AMMINISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET g KAP. 448. 1
KAPITOLU 448
ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
Biex jipprovdi dwar l-amministrazzjoni ta’ artijiet.
5 ta’ Marzu, 2003
L-ATT XI ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor.
Amministrazzjoni ta’ Artijiet.
Tifsir.
ma tehtiegx xort’ohra, il-kelma "art" tinkludi kull haga immobbli
kif ukoll kull dritt reali fuq l-immobbli.
Art li tigi vestita 
fil-Gvern.
3. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dan l-Att,
b’effett mill-bidu fis-sehh ta’ dan l-Att, kull art li tappartjeni lill-
fondazzjonijiet u amministrazzjonijiet, amministrati mill-Gvern
separatament mill-amministrazzjoni ta’ art ohra li tappartjeni lill-
Gvern, qed tigi vestita fil-Gvern u l-Gvern ghandu jittratta u
jamministra dik l-art li qed tigi hekk vestita bis-sahha ta’ dan l-Att
bl-istess mod bhal kull art ohra li tappartjeni lill-Gvern bi proprjeta
assoluta u jista’ jnehhi dik l-art skond hekk, u b’effett minn dak il-
bidu fis-sehh kull passiv ta’ jew li jsir dovut f’dak li ghandu
x’jaqsam ma’ dik l-amministrazzjoni jsir passiv tal-Gvern jew lilu
dovut bis-sahha ta’ dan l-Att, u kull hlas li jsir hekk dovut mill-
Gvern ikun addebitat lill-Fond Konsolidat minghajr
approprjazzjoni ohra barra dan l-Att. 
Effett fuq l-
enfitewsi, ecc.
4. Minghajr pregudizzju ghal xi konsolidazzjoni tad-dirett
dominju ma’ l-utili dominju li ssir meta l-art tigi vestita kif provdut
fl-artikolu 3, id-disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu ma jolqtu ebda
enfitewsi jew kirja moghtija dwar dik l-art jew xi servitù  li ghalih
xi art bhal dik tista’ tkun suggetta, u kull enfitewsi jew kirja bhal
dawk ghandhom, ghall-finijiet kollha, jitqiesu li nghataw mill-
Gvern u ghandu jsir minnhom skond hekk. 
Obbligazzjonijiet 
marbutin ma’ art li 
tigi vestita fil-
Gvern.
5. B’effett mill-bidu fis-sehh ta’ dan l-Att, kull piz jew
gravami li ghalih xi art bhal dik imsemmija fl-artikolu 3 ta’ dan l-
Att tista’, qabel il-bidu fis-sehh ta’ dan l-Att, tkun suggetta, u kull
hlas iehor jew ghemil iehor li, qabel l-imsemmija data, ikun dovut
dwar xi attiv bhal dak, ghandu, bis-sahha ta’ dan l-Att, jieqaf milli
jkun piz jew gravami fuq, jew hlas jew ghemil dovut dwar xi art
bhal dik, u kull somma jew oggett jew ghemil iehor li, kieku ma
kienx ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kienu jkunu dovuti
li jithallsu jew li jsiru minnufih qabel il-bidu fis-sehh ta’ l-Att,
ghandhom, minn dak il-bidu fis-sehh, ikunu dovuti li jithallsu jew
li jsiru mill-Gvern, u kull hlas hekk dovut ikun addebitat lill-Fond
Konsolidat minghajr approprjazzjoni ohra barra dan l-Att.
Talbiet.
qeghda tigi vestita fil-Gvern kif imsemmi f’dan l-Att ikollu dritt li
jaccedi, permezz ta’ citazzjoni li ssir kontra l-Gvern fil-Prim’Awla
tal-Qorti Civili, sabiex jigi stabbilit l-interess tieghu f’dik l-art jew
fuqha u l-ammont ta’ kull kumpens li jista’ jkollu jedd ghalih u
2 KAP. 448. h AMMINISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
ghall-hlas ta’ dak il-kumpens.
(2) Jista’ jsir appell fil-Qorti ta’ l-Appell minn kull decizjoni
tal-Prim’Awla tal-Qorti Civili.
(3) Ma tista’ tigi pprezentata ebda azzjoni taht dan l-artikolu
wara l-iskadenza ta’ sitt xhur minn meta dan l-Att jibda jsehh.
Kap. 358. (4) Id-disposizzjonijiet kollha tal-Ftehim inkorporat fl-Att
dwar Proprjeta  ta’ Entijiet Ekklesjastici, ghandhom japplikaw dwar
kull art li minnufih qabel il-bidu fis-sehh ta’ dan l-Att kienet
tappartjeni lil xi fondazzjoni jew amministrazzjoni li fir-rigward
taghha japplika dan l-Att u li, kieku ma kienx ghall-Ftehim fuq
imsemmi, xi enti ekklesjastiku jkun jista’ jivvanta xi dritt ghall-
kumpens dwarha, u l-Ufficcju Kongunt u l-Kumitat ta’ Kontroll
imwaqqfa bl-istess Ftehim ghandhom ikomplu jkollhom dwar l-art
imsemmija f’dan is-subartikolu l-istess funzjonijiet bhalma
ghandhom dwar kull art ohra msemmija fil-ftehim jew li dwarha
jkun japplika dak il-Ftehim.
