   BENI TAL-KNISJA ANGLIKANA  gKAP. 19.      1
KAPITOLU 19
L-ORDINANZA DWAR IL-BENI TAL-KNISJA 
ANGLIKANA
Biex taghmel xi disposizzjonijiet dwar xi beni iddestinati ghas-Servizz
Divin skond ir-rit tal-Knisja Anglikana, u dwar beni ohra li ghandhom
x'jaqsmu maghhom.
(21 ta’ Gunju, 1876)*
Saret ligi bl-ORDINANZA VI ta’ l-1876, u giet emendata bl-Ordinanza
XIV ta’ l-1895; u bl-Att XXXIX ta’ l-1972.
Titolu fil-qosor. 
Emendat: 
XXXIX.1972.2.
1. Din l-Ordinanza tista’ tissejjah l-Ordinanza dwar il-Beni
tal-Knisja Anglikana.
Il-Knisja 
Anglikana kif issa 
stabbilita moghtija 
l-proprjeta ta’ certi 
beni fil-Belt 
Valletta. 
Emendat: 
XIV. 1895.1; 
XXXlX.1972.3.
2. (1) Il-jedd ta’ proprjeta fuq il-knisja li qieghda l-Belt
Valletta, bejn Piazza Celsi, Strada Ponente, u Strada Teatro#,
mibnija bi spejjez tal-Maesta Taghha l-mejta Regina Adelajde, fuq
bicca art moghtija mill-Gvern ta’ Malta, u ddestinata ghas-Servizz
Divin skond ir-rit tal-Knisja Anglikana, huwa, bis-sahha ta’ din l-
Ordinanza, ittrasferut lil din il-knisja kif issa stabbilita.
(2) Il-jedd ta’ proprjeta tar-registri, tal-bibljoteka, ta’ l-
argenteriji u tal-mobbli li jmiss lil dik il-knisja, huwa bis-sahha ta’
din l-Ordinanza ttrasferut lill-imsemmija Knisja Anglikana.
Il-Knisja 
Anglikana 
moghtija l-
proprieta ta’ certi 
beni tas-Sliema.
3. Huwa ttrasferut ukoll lil din il-Knisja Anglikana, bis-sahha
ta’ din l-Ordinanza, il-jedd ta’ proprjeta fuq l-immobbli li qieghed
fi Triq Ridolfo, fil-limiti ta’ tas-Sliema, li tieghu Jane Trower,
b’kuntratt tas-7 ta’ April, 1866, ricevut min-Nutar George
Domenico Page, ghamlet donazzjoni lis-Sedi Veskovili ta’ Gibilta
u, ghal dik is-Sedi, lill-Isqfijiet Anglikani li successivament
jokkupaw l-istess Sedi; u huwa ttrasferut ukoll lil din il-Knisja
Anglikana l-jedd ta’ proprjeta fuq il-Kappella li, fuq porzjoni ta’ l-
immobbli hawn fuq imsemmi, giet wara, bi spejjez, kollha jew
bicca minnhom, ta’ Jane Trower hawn fuq imsemmija, jew ta’ l-
Isqof Dr Walter John Trower, li kien f’dak iz-zmien fil-pussess tas-
Sedi ta’ Gibilta, mibnija ghas-Servizz Divin skond ir-rit tal-Knisja
Anglikana.
Jedd ta’ proprjeta 
ohra tas-Sliema 
moghti lill-Knisja 
Anglikana.
4. Huwa ttrasferut ukoll lil din il-Knisja Anglikana, bis-sahha
ta’ din l-Ordinanza, il-jedd ta’ proprjeta fuq porzjoni, u d-dominju
utli fuq il-porzjoni l-ohra, ta’ l-artijiet f’tas-Sliema, bejn Triq
Ridolfo hawn fuq imsemmija u Triq Tonna li, b’kuntratt tat-18 ta’
Frar, 1873, ricevut min-Nutar George Domenico Page hawn fuq
imsemmi, il-mejjet Isqof Charles Amyand Harris, li kien f’dak iz-
zmien fil-pussess tas-Sedi ta’ Gibilta, xtara bi flusu u ghamel
taghhom donazzjoni lil dik l-istess Sedi.
*Ara Proklama Nru. II ta' l-1876.
#Issa Misrah Indipendenza, Triq il-Punent u Triq it-Teatru rispettivament.
 2      KAP. 19.h     BENI TAL-KNISJA ANGLIKANA
Helsien mil-ligi 
tal-manumorta. 
Emendat: 
XXXlX.1972.4.
Kap. 201.
5. Il-Knisja Anglikana hawn fuq imsemmija hija bis-sahha ta’
din l-Ordinanza awtorizzata li zzomm u tgawdi l-immobbli
msemmijin fl-artikoli ta’ qabel dan, minghajr l-obbligu ta’ bejgh
jew trasferiment taghhom, minkejja kull disposizzjoni ta’ l-Att
dwar il-Manumorta.
Setghat moghtijin 
lill-Isqof ta’ 
Gibilta pro 
tempore ezercibbli 
mill-Isqof 
Anglikan.
6. Kull jedd jew setgha illi, bis-sahha ta’ wiehed mill-atti ta’
donazzjoni msemmijin fl-artikoli 3 u 4, gew moghtija lill-Isqof ta’
Gibilta pro tempore, huma, bis-sahha ta’ din l-Ordinanza,
ittrasferuti lill-Isqof Anglikan pro tempore, li b’mandat jew att
iehor ta’ l-awtorita kompetenti, ikun awtorizzat li jezercita l-
funzjonijiet veskovili gewwa bini li qieghed f’Malta u ddestinat
ghas-Servizz Divin skond ir-rit tal-Knisja Anglikana.
Riserva ta’ 
disposizzjonijiet.
7. Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3, 4 u 6, xejn
f’din l-Ordinanza ma jaffettwa d-disposizzjonijiet migjuba fl-atti
ta’ donazzjoni msemmijin f’dawk l-artikoli, jekk dawk id-
disposizzjonijiet, indipendentement minn din l-Ordinanza, huma
validi skond il-ligi.
