   IMPIEG TA’ CERTI KAPITALI   gKAP. 26.     1
KAPITOLU 26 
ORDINANZA DWAR L-IMPIEG TA’ CERTI 
KAPITALI
Biex tipprovdi ghall-impieg fiz-zgur u utli ta’ kapitali ta' certi nies*
(28 ta’ Frar, 1895)#
Saret ligi bl-ORDINANZA VI ta’ l-1895, u giet emendata bl-Att VI ta’
l-1959; bl-Avviz Legali 4 ta’ l-1963; u bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu fil-qosor.
ta’ certi Kapitali.
Impieg ta’ flus 
f’renti.
Kap. 16.
2. (1) Fil-kaz ta’ esproprjazzjoni ghal skop pubbliku ta’ beni
suggetti ghal fedekommess jew fil-kaz ta’ licitazzjoni ta’ beni
suggetti ghal fedekommess, skond l-artikolu 523 tal-Kodici Civili,
il-qorti kompetenti tista’ tordna li l-indennizz li jkun imiss jithallas
ghall-beni esproprjati, meta dan l-indennizz mhux anqas minn
hamsin lira, jew l-ishma tal-prezz li jmissu lill-komproprjetarji tal-
beni mibjugha b’licitazzjoni, ikun kemm ikun l-ammont taghhom,
jigu impjegati fl-akkwist ta’ renta perpetwa li ghandha tigi, wara
dak l-ordni, ikkostitwita mill-Gvern ta’ Malta, bit-tnejn u nofs fil-
mija, skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, basta li l-qorti
tkun sodisfatta li hu mehtieg li jsir dan l-impieg ghall-gid tal-
partijiet interessati.
Ordni tal-qorti 
dwar it-
trasferibbilta tar-
renta.
(2) Il-qorti, sew fl-ordni ghall-akkwist tar-renta jew wara, fuq
talba ta’ xi parti interessata, tista’ taghti l-provvedimenti mehtiega
dwar it-trasferibbilta tar-renta.
Il-qorti tista’ 
tordna li l-kapital 
tar-renta jibqa' 
suggett ghall-
fedekommess.
(3) Il-qorti tista’ wkoll tordna li l-kapital tar-renta jibqa’
suggett ghall-fedekommess minflok il-beni esproprjati jew
mibjugha b’licitazzjoni.
Il-fatt li renta, ecc, 
mhix trasferibbli 
ghandu jigi 
ddikjarat fl-
iskritturi.
(4) Meta r-renta hija ddikjarata bhala mhix trasferibbli jew
bhala suggetta ghal fedekommess, dan il-fatt ghandu jitnizzel
espressament fl-iskritturi msemmijin fl-artikoli 4 u 6.
Impieg ta’ xi 
kapitali ohra 
f’renti.
3. (1) Il-qorti kompetenti tista’ tordna li s-somom ta’ flus
hawn taht imsemmija, meta l-ammont ma jkunx anqas minn hamsin
lira, ghandhom jigu mpjegati f’renta kif jinghad fl-ahhar artikolu
qabel dan, jigifieri:
(a) il-prezz jew parti mill-prezz ta’ beni suggetti ghal
fedekommess, li taghhom giet ordnata d-deroga ghal xi
raguni li ma tkunx raguni ta’ utilita pubblika;
(b) il-prezz jew parti tal-prezz ta’ beni li mhux trasferibbli
*Dak li kien Artikolu 1 ta’ din l-Ordinanza li qabel it-titolu taghha kien "Biex
taghmel disposizzjonijiet dwar beni suggetti ghal fedekommess" gie inkorporat
bhala artikolu 523 fil-Kodici Civili  (Kapitolu 16).
#Ara Proklama Nru. II ta' l-1895.
 2      KAP. 26.h       IMPIEG TA’ CERTI KAPITALI  
minghajr l-awtorita tal-qorti, li t-trasferiment taghhom
kien gie, ghal xi raguni li tkun, awtorizzat;
(c) is-somom ta’ flus li jmissu lil minuri taht tutela jew lil
persuna interdetta jew lil persuni ohra jew korpi morali
li jidhru ghalihom amministraturi mahturin jew
imwettqin minn qorti ta’ gurisdizzjoni civili;
(d) is-somom ta’ flus assenjati lil mara mizzewga fil-firda
jew bhala assigurazzjoni tad-dota jew tad-dotarju.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2), (3) u (4) ta’ l-ahhar
artikolu qabel dan ighoddu fil-kaz tas-somom ta’ flus imsemmijin
fil-paragrafu (a) u d-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u (4) ta’
dak l-istess artikolu jghoddu fil-kaz tas-somom ta’ flus imsemmijin
fil-paragrafi (b), (c) u (d).
Kif jigu akkwistati 
r-renti. 
Emendat: 
VI.1959.3.
4. Ghall-finijiet ta’ l-impieg ta’ flus imsemmi fl-artikoli 2 u
3, ghandha tigi pprezentata lill-Accountant General kopja
awtentika tad-digriet li bis-sahha tieghu r-renta ghandha tigi
kkostitwita, u fil-gurnata li jiffissa l-Accountant General, ghandha
tithallas fl-ufficcju tieghu s-somma mehtiega ghall-akkwist tar-
renta; meta tithallas dik is-somma, l-Accountant General
jikkostitwixxi r-renta daqs kemm tmiss, bi skrittura, skond il-
Formula A li hawn ma’ din l-Ordinanza, f’zewg originali li wiehed
minnhom jigi merfugh fl-ufficju ta’ l-Accountant General u l-iehor
jigi kkunsinnat lill-kreditur tar-renta.
Kit tithallas ir-
renta.
5. (1) Ir-renta tigi mhallsa b’lura, kull sena, fl-ewwel
hmistax-il gurnata tax-xahar ta’ Jannar; kull hlas ghandu jigi
mnizzel fid-dahar ta’ l-iskrittura li biha tkun giet ikkostitwita r-
renta, jew ta’ l-iskritturi msemmijin fl-artikolu ta’ wara dan, u ebda
hlas ta’ renta ma jista’ jsir minghajr ma tingieb l-iskrittura jew
minghajr ma jingiebu l-iskritturi hawn fuq imsemmija.
(2) Ghall-finijiet ta’ dan il-hlas, ir-renta titqies li tibda mill-
ewwel gurnata tax-xahar ta’ wara dak li fih tkun giet ikkostitwita. 
Qsim ta’ renti. 
Emendat: 
VI.1959.3.
6. (1) Meta r-renta hija maqsuma bejn tnejn min-nies jew
izjed, l-Accountant General, meta jigu lilu pprezentati d-dokumenti
dwar dak il-qsim u kkunsinnata l-iskrittura msemmija fl-ahhar
artikolu qabel dan, ghandu johrog tant skritturi, skond il-Formula B
li hawn ma’ din l-Ordinanza, daqs kemm ikunu l-ishma li fihom
tkun giet maqsuma r-renta basta li kull sehem ikun daqs porzjon
tal-kapital mhux anqas minn hames liri.
(2) Ma jittiehed qies ta’ ebda oppozizzjoni kontra dan il-qsim,
jekk din l-oppozizzjoni ma ssirx b’att gudizzjarju nnotifikat lil
Accountant General u lill-pussessur tar-renta.
Trasferiment ta’ 
renta. 
Emendat: 
VI. 1959.3.
7. (1) Ir-renta, hlief meta tkun suggetta ghal fedekommess
jew xort’ohra mhux trasferibbli, tista’ tigi ttrasferita wkoll b’girata.
(2) Din il-gîra ghandha ssir bil-miktub fuq id-dahar ta’ l-
iskrittura li tirreferixxi ghaliha, billi jitnizzel l-isem u l-kunjom tal-
giratarju u l-isem ta’ missieru, u ghandha tkun iddatata u ffirmata
mill-girant.
(3) L-Accountant General  mhux obbligat jezamina l-
   IMPIEG TA’ CERTI KAPITALI   gKAP. 26.     3
awtenticita tal-gîri.
It-trasferiment ta’ 
renta suggetta ghal 
fedekommess, 
ecc., ghandu jsir 
b’att pubbliku.
8. It-trasferiment ta’ renta li tkun fedekommessarja jew li
xort’ohra mhux trasferibbli, meta huwa awtorizzat skond il-ligi,
ghandu, taht piena ta’ nullita, isir b’att pubbliku.
L-original jew il-
kopja tat-titolu tat-
trasferiment 
ghandu jingieb lill-
Accountant 
General. Emendat: 
VI.1959.3.
9. Fil-kaz ta’ trasferiment ta’ renta bi skrittura privata jew
b’att pubbliku, ic-cessjonarju ghandu jiehu lill-Accountant General
l-original jew kopja awtentika ta’ l-att ta’ cessjoni.
L-att tal-prokura 
jew tar-rahan 
ghandu jingieb lill-
Accountant 
General. 
Emendat: 
VI. 1959.3.
10. Il-pussessur ta’ renta jekk ikun hatar prokuratur biex
idahhal l-ammont taghha, jew dak li favur tieghu tkun giet mirhuna
r-renta, ghandu jiehu lill-Accountant General l-original jew kopja
awtentika ta’ l-att tal-prokura jew tar-rahan.
L-Accountant 
General ghandu 
jnizzel it-
trasferiment jew ir-
rahan tar-renta fuq 
kopja duplikata.
Emendat: 
VI.1959.3.
11. (1) L-Accountant General ghandu jnizzel, fuq il-kopja
duplikata mizmuma fl-ufficcju tieghu skond l-artikolu 4, it-
trasferimenti li jsiru xort’ohra milli b’girata, jew b’rahan, kif ukoll
id-data li fiha jkun ircieva d-dokumenti msemmijin fl-artikolu 9
jew 10, kif ikun il-kaz.
(2) It-trasferiment m’ghandux effett quddiem it-terzi, u r-rahan
ma jibdiex isehh, hlief mill-gurnata hawn fuq imsemmija. 
Oppozizzjoni 
ghall-hlas ta’ renta.
12. L-oppozizzjoni ghall-hlas ta’ l-annati ta’ renta mhumiex
ammissibbli, hlief - 
(a) meta t-titolu tal-pussessur ta’ renta f’isem ta’ persuna
ohra, ma jibqax jezisti;
(b) meta l-iskrittura dwar ir-renta tintilef, tinsteraq jew
tinqered; jew
(c) meta l-pussessur tat-titolu jfalli.
Kondizzjonijiet 
ghall-hlas ta’ renta 
f'xi kazijiet.
13. Ma jista’ jintalab ebda hlas ta’ renta jew tal-prezz tal-fidwa
ta’ renta, jekk ir-renta tkun giet mifdija, hlief meta, fil-kaz
imsemmi fil-paragrafu (a) ta’ l-ahhar artikolu qabel dan, il-parti
interessata tipprova l-jedd taghha ghalih, u meta, fil-kaz imsemmi
fil-paragrafu (b) ta’ dak l-artikolu, din il-parti taghti wkoll
garanzija tajba ghar-radd tas-somma mhallsa. Fil-kaz imsemmi fil-
paragrafu (c) ta’ dak l-artikolu r-renta jew il-prezz tal-fidwa jistghu
jithallsu lill-kuratur tal-falliment.
Telf, ecc., ta’ l-
iskrittura.
14. Kemm-il darba l-iskrittura tintilef, tinsteraq jew tinqered,
il-parti nteressata tista’ titlob ohra flokha, wara li tipprova l-jedd
taghha u taghti garanzija tajba.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni.
15. (1) L-azzjoni ghall-annati ta’ renta tispicca bil-
preskrizzjoni, kontra kull persuna, eghluq hames snin li jibdew
miexja mill-hmistax tax-xahar ta’ Jannar.
(2) L-azzjoni ghall-hlas tal-prezz tal-fidwa tispicca bil-
preskrizzjoni eghluq tletin sena li jibdew miexja mill-hrug ta’ l-
avviz imsemmi fl-artikolu 17.
 4      KAP. 26.h       IMPIEG TA’ CERTI KAPITALI  
Ir-renta tista’ 
tinfeda mill-Gvern. 
Emendat: 
VI.1959.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
16. Ir-renti li jigu maghmula taht din l-Ordinanza jistghu jigu
mifdija, f’kull zmien, jekk ikun irid il-Ministru responsabbli ghall-
finanzi, bi hlas ta’ somma daqs dik li jkun ircieva l-Accountant
General ghall-kostituzzjoni ta’ dik ir-renta:
Izda l-Gvern ma jistax, ghal ebda raguni, jigi mgieghel jifdi
dawn ir-renti.
Ir-renta tispicca 
meta tigi mifdija 
mill-Gvern. 
Emendat: 
VI. 1959.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
17. (1) Meta l-Ministru responsabbli ghall-finanzi jordna l-
fidwa ta’ renta, din ir-renta ma tibqax tghaddi minn dak in-nhar li
dak l-ordni jigi mahrug b’avviz mill-Accountant General fil-
Gazzetta tal-Gvern: dan l-avviz ghandu jkun fih deskrizzjoni tar-
renta u sejha lill-pussessur tar-renta biex jidher fl-ufficcju ta’ l-
Accountant General sabiex jircievi l-kapital.
Il-prezz tal-fidwa 
ta’ renta suggetta 
ghal fedekommess, 
ecc., ma jistax 
jithallas minghajr 
ordni tal-qorti.
(2) Il-prezz tal-fidwa ta’ renta suggetta ghal fedekommess jew
li xort’ohra ma tkunx trasferibbli, ma jistax jigi mhallas minghajr
ordni tal-qorti, u l-qorti tista’ taghti dawk il-provvedimenti li
jidhrilha sewwa ghall-gid tal-partijiet interessati.
   IMPIEG TA’ CERTI KAPITALI   gKAP. 26.     5
FORMOLI
Emendat: 
VI.1959.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIII.1983.4.
FORMOLA A
(Artikolu 4)
SKRITTURA GHALL-KOSTITUZZJONI TA’ RENTA
Nru ..............................       
Jien, hawn taht iffirmat, Accountant General, niddikjara li, bis-
sahha ta’ digriet  (hawn dahhal l-isem tal-qorti )
ta’............................... giet illum ikkostitwita u maghmula renta
perpetwa ta’ kull sena ta’ Lm ............ favur ta’ .............................
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Impieg ta’ certi
Kapitali (Kap. 26); u jien, fl-isem tal-Gvern ta’ Malta, nobbliga
ruhi li nhallas din ir-renta lil .............................. jew lir-
rapprezentant legittmu tieghu, kull sena, fl-ewwel hmistax-il
gurnata tax-xahar ta’ Jannar.
Ir-renta hawn fuq imsemmija giet maghmula minni kif jinghad
hawn fuq bil-prezz ta’ Lm ............... li niddikjara li ga rcevejt fl-
isem tal-Gvern ta’ Malta. 
Ufficcju tat-Tezor.
Illum ........................     
Approvat
Ministru responsabbli Accountant General.
ghall-finanzi.
 6      KAP. 26.h       IMPIEG TA’ CERTI KAPITALI  
Emendat:
VI. 1959.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIII.1983.4.
FORMOLA B
(Artikolu 6)
SKRITTURA MAHRUGA FIL-KAZ TA’ QSIM TA’ RENTA
Billi r-renta ta’ kull sena ta’ Lm ..................... maghmula taht id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Impieg ta’ certi Kapitali
(Kap. 26) bi skrittura Nru..................................... mahruga f’
......................................................................................... favur ta’
................................................ giet maqsuma ..................... ishma.
Ghaldaqshekk bis-sahha ta’ din l-iskrittura, l-Accountant
General, hawn taht iffirmat, fl-isem tal-Gvern ta’ Malta, jobbliga
ruhu li jhallas lil....................................... li minnu gie akkwistat
is-sehem ta’......................................... (hawn semmi s-sehem) mir-
renta hawn fuq imsemmija, jew lir-rapprezentant legittimu tieghu,
kull sena, fl-ewwel hmistax-il gurnata tax-xahar ta’ Jannar, is-
somma ta’ Lm .................................. .      
Ufficcju tat-Tezor.
Illum .........................................          
Approvat
Ministru responsabbli Accountant General.
ghall-finanzi.
