QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI g KAP. 453. 1
KAPITOLU 453
ATT DWAR IL-QORTI KRIMINALI 
INTERNAZZJONALI
Biex jipprovdi dwar assistenza lill-Qorti Kriminali Internazzjonali.
13 ta’ Dicembru, 2003
L-ATT XXIV ta’ l-2002.
TAQSIMA 1
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Kriminali Internazzjonali.
Tifsiriet.
tehtieg xort’ohra:
"delitt ICC" tfisser delitt (minbarra d-delitt ta’ aggressjoni) li
fuqu l-ICC ghandha gurisdizzjoni skond it-Trattat ICC li ghandu d-
disposizzjonijiet rilevanti tieghu riprodotti fl-Ewwel Skeda;
"it-Trattat ICC" tfisser l-Istatut tal-Qorti Kriminali
Internazzjonali maghmul f’Ruma fis-17 ta’ Lulju, 1988; 
"l-ICC" tfisser il-Qorti Kriminali Internazzjonali mwaqqfa fit-
Trattat ICC;
"genocidju" tfisser att ta’ genocidju kif imfisser fl-artikolu 54B;
Kap. 9.
"delitt kontra l-umanita " tfisser delitt kontra l-umanita  kif
imfisser fl-artikolu 54C tal-Kodici Kriminali;
"delitt tal-gwerra" tfisser delitt tal-gwerra kif imfisser fl-artikolu
54D tal-Kodici Kriminali;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-Gustizzja.
(2) Fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att il-qorti ghandha tqis it-test originali tat-Trattat ICC u
ta’ kull trattat u konvenzjoni msemmija fit-Trattat ICC. 
TAQSIMA 2
ASSISTENZA LILL-ICC
Ghoti ta’ 
assistenza.
3. (1) Il-poteri moghtija minn din it-Taqsima lill-Ministru
ghandhom jigu ezercitati ghall-fini li tinghata assistenza lill-ICC
ghar-rigward ta’ investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet meta -
(a) investigazzjoni tkun inbdiet mill-ICC, u
(b) l-investigazzjoni u kull procediment li jitnissel minnha
ma jkunux intemmu. 
(2) Meta tintuza trasmissjoni  facsimile  -
(a) biex issir talba mill-ICC jew ghat-trasmissjoni ta’ kull
dokument li jingieb b’sostenn, jew
(b) ghat-trasmissjoni ta’ kull dokument b’konsegwenza ta’
2 KAP. 453. h QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
dik it-talba,
din it-Taqsima tapplika bhallikieku d-dokumenti hekk mibghutin
kienu l-originali tad-dokumenti hekk trasmessi. Kull tali dokument
jista’ jintlaqa’ u jkun ammissibbli bhala prova ghaldaqstant.
(3) Ebda haga f’din it-Taqsima ma ghandha tinqara u tifitiehem
bhala li tipprevjeni l-ghoti ta’ assistenza lill-ICC xort’ohra milli
taht din it-Taqsima.
Setgha ta’ ghemil 
ta’ regolamenti.
4. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti li jkunu jipprovdu
biex jintlaqghu talbiet ghall-assistenza mill-ICC u b’mod
partikolari u minghajr pregudizzju ghall-generalita  ta’ dik is-setgha
jista’ jaghmel regolamenti li jkunu jippreskrivu l-kondizzjonijiet u
l-proceduri ghall-ezekuzzjoni ta’ kull talba bhal dik ghal kull ghan
jew ghanijiet  minn dawn li gejjin:
(a) l-interrogazzjoni ta’ persuni li jkunu qeghdin jigu
investigati jew ipprocessati mill-ICC;
(b) il-gbir tal-provi jew l-ghoti ta’ xiehda;
(c) in-notifika ta’ kull dokument jew att tal-procedimenti
quddiem l-ICC;
(d) it-trasferiment temporanju lill-ICC ta’ prigunier ghal
ghanijiet ta’ identifikazzjoni jew sabiex tinkiseb
xiehda jew assistenza ohra;
(e) id-dhul u t-tfittxija f’kull fond u l-qbid ta’ kull oggett;
(f) it-tehid ta’ marki tas-swaba jew kampjuni mhux
intimi;
(g) l-ezumazzjoni ta’ xi katavru;
(h) l-ghoti ta’records u dokumenti;
(i) l-investigazzjoni dwar ir-rikavat ta’ xi delitt ICC;
(j) l-iffrizar jew il-qbid ta’ xi rikavat biex dan ikun jista’
jigi eventwalment konfiskat;
(k) il-verifika ta’ kull prova jew materjal iehor.
Interessi ta’ 
sigurezza 
nazzjonali.
5. (1) Ebda haga f’xi disposizzjoni ta’ din it-Taqsima ma
tehtieg jew tawtorizza li jigu prodotti dokumenti, jew li tinkixef
informazzjoni, li tista’ tkun ta’ pregudizzju ghas-sigurezza ta’
Malta.
(2) Ghal kull fini ta’ xi disposizzjoni bhal dik, certifikat
iffirmat minn jew f’isem il-Prim Ministru li jkun ifisser li jkun ta’
pregudizzju ghas-sigurezza ta’ Malta li jigu prodotti xi dokumenti
specifikati, jew li tinkixef xi informazzjoni specifikata, ikun xiehda
konkluziva ta’ dak il-fatt.
Trasmissjoni ta’ 
materjal lill-ICC.
6. (1) Kull xiehda jew materjal iehor li jinkiseb taht din it-
Taqsima minn persuna minbarra mill-Avukat Generali, flimkien
ma’ kull verifika mehtiega, ghandhom jintbaghtu lill-Avukat
Generali li mbaghad jaghmel kull arrangament ghat-trasmissjoni
tal-provi jew ta’ kull materjal iehor lill-ICC.
(2) Meta xi provi jew materjal iehor ikollhom jigu trasmessi
lill-ICC, ghandhom jigu trasmessi -
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI g KAP. 453. 3
(a) meta l-materjal jkun jikkonsisti f’dokument, l-original
jew kopja, u
(b) meta l-materjal jkun jikkonsisti f’xi oggett iehor, l-
oggett innifsu jew ritratt fotografiku jew deskrizzjoni
ohra tieghu,
skond ma jista’ jkun mehtieg biex tithares it-talba ta’ l-ICC.
TAQSIMA 3
REATI GHAR-RIGWARD TA’ L-ICC
Reati ghar-rigward 
ta’ l-ICC.
7. (1) Ikun reat li persuna xjentement taghmel xi att imsemmi
fl-Artikolu 70.1 tat-Trattat ICC (reati kontra l-amministrazzjoni tal-
gustizzja ghar-rigward ta’ l-ICC), hawn izjed ’il quddiem f’din it-
Taqsima msejjah "l-artikolu rilevanti".
(2) Fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu rilevanti l-qorti ghandha tqis kull sentenza jew
decizjoni rilevanti ta’ l-ICC u tista’ wkoll tqis kull gurisprudenza
internazzjonali rilevanti ohra.
Kap. 9.
(3) Minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5
tal-Kodici Kriminali, azzjoni kriminali tista’ wkoll tkun
ipprocessata f’Malta kontra kull cittadin ta’ Malta jew residenti
permanenti f’Malta li jkun sar hati ta’ reat imsemmi fis-subartikolu
(1) ghalkemm ir-reat jista’ jkun sar barra minn Malta.
(4) Ma ghandhomx jinbdew procedimenti ghal reat taht dan l-
artikolu hlief mill-Avukat Generali jew bil-kunsens tieghu.
(5) Id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-artikolu rilevanti  jinsabu
stipulati fit-Tieni Skeda.
(6) Persuna li tinsab hatja ta’ reat taht is-subartikolu (1) tista’
tehel piena kif gej:
Kap. 9.
(a) meta r-reat ikun jikkonsisti fl-att imsemmi fil-
paragrafu (a) ta’ l-artikolu rilevanti, ghall-piena
stipulata fl-artikoli 104, 105, 107 tal-Kodici Kriminali
ghal cirkostanzi korrispondenti tal-kaz;
(b) meta r-reat ikun jikkonsisti fl-att imsemmi fil-
paragrafu (b) ta’ l-artikolu rilevanti, ghall-piena
stipulata fl-artikolu 103 tal-Kodici Kriminali;
(c) meta r-reat ikun jikkonsisti f’xi att imsemmi fil-
paragrafu (c) ta’ l-artikolu rilevanti, ghall-piena
stipulata fl-artikoli 102, 110, jew 111 tal-Kodici
Kriminali ghac-cirkostanzi korrispondenti tal-kaz;
(d) meta r-reat ikun jikkonsisti f’xi att imsemmi fil-
paragrafu (d) ta’ l-artikolu rilevanti:
(i) ghall-piena ta’ prigunerija minn sentejn sa
hames snin jekk l-ufficjal tal-Qorti jaqdi
dmirijietu kif imiss; jew
(ii) ghal dik il-piena mizjuda b’zewg jew tliet gradi
meta l-ufficjal tal-Qorti jonqos milli jaqdi, jew
ma jaqdix kif imiss, dmirijietu; jew
(iii) ghal piena oghla minn prigunerija ghal zmien
4 KAP. 453. h QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
hames snin li persuna akkuzata b’delitt ICC
tista’ tkun giet moghtija sentenza dwarha  meta
l-ufficjal tal-Qorti jonqos milli jaqdi, jew ma
jaqdix kif imiss, dmirijietu fil-process jew
f’konnessjoni mal-process ta’ dik il-persuna;
Kap. 9.
(e) meta r-reat ikun jikkonsisti fl-att imsemmi fil-
paragrafu (e) ta’ l-artikolu rilevanti, ghall-piena
stipulata fl-artikolu 95(1) tal-Kodici Kriminali skond
kif jistghu jkunu c-cirkostanzi tal-kaz;
(f) meta r-reat ikun jikkonsisti fl-atti msemmija fil-
paragrafu (f) ta’ l-artikolu rilevanti, il-hati jista’ jigi
ttrattat ghal xi reat korrispondenti taht l-artikoli 115 u
121(4)(d) tal-Kodici Kriminali u jista’ jehel piena
ghaldaqstant.
L-element mentali. 8. (1) Referenzi f’din it-Taqsima ghal persuna li taghmel xi
att imsemmi fl-artikolu rilevanti, ghandhom jiftiehmu skond dan l-
artikolu.
(2) Kemm-il darba ma jkunx provdut xort’ohra bl-artikolu 7
jew bl-artikolu rilevanti, persuna titqies li taghmel att imsemmi fis-
subartikolu (1) biss jekk l-element materjali isiru bil-hsieb u
xjentement.
(3) Ghal dan l-ghan -
(a) persuna tagixxi bil-hsieb -
(i) ghar-rigward ta’ mgieba, meta jkollha intenzjoni
li twettaq dik l-imgieba, u
(ii) ghar-rigward ta’ konsegwenza, meta jkollha
intenzjoni li tikkaguna l-konsegwenza jew tkun
konsapevoli li din tkun se tigri fil-kors normali
tal-grajjiet, u
(b) "xjentement" tfisser l-gharfien li tkun tezisti xi
cirkostanza jew li tkun se tigri xi konsegwenza fil-kors
normali tal-grajjiet.
(4) Fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu (li jikkorrispondu ghall-artikolu 30 tat-Trattat
ICC) il-qorti ghandha tqis kull sentenza jew decizjoni rilevanti ta’
l-ICC u tista’ wkoll tqis kull gurisprudenza internazzjonali ohra
rilevanti.
TAQSIMA 4
INFURZAR TA’ SENTENZI U  ORDNIJIET
Detenzjoni f’Malta 
konformi ma’ 
sentenza ICC.
9. (1) Dan l-artikolu japplika meta -
(a) Malta tissemma mill-ICC bhala l-istat fejn persuna,
hawn izjed ’il quddiem f’din it-Taqsima msejjha "l-
prigunier", ghandha sservi sentenza ta’ prigunerija
imposta mill-ICC, u
(b) il-Ministru jgharraf lill-ICC li dik it-tismija tkun
accettata.
(2) Il-Ministru ghandu johrog ordni fejn jawtorizza -
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI g KAP. 453. 5
(a) li l-prigunier jingieb Malta,
(b) id-detenzjoni tal-prigunier f’Malta skond is-sentenza
ta’ l-ICC, u
Kap. 260.
dwar il-Habs, f’Malta.
Id-disposizzjonijiet ta’ l-ordni jistghu jkunu mibdula mill-
Ministru, u jistghu jkunu hekk mibdula li jaghtu sehh lil kull tibdil
li jsir fis-sentenza ta’ l-ICC.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ dan
l-artikolu, prigunier li jkun soggett ghal ordni li tawtorizza d-
detenzjoni tieghu f’habs f’Malta ghandu jigi ttrattat ghal kull fini
bhallikieku kien soggett ghal sentenza ta’ prigunerija imposta fit-
twettiq ta’ gurisdizzjoni kriminali minn qorti f’Malta.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ kull regolament maghmul taht l-Att
dwar il-Habs ghandhom japplikaw ghal prigunier taht din it-
Taqsima bla hsara ghal kull tibdil, aggustament jew adattament li l-
Ministru jista’ b’regolamenti taht dan is-subartikolu jordna bi
ftehim mal-Ministru responsabbli ghall-habs.
Ritorn temporanju 
jew trasferiment 
tal-kustodja lejn xi 
stat iehor.
10. (1) Dan l-artikolu japplika meta l-Ministru jircievi talba
mill-ICC -
(a) ghal xi ritorn temporanju tal-prigunier fil-kustodja ta’
l-ICC ghal xi fini ta’ xi procediment, jew
(b) ghal xi trasferiment tal-prigunier fil-kustodja ta’ xi stat
iehor konformement ma’ bidla fit-tismija ta’ l-istat
fejn isir l-infurzar.
(2) Il-Ministru ghandu -
(a) johrog ordni li tkun tawtorizza r-ritorn jew
trasferiment temporanju tal-prigunier skond it-talba,
(b) jaghmel kull arrangament mehtieg ma’ l-ICC jew,
skond ma jista’ jkun il-kaz, ma’ l-istat l-iehor, u
(c) jaghti dawk l-ordnijiet dwar il-kustodja, thollija fil-
liberta  u, fejn adatt, ir-ritorn tal-prigunier bhalma
jidhirlu li jkun adatt sabiex jinghata sehh lill-
arrangament.
(2) Meta l-prigunier jirritorna temporanjament fil-kustodja ta’
l-ICC, l-ordni li tkun tawtorizza d-detenzjoni tieghu f’Malta
ghandu jibqa’ jkollha sehh b’mod li tkun tista’ terga’ tapplika
ghalih meta huwa jerga’ lura.
Kustodja ta’ 
prigunier meta 
jkun qed jigi 
trasportat, ecc.
11. (1) Prigunier ghandu jitqies li jkun fil-kustodja legali tal-
Ministru f’kull zmien meta, ghax ikun -
(a) f’Malta, jew
(b) abbord bastiment jew ajruplan ta’ Malta,
jkun qed jittiehed lejn jew minn xi post jew ikun qed jinzamm fil-
kustodja.
(2) Il-Ministru jista’, minn zmien ghal zmien, isemmi lil xi
persuna bhala persuna li tkun ghal xi zmien qeghda tigi awtorizzata
6 KAP. 453. h QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
tittrasporta lill-prigunier lejn jew minn xi post jew izzomm lill-
prigunier fil-kustodja taghha.
(3) Persuna li tigi hekk awtorizzata jkollha kull poter, awtorita ,
protezzjoni u privilegg li jkollu ufficjal tal-pulizija.
(4) Jekk il-prigunier ikun mahrub jew kontra l-ligi ma jkunx
qieghed fejn suppost ikun, huwa jista’ jigi arrestat bla ma l-pulizija
jkollha ebda ordni u mehud f’xi post fejn ikun jista’ jittiehded taht
l-ordni mahruga taht xi disposizzjoni ta’ din it-Taqsima.
Setgha ta’ ghemil 
ta’ regolamenti.
12. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jipprovdi ghal
xi infurzar f’Malta -
(a) ta’ multi jew konfiski ordnati mill-ICC, u
(b) ordnijiet mill-ICC kontra persuni misjuba hatja fejn
jigu specifikati kumpens lil, jew dwar vittmi,
u b’mod partikolari u minghajr pregudizzju ghal kull generalita  ta’
dik is-setgha jista’ jaghmel regolamenti li jkunu:
(i) jawtorizzaw lill-Ministru jahtar persuna biex
tagixxi f’isem l-ICC ghall-finijiet ta’ l-infurzar
ta’ l-ordni u jaghti lil dik il-persuna dawk l-
ordnijiet li l-Ministru jidhrulu li jkunu mehtiega;
(ii) jehtiegu r-registrazzjoni fir-Registru Pubbliku
ta’ xi ordni li dwaru japplika dan l-artikolu u
jipprovdu dwar kull effett li jkollha dik ir-
registrazzjoni;
(iii) japplikaw kull jew xi disposizzjoni konnessa
ma’ l-infurzar f’Malta ta’ordnijiet tal-qorti ta’ xi
pajjiz jew territorju barra minn Malta;
(iv) jipprovdu li l-ispejjez ragonevoli kollha dwar u
incidentali ghar-registrazzjoni u l-infurzar ta’ xi
ordni jkunu jistghu jingabru bhallikieku dawn
kienu ammonti li jistghu jigu migbura taht l-
ordni; 
(v) jipprovdu dwar il-gbir ta’multi bhala dejn civili
jew dwar kif multi bhal dawk jistghu jigu
konvertiti fi prigunerija jew detenzjoni jekk
jibqghu ma jithallsux:
Izda jistghu jsiru provvedimenti differenti ghal ghamliet
differenti ta’ ordnijiet.
Emenda tal-Kodici 
Kriminali.
Kap. 9.
13. Mholli barra taht l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-
Ligijiet Statutarji.
Emenda ta’ l-Att 
dwar l-
Estradizzjoni.
Kap. 276.
14. Mholli barra taht l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-
Ligijiet Statutarji.
Emenda ta’ l-Att 
dwar il-Habs.
Kap. 260.
15. Mholli barra taht l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-
Ligijiet Statutarji.
L-artikoli tat-
Trattat ICC fl-
Iskeda.
16. Id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-artikoli 9, 13, 70 u 92 tat-
Trattat ICC msemmi f’dan l-Att huma riprodotti fit-Tieni Skeda u
kull riferenza ghal xi artikolu bhal dak f’dan l-Att jew f’xi ligi ohra
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI g KAP. 453. 7
ghandha tiftiehem bhala riferenza ghall-istess artikolu kif riprodott
f’dik l-Iskeda.
Ratifika tat-Trattat 
ICC.
17. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull ligi ohra, il-Gvern
huwa b’dan awtorizzat jirratifika t-Trattat ICC.
8 KAP. 453. h QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 2)
Delitti li jaqghu taht il-gurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali
Artikolu 6
Genocidju
Ghal kull fini ta’ dan l-Istatut, "genocidju" tfisser xi att minn dawn l-atti li
gejjin li jsir bil-hsieb li jeqred, ghalkollox jew f’parti minnu, grupp nazzjonali,
etniku, razzjali jew religjuz, bhala tali:
(a) Il-qtil ta’ membri tal-grupp;
(b) L-ikkagunar ta’ hsara gravi fil-gisem jew fil-mohh ta’ membri tal-
grupp;
(c) It-tqeghid deliberat fuq il-grupp ta’ kondizzjonijiet ta’ hajja intizi biex
igibu fis-sehh il-qirda fizika ghalkollox jew f’parti minnha;
(d) L-impozizzjoni ta’ mizuri intizi li jipprevjenu milli jsir twelid fi hdan il-
grupp;
(e) It-trasferiment bil-forza ta’ tfal tal-grupp fi grupp iehor.
Artikolu 7
Delitti kontra l-umanita
1. Ghal kull fini ta’ dan l-Istatut, "delitt kontra l-umanita " tfisser xi att minn
dawn l-atti li gejjin meta dan isir bhala parti minn attakk mifrux jew sistematiku
dirett kontra xi popolazzjoni civili, b’gharfien ta’ l-attakk:
(a) Omicidju;
(b) Esterminazzjoni;
(c) Tjassir;
(d) Deportazzjoni jew trasferiment bil-forza ta’ popolazzjoni;
(e) Prigunerija jew xi deprivazzjoni harxa ohra tal-liberta  fizika bi
vjolazzjoni tar-regoli fondamentali tal-ligi internazzjonali;
(f) Tortura;
(g) Stupru, jasar skond is-sess, prostituzzjoni kostretta, tqala kostretta,
sterilizzazzjoni kostretta, jew xi forma ohra ta’ vjolenza sesswali ta’
importanza paragunabbli;
(h) Persekuzzjoni kontra xi grupp identifikabbli jew kollettivita  ghal
ragunijiet politici, razzjali, nazzjonali, etnici, kulturali, religjuzi, ta’
generu sesswali kif imfisser fil-paragrafu 3, jew ohrajn li huma
universalment rikonoxxuti bhala li mhux permissibbli taht il-ligi
internazzjonali, f’konnessjoni ma’ xi att imsemmi f’dan il-paragrafu
jew xi delitt li jaqa’ taht il-gurisdizzjoni tal-Qorti;
(i) Ghajbien mgieghel ta’ persuni;
(j) Id-delitt ta’ apartheid;
(k) Atti ohra kontra l-bniedem ta’ xorta simili li xjentement jikkagunaw
tbatija harxa, jew feriment gravi fil-gisem jew fil-mohh jew ghas-sahha
fizika.
2. Ghal kull fini ta’ paragrafu 1:
(a) "Attakk dirett kontra popolazzjoni civili" tfisser kors ta’ mgieba li jkun
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI g KAP. 453. 9
jinvolvi l-ghemil ta’ diversi atti minn dawk imsemmija f’paragrafu 1
kontra popolazzjoni civili, konformement ma’ jew bi tkomplija tal-
politka ta’ xi Stat jew organizzazzjoni li taghmel dak l-attakk;
(b) "Esterminazzjoni" tinkludi t-tqeghid bil-hsieb ta’ kondizzjonijiet ta’
hajja, fost l-ohrajn id-deprivazzjoni ta’ access ghall-ikel u l-medicina,
maghmulin bil-hsieb li jgibu l-qirda ta’ xi parti tal-popolazzjoni;
(c) "Tjassir" tfisser l-ezercizzju ta’ xi poter jew poteri konnessi mal-jedd
ta’ proprjeta  fuq persuna u tinkludi l-ezercizzju ta’ dik is-setgha fil-kors
ta’ traffikar ta’ persuni, b’mod partikolari ta’ nisa u tfal;
(d) "Deportazzjoni jew trasferiment bil-forza ta’ popolazzjoni" tfisser ic-
caqlieq bil-forza tal-persuni inkwistjoni bl-espulsjoni jew b’atti ohra ta’
geghil mill-post fejn dawn ikunu legittimament prezenti, minghajr
ragunijiet permessi taht il-ligi internazzjonali;
(e) "Tortura" tfisser l-impozizzjoni bil-hsieb ta’ ugigh jew tbatija horox,
sew fizika sew mentali, fuq persuna li tkun fil-kustodja jew taht il-
kontroll ta’ l-akkuzat; hlief li t-tortura ma ghandhiex tinkludi ugigh jew
tbatija li jitnisslu biss minn, jew li jkunu inerenti jew incidentali ghal,
sanzjonijiet legittimi;
(f) "Tqala kostretta" tfisser id-detenzjoni mhux legittima ta’ mara li  ssir
tqila bil-forza, bil-hsieb li tintlaqat il-kompozizzjoni etnika ta’ xi
popolazzjoni jew l-ghemil ta’ vjolazzjonijiet serji ohra tal-ligi
internazzjonali. Din it-tifsira ma ghandha b’ebda mod titfisser bhala li
tolqot il-ligijiet nazzjonali konnessi mat-tqala;
(g) "Persekuzzjoni" tfisser id-deprivazzjoni intiza u harxa tad-drittijiet
fondamentali kuntrarju ghal-ligi internazzjonali minhabba fl-identita
tal-grupp jew tal-kollettivita ;
(h) "Id-delitt ta’ apartheid" tfisser atti inumani ta’ xorta simili ghal dawk
imsemmija f’paragrafu 1, li jsiru fil-kuntest ta’ xi regim
istituzzjonalizzat bhala l-oppressjoni u d-dominazzjoni sistematika
minn xi grupp razzjali wiehed fuq grupp jew gruppi razzjali ohra u li
jsiru bil-hsieb li dak ir-regim jibqa’ fis-setgha;
(i) "Ghajbien mgieghel ta’ persuni" tfisser l-arrest, id-detenzjoni jew is-
serq ta’ persuni ta’ persuni minn, jew bl-awtorizzazzjoni, l-appogg jew
is-skiet ta’ xi Stat jew organizzazzjoni politika, segwiti mir-rifjut ta’
gharfien ta’ dik id-deprivazzjoni ta’ liberta  jew l-ghoti ta’ informazzjoni
dwar xi jkun gara lil jew fejn ikunu jinsabu dawk il-persuni, bil-hsieb li
dawn jitnehhew minn taht il-protezzjoni tal-ligi ghal perjodu mtawwal
ta’ zmien.
3. Ghal kull fini ta’ dan l-Istatut, jiftiehem li l-frazi "ta’ generu sesswali"
tirreferi ghaz-zewg sessi, ragel u mara, li jaqghu fil-kuntest tas-socjeta . Il-frazi "ta’
generu sesswali" ma tindika ebda tifsira li hi differenti minn dik hawn qabel
moghtija.
Artikolu 8
Delitti tal-gwerra
1. Il-Qorti ghandu jkollha gurisdizzjoni dwar delitti tal-gwerra b’mod
partikolari meta dawn isiru bhala parti minn pjan jew politka jew bhala parti mill-
ghemil ta’ dawk id-delitti fuq skala mifruxa.
2. Ghal kull fini ta’ dan l-Istatut, "delitti tal-gwerra" tfisser:
(a) Ksur serju tal-Konvenzjonijiet ta’ Ginevra tat-12 ta’ Awissu 1949,
10 KAP. 453. h QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
jigifieri, xi att minn dawn l-atti li gejjin kontra persuni jew proprjeta
protetti taht id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ :inevra rilevanti:
(i) Il-qtil volontarju;
(ii) It-tortura jew trattament inuman, inkluzi esperimenti biologici;
(iii) L-ikkagunar volontarju ta’ tbatija harxa, jew feriment gravi fil-
gisem jew ghas-sahha;
(iv) Il-qirda estensiva u l-approprjazzjoni ta’ proprjeta , li ma tkunx
gustifikata b’necessita  militari u li ssir b’mod mhux legittimu u
b’vandalizmu;
(v) L-isfurzar ta’ prigunier tal-gwerra jew ta’ xi persuna protetta ohra
li sservi fil-forzi ta’ xi Setgha ostili;
(vi) Id-deprivazzjoni volontarja ta’ prigunier tal-gwerra jew ta’ xi
persuna protetta ohra mid-drittijiet ta’ process gust u regolari;
(vii) Id-deportazzjoni jew trasferiment mhux legittimi jew id-
detenzjoni mhux legittima;
(viii) It-tehid ta’ ostaggi.
(b) Vjolazzjonijiet gravi ohra tal-ligijiet u d-drawwiet applikabbli fil-
konflitt armat internazzjonali, li jaqghu taht il-qafas stabbilit tal-ligi
internazzjonali, jigifieri, xi att minn dawn l-atti li gejjin:
(i) L-ordni xjentement maghmula ta’ attakki kontra l-popolazzjoni
civili bhala tali jew kontra persuni civili individwali li ma
jkollhomx sehem dirett fl-ostilitajiet;
(ii) L-ordni xjentement maghmula ta’ attakki kontra hwejjeg civili,
jigifieri, hwejjeg li ma humiex objettivi militari;
(iii) L-ordni xjentement maghmula ta’ attakki kontra l-persunal,
stallazzjonijiet, materjal, unitajiet jew vetturi involuti f’assistenza
umanitarja jew missjoni ta’ zamma ta’ paci skond ic-Charter tan-
Nazzjonijiet Uniti, sakemm dawn ikunu intitolati ghall-
protezzjoni moghtija lil persuni civili jew hwejjeg civili taht il-
ligi internazzjonali dwar il-konflitt armat;
(iv) L-attakk li jsir xjentement bl-gharfien li dak l-attakk se jikkawza
telfien incidentali ta’ hajja jew feriment ta’ persuni civili jew
hsara fi hwejjeg civili jew hsara mifruxa, ghal zmien twil u harxa
fl-ambjent naturali li b’mod car tkun eccessiva ghar-rigward tal-
vantagg konkret u dirett totali militari anticipat;
(v) L-attakk jew il-bumbardament, b’liema mezz ikun, ta’ bliet,
irhula, dwejriet jew bini li ma jkunux difizi u li ma jkunux
objettivi militari;
(vi) Il-qtil jew il-feriment ta’ kumbattent li, wara li jkun iddepona l-
armi jew ma jkollux aktar mezzi ta’ difiza, jkun ceda ghax ried
hu;
(vii)  L-uzu mhux kif imiss ta’ bandiera ta’ armistizju, tal-bandiera jew
ta’ l-insinji u l-uniformi militari ta’ l-ghadu jew tan-Nazzjonijiet
Uniti, kif ukoll ta’ l-emblemi distintivi tal-Konvenzjonijiet ta’
Ginevra, li jirrizultaw fil-mewt jew fil-feriment gravi ta’ xi
persuna;
(viii) It-trasferiment, direttament jew indirettament, mis-Setghat
Okkupanti ta’ partijiet mill-popolazzjoni civili taghha stess ghal
got-territorju li tkun tokkupa, jew id-deportazzjoni jew it-
trasferiment ta’ xi partijiet mill-popolazzjoni tat-territorju
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI g KAP. 453. 11
okkupat gewwa jew barra minn dan territorju;
(ix) L-ordni li ssir b’gharfien ta’ attakki kontra bini dedikat ghar-
religjon, l-edukazzjoni, l-arti, x-xjenza jew ghanijiet karitattevoli,
monumenti storici, sptarijiet u postazzjonijiet fejn jingabru l-
morda u l-feruti, sakemm dawn ma jkunux objettivi militari;
(x) L-assoggettar ta’ persuni fis-setgha ta’ xi parti avversa ghall-
mutilazzjoni fizika jew ghal esperimenti medici jew xjentifici ta’
liema xorta jkunu u li la jkunu gustifikati bil-kura medika, dentali
jew fl-isptar tal-persuna inkwistjoni u lanqas ma jsiru fl-interess
taghha, u li jkunu jikkagunaw il-mewt jew jipperikolaw
gravement is-sahha ta’ dik il-persuna jew dawk il-persuni;
(xi) Il-qtil jew il-feriment b’perfidja ta’ individwi li jkunu jappartjenu
ghal nazzjon jew armata ostili;
(xii) Id-dikjarazzjoni li mhu se jinghata ebda kenn;
(xiii) Il-qirda jew il-qbid ta’ proprjeta  ta’ l-ghadu kemm-il darba dik il-
qirda jew dak il-qbid ma jkunux mehtiega b’mod imperattiv mill-
htigiet tal-gwerra;
(xiv) Id-dikjarazzjoni li d-drittijiet u l-azzjonijiet tal-persuni
b’nazzjonalita  tal-parti ostili jkunu qeghdin jigu aboliti, sospizi
jew mhux ammissibbli f’qorti ta’ ligi;
(xv) Il-geghil ta’ persuni b’nazzjonalita  tal-parti ostili li jiehdu sehem
fl-operazzjonijiet tal-gwerra diretti kontra pajjizhom stess, ukoll
jekk dawn kienu fis-servizz tal-belligeranti qabel ma tkun bdiet il-
gwerra;
(xvi) Il-htif ta’ belt jew post, ukoll meta dawn jittiehdu b’assalt;
(xvii) L-uzu ta’ velenu jew armi vvelenati;
(xviii) L-uzu ta’ asfissjanti, velenuzi jew gassijiet ohra, u kull likwidu,
materjal jew apparat analogu;
(xix) L-uzu ta’ balal li jespandu jew jitfattru fccilment fil-gisem tal-
bniedem, bhalma huma balal b’invilopp iebes li ma jkunx ikopri
ghalkollox il-qalba jew li jitniffed b’incizjonijiet;
.... omissis ....
(xxi) L-ghemil ta’ oltraggi fuq id-dinjita  personali, b’mod partikolari
trattament umiljanti u degradanti;
(xxii) L-ghemil ta’ stupru, jasar skond is-sess, prostituzzjoni kostretta,
tqala kostretta, kif imfisser fl-Artikolu 7, paragrafu (2)(f),
sterilizzazzjoni kostretta, jew xi forma ohra ta’ vjolenza sesswali
li wkoll tikkostitwixxi ksur serju tal-Konvenzjonijiet ta’ Ginevra;
(xxiii) Li jsir uzu mill-prezenza ta’ civili jew xi persuna protetta ohra
biex xi postijiet, arei jew forzi militari jsiru immuni minn
operazzjonijiet militari;
(xxiv) L-ordni li ssir b’gharfien ta’ attakki kontra bini, materjal, unitajiet
medici u ta’ trasport, u persunal li juza emblemi distintivi tal-
Konvenzjonijiet ta’ Ginevra b’mod konformi mal-ligi
internazzjonali;
(xxv) L-uzu li jsir b’gharfien dwar li persuni civili jithallew fi stat ta’
guh u dan bhala metodu ta’ gwerra billi jigu mcahhda minn
oggetti indispensabbli ghas-sopravivenza taghhom, inkluz it-
tfixkil li jsir b’gharfien ta’ provvisti ta’ ghajnuna kif hemm
provdut dwar dan taht il-Konvenzjonijiet ta’ Ginevra;
12 KAP. 453. h QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
(xxvi) Il-qbid bil-leva jew l-ingaggar ta’ tfal taht l-eta  ta’ hmistax-il sena
fil-forzi armati nazzjonali jew li dawn jintuzaw sabiex jiehdu
sehem attiv fl-ostilitajiet.
(c) Fil-kaz ta’ xi konflitt armat li ma jkunx ta’ xorta internazzjonali,
vjolazzjonijiet gravi ta’ l-artikolu 3 komuni ghall-erba’ Konvenzjonijiet
ta’ Ginevra tat-12 ta’ Awissu 1949, jigifieri, xi att minn dawn l-atti li
gejjin li jsiru kontra persuni li ma jiehdu ebda sehem attiv fl-ostilitajiet,
inkluzi membri tal-forzi armati li jkunu cedew l-armi taghhom u dawk li
jkunu jinsabu fi stat ta’ hors de combat minhabba f’mard, feriti,
detenzjoni jew ghal xi raguni ohra:
(i) Vjolenza fuq il-hajja u l-persuna, b’mod partikolari omicidju ta’
kull xorta, mutilazzjoni, trattament krudil u tortura;
(ii) L-ghemil ta’ oltraggi fuq id-dinjita  personali, b’mod partikolari
trattament umiljanti u degradanti;
(iii) It-tehid ta’ ostaggi;
(iv) L-ghoti ta’ sentenzi u t-twettiq ta’ ezekuzzjonijiet minghajr
sentenza li tkun inghatat qabel minn qorti regolarment kostitwita,
u li tkun taghti garanziji gudizzjarji li jkunu generalment
rikonoxxuti bhala indispensabbli.
(d) Il-paragrafu 2(c) japplika ghal konflitti li ma jkunux ta’ xorta
internazzjonali u ghaldaqstant ma japplikax ghal sitwazzjonijiet ta’
irvelli u tensjonijiet interni, bhalma huma rewwixti, atti ta’ vjolenza
izolati u sporadici jew atti ohra ta’ xorta simili.
(e) Vjolazzjonijiet gravi ohra tal-ligijiet u d-drawwiet li japplikaw
f’konflitti armati li ma jkunux ta’ xorta internazzjonali, li jaqghu taht il-
qafas stabbilit tal-ligi internazzjonali, jigifieri, xi att minn dawn l-atti li
gejjin:
(i) L-ordni li ssir b’gharfien ta’ attakki kontra l-popolazzjoni civili
bhala tali jew kontra persuni civili individwali li ma jkollhomx
sehem dirett fl-ostilitajiet;
(ii) L-ordni li ssir b’gharfien ta’ attakki kontra bini, materjal, unitajiet
medici u ta’ trasport, u persunal li juza emblemi distintivi tal-
Konvenzjonijiet ta’ Ginevra b’mod konformi mal-ligi
internazzjonali;
(iii) L-ordni li ssir b’gharfien ta’ attakki kontra persunal,
stallazzjonijiet, materjal, unitajiet jew vetturi involuti f’assistenza
umanitarja jew missjoni ta’ zamma ta’ paci skond ic-Charter tan-
Nazzjonijiet Uniti, sakemm dawn ikunu intitolati ghall-
protezzjoni moghtija lil persuni civili jew hwejjeg civili taht il-
ligi internazzjonali dwar il-konflitt armat;
(iv) L-ordni li ssir b’gharfien ta’ attakki kontra bini dedikat ghar-
religjon, l-edukazzjoni, l-arti, x-xjenza jew ghanijiet karitattevoli,
monumenti storici, sptarijiet u postazzjonijiet meta jingabru l-
morda u l-feruti, sakemm dawn ma jkunux objettivi militari;
(v) Il-htif ta’ belt jew post, ukoll meta dawn jittiehdu b’assalt;
(vi) L-ghemil ta’ stupru, jasar skond is-sess, prostituzzjoni kostretta,
tqala kostretta, kif imfisser fl-artikolu 7, paragrafu 2(f),
sterilizzazzjoni kostretta, u xi forma ohra ta’ vjolenza sesswali li
wkoll tikkostitwixxi vjolazzjoni gravi ta’ l-artikolu 3 komuni
ghall-erba’ Konvenzjonijiet ta’ Ginevra;
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI g KAP. 453. 13
(vii) Il-qbid bil-leva jew l-ingaggar ta’ tfal taht l-eta  ta’ hmistax-il sena
fil-forzi armati jew fi gruppi jew li dawn jintuzaw sabiex jiehdu
sehem attiv fl-ostilitajiet;
(viii) L-ordnar tac-caqlieq tal-popolazzjoni civili ghal ragunijiet li
jkollhom x’jaqsmu mal-konflitt, kemm-il darba s-sigurta  tal-
persuni civili involuti jew ragunijiet militari imperattivi ma
jkunux hekk jehtiegu;
(ix) Il-qtil ta’ jew il-feriment b’perfidja ta’ kumbattent avversarju;
(x) Id-dikjarazzjoni li mhu se jinghata ebda kenn;
(xi) L-assoggettar ta’ persuni li jkunu fis-setgha ta’ xi parti ohra fil-
konflitt ghal mutilazzjoni fizika jew ghal esperimenti medici jew
xjentifici ta’ kull xorta li la huma gustifikati mit-trattament
mediku, dentali jew ta’ l-isptar tal-persuna inkwistjoni u lanqas
ma jsiru fl-interess taghha, u li jikkagunaw il-mewt jew
jipperikolaw gravement is-sahha ta’ dik il-persuna jew dawk il-
persuni;
(xii) Il-qirda jew il-qbid tal-proprjeta  ta’ xi avversarju kemm-il darba
dik il-qirda jew dak il-qbid ma jkunux imperattivament mitluba
mill-htigiet tal-konflitt.
(f) Il-paragrafu 2(e) japplika ghal konflitti li ma jkunux ta’ xorta
internazzjonali u ghaldaqstant ma japplikax ghal sitwazzjonijiet ta’
irvelli u tensjonijiet interni, bhalma huma rewwixti, atti ta’ vjolenza
izolati u sporadici jew atti ohra ta’ xorta simili. Dan japplika ghal
konflitti armati li jigru fit-territorju ta’ xi Stat meta jkun hemm konflitt
armat fit-tul bejn awtoritajiet tal-gvern u gruppi armati organizzati jew
bejn dawk il-gruppi.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 16)
Artikoli tat-Trattat ICC msemmija fl-Att
Artikolu 9
Elementi ta’ Delitti
1. L-Elementi ta’ Delitti ghandhom jghinu lill-Qorti fl-interpretazzjoni u l-
applikazzjoni ta’ l-artikoli 6, 7 u 8.  Dawn ghandhom jigu adottati b’maggoranza ta’
zewg terzi tal-membri ta’ l-Assemblea ta’ Stati Partijiet.
2. Emendi ghall-Elementi ta’ Delitti jistghu jkunu proposti minn:
(a) Kull Stat Parti;
(b) L-imhallfin li jagixxu b’maggoranza assoluta;
(c) Il-prosekutur.
Dawk l-emendi ghandhom jigu adottati b’maggoranza ta’ zewg terzi tal-
membri ta’ l-Assemblea ta’ Stati Partijiet.
3. L-Elementi ta’ Delitti u l-emendi li jsirulhom ghandhom ikunu konsistenti
ma’ dan l-Istatut.
14 KAP. 453. h QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
Artikolu 13
Ezercizzju tal-gurisdizzjoni
Il-Qorti tista’ tezercita l-gurisdizzjoni taghha ghar-rigward ta’ delitt
imsemmi fl-Artikolu 5 skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Istatut jekk:
.... omissis ....
(b) Ghandha tigi riferita sitwazzjoni li fiha jidhru li jkunu saru xi wiehed
jew aktar minn dawk id-delitti, lill-prosekutur mill-Kunsill tas-Sigurta  li
jagixxi taht Kapitlu VII tac-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti;
Artikolu 70
Reati kontra l-amministrazzjoni tal-gustizzja
1. Il-Qorti ghandu jkollha gurisdizzjoni fuq dawn ir-reati li gejjin kontra l-
amministrazzjoni taghha tal-gustizzja meta dawn isiru xjentement:
(a) L-ghoti ta’ xiehda falza meta persuna tkun taht obbligazzjoni konformi
ma’ l-Artikolu 69, paragrafu 1, li tghid is-sewwa;
(b) Li jingiebu provi li l-parti tkun taf li huma foloz jew falsifikati;
(c) L-influwenzar ta’ xhud b’korruzzjoni, ostruzzjoni jew indhil fl-
attendenza jew ix-xiehda li jaghti xhud, b’ritaljazzjoni kontra xhud talli
jaghti xiehda jew il-qirda, tbaghbis jew indhil fil-gbir ta’ provi;
(d) L-impediment, intimidazzjoni jew influwenzar b’korruzzjoni ta’ufficjal
tal-Qorti bil-ghan li dak l-ufficjal jigi sfurzat jew perswaz li ma  jaqdix,
jew li ma jaqdix kif imiss, dmirijietu;
(e) Ir-ritaljazzjoni kontra ufficjal tal-Qorti minhabba fid-dmirijiet li dak l-
ufficjal jew xi ufficjal iehor ikun wettaq;
(f) Is-sollecitazzjoni jew l-accettazzjoni ta’ rigal bhala ufficjal tal-Qorti
f’konnessjoni mad-dmirijiet ufficjali tieghu jew taghha.
.... omissis ....
4. (a) Kull Stat Parti ghandha testendi l-ligijiet kriminali taghha li jippenalizzaw
reati kontra l-integrita  tal-process tieghu investigattiv jew gudizzjarju ghal reati
kontra l-amministrazzjoni tal-gustizzja msemmija f’dan l-artikolu, li jsiru fit-
territorju tieghu, jew minn xi persuna li jkollha n-nazzjonalita  tieghu;
.... omissis ....
NOTA:
Artikolu 69.1, imsemmi fl-Artikolu 70.1(a), jipprovdi dan li gej:
"1. Qabel ma jibda jixhed, kull xhud ghandu, skond ir-Regoli ta’ Procedura
u Provi, jintrabat dwar il-veracita  tax-xiehda li ghandha tinghata minn dak ix-xhud.".
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI g KAP. 453. 15
Artikolu 92
Arrest provvizorju
.... omissis ....
3. Persuna li tkun provvizorjament arrestata tista’ tigi liberata mill-kustodja
jekk l-Istat mitlub ma jkunx ircieva t-talba ghall-konsenja u d-dokumenti li jingiebu
b’sostenn ghat-talba kif specifikati fl-Artikolu 91 fil-perjodi ta’ zmien specifikati fir-
Regoli ta’ Procedura u Provi. Madankollu, l-persuna tista’ taghti l-kunsens taghha
ghall-konsenja qabel ma jiskadi dan il-perjodu jekk dan ikun permess li jsir taht il-
ligi ta’ l-Istat mitlub. F’dak il-kaz, l-Istat mitlub ghandu jghaddi biex jikkonsenja lil
dik il-persuna lill-Qorti kemm jista’ jkun malajr.
