 VOTAZZJONI  gKAP. 102.    1
KAPITOLU 102
ORDINANZA ELETTORALI DWAR IL-VOTAZZJONI* 
Biex tipprovdi ghall-elezzjoni u ghazla ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati.
 (3 ta’ Lulju, 1939)#
Saret ligi bl-ORDINANZA XXXIV ta’ l-1939, u giet emendata bl-Ordinanzi: II ta’ l-1945 u
IV ta’ l-1947; bil-Proklama Numru IX ta’ l-1947; bl-Att VI ta’ l-1947; bl-Ordinanzi: VI ta’ l-
1959, XXXIV ta’ l-1961, XXIII u XXV ta’ l-1962; bl-Avvizi Legali: 4 ta’ l-1963 u 46 ta’ l-
1965; bl-Atti: XIX ta’ l-1966, XXXV, LVI u LVIII ta’ l-1974; bl-Avviz Legali 148 ta’ l-1975;
u bl-Atti: XLVII ta’ l-1975, I ta’ l-1976, XXVII u XLIX ta’ l-1981, VIII ta’ l-1990 u XXI ta’
l-1991.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli+ 
Titolu fil-Qosor  1 
Taqsima I. Disposizzjonijiet Preliminari  2-3 
Taqsima II. Procedura ta’ 1-Elezzjoni  4-33 
Taqsima III.  Ghadd tal-Voti  34-38 
Taqsima IV.  Agenti Elettorali, Spejjez Elettorali u Atti Illegali  39-52 
Taqsima V.  Atti ta’ Korruzzjoni  53-57 
Taqsima VI.  Skuza f’kaz ta’ Atti ta’ Korruzzjoni u ta’ Atti Illegali  58-60 
Taqsima VII.  Nullita ta’ Elezzjonijiet  61-62 
Taqsima VIII.  Disposizzjonijiet Generali  63-68 
L-Ewwel Skeda
It-Tieni Skeda 
It-Tielet Skeda 
Ir-Raba’ Skeda 
Il-Hames Skeda
Is-Sitt Skeda
Is-Seba’ Skeda
*Din l-Ordinanza, barra mill-artikoli 41 sa 62 (it-tnejn maghduda) giet imhassra bl-Att XXI ta' l-1991.
Dawn 1-artikoli huma wkoll riprodotti fl-Erbatax-il Skeda ta' 1-Att imsemmi.
#Ara Proklama Nru. XXXII tat-3 ta’ Lulju, 1939.
+L-artikolu 1, it-Taqsima I sat-Taqsima III (it-tnejn inkluzi) u 1-artikoli taghhom 2 sa 38 (it-tnejn
inkluzi), 1-artikoli 39 u 40 tat-Taqsima IV, it-Taqsima VIII u 1-artikoli korrispondenti 63 sa 68 (it-
tnejn inkluzi) u 1-Ewwel Skeda sas-Sitt Skeda (it-tnejn inkluzi) gew imhassra bl-Att XXI ta’ l-1991.
 2      KAP. 102.h      VOTAZZJONI
 Titolu fil-qosor.  l. Imhassar bl-artikolu 118 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991. 
Imhassra:
XXI. 1991.118. 
TAQSIMA I
DISPOSIZZJONIJIET PRELIMINARI 
L-artikoli 2 u 3 gew imhassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
Imhassra:
XXI. 1991.118. 
TAQSIMA II
PROCEDURA TA’ L-ELEZZJONI
L-artikoli 4 sa 33 gew imhassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
Imhassra:
XXI. 1991.118. 
TAQSIMA III
GHADD TAL-VOTI
L-artikoli 34 sa 38 gew imhassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
TAQSIMA IV
AGENTI ELETTORALI, SPEJJEZ ELETTORALI U ATTI ILLEGALI
Hatra ta’ agenti 
elettorali. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
39. Imhassar bl-artikolu 118 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991. 
Persuni hatja ta’ 
atti ta’ korruzzjoni 
ma jistghux jigu 
mahtura agenti 
elettorali. 
40. Imhassar bl-artikolu 118 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991.
Kuntratti dwar 
spejjez ta’ 
elezzjoni. 
41. Il-kuntratt, li bis-sahha tieghu jintefqu spejjez ghal
elezzjoni jew dwar it-tmexxija jew direzzjoni ta’ elezzjoni, ma
jobbligax kandidat f’dik l-elezzjoni, hlief jekk ikun maghmul mill-
kandidat stess jew mill-agent elettorali tieghu; izda l-fatt li taht dan
l-artikolu dak il-kuntratt ma jobbligax lill-kandidat, ma jehlisx lill-
kandidat mill-konsegwenzi ta’ atti ta’ korruzzjoni jew illegali
maghmulin mill-agent tieghu.
Il-hlas ta’ l-ispejjez 
isir bil-mezz ta’ l-
agent elettorali.
42. (1) Barra minn fil-kazijiet permessi f’din l-Ordinanza bis-
sahha taghha, ebda hlas jew anticipu jew depozitu ma jista’ jsir
minn kandidat f’elezzjoni, jew minn agent f’isem il-kandidat, jew
minn persuna ohra, qabel, matul jew wara dik l-elezzjoni, ghal
spejjez minfuqa ghal elezzjoni, jew ghat-tmexxija jew direzzjoni
ta’ elezzjoni, hlief mill-agent elettorali tal-kandidat jew bil-mezz
tieghu, u kull somma ta’ flus mahruga minn persuna li ma tkunx il-
kandidat ghal spejjez minfuqa ghal elezzjoni jew ghat-tmexxija jew
direzzjoni ta’ l-elezzjoni, sew bhala rigal, self, anticipu jew
 VOTAZZJONI  gKAP. 102.    3
depozitu, ghandha tithallas lill-kandidat jew lill-agent elettorali
tieghu u mhux xort’ohra; izda dan l-artikolu ma jitqies li jghodd
ghal ebda somma mahruga minn persuna minn flusha ghal spejjez
zghar li tkun ghamlet skond il-ligi, kemm-il darba din is-somma ma
tigix imhallsa lura lilha.
(2) Kull min jikser dan l-artikolu billi jaghmel hlas, anticipu,
jew depozitu jew ihallas flus mahruga kif jinghad hawn fuq, ikun
hati ta’ att illegali.
Zmien li fih 
ghandhom jintalbu 
u jithallsu spejjez 
ta’ elezzjoni. 
Emendat: 
XIII. 1983.5.
43. (1) Kull hlas maghmul minn agent elettorali ghal spejjez li
jkunu saru ghal elezzjoni jew ghat-tmexxija jew direzzjoni ta’
elezzjoni, barra minn meta s-somma tkun ta’ anqas minn hamsa u
ghoxrin centezmu, ghandu jidher minn kont bid-dettalji kollha u
minn ircevuta.
(2) Kull talba kontra kandidat f’elezzjoni jew l-agent tieghu
ghall-hlas ta’ spejjez li jkunu saru ghal elezzjoni jew ghat-tmexxija
jew direzzjoni ta’ elezzjoni, li ma tigix mibghuta lill-agent
elettorali fiz-zmien stabbilit f’din l-Ordinanza, tigi preskritta u
m’ghandhiex tigi mhallsa; u barra minn dawk l-eccezzjonijiet li
jista’ jkun hemm bis-sahha ta’ din l-Ordinanza, kull agent elettorali
li jhallas kont b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu jkun hati ta’ att
illegali.
(3) Hlief fil-kazijiet permessi f’din l-Ordinanza, iz-zmien
stabbilit f’din l-Ordinanza biex jintbaghtu talbiet ghal hlas huwa ta’
erbatax-il gurnata wara dik li fiha l-kandidat li tela’ jigi ddikjarat
elett.
(4) L-ispejjez kollha minfuqa minn kandidat f’elezzjoni jew
f’ismu, u li jkunu gew hekk minfuqa ghall-elezzjoni jew ghat
tmexxija jew direzzjoni ta’ dik l-elezzjoni, ghandhom jithallsu fiz-
zmien stabbilit f’din l-Ordinanza u mhux xort’ohra; u, barra minn
dawk l-eccezzjonijiet li jista’ jkun hemm bis-sahha ta’ din l-
Ordinanza, kull agent elettorali li jaghmel hlasijiet
b’kontravvenzjoni ta’ din id-disposizzjoni jkun hati ta’ att illegali.
(5) Hlief fil-kazijiet permessi f’din l-Ordinanza, iz-zmien
stabbilit f’din l-Ordinanza ghall-hlas ta’ dawn l-ispejjez kif jinghad
hawn fuq huwa tmienja u ghoxrin gurnata wara dik li fiha l-
kandidat li tela’ jigi ddikjarat elett.
(6) Meta jigi ppruvat minn kandidat ghas-sodisfazzjon tal-qorti
li hlas maghmul minn agent elettorali b’kontravvenzjoni ta’ dan l-
artikolu sar minghajr il-permess jew konnivenza ta’ dak il-
kandidat, l-elezzjoni tieghu ma tkunx nulla, u huwa ma jkun
suggett ghal ebda inkapacita taht din l-Ordinanza minhabba biss li
dak il-hlas ikun sar b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu.
(7) Jekk l-agent elettorali jikkontesta talba ghall-hlas mibghuta
lilu fiz-zmien stabbilit f’din l-Ordinanza, jew jirrifjuta jew jonqos
li jhallasha fiz-zmien hawn fuq imsemmi ta’ tmienja u ghoxrin
gurnata, dik it-talba ghall-hlas titqies li hija talba kkontestata.
(8) Min jaghmel talba ghall-hlas li tigi kkontestata jista’, jekk
irid, jagixxi ghall-hlas fil-qorti civili kompetenti; u kull somma li
tithallas mill-kandidat jew mill-agent tieghu skond is-sentenza jew
 4      KAP. 102.h      VOTAZZJONI
digriet ta’ dik il-qorti titqies li giet imhallsa fiz-zmien stabbilit
f’din l-Ordinanza, u titqies ukoll li hija eccezzjoni ghad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza li jridu li l-kontijiet jithallsu
mill-agent elettorali.
(9) Meta tigi pprovata raguni tajba ghas-sodisfazzjon tal-qorti
civili kompetenti, il-qorti fuq rikors ta’ min jaghmel it-talba ghall-
hlas, jew tal-kandidat, jew ta’ l-agent tieghu tista’, b’digriet, taghti
permess li tithallas mill-kandidat jew mill-agent elettorali tieghu
talba kkontestata, jew talba ghal spejjez kif jinghad hawn fuq,
ghalkemm tkun giet mibghuta wara z-zmien li fih skond dan l-
artikolu ghandhom jintbaghtu t-talbiet, jew ghalkemm it-talba
ghall-hlas tkun intbaghtet lill-kandidat u mhux lill-agent elettorali.
(10) Kull somma specifikata f’dak id-digriet tista’ tithallas mill-
kandidat jew mill-agent elettorali tieghu, u meta tigi mhallsa skond
dak il-permess titqies li giet imhallsa fiz-zmien stabbilit f’din l-
Ordinanza.
Hlas ta’ kumpens 
lill agent elettorali. 
44. Sa fejn ic-cirkostanzi jippermettu, din l-Ordinanza tghodd
ghal talba ta’ kumpens maghmula minn agent elettorali ghax
xoghol tieghu u ghall-hlas ta’ dak il-kumpens bhallikieku huwa
kien xi kreditur iehor, u jekk tinqala’ kwistjoni dwar l-ammont ta’
dik it-talba, din tkun talba kkontestata fis-sens ta’ din l-Ordinanza,
u tigi hekk ittrattata.
Spejjez personali 
tal-kandidat u 
spejjez zghar.
45. (1) Il-kandidat f’elezzjoni jista’ jhallas l-ispejjez personali
li jaghmel huwa ghall-elezzjoni jew li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-
elezzjoni jew li jkunu incidentali ghal dik l-elezzjoni sa ammont
mhux izjed minn tnax-il lira, izda kull spiza ohra personali li jkun
hekk ghamel ghandha tithallas mill-agent elettorali tieghu.
(2) Il-kandidat ghandu jibghat lill-agent elettorali fiz-zmien li
fih skond din l-Ordinanza ghandhom jintbaghtu t-talbiet ghall-hlas,
dikjarazzjoni bil-miktub ta’ l-ammont ta’ l-ispejjez personali
mhallsin kif jinghad hawn fuq mill-kandidat.
(3) Fl-ispejjez personali ta’ kandidat jidhlu l-ispejjez xierqa ta’
trasport u l-ispejjez xierqa ghall-qaghad tieghu f’lukandi jew
band’ohra ghall-finijiet ta’ l-elezzjoni.
(4) Kull persuna tista’, jekk tkun hekk awtorizzata bil-miktub
mill-agent elettorali tal-kandidat, thallas l-ispejjez mehtiega ta’
kartolerija, pustagg, telegrammi, u spejjez zghar ohra sa ammont li
kollu kemm hu ma jiskorrix l-ammont imsemmi fl-awtorizzazzjoni,
izda kull somma ’1 fuq minn dak l-ammont ghandha tithallas mill-
agent elettorali.
(5) Dikjarazzjoni bid-dettalji tal-hlasijiet maghmulin minn
persuna hekk awtorizzata ghandha tintbaghat lill-agent elettorali
fiz-zmien li fih skond din l-Ordinanza ghandhom jintbaghtu t-
talbiet ghall-hlas, u ghandha tkun imwettqa b’kont bl-ircevuta ta’
dik il persuna.
 VOTAZZJONI  gKAP. 102.    5
Spiza li taqbez il-
maximum hija att 
illegali. 
Emendat: 
I. 1976.I1; 
XXVII. 1981.12. 
46. (1) Barra minn dawk l-eccezzjonijiet li jista’ jkun hemm
bis-sahha ta’ din l-Ordinanza, ebda somma ma tista’ tithallas u
ebda spiza ma tista’ ssir minn kandidat f’elezzjoni jew mill-agent
elettorali tieghu, sew qabel, matul, jew wara l-elezzjoni, ghall-
elezzjoni jew ghat-tmexxija jew direzzjoni ta’ dik l-elezzjoni, izjed
minn sitt mitt lira:
Izda f’dan l-ammont ma tidholx l-ispiza maghmula mill-
kandidat ghall-ispejjez tieghu personali, lanqas il-kumpens (jekk
ikun hemm) li jithallas lill-agent elettorali basta li dan il-kumpens
ma jiskorrix mitt lira.
(2) Fil-kaz ta’ kandidati li johorgu ghal elezzjoni fl-istess
distrett bhala membri ta’ l-istess partit politiku, l-ispejjez ta’ dawk
il-kandidati jistghu jinghaddu flimkien u ma jitqiesx li kien hemm
kontravvenzjoni ghal dan l-artikolu hlief jekk l-ispejjez kollha ta’
dawk il-kandidati, maghdudin flimkien, jiskorru jew is-somma ta’
sitt mitt lira moltiplikata bin-numru ta’ dawk il-kandidati jew is-
somma ta’ tlett elef lira skond liema minnhom tkun l-izghar: izda
jekk is-somma kollha ta’ dawk l-ispejjez tiskorri wahda mis-
somom hawn fuq imsemmija, l-ispejjez ta’ kull wiehed minn dawk
il kandidati jigu separati mill-ispejjez ta’ l-ohrajn u jghoddu d-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(3) Kull kandidat jew agent elettorali li xjentement jikser dan l-
artikolu jkun hati ta’ att illegali.
Certi spejjez huma 
att illegali. 
47. (1) Ebda hlas jew kuntratt ghall-hlas bl-iskop li jghin jew
jipprokura li jitla’ kandidat f’elezzjoni, ma jista’ jsir - 
(a) ghat-trasport ta’ eletturi ghal post ta’ votazzjoni jew
minn dan il-post sew billi jinkrew vetturi jew
xort’ohra; jew
(b) ghall-uzu ta’ dar, art, bini jew lokal ghall-esposizzjoni
ta’ appell, kartellun jew avviz, jew minhabba din l-
esposizzjoni, lil xi elettur jew ma’ xi elettur.
(2) Barra minn dawk l-eccezzjonijiet li jista’ jkun hemm taht
din l-Ordinanza, jekk jigi xjentement maghmul hlas jew kuntratt
ghall-hlas b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu sew qabel, matul,
jew wara elezzjoni, il-persuna li taghmel dak il-hlas jew kuntratt
tkun hatja ta’ att illegali, u kull min jircievi dak il-hlas jew ikun
parti f’dak il-kuntratt, meta jaf li hu b’kontravvenzjoni ta’ dan l-
artikolu, ikun ukoll hati ta’ att illegali:
Izda meta l-mestier ordinarju ta’ elettur bhala agent ta’
pubblicita jew bhala editur huwa li jesponi bi hlas kartelluni u
avvizi, il-hlas lil dak l-elettur jew il-kuntratt mieghu, jekk
maghmul fil-kors ordinarju ta’ dak il-mestier, ma jitqiesx li huwa
att illegali fis-sens ta’ dan l-artikolu.
Certi impiegi huma 
illegali.
48. (1) Hadd ma jista’, biex jghin jew jipprokura li jitla’
kandidat f’elezzjoni, jigi mqabbad jew impjegat bi hlas jew
b’weghda ta’ hlas ghal ebda skop u f’ebda kwalita, hlief ghall-
iskopijiet jew fil-kwalitajiet li gejjin:
(a) agent elettorali wiehed u mhux izjed;
 6      KAP. 102.h      VOTAZZJONI
(b) numru ragonevoli ta’ skrivani u messaggieri, skond il-
kobor tad-distrett elettorali u n-numru ta’ eletturi
mnizzlin fir-registru elettorali ghal dak id-distrett.
(2) Barra minn xi eccezzjoni li jista’ jkun hemm taht din l-
Ordinanza, jekk persuna tigi mqabbda jew impjegata
b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu, sew qabel, matul jew wara
elezzjoni, il-persuna li tqabbadha jew li timpjegaha tkun hatja ta’
att illegali.
Riserva ghal 
kredituri. 
49. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza li jipprojbixxu certi
hlasijiet jew kuntratti ghal hlasijiet, u l-hlas ta’ somom, u l-infieq
ta’ spejjez li jiskorru certi ammonti stabbiliti, ma jippregudikawx
il-jedd ta’ ebda kreditur illi, meta saru l-kuntratt jew l-ispiza ma
kienx jaf li saru b’kontravvenzjoni ta’ din l-Ordinanza.
Rapport u 
dikjarazzjoni dwar 
spejjez elettorali. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
50. (1) Fi zmien wiehed u tletin gurnata wara l-hrug tar-
rizultat ta’ elezzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, l-agent elettorali ta’
kull kandidat f’dik l-elezzjoni ghandu jibghat lill-kummissjonarju
rapport ta’ l-ispejjez elettorali ta’ dik il-persuna, li ghandu jkun fih
il-partikolaritajiet imsemmijin fis-Seba’ Skeda li hawn ma’ din l-
Ordinanza, u ghandu jkun iffirmat sew mill-kandidat kif ukoll mill-
agent elettorali tieghu. Kemm-il darba l-kandidat ikun nieqes minn
Malta, id-dmirijiet li jmissu lilu jistghu jigu esegwiti minn
rapprezentant mahtur ghaldaqshekk.
(2) Dan ir-rapport ghandu jkun fih iddikjarati l-hlasijiet kollha
maghmulin mill-kandidat jew mill-agent elettorali tieghu, jew minn
persuni ohra f’isem il-kandidat jew fl-interess tieghu, ghall-ispejjez
li jkunu saru ghall-elezzjoni, jew ghat-tmexxija jew direzzjoni ta’ l-
elezzjoni, u ghandu jkun fih iddikjarat ukoll kull dejn iehor li jkun
ghadu mhux imhallas, dwar dawk l-ispejjez, li huwa jew l-agent
elettorali tieghu jkun jaf bih.
(3) Ir-rapport ghandu jkollu mieghu d-dikjarazzjonijiet li
ghandhom isiru bil-gurament quddiem magistrat mill-kandidat jew
l-agent elettorali tieghu, fil-formola migjuba fis-Seba’ Skeda li
hawn ma’ din l-Ordinanza.
(4) Kull kandidat jew agent elettorali illi jikser id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, ikun hati, bla hsara tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 56, ta’ att illegali.
Pubblikazzjoni ta’ 
avviz dwar ir-
rapport ta’ spejjez 
elettorali. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XIII.1983.5.
51. Meta r-rapport ta’ l-ispejjez elettorali, u d-dikjarazzjonijiet
dwarhom jigu pprezentati lill-kummissjonarji, dawn ghandhom,
mill-iktar fis li jista’ jkun, jiehdu hsieb li avviz tad-data li fiha gew
ipprezentati r-rapport u d-dikjarazzjonijiet, u tal-hin u tal-lok li
fihom jistghu jigu ezaminati jigi mwahhal f’post fejn jidher sewwa
fl-ufficcju tal-kummissjonarji u ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern,
u kull min irid, bil-hlas ta’ dritt ta’ hames centezmi, ghandu l-jedd
jara dak ir-rapport jew dawk id-dikjarazzjonijiet u, bil-hlas ta’ sitt
centezmi ghal kull faccata ta’ mija u ghoxrin kelma, jista’ jitlob
kopja jew kopji ta’ kull parti taghhom.
 VOTAZZJONI  gKAP. 102.    7
Piena ghal min 
jinsab hati ta’ att 
illegali. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVI. 1974.3; 
LVIII.1974.68; 
A.L. 148 ta’ 1-
1975.
52. (1) Kull min jaghmel att illegali jehel, meta jinsab hati,
multa ta’ mhux izjed minn mitejn lira u bhala konsegwenza talli jigi
hekk misjub hati, isir inkapaci, ghal zmien ta’ erba’ snin mid-data li
fiha jigi misjub hati, li jkun irregistrat bhala elettur jew li jivvota
f’elezzjoni jew li jkun elett membru, u jekk qabel dik id-data jkun
gie elett membru, il-post tieghu, bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 55 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, jsir battal mid-data li
huwa jigi misjub hekk hati.
(2) Ebda procediment ghal att illegali ma’ jista’ jinbeda
minghajr il-permess ta’ l-Avukat Generali.
TAQSIMA V 
ATTI TA' KORRUZZJONI
Personifikazzjoni. 
ta’ votazzjoni taht l-isem ta’ persuna ohra, sew jekk dak l-isem ikun
ta’ persuna hajja jew mejta jew ta’ persuna ivvintata, jew, wara li
jkun ga ivvota darba f’dik l-elezzjoni, jitlob fl-istess elezzjoni
polza ta’ votazzjoni f’ismu nnifsu, ikun hati ta’ reat ta’
personifikazzjoni.
Trattament. 
persuna ohra, qabel, matul jew wara elezzjoni, direttament jew
indirettament, jaghti jew jipprovdi, jew ihallas l-ispiza kollha jew
bicca mill-ispiza biex jinghata jew jigi pprovdut ikel, xorb,
trattament, jew provizjon lil persuna, jew ghal xi persuna, bil-hsieb
li b’korruzzjoni jinfluwixxi fuq dik il-persuna jew fuq persuna ohra
biex taghti jew biex ma taghtix il-vot taghha f’elezzjoni, jew
minhabba li dik il-persuna jew persuna ohra tkun tat jew ma tkunx
tat il-vot, jew minhabba li tkun sejra tivvota jew sejra ma tivvotax
f’elezzjoni, ikun hati ta’ reat ta’ trattament.
(2) Kull elettur li b’korruzzjoni jaccetta jew jiehu ikel, xorb,
trattament, jew provizjon, kif jinghad hawn fuq, ikun hati ta’ reat
ta’ trattament.
Uzu ta’ influwenza 
illegali. 
Emendat: 
LVI. 1974.4.
55. Kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu jew
bil-mezz ta’ haddiehor ghalih, juza jew ihedded li juza forza,
vjolenza jew restrizzjoni, jew jikkaguna jew ihedded li jikkaguna,
huwa nnifsu jew bil-mezz ta’ haddiehor, offiza, dannu, hsara jew
telf temporali jew spiritwali fuq persuna jew kontra persuna sabiex
ihajjar jew igieghel lil dik il-persuna tivvota jew ma tivvotax, jew
minhabba li dik il-persuna tkun ivvotat jew ma tkunx ivvotat
f’elezzjoni, u kull min b’serq tal-persuna, bi vjolenza, jew b’att jew
mezz qarrieqi, jimpedixxi jew ma jhallix l-ezercizzju liberu tal-jedd
tal-vot ta’ elettur, jew b’hekk igieghel, ihajjar jew jipperswadi
elettur biex jaghti jew biex ma jaghtix il-vot tieghu f’elezzjoni,
ikun hati tar-reat ta’ uzu ta’ influwenza illegali.
Korruzzjoni. 
Emendat:
XXXIV.1961.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
56. Hu hati tar-reat ta’ korruzzjoni:
(a) kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu
 8      KAP. 102.h      VOTAZZJONI
jew bil-mezz ta’ haddiehor ghalih, jaghti, jislef jew
jiftiehem li jaghti jew jislef, jew joffri, iwieghed jew
iwieghed li jipprokura jew li jfittex li jipprokura, flus
jew xi haga li tiswa flus lil jew ghal xi elettur; jew lil
jew ghal persuna ohra fl-interess ta’ elettur, jew lil jew
ghal xi persuna ohra, biex ihajjar elettur jivvota jew
ma jivvotax, jew b’korruzzjoni jaghmel xi att kif
jinghad hawn fuq minhabba li dan l-elettur ikun ivvota
jew ma jkunx ivvota f’elezzjoni taht din l-Ordinanza;
(b) kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ haddiehor ghalih, jaghti jew
jipprokura, jew jiftiehem li jaghti jew li jipprokura,
jew joffri, iwieghed jew iwieghed li jipprokura jew li
jfittex li jipprokura kariga, post jew impieg lil jew ghal
xi elettur jew lil jew ghal xi persuna fl-interess ta’
elettur jew lil jew ghal xi persuna ohra biex ihajjar
elettur jivvota jew ma jivvotax, jew jaghmel
b’korruzzjoni xi att kif jinghad hawn fuq minhabba li
elettur ikun ivvota jew ma jkunx ivvota f’elezzjoni taht
din l-Ordinanza;
(c) kull min direttament jew indirettament huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ haddiehor ghalih, jirregala, jislef,
joffri, iwieghed, jipprokura jew jiftiehem, bil-mod fuq
imsemmi, lil jew ma’ xi persuna sabiex ihajjar lil din
il-persuna li tipprokura jew li tfittex li tipprokura l-
elezzjoni ta’ xi hadd bhala membru tal-Kamra, jew li
tipprokura jew tfittex li tipprokura l-vot ta’ xi elettur
f’elezzjoni li ssir taht din l-Ordinanza;
(d) kull min, wara jew minhabba dak ir-rigal, self, offerta,
weghda, prokurament jew ftehim kif jinghad hawn fuq,
jipprokura jew jobbliga ruhu, iwieghed jew ifittex li
jipprokura l-elezzjoni ta’ persuna bhala membru tal-
Kamra jew il-vot ta’ xi elettur f’elezzjoni li ssir taht
din l-Ordinanza;
(e) kull min johrog flus jew ihallas jew igieghel li jithallsu
flus lil persuna ohra jew ghall-uzu ta’ persuna ohra,
sabiex dawk il-flus jew bicca minnhom jintefqu
f’korruzzjonijiet f’elezzjoni li ssir taht din l-
Ordinanza, jew xjentement ihallas jew igieghel li
jithallsu flus lil xi persuna bi hlas jew b’radd ta’ flus li
ntefqu kollha jew bicca minnhom f’korruzzjonijiet
f’dik l-elezzjoni;
(f) kull elettur illi, qabel jew matul elezzjoni taht din l-
Ordinanza, direttament jew indirettament, huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ haddiehor ghalih, jircievi flus, rigal,
self, jew xi haga li tiswa flus, kariga, post jew impieg,
jew jiftiehem jew jikkuntratta fuqhom ghalih jew ghal
persuna ohra, biex jivvota jew biex jobbliga ruhu li
jivvota jew biex ma jivvotax jew biex jobbliga ruhu li
ma jivvotax f’dik l-elezzjoni;
(g) kull min, wara elezzjoni taht din l-Ordinanza,
direttament jew indirettament, huwa nnifsu jew bil-
 VOTAZZJONI  gKAP. 102.    9
mezz ta’ haddiehor ghalih, jircievi flus jew xi haga li
tiswa flus minhabba li persuna tkun ivvotat jew ma
tkunx ivvotat jew minhabba li jkun gieghel persuna
ohra li tivvota jew li ma tivvotax f’dik l-elezzjoni.
Piena u inkapacita 
minhabba atti 
illegali.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVI. 1974.5; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
57. (1) Kull min jikkommetti r-reat ta’ personifikazzjoni, ta’
trattament, ta’ uzu ta’ influwenza illegali jew ta’ korruzzjoni jew
ighin, ihajjar, jaghti parir jew jipprokura biex isir ir-reat ta’
personifikazzjoni u kull kandidat jew agent elettorali li xjentement
ighid il-falz fid-dikjarazzjoni mehtiega fl-artikolu 50 dwar l-
ispejjez elettorali, ikun hati ta’ att illegali u jehel, meta jinsab hati,
fid-diskrezzjoni tal-qorti, multa ta’ mhux izjed minn hames mitt
lira, jew prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sitt xhur, jew
il-multa u l-prigunerija flimkien, u, minhabba li jkun gie hekk
misjub hati, isir inkapaci, ghaz-zmien ta’ seba’ snin, mid-data li
jkun gie misjub hati, li jkun irregistrat bhala elettur u li jivvota
f’elezzjoni taht din l-Ordinanza, jew li jkun elett bhala membru, u
jekk f’dik id-data huwa jkun gie elett membru, l-elezzjoni tieghu,
bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55 tal-Kostituzzjoni ta’
Malta, tithassar mid-data li huwa jigi hekk misjub hati.
(2) Ebda procediment dwar att ta’ korruzzjoni ma jista’ jinbeda
minghajr il-permess ta’ l-Avukat Generali.
(3) Ghall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza,
riferenzi ghal "tivvota" jew ghal "ma tivvotax", jew ghal "taghti"
jew ghal "ma taghtix il-vot", jinkludu riferenzi ghal "tivvota" jew
ghal "ma tivvotax" b’mod partikolari.
TAQSIMA VI
SKUZA F’KAZ TA’ ATTI TA’ KORRUZZJONI
 U TA’ ATTI ILLEGALI
Ragunijiet li 
jiskuzaw lill-
kandidat f’xi 
kazijiet ta’ atti ta’ 
korruzzjoni jew 
illegali maghmulin 
mill-agenti tieghu. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
58. L-elezzjoni ta’ kandidat, li kien hati fil-persuna ta’ l-agenti
tieghu, tar-reat ta’ trattament u ta’ uzu ta’ influwenza illegali, u ta’
atti illegali, jew ta’ xi reati minn dawn, dwar dik l-elezzjoni, ma
tigix, minhabba dawk ir-reati, iddikjarata nulla u lanqas il-kandidat
ma jaqa’ taht ebda inkapacita taht din l-Ordinanza, jekk il-qorti
tkun sodisfatta, wara li taghti lill-Avukat Generali l-opportunita li
jigi mismugh, illi l-kandidat ghamel il-prova - 
(a) li ebda att ta’ korruzzjoni jew illegali ma sar f’dik l-
elezzjoni mill-kandidat jew mill-agent elettorali tieghu
u r-reati hawn fuq imsemmija saru kontra l-ordnijiet u
minghajr il-kunsens jew il-konnivenza ta’ dak il-
kandidat jew ta’ l-agent elettorali tieghu; u
(b) illi dak il-kandidat u l-agent elettorali tieghu ghamlu
kull mezz ragonevoli sabiex ma jhallux li jsiru atti ta’
korruzzjonijiet u atti illegali f’dik l-elezzjoni; u
(c) illi r-reati hawn fuq imsemmija kienu ta’ natura hafifa,
bla importanza u limitati; u
 10      KAP. 102.h      VOTAZZJONI
(d) illi mill-bqija fl-elezzjoni ma kien hemm ebda att ta’
korruzzjoni jew att illegali min-naha ta’ dak il-
kandidat u ta’ l-agenti tieghu.
Il-qorti tista’ ma 
tqisx bhala att 
illegali, att 
innocenti. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. l48 ta’ l-1975.
59. Meta, fi procedimenti, jigi ippruvat lill-qorti, bi provi li l-
qorti jidhrilha li huma bizzejjed - 
(a) illi att jew nuqqas ta’ kandidat f’elezzjoni, jew ta’ l-
agent elettorali tieghu jew ta’ agent iehor jew ta’
persuna ohra, li jikkonsisti fi hlas ta’ somma jew spiza
maghmula f’ammont li jiskorri l-maximum permess
f’din l-Ordinanza, jew li jikkonsisti fi hlas, obbligu,
impieg, jew kuntratt maghmul b’kontravvenzjoni ta’
din l-Ordinanza, jew li b’mod iehor sar
b’kontravvenzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza, kien ikun, li kieku ma kienx hemm dan l-
artikolu, att illegali; u
(b) illi dak l-att jew nuqqas kien gej min-nuqqas ta’
attenzjoni jew minhabba kalkolu hazin mhux apposta
jew minhabba kawza ohra ragonevoli ta’ l-istess xorta,
u illi, f’ebda kaz, ma gie minn nuqqas ta’ bona fidi,
u taht ic-cirkostanzi l-qorti jkun jidhrilha, wara li taghti lill-Avukat
Generali l-opportunita li jigi mismugh, li hi haga sewwa li l-
kandidati f’dik l-elezzjoni u l-agent u persuna ohra jew xi hadd
minnhom, m’ghandhomx ikunu suggetti ghall-konsegwenzi taht din
l-Ordinanza, il-qorti tista’ tqis dak l-att jew nuqqas bhala
eccezzjoni ghad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, ghad illi,
skond dawn id-disposizzjonijiet dak l-att jew nuqqas kien ikun att
illegali, u b’hekk il-kandidat, agent jew persuna hawn fuq
imsemmija ma jkunux suggetti minhabba dak l-att jew nuqqas ghal
ebda wahda mill-konsegwenzi taht din l-Ordinanza.
Skuza ammissibbli 
fil-kaz ta’ nuqqas 
ta’ tharis mid- 
disposizzjonijiet 
dwar ir-rapport u 
d-dikjarazzjoni ta’ 
spejjez elettorali. 
Emendat:
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
60. (1) Meta r-rapport u d-dikjarazzjoni dwar spejjez elettorali
ta’ kandidat f’elezzjoni ma jigux mibghuta kif jinhtieg f’din l
Ordinanza, jew, jekk jigu mibghuta, ikun fihom xi zball jew
dikjarazzjoni falza, f’dan il-kaz -
(a) jekk il-kandidat fi procediment civili jew kriminali
taht din l-Ordinanza, jipprova ghas-sodisfazzjon tal-
qorti, illi l-fatt li dak ir-rapport jew dawk id-
disposizzjonijiet, jew il-wiehed jew l-ohra jew parti
minnhom, ma gewx mibghuta, jew li fihom xi zball
jew dikjarazzjoni falza, gara minhabba li huwa kien
marid jew minhabba l-assenza, mewt, mard jew
imgieba hazina ta’ l-agent elettorali tieghu jew ta’
skrivan jew ta’ ufficjal ta’ dan l-agent, jew minhabba
nuqqas ta’ attenzjoni, jew ghal xi raguni ohra tajba ta’
din ix-xorta, u mhux minhabba nuqqas ta’ bona fidi
min-naha tal-kandidat; jew
(b) jekk l-agent elettorali tal-kandidat jipprova ghas-
sodisfazzjon tal-qorti illi l-fatt li ma baghatx ir-rapport
u d-dikjarazzjonijiet li kien imissu jibghat jew xi parti
minnhom, jew li kien fihom xi zball jew dikjarazzjoni
falza, gara minhabba li kien marid jew minhabba l-
  VOTAZZJONI   g K AP. 102.
mewt jew mard ta’ l-agent elettorali li l-kandidat kellu
qabel, jew minhabba l-assenza, mewt, mard jew
imgieba hazina ta’ skrivan jew ufficjal ta’ agent
elettorali tal-kandidat, jew minhabba nuqqas ta’
attenzjoni jew ghal xi raguni ohra tajba ta’ din ix
xorta, u mhux minhabba nuqqas ta’ bona fidi min naha
ta’ l-agent elettorali,
il-qorti, wara li taghti l-opportunita lill-Avukat Generali li jigi
mismugh, tista’, skond ma jidhrilha xieraq, taghti digriet li bih
tilqa’ skuza ammissibbli ghall-fatt li r-rapport u d-dikjarazzjonijiet
hawn fuq imsemmija ma gewx mibghuta jew ghall-fatt li kien
fihom zball jew dikjarazzjoni falza.
(2) Meta fi procediment jigi ippruvat lill-qorti illi persuna li
hija jew li kienet agent elettorali irrifjutat jew naqset li taghmel dak
ir-rapport jew li taghti dawk il-partikolaritajiet sabiex il-kandidat
jew l-agent elettorali tieghu, rispettivament, ikunu jistghu iharsu d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza dwar ir-rapport u d-
dikjarazzjoni ta’ l-ispejjez elettorali, il-qorti, qabel ma taghti d-
digriet u tilqa’ l-iskuza, kif jinghad f’dan l-artikolu, tordna lil dik
il-persuna biex tidher, u, kemm-il darba hija tonqos li tidher u li
tipprova l-kuntrarju, tordnalha li taghmel ir-rapport u d-
dikjarazzjoni, jew li tikkunsinna prospett tal-partikolaritajiet li
ghandu jkun fih ir-rapport, kif il-qorti jidhrilha sewwa, u li taghmel
jew tikkunsinna dawn f’dak iz-zmien, u lil dik il-persuna u b’dak il-
mod li l-qorti tordna, jew tista’ tordna li tigi ezaminata dwar dawk
il-partikolaritajiet, u kemm-il darba tonqos li tesegwixxi dak l-
ordni, hija tkun hatja ta’ att illegali.
(3) Il-qorti tista’ tilqa’ l-iskuza taht il-kondizzjoni li jsir
rapport u dikjarazzjoni f’forma mbiddla jew fi zmien imgedded, u li
jigu mharsa dawk il-kondizzjonijiet l-ohra illi l-qorti jidhrilha li
huma l-ahjar sabiex isehhu l-finijiet ta’ din l-Ordinanza; u d-digriet
li jilqa’ skuza ammissibbli jehles lill-kandidat jew lill-agent
elettorali, skond il-kaz, minn kull responsabbilita jew konsegwenza
taht din l-Ordinanza ghall-fatt skuzat bid-digriet; u meta jigi
ippruvat lill-qorti mill-kandidat illi att jew nuqqas ta’ agent
elettorali dwar ir-rapport u d-dikjarazzjoni rigward l-ispejjez
elettorali sar minghajr il-kunsens jew il-konnivenza tal-kandidat u
li l-kandidat ghamel il-mezzi kollha ragonevoli sabiex jevita dak l-
att jew nuqqas, il-qorti tehles lill-kandidat mill-konsegwenzi ta’ l-
att jew nuqqas ta’ l-agent elettolari tieghu.
(4) Id-data tad-digriet, jew jekk ikollhom jigu osservati
kondizzjonijiet u pattijiet, id-data li fiha r-rikorrent jesegwihom
ghal kollox, hija maghrufa f’din l-Ordinanza bhala d-data li fiha
giet milqugha l-iskuza.
 12      KAP. 102.h      VOTAZZJONI
TAQSIMA VII 
NULLITA TA’ ELEZZJONIJIET
Nullita minhabba li 
l-kandidat jigi 
misjub hati.
Emendat: 
XXXIV. 1961.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
61. Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta, l-elezzjoni ta’ kandidat bhala membru tal-
Kamra tigi annullata meta huwa jigi misjub hati ta’ korruzzjoni jew
ta’ att illegali.
Nullita ta’ 
elezzjoni ghal 
ragunijiet ohra. 
Emendat: 
XXXIV. 1961.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
62. Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta meta applikabbli, l-elezzjoni ta’ kandidat
bhala membru tal-Kamra tigi ddikjarata nulla meta tigi pprovata
ghas-sodisfazzjon tal-qorti xi wahda jew ohra mir-ragunijiet li
gejjin:
(a) jekk minhabba korruzzjoni generali, trattament
generali, jew intimidazzjoni generali, jew imgieba
ohra hazina, jew cirkostanzi ohra, il-bicca l-kbira ta’ l-
eletturi kienu jew setghu jkunu impeduti li jtellghu l-
kandidati li kienu jridu;
(b) nuqqas ta’ tharis tad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza dwar l-elezzjonijiet jew tar-regolamenti
dwar il-votazzjoni jekk il-qorti jidhrilha li l-elezzjoni
ma gietx immexxija skond il-principji stabbiliti f’dawk
id-disposizzjonijiet u li dan in-nuqqas kellu effett fuq
ir-rizultat ta’ l-elezzjoni;
(c) illi fl-elezzjoni sar att ta’ korruzzjoni jew att illegali
mill-kandidat innifsu jew minn agent tal-kandidat bil-
konoxxenza jew kunsens tal-kandidat;
(d) illi l-kandidat qabbad personalment persuna bhala
agent elettorali tieghu, jew bhala galoppin jew agent
meta kien jaf li dik il-persuna, matul is-seba’ snin ta’
qabel ma giet hekk inqabbda minnu, kienet giet
misjuba hatja ta’ att ta’ korruzzjoni;
(e) illi l-kandidat kien, fiz-zmien li gie elett, persuna
skwalifikata ghall-elezzjoni bhala membru. 
Imhassar. 
XXI. 1991.118
TAQSIMA VIII
DISPOSIZZJONIJIET GENERALI
L-artikoli 63 sa 68 gew imhassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
  VOTAZZJONI   g K AP. 102.
Emendata: 
XXXIV. 1961.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
L-EWWEL SKEDA
Imhassra bl-Att XXI ta’ l-1991.
Emendata: 
XXXIV.1961.8; 
XXV.1962. 3; 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68. 
IT-TIENI SKEDA 
Imhassra bl-Att XXI ta’ l-1991.
Emendata: 
XXXIV. 1961.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
Sostitwita:
I. 1976.12;
XXVII. 1981.5. 
IT-TIELET SKEDA 
Imhassra bl-Att XXI ta’ l-1991.
Emendata: 
XXXIV. 1961.8;
A.L. 46 ta’ l-1965.
 IR-RABA' SKEDA
Imhassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
Emendata: 
XXXIV. 1961.8;
A.L. 46 ta’ l-1965.
IL-HAMES SKEDA
Imhassra bl-Att XXI ta’ l-1991.
Emendata: 
XXXIV. 1961.8;
A.L. 46 ta’ l-1965.
IS-SITT SKEDA
 Imhassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
Emendata: 
XIII. 1983.5.
IS-SEBA' SKEDA 
gArtikolu 50 (1)h
RAPPORT TA’ L-ISPEJJEZ TA’ L-ELEZZJONI
l. Fil-kolonna tad-dhul ghandu jkun hemm l-isem u d-
deskrizzjoni ta’ kull persuna (kompriz il-kandidat), kazin, socjeta
jew assocjazzjoni li minghandhom dahlu flus, garanziji jew
ekwivalent ta’ flus, ghall-ispejjez li jsiru ghall-elezzjoni, jew li
jkollhom x’jaqsmu ma’ l-elezzjoni jew incidentali ghall-elezzjoni,
u l-ammont li jkun dahal minghand kull persuna, kazin, socjeta jew
assocjazzjoni separatament.
2. Fil-kolonna ta’ l-ispejjez ghandhom jitnizzlu:
 (a) l-ispejjez personali tal-kandidat maghmulin jew
imhallsin mill-kandidat jew mill-agent elettorali
tieghu; 
 14      KAP. 102.h      VOTAZZJONI
(b) l-isem u r-rata, u l-ammont kollu tal-hlas ta’ kull
persuna mpjegata bhala agent (kompriz l-agent
elettorali), skrivan jew messaggier;
(c) l-ispejjez tat-tragitti u l-ispejjez l-ohra kollha
maghmulin mill-kandidat jew mill-agent elettorali
tieghu akkont ta’ agenti (kompriz l-agent elettorali),
skrivani, jew messaggieri;
(d) l-ispejjez tat-tragitti ta’ persuni, sew jekk imhallsin
b’salarju jew le, li saru ghall-kandidatura u sew jekk
ikunu gew imhallsin jew maghmulin mill-kandidat,
mill-agent elettorali tieghu jew mill-persuna li taghmel
dak it-tragitt;
(e) l-ispejjez li thallsu jew li saru, ghal: 
(i) stampa;
(ii) avvizi;
(iii) kartolerija; 
(iv) pustagg; 
(v) telegrammi;
(vi) kiri ta’ kmamar ghal meetings jew ghal kumitati; 
(f) spejjez ohra diversi, li thallsu jew li saru.
Nota:
(1) Ghandhom jitnizzlu l-ispejjez kollha li jkunu saru dwar il-
kandidatura sew jekk ikunu gew imhallsa mill-kandidat, mill-agent
elettorali tieghu jew minn persuna ohra, jew li jkunu ghadhom
m’humiex imhallsa fid-data tar-rapport.
(2) Ghall-partiti kollha ta’ izjed minn hamsa u ghoxrin
centezmu hlief fil-kazijiet (bhal pustagg) li ghalihom ma tinghatax
ircevuta, mar-rapport ghandhom jigu mdahhla l-kontijiet.
 (3) Is-somom kollha ta’ flus imhallsa bla ma jkun hemm
ricevuta taghhom, ghandhom jitnizzlu haga b’haga bid-data tal-
hlas. 
(4) Is-somom kollha ta’ flus li ma jkunux thallsu ghandhom
jitnizzlu f’lista ghaliha.
  VOTAZZJONI   g K AP. 102.
FORMULA TA’ DIKJARAZZJONI LI SSIR MILL-AGENT 
ELETTORALI 
Billi jiena agent
elettorali ghalkandidat ghall-
elezzjonidistrett elettorali,
b’din nahlef solennement li dan ir-rapport ta’ hawn fuq ta’ spejjez
elettorali huwa veru sa fejn naf u nifhem jien, u li, barra mill-
ispejjez li huma mnizzlin fih, ma saru ebda xorta ta’ spejjez, sa fejn
naf u nifhem jien, li ghandhom x’jaqsmu mal-kandidatura jew
ghall-kandidatura ta’ ............................ 
 ............................
Agent Elettorali.
Mahluf quddiemi.
 ................................................
Magistrat.
FORMULA TA’ DIKJARAZZJONI LI SSIR MILL- 
KANDIDAT
 Jien kandidat gha
distrett elettorali, nahlef li r-
rapport ta’ spejjez elettorali ta’ hawn fuq huwa veru sa fejn naf u
nifhem jien, u illi, barra mill-ispejjez li huma mnizzlin fih, ma saru
ebda xorta ta’ spejjez sa fejn naf u nifhem jien li ghandhom
x’jaqsmu mal-kandidatura jew ghall-kandidatura tieghi.
.............................
Kandidat
Mahluf quddiemi.
 ..............................................
Magistrat.
