux jiddahhlu ghall-glied bejn annimali.
Taqsima XI
Bioteknologija u Esperimenti fuq l-Annimali
Bioteknologija.
Ministru, fuq il-parir tal-Kunsill, jistghu jwettqu xi wahda mill-
azzjonijiet li gejjin:
(a) it-tibdil tal-materjal genetiku ta’ l-annimali b’mod li l-
perimetri naturali tar-riproduzzjoni sesswali u ta’
rikombinazzjoni jigu injorati;
(b) l-applikazzjoni ta’ teknologija bioteknologika fuq
annimali jew embrijoni; u
(c) l-amministrazzjoni ta’ dawk is-sustanzi, kif jigi
preskritt b’regolamenti maghmulin taht dan l-artikolu
li jbiddlu l-funzjonament ta’ annimal li jifforma parti
minn dawk l-ispeci jew kategoriji ta’ annimali kif
jista’ jkun indikat fl-imsemmija regolament.
(2) Annimali jew prodotti ta’ annimali li jkunu gew soggetti
ghall-azzjonijiet msemmija fis-subartikolu (1) ma jistghux jigu
prodotti, trasportati, moghtija lil haddiehor, mibjugha, mixtrija,
jinzammu ghall-bejgh, isir disponiment minnhom jew jigu
importati f’Malta, minghajr l-awtorita  bil-miktub tal-Ministru, jew
bi ksur ta’ xi kondizzjoni annessa ma’ dak il-permess.
(3) Il-licenzi msemmija fis-subartikolu (1) jistghu jinhargu,
jigu sospizi, jigu mibdula jew jigu revokati mill-Ministru.
10 KAP. 439. h TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
Hrug ta’ licenza. 33. (1) Il-licenza msemmija fl-artikolu 32 ghandha tinhareg
biss meta l-azzjonijiet koncernati mhumiex ser jaffetwaw it-
trattament xieraq ta’ l-annimali, u dawn l-azzjonijiet mhumiex
kontra regoli ta’ etika u standards li jistghu jsiru mill-Kunsill.
(2) Il-licenza ghandha tindika ghal liema azzjoni hi mehtiega u
tista’ tinkludi kull kondizzjoni li l-Ministru jidhirlu mehtiega.
Applikazzjonijiet 
ghal-licenza.
34. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti dwar il-proceduri li
ghandhom jigu segwiti biex jinhargu licenzi msemmija fl-artikolu
32.
Licenzi ghal 
esperimenti fuq 
annimali.
35. (1) Ma jistghux isiru esperimenti fuq annimali minghajr
licenza mahruga mill-Ministru, fuq il-parir tal-Kunsill jew xi sotto-
kumitat delegat mill-Kunsill.
(2) Licenzi mahruga mill-Ministru jaghtu permess ghall-
esperimenti sakemm dawn ikunu ta’ beneficcju, jew direttament
jew indirettament, ghas-sahha u l-ikel tal-bnedmin jew annimali kif
ukoll ghal kull ghan iehor li jitqies mill-Ministru li hu ta’ valur
sufficjenti.
(3) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti li jispecifikaw t-
taghrif mehtieg ghall-hrug ta’ licenza biex isiru esperimenti fuq
annimali, u d-drittijiet dovuti biex isiru applikazzjonijiet ghal dawk
il-licenzi, kif ukoll ir-ragunijiet li ghalihom jistghu jigu rifjutati l-
applikazzjonijiet.
(4) Licenzi jistghu jinhargu taht dawk il-kondizzjonijiet u
restrizzjonijiet, kif il-Ministru jista’ jidhirlu xieraq li jimponi.
Esperimenti fuq 
annimali.
36. (1) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti li jipprovdu
ghall-proceduri li ghandhom jigu segwiti fil-kaz ta’ esperimenti li
jinvolvu annimal. 
(2) L-esperimenti, li ghalihom jirreferu dawk ir-regolamenti,
ghandhom jigu dikjarati specifikatament lill-Kunsill u ma jistghux
isiru sakemm ma jkunux awtorizzati mill-Kunsill.
(3) L-esperimenti fuq l-annimali, jistghu jsiru biss minn
persuni kompetenti awtorizzati, jew taht ir-responsabbilta  diretta
taghhom, u biss jekk l-esperiment jew il-progett xjentifiku iehor
koncernat huwa awtorizzat skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Hrug u thassir ta’ 
licenzi.
37. (1) Licenza tista’ tinghata lill-persuni kompetenti soggetta
ghal dawk ir-restrizzjonijiet u dawk il-kundizzjonijiet kif il-
Ministru jista’ jidhirlu xieraq li jimponi, u dawn jistghu jinbidlu,
jizdiedu jew jigu mhassra mill-Ministru.
(2) Licenza tigi revokata jekk it-taghrif moghti fl-applikazzjoni
ikun mhux korrett, mhux ezatt jew qarrieqi b’mod illi decizjoni
differenti kienet tinghata li kieku t-taghrif korrett inghata meta l-
applikazzjoni kienet qed tigi kkunsidrata.
(3) Licenza tista’ tigi revokata -
(a) jekk min ghandu l-licenza ma jharisx il-kundizzjonijiet
tal-licenza; 
(b) jekk il-licenza ma tintuzax ghal perjodu kontinwu ta’
sena.
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI g KAP. 439. 11
(4) Licenza mahruga taht din it-Taqsima ta’ dan l-Att tista’
tinghata lill-persuna naturali jew guridika imma mhix trasferibbli;
jekk min ikollu l-licenza hu persuna naturali, il-licenza tieqaf mal-
mewt tieghu, u ma tintiretx.
Ghan ta’ 
esperimenti.
38. (1) Ma jista’ jsir l-ebda esperiment fuq l-annimali jekk
kemm-il darba il-mod kif jista’ jsir l-esperiment ma jkunx
determinat minn persuna li ghandha kwalifiki li jissodisfaw il-
htigiet mehtiega f’regolamenti li jistghu jigu preskritti.
(2) L-ebda esperiment fuq l-annimali ma jista’ jsir -
(a) ghal skop li jista’ jintlahaq ukoll permezz ta’
esperiment iehor li ma jinvolvix annimali, jew
permezz ta’ esperiment li juza anqas annimali jew
permezz ta’ esperiment li johloq inqas ugiegh mill-
esperiment koncernat; jew
(b) ghal skop li l-importanza tieghu ma tiggustifikax l-
ugiegh li jhoss l-annimal; jew
(c) ghal dawk l-iskopijiet li jistghu jigu preskritti.
Esperimenti 
illegali.
39. (1) Ma jista’ jsir l-ebda esperiment fuq annimali li -
(a) ma kienux mrobbija fi stabbiliment ta’ trobbija
licenzjat mmexxi minn persuna li jkollha l-licenza;
jew
(b) ma kienux gew akkwistati direttament minn
stabbiliment iehor licenzjat fejn l-annimali jitrabbew
jew jintuzaw esklussivament jew bl-ghan ewlieni li
jintuzaw ghall-esperimenti fuq l-annimali jew ricerka
xjentifika.
(2) Ghall-ghanijiet tas-subartikolu (1) ''stabbiliment tat-
trobbija'' tfisser kull stabbiliment fejn l-annimali jitrabbew biex
jigu wzati f’esperimenti.
Obbligazzjonijiet 
tal-persuna li 
jkollha l-licenza.
40. (1) Kull min ghandu licenza skond l-artikolu 37 huwa
obbligat li jizgura li l-annimal jsofri tbatija mill-anqas minghajr ma
jintilef l-ghan ta’ l-esperiment.
(2) Kull min ghandu licenza ghandu jizgura li jekk l-annimal, li
fuqu qed isir l-esperiment, jista’ jsofri tbatija minhabba azzjonijiet
li jsiru minghajr anestetiku, ghandu jaghti lill-annimal anestetiku
generali jew lokali biex ma jhallix li dan isir:
Izda dan l-obbligu ma japplikax f’dawk il-kazijiet fejn l-
anestetiku jtellef l-ghan ta’ l-esperiment. 
(3) Kull min ghandu licenza ghandu jizgura li kull l-annimal li,
li kieku kellu jghix, jsofri tbatija ghal izjed minn zmien qasir, bhala
rizultat ta’ xi azzjoni li tkun parti mill-esperiment, jinqatel
immedjatament. Jekk kemm-il darba f’dan il-kaz l-iskop ta’ l-
esperiment ma jintlahaqx, l-annimal ghandu jinqatel
immedjatament hekk kif jispicca l-esperiment.
(4) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jippreskrivi illi
dawk il-kategoriji ta’ trattament kif jista’ jkun specifikat fir-
regolamenti ghandhom fil-kazijiet kollha jsiru bl-anestetiku.
12 KAP. 439. h TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
Notamenti dwar 
esperimenti.
41. (1) Kull min ghandu licenza ghandu jzomm notamenti
dettaljati ta’ kif gew akkwistati l-annimali ghall-esperimenti kif
ukoll dwar l-esperimenti li jsiru, u ghandu jaghti din l-
informazzjoni lill-Kunsill.
(2) Kull min ghandu licenza huwa obbligat li jkollu is-servizzi
ta’ veterinarju biex ihares is-sahha ta’ l-annimali li fuqhom isiru l-
esperimenti.
Setgha ghall-
ghemil ta’ 
regolamenti dwar 
l-
amministrazzjoni, 
ecc.
42. (1) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jirregola t-
twaqqif, l-amministrazzjoni, iz-zamma u l-manutenzjoni generali
ta’ kull stabbiliment, bini jew grupp ta’ bini, postijiet jew
facilitajiet ohra li huma bl-iskop li jsiru esperimenti fuq l-annimali.
(2) Ma jistghux jigu mrobbija jew forniti annimali ghall-ghan
ta’ esperimenti minghajr licenza mahruga skond regolamenti
mahruga taht is-subartikolu (1).
Taqsima XII
Annimali Aggressivi
Annimali 
aggressivi.
43. (1) Sakemm ma jigix preskritt mod iehor, annimali
aggressivi li jistghu joholqu periklu ghas-sigurta  tal-bniedem jew
annimali ohra u li jappartjenu ghal dawk il-kategoriji indikati mill-
Ministru ma jistghux jitrabbew, jew jigu importati jew mibjugha
f’Malta.
(2) Sakemm ma jigix preskritt mod iehor, annimali aggressivi
ma jistghux jinzammu ghal bejgh u jistghu jinqatlu jekk id-Direttur
jidhirlu li dan ikun mehtieg jew necesssarju.
Taqsima XIII
Ufficjali ghat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali
Setgha ghall-
ghemil ta’ 
regolamenti dwar 
ufficjali.
44. (1) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jipprovdi
ghal u jirregola d-dmirijiet u s-setghat ta’ ufficjali, hawnhekk izjed
’il quddiem imsejha ufficjali ghat-trattament xieraq ta’ l-annimali,
li jkunu responsabbli ghall-infurzar tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
(2) Minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1), kull membru tal-Forza tal-Pulizija u kull gwardjan
lokali jitqies, bis-sahha tal-kariga tieghu, bhala ufficjal ghat-
trattament xieraq ta’ l-annimali mahtur biex jagixxi b’mod generali
ghall-ghanijiet ta’ dan l-Att.
(3) L-ufficjali ghat-trattament xieraq ta’ l-annimali ghandhom
jagixxu taht id-direzzjoni tad-Direttur fl-ezercizzju u fit-twettiq
tas-setghat, dmirijiet u funzjonijiet taghhom moghtija jew imposti
fuqhom skond dan l-Att.
Taqsima XIV
Reati u Pieni
Reati u pieni. 45. (1) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolamenti maghmulin tahtu tehel, meta tinsab hatja,
multa ta’ mhux inqas minn mitt lira izda mhux aktar minn ghoxrin
elf lira, jew prigunerija ghal perijodu ta’ mhux izjed minn sena, jew
dik il-multa u l-prigunerija flimkien.
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI g KAP. 439. 13
(2) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti ghall-infurzar ta’
kull restrizzjoni jew obbligu li ghandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni
ta’ annimali u t-trattament xieraq ta’ annimal b’mod generali, li
jinsabu f’dan l-Att jew f’xi regolament maghmul tahtu, inkluzi, fost
ohrajn, il-konfiska ta’ annimali u t-telfien ta’ kull licenza jew
permess mahrugin taht dan l-Att.
Setgha ghall-
ghemil ta’ 
regolamenti dwar 
restrizzjonijiet u 
obbligi.
46. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jenforza kull
restrizzjoni jew obbligu li ghandhom x’jaqsmu mat-trattament
xieraq ta’ l-annimali b’mod generali li jkunu jinsabu f’konvenzjoni,
fi trattat jew fi ftehim internazzjonali iehor li taghhom Malta tkun
parti, u jista’ jipprovdi fir-regolamenti li kull kontravenzjoni ta’ xi
restrizzjoni jew obbligu bhal dan tikkostitwixxi reat kontra dan l-
Att u min jaghmel ir-reat jehel piena, kif tista’ tigi preskritta, li
tkun piena ta’ multa ta’ mhux aktar minn hamsa w ghoxrin elf lira:
Izda ma jistax isir ebda regolament bhal dan sakemm dak l-
istrument internazzjonali ma jigix ratifikat minn Malta skond il-
ligi.
Pieni 
amministrattivi.
47. (1) Meta d-Direttur ikollu tabilhaqq ghaliex jifhem li -
(a) jkun sar xi reat kontra dan l-Att minn xi persuna; u
(b) filwaqt li jqis il-kondotta precedenti tal-persuna
inkwistjoni, ikun iktar xieraq li tinghata piena taht dan
l-artikolu,
huwa jista’ jamar li jigi notifikat avviz bil-miktub skond ma hemm
fis-subartikolu (2) u fl-ghamla kif dovuta lil dik il-persuna.
(2) Avviz taht is-subartikolu (1) ghandu jispecifika -
(a) d-data u x-xorta tar-reat;
(b) sunt tal-fatti li fuqhom tkun imsejsa l-allegazzjoni li
jkun sar reat (li jkun sunt sufficjenti biex b’mod
komplet u gust jgharraf lill-persuna bl-allegazzjoni
kontrih);
(c) kull haga ohra (li ma tkunx dwar xi sejbien ta’ htija
precedenti) li d-Direttur jikkunsidra rilevanti biex tkun
tista’ tinghata piena; u
(d)  l-ammont ta’ piena dovut, u meta l-piena dovuta tkun
tiddependi fuq xi sejbien ta’ htija precedenti, id-data
ta’ dak is-sejbien ta’ htija,
u dan it-taghrif ghandu jkun endorsjat fuq dikjarazzjoni li ssemmi
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(3) Kull min jigi notifikat b’avviz taht is-subartikolu (1) jista’,
fi zmien tletin gurnata minn dak is-servizz b’avviz bil-miktub
f’ghamla xierqa li tigi notifikata lid-Direttur, jitlob li l-
procedimenti ghar-rigward tar-reat allegat isiru quddiem il-Qorti,
f’liema kaz japplikaw dawn id-disposizzjonijiet:
(a) ma jittiehdu ebda procedimenti ohra taht dan l-artikolu
mid-Direttur; u
(b) ebda haga f’dan l-artikolu m’ghandha tiftiehem bhala
li tipprevjeni l-istituzzjoni ta’ procedimenti ghar-
14 KAP. 439. h TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
rigward tar-reat allegat jew tas-sejbien ta’ htija tal-
persuna ghar-reat mill-Qorti jew l-impozizzjoni ta’ xi
piena jew konfiska taht dan l-Att meta hekk jinsab
hati.
(4) Kull min ikun inghatalu avviz taht is-subartikolu (1) u ma
jkunx irid li l-procedimenti ghar-rigward tar-reat allegat isiru
quddiem il-Qorti jista’ b’avviz bil-miktub li jigi notifikat lid-
Direttur-
(a) jammetti r-reat, u
(b) jhallas l-ammont tal-piena lid-Direttur fi zmien tletin
gurnata wara li jkun gie lilu notifikat l-avviz tal-piena
jew wara kull perjodu sussegwenti hekk kif id-Direttur
jista’ jispecifika.
(5) Meta taht dan l-artikolu persuna tammetti reat, id-Direttur
iwahhal lil dik il-persuna piena ta’ flus ghar-rigward tar-reat li tkun
tammonta ghal wiehed minn tlieta ta’ l-oghla piena li dik il-persuna
kienet tehel li kieku nstabet hatja tar-reat mill-Qorti.
Kap. 12.
(6) Il-piena imposta taht is-subartikolu (5) tkun dovuta bhala
dejn civili esegwibbli mill-Qorti ta’ gurisdizzjoni civili kompetenti
favur il-Gvern u d-dikjarazzjoni mill-persuna li tkun wehlet il-
piena li tkun tammetti l-akkuza ghandha tikkostitwixxi titolu
esekuttiv ghall-ghanijiet ta’ l-artikolu 253 tal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili bl-istess mod bhallikieku
kienet sentenza tal-Qorti ta’ gurisdizzjoni civili kompetenti.
(7) Minkejja kull disposizzjoni ohra ta’ dan l-Att jew ta’ kull
ligi ohra, meta tkun saret l-ammissjoni ta’ reat taht dan l-artikolu,
ma tista’ ssir ebda akkuza ghar-rigward ta’ dak ir-reat kontra min
ikun ghamel dik l-ammissjoni.
(8) Meta min lilu jigi notifikat avviz taht is-subartikolu (1) ma
jammettix ir-reat fi zmien tletin gurnata wara li jkun gie notifikat
bl-avviz, id-Direttur ghandu jibda procedimenti jew jara li jinbdew
procedimenti quddiem il-Qorti ghar-rigward tar-reat allegat.
Taqsima XV
Eccezzjonijiet dwar Kacca u Qtil
Kacca ghall-
annimali.
48. Bla hsara ghall-artikoli 32 sa 42 (it-tnejn inkluzi), il-kacca
jew il-qtil ta’ annimal fl-istat selvagg tieghu, jew ta’ annimal
selvagg jew annimal li jinfesta, ma ghandhomx jigu regolati bid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Taqsima XVI
Appelli
Revizjoni ta’ 
decizjonijiet tad-
Direttur.
49. (1) Meta d-Direttur jichad l-ghoti ta’ xi permess jew
licenza mehtiega skond jew taht dan l-Att, jew ivarja dak il-
permess jew dik il-licenza jew ihassar l-istess, il-persuna li tkun
talbet il-permess jew il-licenza jew il-persuna moghtija l-permess
jew il-licenza, skond il-kaz, ikollha d-dritt, mhux aktar tard minn
hamest ijiem ta’ xoghol, li tappella mid-decizjoni tad-Direttur
permezz ta’ ittra lill-Ministru fejn taghti r-ragunijiet taghha l-ghala
d-decizjoni tad-Direttur ghandha tigi mhassra jew mibdula.
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI g KAP. 439. 15
(2) Il-Ministru, malli jircievi appell skond is-subartikolu (1),
ghandu jibghat l-istess appell lid-Direttur biex fi zmien jumejn
jaghmel rapport bil-miktub lill-Ministru, fejn jindika l-ghala l-
appell ghandu jigi michud; izda d-Direttur jista’ jekk jidhirlu li l-
appell ikun gustifikat, jibdel id-decizjoni tieghu skond l-appell u
jinforma lill-Ministru fiz-zmien moghti lilu ghar-risposta.
(3) Meta l-Ministru jircievi r-risposta tad-Direttur, jew ikun
ghadda z-zmien ghal dik ir-risposta bla ma jkun ircieva l-istess, hu
ghandu minnufih jibghat l-appell u r-risposta tad-Direttur, jekk
ikun hemm, lill-Kumitat imwaqqaf skond is-subartikolu (4) biex l-
istess Kumitat jaghtih parir dwar l-istess.
(4) Ghandu jkun hemm Kumitat li jkun kompost minn dawk il-
membri tal-Kunsill mahtura taht l-artikolu 4(1)(c), (d) u (e) u minn
wiehed minn dawk mahtura skond l-artikolu 4(1)(f); il-membru
mahtur skond il-paragrafu (d) fuq imsemmi jkun il-President ta’
dan il-Kumitat.
(5) Il-Kumitat ghandu, fi zmien hamest ijiem minn meta jkun
ircieva l-appell minghand il-Ministru, jistudja l-kwistjoni, jisma’
kull persuna li jidhirlu xierqa, jiehu l-pariri kollha mehtiega, u
jibghat il-parir tieghu bil-miktub, flimkien ma’ kull verbal ta’ kull
xiehda mismugha u ta’ kull parir moghti lill-Kumitat, lill-Minsitru
dwar kif ghandu jinqata’ l-appell.
(6) Il-Ministru ghandu jaqta’ l-appell skond il-parir tal-Kumitat
u jaghti ordni bil-miktub lid-Direttur skond id-decizjoni tieghu;
kopja ta’ kull decizjoni tal-Ministru ghandha tintbaghat ukoll lill-
appellant.
Taqsima XVII
Rizerva
Rizerva.
Kap. 10.
50. Kull regolament maghmul bis-sahha ta’ l-artikoli 38, 40,
62, 97, 125, 127 u t-Taqsima VIII tal-Kodici tal-Ligijiet tal-
Pulizija, liema artikoli u Taqsima huma revokati b’dan l-Att,
ghandu jibqa’ fis-sehh bhallikieku sar taht dan l-Att, u jista’ jigi
emendat, sostitwit jew revokat skond hekk.
