   TIFSIR TAL-PIENI  gKAP. 23.     1
KAPITOLU 23
ORDINANZA DWAR IT-TIFSIR TA’ PIENI
Biex taghmel disposizzjonijiet dwar it-tifsir ta’ xi pieni.
(4 ta’ Awissu, 1888)*
Saret ligi bl-Ordinanza XVII ta’ l-1888 u giet emendata bl-Att XLIX ta’
l-1981.
Titolu fil-qosor.
ta’ Pieni.
Tifsir dwar xi 
pieni. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
Kap. 9.
2. Kull ligi li hawn issa jew li ghad issir ’il quddiem, u illi
taghti l-piena tal-mewt, tal-prigunerija, tar-rekluzjoni, tal-multa,
ta’ l-ammenda, tad-detenzjoni, jew tac-canfira, titqies bhala li
taghti l-piena korrispondenti li hemm fil-Kodici Kriminali, ghall-
effetti u konsegwenzi kollha ta’ din il-piena, bl-istess mod
daqslikieku d-disposizzjonijiet ta’ dik il-ligi kienu jaghmlu parti
minn dak il-Kodici, izda fil-limiti stabbiliti f’dik l-istess ligi.
Pieni stabbiliti 
ghall-
kontravvenzjo-
nijiet.
Kap. 9.
3. Kull ligi li taghti bi kliem generali, il-pieni li hemm ghall-
kontravvenzjonijiet, titqies bhala li taghti l-pieni kollha illi, skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 341 u 344 tal-Kodici Kriminali,
jistghu, separatament jew kumulattivament jigu applikati ghall-
kontravvenzjonijiet ikkontemplati f’dak il-Kodici.
Skala ta’ pieni.
Kap. 9.
4. Kull ligi li tikkontempla t-tlugh jew l-inzul minn piena
ghal ohra titqies bhala li tirriferixxi ghall-iskala tal-pieni u ghad-
disposizzjonijiet l-ohra ta’ l-artikolu 31 tal-Kodici Kriminali.
Disposizzjonijiet 
ohra li jghoddu.
Kap. 9.
5. Kull disposizzjoni ohra tal-Kodici Kriminali tghodd fil-kaz
ta’ reat ikkontemplat f’ligi specjali, hlief meta dik id-disposizzjoni
ma tkunx kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’ dik il-ligi.
*Ara Proklama Nru. XII ta’ l-4 ta’ Awissu, 1888.
