KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI g KAP. 444. 1
KAPITOLU 444
ATT DWAR IL-KUNSILL MALTI 
GHALL-KULTURA U L-ARTI
Biex jipprovdi ghat-twaqqif ta’ Kunsill li jkun maghruf bhala l-Kunsill Malti ghall-Kultura
u l-Arti biex jinkoraggixxi u jippromwovi il-kultura f’perspettiva wiesgha ta’ attivita  socjo-
ekonomika, u sabiex jipprovdi dwar affarijiet ancillari ma’ dan jew li ghandhom x’jaqsmu
mieghu.
15 ta’ Awissu, 2002
15 ta’ Dicembru, 2002
1 ta’ Jannar, 2003
L-Att V ta’ l-2002.
Arrangament ta’ l-Att
Artikolu
TAQSIMA I Preliminari  1-2
TAQSIMA II Twaqqif, Funzjonijiet u Tmexxija ta’ l-affarijiet tal-
Kunsill
3-12
TAQSIMA III Ufficjali u Impjegati tal-Kunsill 13-17
TAQSIMA IV Disposizzjonijiet Finanzjarji 18-28
TAQSIMA V Trasferiment ta’ Certu Proprjeta  lill-Kunsill 29-31
TAQSIMA VI Mixxellanji 32-33
SKEDI
L-EWWEL SKEDA Lista ta’ Entitajiet tal-Gvern
IT-TIENI SKEDA Lista ta’ Attiv u Entitajiet
2 KAP. 444. h KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu Att dwar il-Kunsill Malti
ghall-Kultura u l-Arti.
Tifsir. 2. F’dan l-Att, kemm-il darba ir-rabta tal-kliem ma tkunx
tehtieg xort’ohra -
"Direttur Esekuttiv" tfisser persuna li tigi mahtura taht l-artikolu
5(1);
"impjegat" tfisser persuna impjegata mill-Kunsill;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti mwaqqaf
bl-artikolu 3;
"kuntrattur" tfisser persuna li tagixxi konformi ma’ ftehim
maghmul mal-Kunsill jew skond l-artikolu 5(2);
"Ministru’’ tfisser il-Ministru responsabbli ghall-Kultura;
"President" tfisser il-President tal-Kunsill u tinkludi, fic-
cirkostanzi msemmija fl-artikolu 3(3), il-Vici-President jew kull
persuna ohra li tigi mahtura biex taghmilha ta’ President;
"preskritt" tfisser kif preskritt b’regolamenti maghmulin mill-
Ministru taht id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"sena finanzjarja" tfisser perjodu ta’ tnax-il xahar li jtemm fit-30
ta’ Settembru:
Izda l-ewwel sena finanzjarja tal-Kunsill tibda mad-dhul
fis-sehh ta’ dan l-Att u ttemm fit-30 ta’ Settembru tas-sena li tigi
minnufih wara;
"ufficjal pubbliku" ghar-rigward ta’ artikolu 15, ghandha l-istess
tifsira bhalma hu moghti lilha bl-artikolu 124 tal-Kostituzzjoni.
TAQSIMA II 
TWAQQIF, FUNZJONIJIET U TMEXXIJA TA’ L-AFFARIJIET 
TAL-KUNSILL
Twaqqif u ghamla 
tal-Kunsill Malti 
ghall-Kultura u l-
Arti.
3. (1) Ikun hemm korp, li jkun maghruf bhala l-Kunsill Malti
ghall-Kultura u l-Arti, u li jkun maghmul minn President u mhux
inqas minn erba’ u mhux izjed minn tmien membri ohra. Wiehed
mill-membri jinhatar mill-Ministru responsabbli ghal Ghawdex.
(2) Il-membri tal-Kunsill jigu mahtura mill-Ministru ghal
zmien tliet snin, imma l-membri li jigu hekk mahtura jkunu
eligibbli biex jinhatru mill-gdid meta jiskadi z-zmien taghhom fil-
kariga.
(3) Il-Ministru jista’ jsemmi wiehed mill-membri l-ohra tal-
Kunsill bhala Vici-President u l-membru hekk imsemmi jkollu l-
poteri kollha u jaqdi l-funzjonijiet kollha ta’ President matul l-
assenza jew l-inkapacita  tieghu li jaghmilha ta’ President, jew meta
l-President ikun fuq btala, jew matul kull vakanza fil-kariga ta’
President; u l-Ministru jista’ wkoll, f’kull wahda mic-cirkostanzi
hawn qabel imsemmija, jahtar persuna ohra biex taghmilha ta’
KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI g KAP. 444. 3
President u f’dak il-kaz ikunu japplikaw id-disposizzjonijiet t’hawn
aktar qabel dwar dik il-persuna.
(4) Persuna ma tkunx kwalifikata li jkollha l-kariga bhala
membru tal-Kunsill jekk - 
(a) tkun Ministru, Segretarju Parlamentari jew Membru
tal-Kamra tad-Deputati, jew
(b) tkun Mhallef jew Magistrat, jew
(c) ikollha interess finanzjarju jew xi interess iehor f’xi
intrapriza jew attivita  li x’aktarx taffettwa l-qadi ta’
dmirijietha bhala membru tal-Kunsill:
Izda l-Ministru jista’ jwarrab l-iskwalifika ta’
persuna taht dan il-paragrafu jekk dik il-persuna
tiddikjara li jkollha dak l-interess, u dik id-
dikjarazzjoni u t-twarrib ta’ l-iskwalifika jigu
ppubblikati fil-Gazzetta.
(5) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-kariga
ta’ membru tal-Kunsill issir vakanti - 
(a) meta jiskadi z-zmien tieghu fil-kariga, jew
(b) jekk ikun hemm cirkostanzi illi, li kieku ma kienx
membru tal-Kunsill, kienu jwasslu ghall-iskwalifika
tieghu milli jigi mahtur bhala tali.
(6) Membru tal-Kunsill jista’ jitnehha mill-kariga mill-
Ministru jekk, fil-fehma tal-Ministru, dak il-membru ma jkunx
idoneu li jibqa’ fil-kariga jew ma jkunx baqa’ kapaci li jaqdi
dmirijietu kif imiss bhala membru.
(7) Jekk membru jirrizenja jew jekk il-kariga ta’ membru tal-
Kunsill tkun xort’ohra vakanti jew jekk membru ma jkunx jista’
ghal xi raguni jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tieghu, il-Ministru
jista’ jahtar persuna li tkun kwalifikata li tigi mahtura bhala
membru temporanju tal-Kunsill; u persuna li tigi hekk mahtura
ghandha, bla hsara ghal ghad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (5) u
(6), ittemm milli tibqa’ membru f’dak is-sens meta tigi mahtura
persuna biex timla l-vakanza jew, skond ma jista’ jkun il-kaz, meta
l-membru li ma kienx kapaci jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tieghu
jkompli jwettaq dawk id-dmirijiet.
(8) Membru tal-Kunsill li jkollu xi interess dirett jew indirett
f’xi kuntratt maghmul jew propost li jigi maghmul mill-Kunsill, li
ma jkunx interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli jibqa’
membru, ghandu jizvela x-xorta ta’ l-interess tieghu fl-ewwel
seduta tal-Kunsill wara li jkun sar jaf bil-fatti relevanti.  Dak il-kxif
ghandu mbaghad jigi registrat fil-minuti tal-Kunsill, u l-membru li
jkollu interess kif hawn qabel imsemmi ghandu jirtira minn kull
seduta li fiha jigi diskuss dak il-kuntratt. Tali kxif ghandu jitwassal
lill-Ministru minghajr dewmien. Meta l-interess tal-membru jkun
tali li jiskwalifikah milli jibqa’ membru, huwa ghandu jirrapporta l-
fatt minnufih lill-Ministru u jaghti r-rizenja tieghu.
Funzjonijiet tal-
Kunsill.
4. (1) Ikun id-dmir tal-Kunsill li jippromwovi il-kultura ta’
Malta b’kull ghamla ta’ espressjoni kreattiva u li jawmenta l-
accessibilita  tal-pubbliku ghall-arti, u jkabbar il-patrimonju
4 KAP. 444. h KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI
kulturali ta’ Malta kemm fil-pajjiz innifsu u barra mill-pajjiz.
(2) Fil-qadi ta’ dmirijietu, il-Kunsill ghandu -
(a) jizviluppa, jimmotiva u jtejjeb il-konoxxenza u l-
espressjoni tal-kultura u l-arti, u l-accessibilita
ghalihom;
(b) jissalvagwardja l-izvilupp dinamiku ta’ dawk il-
fattizzi kulturali, inkluzi fattizzi intellettwali,
lingwistici u folkloristici, li jidentifikaw lill-poplu
Malti;
(c) jikkollabora mal-Kunsilli Lokali, organizzazzjonijiet
mhux governattivi u persuni l-ohra ghall-promozzjoni
ta’ inizjattivi artistici u kulturali f’ambjent li
jirrikonoxxi l-valur ta’ l-kreativita  bhala wiehed
centrali ghal komunita  matura u b’sahhitha;
(d) jinkoraggixxi s-sejbien, zvilupp u espressjoni ta’ kull
potenzjal personali artistiku;
(e) jippromwovi l-partecipazzjoni, l-inklusivita , l-
egwaljanza u l-liberta  ta’ l-espressjoni, pluralizmu u
identita  artistici fil-kultura;
(f) jadotta attitudni integrata u koperattiva ma’ persuni,
korpi u organizzazzjonijiet fil-kamp tal-kultura biex
jawmenta u jintensifika l-konoxxenza u l-
apprezzament ta’ attivitajiet kulturali u artistici;
(g) jippromwovi u jizgura l-izvilupp ta’ skemi edukattivi
li jinkoraggixxu partecipazzjoni attiva fi programmi u
attivitajiet kulturali u artistici;
(h) jaghti parir lill-Ministru fuq kull politka u strategiji
kulturali li tinfirex biex tilhaq l-isfera socjo-kulturali
kollha kemm hi;
(i) johloq u jimplementa strategiji li jizguraw l-identita
tal-Kultura Maltija sew fil pajjiz innifsu sew barra
mill-pajjiz;
(j) jamministra skemi u jerfa’ kull responsabbilta  ohra
ghar-rigward ta’ dawk l-entitajiet artistici u kulturali
kif stipulat fl-Att jew hekk kif il-Ministru jista’ minn
zmien ghal zmien jippreskrivi;
(k) xort’ohra jaghti pariri lill-Ministru fuq kull haga li
jkollha x’taqsam mad-dmirijiet tieghu taht dan l-Att
jew kull Att iehor.
(3) Il-Kunsill ghandu wkoll:
(a) jissorvelja, kostantement iqis u jevalwa kull livell,
xoghol u attivita  konnessi ma’ kull ma hu kulturali u
artistiku;
(b) iwettaq studji, ricerka jew investigazzjoni konnessi
ma’ kull ma hu kulturali u artistiku;
(c) jipprovdi informazzjoni u johrog linji direttivi, lill-
pubbliku u lil entitajiet kulturali, konnessi ma’ kull ma
hu kulturali u artistiku;
KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI g KAP. 444. 5
(d) jaghmel dak kollu li jista’ jkun mehtieg ghall-qadi kif
imiss ta’ dmirijietu taht dan l-Att, inkluz it-twaqqif ta’
entitajiet u kumitati ohra skond ma jkun mehtieg bl-
approvazzjoni tal-Ministru;
(e) jaqdi dawk id-dmirijiet l-ohra li jistghu minn zmien
ghal zmien jinghatawlu mill-Ministru.
Tmexxija ta’ l-
affarijiet tal-
Kunsill.
5. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan l-Att, it-
tmexxija ta’ l-affarijiet u l-hidma tal-Kunsill jaqghu taht ir-
responsabbilta  tal-Kunsill innifsu imma,  salv kif hawn qabel
imsemmi, t-tmexxija esekuttiva tal-Kunsill, l-amministrazzjoni u l-
organizzazzjoni tieghu u l-kontroll amministrattiv ta’ l-ufficjali u l-
impjegati tieghu, jkunu r-responsabbilta  ta’ Direttur Esekuttiv li
jkollu wkoll dawk il-poteri l-ohra li jistghu minn zmien ghal zmien
ikunu lilu delegati mill-Kunsill.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) il-
Kunsill jista’ jesercita dmirijietu permezz ta’ kull wiehed mill-
ufficjali jew impjegati tieghu jew permezz ta’ xi entita  jew agenzija
awtorizzati ghaldaqstant, jew permezz ta’ kuntrattur jew xi persuna
ohra li maghhom ikun sar ftehim ghall-qadi ta’ xi wiehed jew iktar
minn dawk id-dmirijiet.
(3) Id-Direttur Esekuttiv ghandu jattendi kull seduta tal-Kunsill
imma ma jivvotax waqt dawk is-seduti:
Izda l-Kunsill jista’, jekk iqis li jkun hekk xieraq, jitlob lid-
Direttur Esekuttiv biex ma jattendix ghal xi seduta jew parti minn
xi seduta.
(4) Id-Direttur Esekuttiv ghandu, bla hsara ghall-kontroll
generali u d-direzzjoni tal-Kunsill, ikun responsabbli ghall-
implimentazzjoni ta’ l-ghanijiet tal-Kunsill fl-esercizzju ta’
dmirijietu u minghajr pregudizzju ghall-generalita  ta’ dak imsemmi
hawn aktar qabel huwa ghandu -
(a) jassumi kull responsabbilta  ghall-amministrazzjoni u
organizzazzjoni u l-kontroll amministrattiv ta’ l-
ufficjali u l-impjegati tal-Kunsill u ghal dak l-ghan,
jassenja lil kull ufficjal jew impjegat dawk id-dmirijiet
li jistghu jkunu mehtiega;
(b) jizviluppa l-istrategiji mehtiega ghall-
implimentazzjoni ta’ l-ghanijiet tal-Kunsill;
(c) jaghti parir lill-Kunsill fuq kull haga li jista’ jirriferilu
jew fuq kull haga li jqis li tkun mehtiega jew spedjenti; 
(d) jaqdi dawk id-dmirijiet l-ohra li l-Kunsill jista’
jassenjalu minn zmien ghal zmien.
Kalendarju ta’ 
avvenimenti.
6. (1) Ghall-finijiet ta’ dan l-Att il-Kunsill ghandu jizviluppa,
jippubblika, jsostni u jimplimenta Kalendarju ta’ Avvenimenti li
jkun jizgura programm kontinwu ta’ avvenimenti kulturali u
artistici li jkunu organizzati mill-Kunsill innifsu jew minn korpi,
entitajiet jew persuni ohra ffinanzjati jew issussidjati skond l-
artikolu 7.
(2) Il-Kunsill ghandu jinkludi wkoll fil-Kalendarju ta’
6 KAP. 444. h KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI
Avvenimenti dawk il-programmi, inizjattivi u avvenimenti
kulturali u artistici prodotti minn entitajiet, ghaqdiet jew persuni
ohra apparti dawk imsemmija fis-subartikolu (1), u li fil-fehma tal-
Kunsill jisthoqqilhom ikunu hekk inkluzi ghall-ahjar promozzjoni
taghhom.
Skemi ghall-
allokazzjoni ta’ 
flus jew sussidji lil 
entitajiet kulturali 
u artistici.
7. Bil-ghan li jkattar l-ghanijiet tieghu, il-Kunsill ghandu -
(a) jghaddi bil-quddiem dawk il-flejjes li jistghu jigu
allokati mill-Gvern ghat-tmexxija, l-amministrazzjoni
u l-htigiet operattivi ta’ l-entitajiet elenkati fl-Ewwel
Skeda;
(b) jalloka flejjes moghtija b’donazzjoni lil, jew imqeghda
b’fiducja ghand, il-Kunsill minn xi persuna b’ghan
specifiku jew ghall-promozzjoni tal-kultura u l-arti
b’mod generali, u skond dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet, jekk ikun hemm, stipulati minn dik il-
persuna:
Izda meta ma jkun hemm ebda patt jew
kondizzjoni marbuta ma’ l-allokazzjoni ta’ flejjes,
ghandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu
(c);
(c) jamministra skemi preskritti mill-Ministru ghall-fini
ta’ ffinanzjar jew issussidjar ta’ l-organizzazzjoni ta’
programmi, inizjattivi u avvenimenti kulturali u
artistici prodotti minn kull min ikun, entita  jew
persuna hekk kwalifikati taht id-disposizzjonijiet ta’
regolamenti adatti li jsiru taht dan l-Att. 
Twaqqif ta’ korpi 
maqghuda biex 
jamministraw, 
ecc., l-attiv 
kulturali.
8. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni jistabbilixxi korpi maghquda
li jkollhom personalita  guridika distinta biex jamministraw u
jmexxu xi jew kull attiv jew intrapriza li hemm elenkati fit-Tieni
Skeda.
(2) Il-Ministru ghandu f’dak l-ordni jistabbilixxi l-
komposizzjoni u l-poteri tal-korpi regolatorji ta’ dawk il-korpi
maghquda u ghandu jistabbilixxi regoli dwar il-kontabilita , l-
kontroll finanzjarju u l-verifika ta’ dawk il-korpi kif ukoll ir-regoli
dwar kull haga ohra ancillari ghal dan li l-Ministru jista’ fil-fehma
tieghu iqis li tkun mehtiega ghar-regolamentazzjoni tajba u l-
funzjonament kif imiss ta’ dawk il-korpi.
(3) Il-Ministru jista’ minn zmien ghal zmien b’regolamenti
maghmulin taht dan l-artikolu jemenda jew jissostitwixxi r-regoli
msemmija fis-subartikolu (2).
(4) Il-Ministru jista’ b’ordni bhal dik inehhi kull attiv jew
intrapriza mill-amministrazzjoni jew it-tmexxija ta’ xi korp
maghqud imwaqqaf taht dan l-artikolu u jista’ wkoll b’ordni bhal
dak jittrasferixxi dik l-amministrazzjoni jew tmexxija minn korp
maghqud hekk imwaqqaf ghal xi korp maghqud iehor, imma ma
jistax b’ordni bhal dak ixolji xi korp maghqud imwaqqaf taht dan l-
artikolu.
(5) Il-Ministru jista’ b’avviz fil-Gazzetta jzid mal-lista ta’ attiv
u intraprizi elenkati fit-Tieni Skeda.
KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI g KAP. 444. 7
(6) Kull ordni bhal dik imsemmija f’dan l-artikolu ghandha tigi
pubblikata fil-Gazzetta malajr kemm jista’ jkun.
Relazzjonijiet bejn 
il-Ministru u l-
Kunsill.
9. (1) Il-Ministru jista’, minn zmien ghal zmien jaghti lill-
Kunsill dawk id-direttivi bil-miktub li huwa jista’ jqis mehtiega,
sakemm tali direttivi ma jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, u l-Kunsill ghandu, malajr kemm jista’ jkun, jaghti
effett lil dawk id-direttivi kollha u ghandu jmexxi l-affarijiet tieghu
skond dawk id-direttivi.
(2) Il-Kunsill ghandu jaghti lill-Ministru facilitajiet ghall-ksib
ta’ informazzjoni dwar il-proprjeta  u l-attivitajiet tieghu u
jipprovdilu prospetti, kontijiet u kull informazzjoni ohra f’dak ir-
rigward, u jaghtih kull facilita  ghall-verifika ta’ informazzjoni
moghtija, b’tali mod u f’dawk iz-zminijiet li huwa jista’
ragonevolment jehtieg.
(3) Jekk il-Kunsill jonqos milli jhares xi direttiva mahruga taht
dan l-artikolu, il-Prim Ministru jista’ jaghmel ordni li jittrasferixxi
lill-Ministru ghalkollox jew f’parti minnhom xi funzjonijiet tal-
Kunsill.
Personalita  
guridika u 
rapprezentanza tal-
Kunsill.
10. (1) Il-Kunsill ikun korp maghqud b’personalita  legali
distinta u jkun kapaci, bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, li jaghmel kuntratti ta’ akkwist, pussess u tnehhija ta’ kull
xorta ta’ proprjeta  ghall-finijiet tal-funzjonijiet tieghu, li jharrek u
jigi mharrek, u li jaghmel dak kollu u li jidhol f’dawk l-
operazzjonijiet kollha hekk kif inhuma incidentali jew iwasslu
ghall-esercizzju jew il-qadi tal-funzjonijiet tieghu taht dan l-Att,
inkluz it-tislif jew is-self ta’ flus.
(2) Ir-rapprezentanza legali tal-Kunsill ghandha tvesti
konguntement fil-President u fid-Direttur Esekuttiv:
Izda l-Kunsill jista’ jahtar lil xi wiehed jew aktar mill-
membri jew l-ufficjali jew l-impjegati tieghu biex jidhru f’isem u
ghan-nom tal-Kunsill fi procedimenti gudizzjarji u fuq kull att,
kuntratt, istrument jew dokument iehor li jkun.
(3) Kull dokument li jkollu l-iskop li jkun istrument maghmul
jew mahrug mill-Kunsill u ffirmat mill-President, jew mahrug mid-
Direttur Esekuttiv u ffirmat minnu,  jista’ jingieb bi prova u
ghandu, sakemm ma jigix ippruvat il-kuntrarju, jitqies bhala
istrument maghmul jew mahrug mill-Kunsill jew mid-Direttur
Esekuttiv.
Disposizzjonijiet 
dwar procedimenti 
tal-Kunsill.
11. (1) Is-seduti tal-Kunsill ghandhom jitlaqqghu mill-
President daqstant drabi daqskemm jista’ jkun mehtieg imma mill-
anqas darba kull xahrejn jew b’inizjattiva tieghu jew fuq talba ta’
tnejn mill-membri l-ohra.
(2) Nofs l-ghadd tal-membri li f’dak iz-zmien ikunu
jikkostitwixxu l-Kunsill jiffurmaw quorum.  Id-decizjonijiet jistghu
jigu adottati b’maggoranza semplici tal-voti tal-membri prezenti u
li jivvotaw. Il-President, jew fl-assenza tieghu il-Vici-President jew
min jigi mahtur biex jaghmilha ta’ President, ikollu vot inizjali u
fil-kaz ta’ egwaljanza ta’ voti, vot deciziv. Minghajr pregudizzju
ghall-htigiet l-ohra ta’ dan l-Att, ebda decizjoni ma tkun valida
8 KAP. 444. h KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI
jekk ma tkunx mill-anqas appoggjata minn tliet membri tal-Kunsill.
(3) Il-Kunsill jista’ minn zmien ghal zmien jistieden persuna
tattendi ghal xi seduta wahda jew aktar tieghu sabiex tipprovdi
parir espert dwar xi haga li jista’ jkun qed jiddiskuti:
Izda dik il-persuna ghandha tkun mistiedna biss ghal ghadd
limitat ta’ seduti u f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ xi suggett
specifiku u sakemm ukoll li ma tivvotax f’dawk is-seduti.
(4) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att il-Kunsill
jista’ jirregola l-procedura tieghu nnifsu.
(5) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet t’hawn aktar qabel ta’ dan
l-artikolu, ebda att jew procediment tal-Kunsill m’ghandu jkun
invalidat unikament minhabba fl-ezistenza ta’ xi vakanza fost il-
membri.
(6) Kull att maghmul minn persuna li tagixxi bonafidi bhala
membru tal-Kunsill ikun validu bhallikieku kien membru minkejja
li wara kellu jigi skopert xi difett fil-hatra jew kwalifiki tieghu.
M’ghandu jigi indagat ebda att jew procediment tal-Kunsill abbazi
tal-ksur, minn xi membru, tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(8).
Forum Nazzjonali. 12. (1) Il-Ministru ghandu, darba kull sentejn, ilaqqa’ Forum
Nazzjonali ghall-Kultura u l-Arti, fejn jistieden il-partecipazzjoni
fih tal-Kunsill u ta’ l-ufficjali tal-Kunsill, dipartimenti u entitajiet
ohra tal-Gvern, rapprezentanti tal-Kunsilli Lokali, ghaqdiet mhux
governattivi u dawk volontarji, istituzzjonjiet edukattivi, kulturali u
artistici sew pubblici sew privati, kif ukoll rapprezentanti tas-
setturi turistici, kummercjali u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni
awdjo-visivi, u kull parti ohra li turi bil-miktub lill-Ministru li
ghandha interess.
(2) Il-Forum ghandu jiddiskuti l-politika nazzjonali dwar il-
kultura u l-arti kif tkun fis-sehh minn zmien ghal zmien, kif ukoll l-
istat tal-kultura u l-arti b’mod generali wara li jisma’ rapport
dwarhom li jkun imhejji mid-Direttur Ezekuttiv.
(3) Il-Ministru ghandu jirregola l-proceduri tal-Forum u jahtar
il-President tieghu.
(4) Il-proceduri tal-Forum ghandhom ikunu ppubblikati u jigu
mibghuta lill-Ministru.
(5) Il-Ministru ghandu jaghti avviz pubbliku bil-quddiem mill-
anqas xahar qabel ma jiltaqa’ l-Forum.
TAQSIMA III 
UFFICJALI U IMPJEGATI TAL-KUNSILL
Hatriet tal-
persunal.
13. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u ta’
kull ligi ohra applikabbli ghal dan, u minghajr pregudizzju ghad-
disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan l-Att, il-hatra ta’ ufficjali u
impjegati ohra tal-Kunsill ghandha ssir mill-Kunsill. Il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet ta’ impieg ghandhom jigu stabbiliti mill-Kunsill bi
ftehim mal-Ministru.
(2) Id-Direttur Esekuttiv ghandu jigi mahtur mill-Kunsill bi
KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI g KAP. 444. 9
ftehim mal-Ministru ghal perjodu ta’ tliet snin u dak il-perjodu
jista’ jittawwal ghal perjodi ulterjuri ta’ tliet snin soggett ghal
twettiq sodisfacenti:
Izda l-ewwel Direttur Esekuttiv ghandu jigi mahtur mill-
Ministru ghal perjodu ta’ erba’ snin.
Il-hatriet ikunu 
skond il-
funzjonijiet tal-
Kunsill.
14. Il-Kunsill ghandu jahtar u jimpjega, b’dik ir-
rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet hekk kif
jista’ skond l-artikolu 13 jistabbilixxi, lil dawk l-ufficjali u
impjegati tal-Kunsill li jistghu minn zmien ghal zmien ikunu
mehtiega ghall-qadi kif imiss u efficjenti tal-funzjonijiet tal-
Kunsill.
Inkarigu ta’ 
ufficjali pubblici 
ghal xoghol mal-
Kunsill.
15. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba tal-Kunsill, minn
zmien ghal zmien jordna li ufficjal pubbliku jitqabbad jaghmel
xoghol mal-Kunsill f’dik il-kapacita  u b’sehh minn dik id-data li
jistghu jkunu specifikati fl-ordni.
(2) Il-perjodu li matulu ordni kif hawn qabel imsemmija tkun
tapplika ghal xi ufficjal li jkun specifikat fiha, ghandu, kemm-il
darba l-ufficjal ma jirtirax mis-servizz pubbliku, jew xort’ohra
jtemm milli jibqa’ fil-kariga f’data li tigi qabel, jew inkella ghax
tigi specifikata data differenti fl-ordni, jtemm mal-grajja ta’ xi
avveniment minn dawn li gejjin, jigifieri jekk:
(a) dak l-ufficjal jaccetta offerta ta’ trasferiment ghas-
servizz tal-Kunsill u impieg permanenti mieghu
konformi ma’ l-artikolu 16; jew
(b) il-Prim Ministru jirrevoka ordni maghmula minnu taht
dan l-artikolu ghar-rigward ta’ dak l-ufficjal.
(3) Meta ordni kif hawn qabel imsemmija tigi revokata mill-
Prim Ministru ghar-rigward ta’ xi ufficjal, il-Prim Ministru jista’,
b’ordni ulterjuri, jqabbad lil dak l-ufficjal jaghmel xoghol mal-
Kunsill f’dik il-kapacita  u b’sehh minn dik id-data li jistghu jkunu
specifikati fl-ordni ulterjuri u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(2) ghandhom, malli jigri dan, ikunu japplikaw ghall-perjodu ghal
kemm iddum dik l-ordni ulterjuri ghar-rigward ta’ dak l-ufficjal.
Status ta’ ufficjali 
pubblici inkarigati 
jaghmlu xoghol 
mal-Kunsill.
16. (1) Meta ufficjal pubbliku jitqabbad jaghmel xoghol mal-
Kunsill taht xi disposizzjoni ta’ l-artikolu 15, dak l-ufficjal ghandu,
matul il-perjodu li fih dik l-ordni jkollha effett ghar-rigward tieghu,
jkun taht l-awtorita  amministrattiva u l-kontroll tal-Kunsill imma
huwa ghandu ghal kull ghan u fini iehor jibqa’ u jkun ikkunsidrat u
ttrattat bhala ufficjal pubbliku.
(2) Minghajr pregudizzju ghall-generalita  t’hawn aktar qabel,
ufficjal li jitqabbad jaghmel xoghol kif hawn qabel imsemmi -
(a) m’ghandux matul il-perjodu li matulu huwa jkun hekk
imqabbad -
(i) ikun prekluz milli japplika ghal trasferiment f’xi
dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet ta’ servizz marbuta mal-hatra
taht il-Gvern li kellu fid-data li fiha huwa hekk
jitqabbad jaghmel ix-xoghol; jew
10 KAP. 444. h KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI
(ii) ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-
kondizzjonijiet ta’ servizz tieghu ikunu inqas
favorevoli minn dawk li jkunu marbutin mal-
hatra taht il-Gvern u li jkun qed igawdi fid-data
hawn qabel imsemmija jew li kieku kienu jkunu
marbuta ma’ dik il-hatra, matul dak il-perjodu, li
kieku dak l-ufficjal ma kienx gie mqabbad
jaghmel xoghol mal-Kunsill; u
Kap. 93.
Kap. 58.
(b) ikollu jedd li s-servizz tieghu mal-Kunsill jigi
kkunsidrat bhala servizz mal-Gvern ghall-finijiet ta’
pensjoni, gratwita , jew beneficcju taht l-Ordinanza
dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjoni tar-Romol
u l-Orfni, u ta’ kull dritt jew privilegg iehor li kien
ikollu jedd ghalih, u jkun responsabbli ghal dak kollu
li jista’ jkun responsabbli ghalih, li kieku ma jkunx gie
mqabbad jaghmel xoghol mal-Kunsill.
(3) Meta ssir applikazzjoni kif hemm provdut fis-subartikolu
(2)(a)(i) ghandha tinghatalha l-istess konsiderazzjoni bhallikieku l-
applikant ma kienx gie mqabbad jaghmel servizz mal-Kunsill.
(4) Il-Kunsill ghandu jhallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistghu minn zmien ghal zmien jigu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli ghall-finanzi dwar in-nefqa ta’ kull
pensjoni u gratwita  li jista’ jaqla’ ufficjal li jigi mqabbad jaghmel
xoghol mal-Kunsill kif hawn qabel imsemmi matul l-perjodu li fih
ikun qed jaghmel dak ix-xoghol.
Offerta ta’ impieg 
permanenti mal-
Kunsill lil ufficjali 
pubblici inkarigati 
jaggmlu xoghol 
mal-Kunsill.
17. (1) Il-Kunsill jista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
joffri lil ufficjal li jkun imqabbad jaghmel xoghol mal-Kunsill taht
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15, impieg permanenti mal-
Kunsill b’dik ir-rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li dak l-
ufficjal ikun qed igawdi fid-data ta’ dik l-offerta.
(2) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet komprizi f’xi offerta
maghmula kif hawn qabel imsemmi m’ghandhomx jitqiesu li jkunu
inqas favorevoli unikament ghaliex dawn ma jkunux f’kull rigward
identici ma’ jew ahjar minn dawk li l-ufficjal involut ikun qed
igawdi fid-data ta’ dik l-offerta, jekk dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet, mehudin ilkoll flimkien, ikunu fil-fehma tal-Prim
Ministru joffru beneficcji sostanzjalment ekwivalenti jew ahjar.
Kap. 93.
Kap. 58.
(3) Kull ufficjal pubbliku li jaccetta impieg permanenti li jigi
offert lilu mal-Kunsill, taht id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
ghandu, ghall-finijiet kollha li ma jkunux dawk ta’ l-Ordinanza
dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjonijiet tar-Romol u l-
Orfni, u bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6), itemm
milli jibqa’ fis-servizz mal-Gvern u jidhol fis-servizz mal-Kunsill
fid-data minn meta jaccetta, u ghall-finijiet ta’ dik l-Ordinanza u ta’
dak l-Att, daqskemm dawn ikunu applikabbli ghalih, servizz mal-
Kunsill ghandu jitqies bhala servizz mal-Gvern fil-parametri tat-
tifsiriet relattivi rispettivament.
(4) Kull ufficjal bhal dak hawn qabel imsemmi li, minnufih
qabel ma jaccetta impieg permanenti mal-Kunsill kellu jedd ghal
beneficcju taht l-Att dwar il-Pensjoni tar-Romol u l-Orfni, jkompli
KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI g KAP. 444. 11
jkollu dak il-jedd ghal beneficcju taht dak l-Att ghal kull fini
bhallikieku s-servizz tieghu mal-Kunsill kien servizz mal-Gvern.
(5) Il-Kunsill ghandu jhallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistghu minn zmien ghal zmien jigu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli ghall-finanzi dwar in-nefqa ta’
pensjonijiet u gratwitajiet li jaqla’ ufficjal li jkun accetta impieg
permanenti mal-Kunsill kif hawn qabel imsemmi matul l-perjodu li
jibda ghaddej mid-data minn meta dak l-ufficjal ikun accetta.
(6) (a) Ghall-ghanijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, l-
emolumenti pensjonabbli ta’ dak l-ufficjal pubbliku
meta jirtira ghandhom jitqiesu li jkunu l-emolumenti
pensjonabbli li jithallsu lil xi ufficjal fis-servizz tal-
Gvern fi grad u f’livell inkrementali li jikkorrispondi
ghall-kariga li jkollu l-ufficjal meta jirtira minn mal-
Kunsill.
(b) Il-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (a) ghandha
ssir minn bord li jkun maghmul minn President li jigi
mahtur mill-Ministru responsabbli ghall-finanzi u
minn zewg membri ohra, wiehed li jigi mahtur mill-
Ministru responsabbli centralment ghall-politka dwar
il-persunal fis-servizz pubbliku u l-iehor li jigi mahtur
mill-Kunsill. Il-klassifikazzjoni ghandha tkun bla
hsara ghall-approvazzjoni finali tal-Ministru
responsabbli ghall-finanzi.
(c) Dik il-klassifikazzjoni ghandha ssir fi zmien tliet xhur
mill-aggustament tas-salarji ta’ l-impjegati li jkunu fis-
servizz tal-Gvern u, jew, ta’ impjegati tal-Kunsill.
(d) Ebda kariga ma tkun klassifikata fi grad oghla minn
dak ta’ Grad 3 fis-servizz tal-Gvern jew dak il-grad
iehor oghla li l-Ministru responsabbli ghall-finanzi
jista’ minn zmien ghal zmien b’avviz fil-Gazzetta
jistabbilixxi.
(e) Minghajr pregudizzju ghall-artikolu 113 tal-
Kostituzzjoni, hadd ma jista’, wara li ssir
klassifikazzjoni kif hawn qabel imsemmija, jkollu jedd
ghal drittijiet taht l-imsemmija Ordinanza dwar il-
Pensjonijiet, li jkunu inqas favorevoli minn dawk li
kien ikollu jedd ghalihom qabel dik il-klassifikazzjoni.
TAQSIMA IV 
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
Il-Kunsill johrog 
in-nefqa mid-dhul.
18. (1) Minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet li gejjin
ta’ dan l-artikolu, il-Kunsill ghandu hekk imexxi l-affarijiet tieghu
li n-nefqa mehtiega ghall-qadi kif imiss ta’ dmirijietu ghandha,
skond kemm ikun prattiku, ssir mid-dhul li jaghmel.
(2) Ghal dan l-ghan il-Kunsill ghandu jigbor kull dritt, rata u
pagament iehor preskritti b’dan l-Att jew tahtu.
(3) Kull eccess ta’ dhul fuq in-nefqa ghandu, bla hsara ghal
dawk l-ordnijiet li l-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Ministru
12 KAP. 444. h KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI
responsabbli ghall-finanzi, jista’ minn zmien ghal zmien jaghti, jigi
applikat mill-Kunsill ghall-formazzjoni ta’ fondi ta’ riserva li
jintuzaw ghall-finijiet tal-Kunsill; u minghajr pregudizzju ghall-
generalita  tal-poteri moghtija lill-Ministru b’dan is-subartikolu,
kull ordni moghtija mill-Ministru kif hawn qabel imsemmi tista’
tordna t-trasferiment lill-Gvern, jew l-applikazzjoni b’tali mod kif
jista’ jkun specifikat fl-ordni, ta’ parti mid-drittijiet, rati u
pagamenti ohra li jingabru skond is-subartikolu (2) jew ta’ dak l-
eccess kif hawn qabel imsemmi.
(4) Il-flus tal-Kunsill li ma jkunux minnufih mehtiega biex
minnhom tinhareg in-nefqa jistghu jigu investiti b’dak il-mod li
jista’ minn zmien ghal zmien ikun approvat mill-Ministru.
Ghotjiet bil-
quddiem mill-
Gvern.
19. Il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jaghmel ghotjiet bil-quddiem lill-
Kunsill ta’ dawk l-ammonti li jista’ jaqbel li jkunu mehtiega mill-
Kunsill sabiex iwettaq id-dmirijiet tieghu taht dan l-Att, u jista’
jaghmel dawk l-ghotjiet bil-quddiem b’dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li huwa jista’, wara konsultazzjoni kif hawn qabel
imsemmi, jqis li jkunu adatti. Kull tali ghoti bil-quddiem jista’ jsir
mill-Ministru responsabbli ghall-finanzi mill-Fond Konsolidat, u
minghajr ebda approprjazzjoni ulterjuri minbarra dan l-Att, b’ordni
ffirmata minnu li tkun tawtorizza lill-Accountant General jaghti
dawk il-flus bil-quddiem.
Allokazzjoni ta’ 
flejjes lil entitajiet 
kulturali u artistici.
20. (1) Il-Kunsill ghandu wkoll jircievi minghand il-Gvern
minn gol-Fond Konsolidat dawk l-ammonti li jistghu jkunu
mehtiega ghall-allokazzjoni ta’ flus skond l-artikolu 7.
(2) Minghajr pregudizzju ghal kull disposizzjoni ohra ta’ dan l-
Att, il-Ministru jista’ jaghti lill-Kunsill direttivi dwar l-
applikazzjoni ta’ dawk l-ammonti msemmija fis-subartikolu (1).
Il-Kunsill jista’ 
jissellef jew 
jiffinanzja kapital.
21. (1) Ghall-fini li jwettaq xi wiehed mid-dmirijiet tieghu
taht dan l-Att, il-Kunsill jista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-
Ministru li tinghata wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
ghall-finanzi, jissellef jew jiggenera flus b’tali mod, minn dik il-
persuna, korp jew awtorita , u taht dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li l-Ministru jista’, wara konsultazzjoni kif hawn
qabel imsemmi, japprova bil-miktub.
(2) Il-Kunsill jista’ wkoll, minn zmien ghal zmien, jissellef,
b’overdraft jew xort’ohra, dawk l-ammonti li jista’ jkun jehtieg
biex jaghmel dmirijietu taht dan l-Att:
Izda ghal kull ammont ta’ izjed minn hamsin elf lira, tkun
mehtiega l-approvazzjoni tal-Ministru bil-miktub.
Self minghand il-
Gvern.
22. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jista’, ghal kull
htiega tal-Kunsill ta’ xorta kapitali, jikkuntratta jew jiggenera kull
self, jew jinkorri passiv, ghal dawk il-perjodi u b’dawk il-pattijiet u
l-kondizzjonijiet li huwa jista’ jqis adatti; u kull ammont dovut
dwar jew f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ xi self jew passiv bhal dak
ghandu jkun nefqa fuq il-Fond Konsolidat.
(2) Ghandu kemm jista’ jkun malajr jinghata avviz lill-Kamra
tad-Deputati dwar kull self, passiv jew ghotjiet bil-quddiem bhal
KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI g KAP. 444. 13
dawk maghmulin jew imgarrba taht id-disposizzjonijiet t’hawn
aktar qabel ta’ dan l-artikolu.
(3) Sakemm jigi ggenerat dak is-self kif hemm imsemmi fis-
subartikolu (1), jew ghall-fini li l-Kunsill jigi pprovdut b’kapital
attiv, il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jista’, b’ordni li ggib il-
firma tieghu, u minghajr ebda approprjazzjoni ulterjuri li ma tkunx
dan l-Att, jawtorizza lill-Accountant General jaghmel ghotjiet bil-
quddiem lill-Kunsill mit-Treasury Clearance Fund taht dawk il-
pattijiet li jistghu jkunu specifikati mill-Ministru meta jkun
qieghed jaghmilhom.
(4) Ir-rikavat ta’ self iggenerat ghall-finijiet li jsiru ghotjiet bil-
quddiem lill-Kunsill, u l-flejjes l-ohra kollha li ghandhom
jinghataw lill-Kunsill taht dan l-artikolu, ghandhom jithallsu go
fond imwaqqaf proprju ghal dak l-ghan u li jkun maghruf bhala
"Fond ta’ Self tal-Kunsill Nazzjonali ghall-Kultura u l-Arti".
(5) Dawk l-ammonti li jigu ricevuti mill-Accountant General
minghand il-Kunsill dwar flus li jinghataw bil-quddiem lill-Kunsill
taht is-subartikolu (3) ghandhom jithallsu, ghal dawk li jkunu
ammonti ricevuti bhala hlas lura fit-Treasury Clearance Fund, u
ghal dawk li jkunu ammonti ricevuti bhala mghax fil-Fond
Konsolidat.
Estimi tal-Kunsill.
jipprezenta lill-Ministru, pjan kummercjali ghat-tliet snin
finanzjarji li jmiss flimkien ma’ l-estimi ta’ l-infiq u d-dhul kapitali
u rikorrenti ghas-sena li jmiss:
Izda l-estimi ghall-ewwel sena finanzjarja tal-Kunsill
ghandhom jigu ppreparati u adottati f’dak iz-zmien li l-Ministru
jista’ jispecifika b’avviz bil-miktub lill-Kunsill.
(2) Fit-thejjija ta’ dawk l-estimi l-Kunsill ghandu jikkunsidra
kull fond u flejjes ohra li jistghu jkunu dovuti jithallsu lilu mill-
Fond Konsolidat matul is-sena finanzjarja relevanti, kemm bis-
sahha ta’ dan l-Att jew ta’ xi Att ta’ approprjazzjoni, jew ta’ xi ligi
ohra; u l-Kunsill ghandu hekk ihejji dawk l-estimi b’mod li jizgura
li d-dhul kollu kemm hu tal-Kunsill ikun mill-anqas bizzejjed biex
minnu jithallsu l-ammonti kollha ta’ flus li jinhargu kif imiss mill-
kont tad-dhul tieghu inkluzi, imma minghajr pregudizzju ghall-
generalita  ta’ dik l-espressjoni, d-deprezzament.
(3) L-estimi ghandhom isiru b’dak il-mod u ghandu jkun fihom
dik l-informazzjoni u dawk il-paraguni ma’ snin precedenti hekk
kif il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jista’ jordna.
(4) Ghandha minnufih tintbaghat kopja ta’ l-estimi mill-
Kunsill, malli dawn jigu adottati, lill-Ministru u lill-Ministru
responsabbli ghall-finanzi.
(5) Il-Ministru ghandu ma’ l-ewwel opportunita  li jkollu, u
mhux aktar tard minn sitt gimghat wara li jkun ircieva kopja ta’ l-
estimi minghand il-Kunsill, japprovhom b’xi emendi jew minghajr
ebda emenda, wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
ghall-finanzi.
14 KAP. 444. h KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI
In-nefqa tkun 
skond l-estimi 
approvati.
24. (1) M’ghandha ssir jew tiggarrab ebda nefqa mill-Kunsill
kemm-il darba din ma tkunx giet approvata mill-Ministru kif
provdut fl-artikolu 22.
(2) Hlief ghal flus iggenerati mill-Kunsill innifsu jew li jigu
ricevuti minn sorsi mhux Statali, il-Kunsill ghandu jibqa’ fil-
parametri tan-nefqa kapitali u rikorrenti lilu allokati mill-Ministru
kif awtorizzati mill-Ministru responsabbli ghall-finanzi.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) -
(a) sakemm jiskadu sitt xhur mill-bidu ta’ xi sena
finanzjarja, jew sakemm ikun hemm l-approvazzjoni
ta’ l-estimi ghal dik is-sena mill-Ministru, skond liema
data tigi l-ewwel, il-Kunsill jista’ jaghmel jew igarrab
nefqa ghall-qadi ta’ dmirijietu taht dan l-Att li
b’kollox ma tkunx izjed minn nofs l-ammont approvat
mill-Ministru ghas-sena finanzjarja ta’ qabel;
(b) in-nefqa approvata dwar xi kap jew sotto-kap ta’ l-
estimi tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru moghtija
wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli ghall-
finanzi, ssir jew tiggarrab dwar xi kap jew sotto-kap
iehor ta’ l-estimi;
(c) dwar l-ewwel sena finanzjarja, il-Kunsill jista’
jaghmel jew igarrab in-nefqa li b’kollox ma tkunx
izjed minn dawk l-ammonti li l-Ministru responsabbli
ghall-finanzi jista’, wara konsultazzjoni mal-Ministru,
jippermetti;
(d) jekk dwar xi sena finanzjarja jirrizulta li l-ammont
approvat mill-Ministru ma jkunx bizzejjed jew tkun
qamet il-htiega ghal nefqa ghal xi fini mhux provdut
dwarha fl-estimi, il-Kunsill jista’ jadotta estimi
supplimentari ghall-approvazzjoni tal-Ministru, u
f’kull kaz bhal dak id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li
japplikaw ghall-estimi ghandhom, kemm jista’ jkun
malajr, ikunu japplikaw ghall-estimi supplementari.
Pubblikazzjoni ta’ 
estimi approvati.
25. L-estimi u l-estimi supplementari kollha tal-Kunsill
approvati mill-Ministru ghandhom, kemm jista’ jkun malajr,
jitqeghdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kontijiet u 
verifika.
26. (1) Il-Kunsill ghandu jizgura li jinzammu kif imiss
kontijiet u records ohra li jirrigwadaw it-thaddim tieghu u l-
operazzjonijiet li jaghmel, u ghandu jizgura li tigi ppreparata
dikjarazzjoni relattiva ta’ kontijiet ta’ kull tliet xhur u dikjarazzjoni
ohra dwar kull sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet tal-Kunsill ghandhom ikunu verifikati minn
awditur jew awdituri li jigu mahtura mill-Kunsill u approvati mill-
Ministru:
Izda l-Ministru responsabbli ghall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jehtieg li l-kotba u l-kontijiet tal-
Kunsill jigu verifikati jew ezaminati mill-Awditur Generali li
jkollu ghal dak l-ghan is-setgha li jaghmel dik il-verifika fizika u
kull accertament iehor li jista’ jqis li jkunu mehtiega.
KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI g KAP. 444. 15
(3) Il-Kunsill ghandu, fuq talba tal-Ministru jew tal-Ministru
responsabbli ghall-finanzi, jipprezenta rapporti u kontijiet dwar l-
amministazzjoni skond ma jigi ordnat. Il-Kunsill ghandu jara li
kopja tad-dikjarazzjoni tal-kontijiet verifikata kif imiss tintbaghat
lill-Ministru u lill-Ministru responsabbli ghall-finanzi flimkien ma’
kopja ta’ kull rapport maghmul mill-awdituri fuq dik id-
dikjarazzjoni jew fuq il-kontijiet tal-Kunsill.
Kuntratti ta’ 
proovista jew ta’ 
xoghol.
27. (1) Il-Kunsill m’ghandux, hlief bl-approvazzjoni tal-
Ministru moghtija ghal ragunijiet specjali u wara konsultazzjoni
mal-Ministru responsabbli ghall-finanzi, jaghti jew jaghmel xi
kuntratt ghall-provvista ta’ oggetti jew ta’ materjal jew ghall-
esekuzzjoni ta’ xoghlijiet, jew ghall-ghoti ta’ servizzi, lil jew ghall-
beneficcju tal-Kunsill, li jkun stmat mill-Kunsill li jeccedi valur ta’
tliet elef lira, jew kull ammont iehor li l-Ministru responsabbli
ghall-finanzi jista’ b’regolamenti jippreskrivi, hlief wara li jkun gie
ppubblikat avviz ta’ l-intenzjoni tal-Kunsill li jaghmel il-kuntratt u
jkunu nhargu offerti kompetittivi.
L.S.174.02
(2) Il-Kunsill ghandu jsegwi l-proceduri ta’ akkwist kif regolati
bir-Regolamenti dwar Akkwisti li jsiru mis-Servizz Pubbliku, jew
kull emenda relattiva.
Rapport annwali.
tmiem kull sena finanzjarja, jibghat lill-Ministru kopja tad-
dikjarazzjoni verifikata tal-kontijiet tieghu, kopja tar-rapport
maghmul mill-awditur jew l-awdituri dwar dik id-dikjarazzjoni jew
fuq il-kontijiet tal-Kunsill, flimkien ma’ rapport li generalment
ikun jittratta dwar l-attivitajiet tal-Kunsill matul dik is-sena
finanzjarja u li  jkun fih dik l-informazzjoni konnessa mal-
procedimenti u l-politika tal-Kunsill. Il-Ministru ghandu jara li
kopja ta’ kull tali rapport titqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra u li tigi
pprezentata lill-Ministru responsabbli ghall-finanzi u lill-Awditur
Generali kemm jista’ jkun malajr.
TAQSIMA V
TRASFERIMENT TA’ CERTU PROPRJETA  LILL-KUNSILL
Trasferiment ta’ 
attiv lill-Kunsill.
29. (1) Il-proprjeta  u l-intraprizi proprjeta  tal-Gvern u minnu
uzati minnufih qabel id-data tad-dhul fis-sehh ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att, kif ukoll minnu uzati ghat-thaddim tal-funzjonijiet li
b’dan l-Att qeghdin jigu trasferiti lil jew vestiti fil-Kunsill,
ghandhom, fid-data hawn qabel imsemmija, bis-sahha ta’ dan l-Att
u minghajr ebda assikurazzjoni ohra, jkunu trasferiti lil u jigu
vestiti fil-Kunsill jew fil-korp maghqud jew entita  kif indikat mill-
Ministru li bih kienu mizmuma mill-Gvern minnufih qabel dik id-
data. Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu m’ghandhomx
japplikaw ghal proprjeta  immobbli.
(2) L-uzu u l-amministrazzjoni ta’ l-attiv immobbli minn zmien
ghal zmien specifikati f’ordni maghmula mill-Ministru
responsabbli ghall-artijiet f’konsultazzjoni mal-Ministru u
ppubblikata fil-Gazzetta (hawn izjed ’il quddiem imsejjah "l-attiv
immobbli") li jkun attiv immobbli li minnufih qabel id-dhul fis-
sehh ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att kien proprjeta  tal-Gvern u
16 KAP. 444. h KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI
minnu uzati ghat-thaddim tal-funzjonijiet li b’dan l-Att qeghdin
jigu trasferiti lil jew vestiti fil-Kunsill, ghandhom, b’sehh minn dik
il-gurnata li tista’ tkun specifikata f’xi ordni bhal dik u bis-sahha
ta’ dan l-Att u minghajr ebda assigurazzjoni ohra, jkunu vestiti fil-
Kunsill jew fil-korp maghqud jew entita  li jkunu hekk imsemmija
f’dik l-ordni maghmula mill-imsemmi Ministru.
(3) It-trasferiment u l-vestiment hawn qabel imsemmija
ghandhom jestendu ghal dik il-proprjeta  u dawk l-intraprizi kollha
kemm huma u, minghajr pregudizzju ghall-generalita  hawn qabel
imsemmija, ghandhom jinkludu kull impjant, taghmir, apparat,
strument, vettura, ingenju, bini, struttura, stallazzjoni, art, triq,
xoghol, hazna u proprjeta  ohra, mobbli jew immobbli, attiv, setgha,
jedd u privilegg u kull haga mehtiega jew ancillari ghal dawn, li
jkunu qeghdin jinzammu jew jigu gawduti f’konnessjoni maghhom
jew li jkunu jappartjenu ghalihom, kif ukoll kull obbligazzjoni li
taffettwa jew tkun konnessa ma’ xi proprjeta  jew intraprizi hawn
qabel imsemmija jew xi hag’ohra fihom inkluza kif hawn qabel
imsemmija.
(4) Kull trasferiment ta’ proprjeta , kemm mobbli kemm
immobbli, ghandu jkun suggett ghal dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet kollha li l-Ministru jista’ jqis mehtiega sabiex
jizgura li dik il-proprjeta  tkun eskluzivament uzata ghal finijiet
kulturali u artistici jew ghal finijiet ancillari ghal dan.
Kif jiftiehmu 
ligijiet, ecc.
30. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull ligi,
regola, regolament, ordni, sentenza, digriet, lodi, att, titolu,
kuntratt, ftehim, istrument, dokument, mandat u arrangament iehor,
li jkun jezisti minnufih qabel id-data tad-dhul fis-sehh ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att li jaffettwa jew ikun konness ma’ xi wahda
mill-proprjetajiet jew intraprizi trasferiti lill-Kunsill b’dan l-Att
jew tahtu, jkollu kull sehh u effett kontra jew favur il-Kunsill, u
ghandu jkun fis-sehh liberament u effettivament, bhallikieku
minflok il-Gvern jew l-awtorita  tal-Gvern, kien hemm imsemmi
jew kien hemm parti fih il-Kunsill, u hekk ukoll fis-sostituzzjoni
tal-Gvern jew l-awtorita  tal-Gvern.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
31. (1) Meta xi haga tkun inbdiet minn jew taht l-awtorita  tal-
Gvern qabel id-data tad-dhul fis-sehh ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att u dik il-haga jkollha x’taqsam ma’ xi proprjetajiet jew intraprizi
jew xi dritt jew responsabbilta  trasferiti lill-Kunsill bi jew taht dan
l-Att, dik il-haga tista tkompli titwettaq u tigi mitmuma mill-
Kunsill jew kif awtorizzat minnu.
(2) Meta minnufih qabel id-dhul fis-sehh ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att, ikun ghad hemm procedimenti legali pendenti li fihom il-
Gvern ikun jew ikollu titolu li jkun parti, u dawk il-procedimenti
jkollhom x’jaqsmu ma’ xi proprjetajiet jew intraprizi, jew ma’ xi
dritt jew responsabbilta  trasferiti lill-Kunsill bi jew taht dan l-Att,
il-Kunsill ghandu, sa mid-data hawn qabel imsemmija, jigi
sostitwit f’dawk il-procedimenti ghall-Gvern, jew ghandu jsir parti
fihom bl-istess mod kif seta’ gie sostitwit il-Gvern, u dawk il-
procedimenti m’ghandhom qatt jittiefsu minhabba f’dik is-
sostituzzjoni.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni jaghmel dawk il-provvedimenti
KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI g KAP. 444. 17
incidentali, konsegwenzjali u supplementali li huwa jista’ jqis
mehtiega jew spedjenti ghall-fini li jiddetermina, kif imiss, l-attiv
trasferit lill-Kunsill b’dan l-Att u jizgura u jaghti kull effett lit-
trasferiment ta’ proprjeta  jew intrapriza jew lil kull dritt jew
responsabbilta  lill-Kunsill b’dan l-Att u jaghmel dawk l-ordnijiet li
jistghu jkunu mehtiega sabiex jaghmel kull poter u dmir
esercitabbli mill-Gvern ghar-rigward ta’ xi proprjeta  jew intrapriza
trasferiti esercitabbli minn jew f’isem il-Kunsill.
TAQSIMA VI
MIXXELLANJI
Persuni li jitqiesu 
bhala ufficjali 
pubblici.
Kap. 9.
32. Il-membri tal-Kunsill, il-membri u l-ufficjali u l-impjegati
kollha tal-Kunsill ghandhom jitqiesu li huma ufficjali pubblici fil-
parametri tat-tifsira fil-Kodici Kriminali.
Setgha li jsiru 
regolamenti.
33. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), il-
Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kunsill, jaghmel
regolamenti dwar xi funzjoni tal-Kunsill u dwar kull ma hemm
preskritt taht dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ wkoll permezz ta’ regolament jemenda l-
Iskedi li jinsabu ma’ dan l-Att.
(3) Minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet tas-subartikoli
(1) u (2), il-Ministru jista’ wkoll jaghmel regolamenti dwar:
(a) proceduri amministrattivi u organizzattivi li ghandhom
jigu segwiti mill-Kunsill, mid-Direttur Esekuttiv u
minn kull entita  imsemmija f’xi wahda mill-Iskedi ta’
dan l-Att;
(b) skemi ghall-fini ta’ finanzjament jew sussidjar ta’
programmi, inizjattivi u avvenimenti kulturali u
artistici;
(c) kull haga li ghandha x’taqsam ma’ l-ufficjali u l-
impjegati tal-Kunsill;
(d) kull haga li ghandha x’taqsam ma’ l-infiq u d-dhul tal-
Kunsill, l-estimi u l-kontijiet tieghu, u l-verifika
taghhom.
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 7)
Lista ta’ Entitajiet tal-Gvern
1. Fondazzjoni Partrimonju Malti
2. Socjeta  ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerc
3. Teatru Manoel (Kumitat ta’ Tmexxija)
4. Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi
5. Orkestra Nazzjonali
18 KAP. 444. h KUNSILL MALTI GHALL-KULTURA U L-ARTI
6. Centru ghall-Kreattivita  fil-Kavallier ta’ San Gakbu
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 8)
Lista ta’ Attiv u Entitajiet
1. It-Teatru Manoel (Kumitat ta’ Tmexxija)
2. Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi 
