   PROJBIZZJONI TA’ ESPORTAZZJONI TA’ XI OGGETTI    gKAP. 24.
KAPITOLU 24
ORDINANZA DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ 
ESPORTAZZJONI TA’ XI OGGETTI
Biex tawtorizza lill-Ministru responsabbli ghall-pulizija li jipprojbixxi
f'xi kazijiet l-esportazzjoni ta’ xi oggetti.
(20 ta’ Frar, 1889)*
Saret ligi bl-ORDINANZA IV ta’ l-1889 u giet emendata bl-Avviz
Legali 46 ta’ l-1965 u bl-Atti: LVIII ta’ l-1974 u VIII ta’ l-1982.
Titolu fil-qosor.
Projbizzjoni ta’ Esportazzjoni ta’ xi Oggetti.
Setgha tal-Ministru 
responsabbli ghall-
Pulizija li 
jipprojbixxi f'xi 
kazijiet, l-
esportazzjoni jew 
it-trasport ta’ xi 
oggetti. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
VIII.1982.2.
2. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-pulizija jista’, meta
jidhirlu li hu mehtieg, ghas-sigurta u difiza ta’ Malta, jipprojbixxi,
b’avviz pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, li jigu esportati jew
ittrasportati max-xtut, dawn l-oggetti: armi, munizzjon, porvli ta’ l-
isparar, provvisti militari u navali, u kull oggett li l-Ministru
responsabbli ghall-pulizija jidhirlu li jista’ jitbiddel fi provvisti
militari jew navali, fi provizjonijiet, jew f’kull xorta ta’ hwejjeg ta’
l-ikel, tajbin ghall-bniedem, inkella kull oggett li jista’ jkabbar il-
kwantita taghhom.
(2) Meta l-oggetti hekk ipprojbiti jigu esportati jew jingiebu
fuq mol jew lok iehor biex jigu mbarkati ghall-esportazzjoni minn
Malta, jew ittrasportati max-xtut, jew migjubin bil-bahar biex jigu
hekk esportati jew ittrasportati, huma jigu kkonfiskati, u l-
esportatur jew l-agent tieghu jew il-karigatur ta’ dawn l-oggetti
jehel penali ta’ mitt lira.
Il-konfiska ssir 
ipso jure jekk hadd 
ma jitlob lura l-
oggetti fi zmien 
tmint ijiem mill-
hrug ta’ avviz.
3. (1) Il-konfiska msemmija fl-ahhar artikolu qabel dan issir
ipso jure, minghajr ma tkun tinhtieg ebda procedura gudizzjarja,
kemm-il darba, fi zmien tmint ijiem mid-data tal-hrug ta’ avviz
iffirmat mill-Kummissarju tal-Pulizija, hadd ma jitlob lura, b’ittra
ufficjali jew b’ittra ohra mibghuta lill-istess Kummissarju, l-oggetti
kkonfiskati.
(2) Dan l-avviz ghandu jsemmi l-oggetti kkonfiskati skond il-
marka jew sinjal iehor li jkollhom minn barra, u jaghti r-raguni tal-
konfiska taghhom; barra minn dan, ghandu jwissi illi, kemm-il
darba hadd ma jitlob lura dawk l-oggetti, b’ittra ufficjali jew b’ittra
ohra mibghuta lill-Kummissarju tal-Pulizija fi zmien tmint ijiem
minn dak l-avviz, dawk l-oggetti jigu kkonfiskati. L-avviz ghandu
jigi pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern u kopja tieghu ghandha
titwahhal fil-bieb ta’ l-Istazzjon principali tal-Pulizija tal-Belt
Valletta.
*Ara Proklama Nru. III ta’ l-1889.
 2      KAP. 24.h  PROJBIZZJONI TA’ ESPORTAZZJONI TA’ XI OGGETTI 
Procedimenti 
ghall-gbir tal-
penali u ghall-
konfiska. Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
4. L-Avukat Generali jista’, fl-isem tal-Gvern, jagixxi,
quddiem il-qorti kompetenti, ghall-hlas tal-penali msemmija fl-
artikolu 2, kif ukoll ghall-konfiska ta’ l-oggetti maqbuda bis-sahha
ta’ din l-Ordinanza, meta ghaldaqshekk ikun jinhtieg procediment
gudizzjarju.
