ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GHAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI g K AP. 104.     1
KAPITOLU 104
ORDINANZA DWAR L-ASSIGURAZZJONI TA’ 
VETTURI TAL-MUTUR GHAR-RISKJI TA’ 
TERZI PERSUNI
Biex tipprovdi kontra r-riskji ta’ terzi persuni minhabba 1-uzu ta’
vetturi tal-mutur.
1 ta’ Awissu, 1947
L-ORDINANZA XXXVI ta’ l-1939, u giet emendata bl- Ordinanzi: XVI
ta’ l-1940 u X ta’ 1-1947; bl-Ordinanza ta’ Emergenza VI ta' 1-1958; bl-
Ordinanzi: XXII u XXV ta’ l-1962; bl-Avviz Legali 4 ta’ 1-1963; bl-Att XIII
ta’ l-l968; bl-Avviz Legali 148 ta’ l-1975; bl-Atti: XLIX ta’ 1-1981, III ta’
l-1985, XLI ta’ l-1986, VII u VIII ta’ l-1990; bl-Avviz Legali 163 ta’ l-
1990; u bl-Atti III ta’ l-1998 u XXIII ta’ l-2000.
Titolu fil-qosor. 
dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi tal-Mutur ghar-Riskji ta’ Terzi
Persuni. 
Tifsir.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
III. 1985.2; 
A.L. 163 ta’ l-
1990; 
XXIII. 2000.30.
Kap. 332.
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba mill-kontest ma jkunx
jidher xort’ohra, l-espressjonijiet li gejjin ifissru kif ghal kull
wahda minnhom jinghad f’dan l-artikolu:
"assiguratur awtorizzat" ifisser kumpanija ta’ sigurta  jew
assiguratur approvati mill-Ministru responsabbli ghat-trasport; 
"Awtorita  dwar it-Trasport ta’ Malta" tfisser l-Awtorita  dwar it-
Trasport ta’ Malta mwaqqfa taht l-Att dwar Awtorita  dwar it-
Trasport ta’ Malta;
"bureau barrani" tfisser organizzazzjoni centrali mwaqqfa minn
assiguraturi tal-karrozzi f’xi pajjiz barra minn Malta sabiex
jinghata effett lill-arrangamenti nternazzjonali ghall-assigurazzjoni
ta’ sewwieqa ta’ karrozzi kontra riskji ta’ terzi persuni meta jidhlu
f’pajjizi fejn l-assigurazzjoni kontra dawk ir-riskji tkun
obbligatorja, u li maghha l-bureau lokali jkun ghamel dak l-
arrangament;
"bureau lokali" tfisser l-organizzazzjoni centrali mwaqqfa minn
assiguraturi tal-karozzi f’Malta sabiex jinghata effett lil
arrangamenti nternazzjonali ghall-assigurazzjoni ta’ sewwieqa ta’
karrozzi kontra riskji ta’ terzi persuni meta jidhlu f’pajjizi fejn l-
assigurazzjoni kontra dawk ir-riskji tkun obbligatorja, u li tkun
maghrufa ghall-finijiet ta’ din l-Ordinanza mill-Ministru
responsabbli ghat-trasport;
"certifikat internazzjonali ta’ sigurta " tfisser certifikat
internazzjonali ta’ sigurta  maghmul kif imiss (maghruf bhala
"Green Card") mahrug lil sewwieq ta’ karrozza li jkun qed izur
pajjiz taht l-awtorita  ta’ bureau barrani jew tal-bureau lokali fil-
forma stabbilita fir-rakkomandazzjoni ta’ Gunju 1952 maghmula
mis-Sub-Committee on Road Transport ta’ l-Inland Transport
Committee tal-Komunjoni Ekonomika Ewropeja, kif emendata
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
2      KAP. 104. h      GHAR-RISKJI  ’  I  I
minn zmien ghal zmien;
"drajver", meta persuna separata jkollha f’idejha s-steering
wheel ta’ vettura tal-mutur, tikkomprendi din il-persuna kif ukoll
kull persuna ohra inkarigata mis-sewqan tal-vettura, u l-kelma
"issuq" ghandha tiftiehem bl-istess mod;
"motor cycle" tfisser vettura bil-mutur b’zewg roti;
"polza ta’ sigurta " tfisser polza ta’ sigurta  jew covering note li
tkun mahruga minn assiguratur awtorizzat u tinkludi certifikat
internazzjonali ta’ sigurta  mahrug lil sewwieq ta’ karrozza li jkun
qed izur pajjiz u valida ghal Malta;
"sid", dwar vettura li hija l-oggett ta’ kuntratt ta’ kiri jew ta’
kuntratt ta’ hire purchase, tfisser il-persuna fil-pussess tal-vettura
taht dak il-kuntratt;
"stabbilit" tfisser stabbilit b’regolamenti;
"triq" tfisser triq, sqaq, pjazza, fortifikazzjoni jew post iehor ta’
moghdija ghall-pubbliku;
"vettura tal-mutur" tfisser vettura mmexxija b’makna u qieghda
jew tajba ghall-uzu fit-toroq, izda ma tikkomprendix steam traction
engine jew steam roller;
Kap. 332.
"vettura tat-trasport pubbliku" ghandha l-istess tifsir moghti lilha
bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar Awtorita  dwar it-Trasport ta’ Malta. 
Il-persuni li juzaw 
vetturi tal-mutur 
ghandhom ikunu 
assigurati kontra r-
riskji ta’ terzi 
persuni. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIII. 1968.2; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XLI. 1986.2,3;
XXIII. 2000.30.
3. (1) Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza,
hadd ma jista’ juza jew igieghel jew ihalli lil persuna ohra tuza
vettura tal-mutur fit-toroq kemm-il darba, ghall-uzu tal-vettura
minnu jew minn dik il-persuna l-ohra, skond il-kaz, ma tkunx
issehh polza ta’ sigurta  dwar ir-riskji ta’ terzi persuni, skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jehel,
meta jinsab hati -
(a) fil-kaz ta’ l-ewwel reat, multa ta’ mhux anqas minn
mitejn u hamsin lira (Lm250) izda ta’ mhux izjed minn
hames mitt lira (Lm500) jew prigunerija ghal zmien ta’
mhux izjed minn tliet xhur, jew il-multa u l-prigunerija
flimkien;
(b) fil-kaz tat-tieni reat, multa ta’ mhux anqas minn hames
mitt lira (Lm500) izda ta’ mhux izjed minn seba’ mija
u hamsin lira (Lm750) jew prigunerija ghal zmien ta’
mhux izjed minn sitt xhur, jew il-multa u l-prigunerija
flimkien;
(c) fil-kaz tat-tielet reat jew iktar, multa ta’ mhux anqas
minn seba’ mija u hamsin lira (Lm750) izda ta’ mhux
izjed minn elf lira (Lm 1,000) jew prigunerija ghal
zmien ta’ mhux izjed minn sena, jew il-multa u l-
prigunerija flimkien, u - 
(i) meta r-reat ikun jikkonsisti fl-uzu ta’ vettura tal-
mutur fi triq minn min ikun sid il-vettura tal-
mutur jew minn impjegat ta’, jew minn membru
tal-familja ta’ u li jkun jghix ma’, sid il-vettura
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GHAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI g K AP. 104.     3
tal-mutur, u ma jkunx hemm fis-sehh polza ta’ l-
assigurazzjoni dwar din il-vettura skond ma
ghandha tkun taqbel mal-htigijiet ta’ din l-
Ordinanza, il-qorti ghandha, b’zieda mal-pieni
indikati f’dan is-sub-paragrafu, tordna l-
konfiska tal-vettura tal-mutur;
(ii) meta r-reat, kif imsemmi, jitwettaq minn xi
haddiehor, il-qorti ghandha, b’zieda mal-pieni
indikati f’dan is-sub-paragrafu, twahhal multa
ohra li tkun daqs il-valur tal-vettura tal-mutur.
(2A) Kull min jinstab hati ta’ reat taht dan l-artikolu ghandu
(hlief jekk il-qorti ghal ragunijiet specjali tikkunsidra li tordna mod
iehor u minghajr pregudizzju ghas-setgha tal-qorti li tordna zmien
itwal ta’ skwalifika) jigi skwalifikat milli jkollu jew li jikseb
licenza tas-sewqan ghal zmien ta’ tnax-il xahar mid-data li jkun gie
misjub hati:
Izda jekk l-esekuzzjoni tas-sentenza li biha wiehed jinstab
hati titwaqqaf wara li min ikun instab hati jiddikjara li bi hsiebu
jappella minn dik is-sentenza, iz-zmien ta’ skwalifika jibda
ghaddej- 
(a) jekk din tigi konfermata jew imnaqqsa b’decizjoni tal-
Qorti ta’ l-Appell Kriminali, mid-data ta’ din id-
decizjoni;
(b) jekk ma jigix prezentat rikors ta’ appell fiz-zmien li
trid il-ligi, mill-ewwel jum wara l-gurnata li fiha jkun
skada t-terminu;
(c) jekk l-appell jigi cedut permezz ta’ nota, mill-jum
meta tigi prezentata din in-nota fil-qorti jew, jekk l-
appell jigi mod iehor dezert wara l-prezentata tar-
rikors ta’ l-appell, minn dak il-jum minn meta l-Qorti
ta’ l-Appell Kriminali tiddeciedi wara li jsir rikors
mill-Kummissarju tal-Pulizija jew mill-Awtorita  dwar
it-Trasport ta’ Malta.
Kap. 9. 
Kap. 446.
(2B) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21 tal-Kodici Kriminali u
ta’ l-Att dwar il-Probation, ma japplikawx fil-kaz ta’ xi reat kontra
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(3) Ghad illi f’ligijiet ohra jista’ jkun hemm zmien stabbilit li
fih ghandhom isiru proceduri quddiem qorti, il-procedi-ment ghal
reat taht dan l-artikolu jista’ jsir - 
(a) fi zmien sitt xhur mid-data li fiha jkun sar ir-reat
allegat; jew
(b) fi zmien li ma jiskorrix la tliet xhur mid-data li fiha l-
prosekuzzjoni tkun giet taf li sar ir-reat u lanqas sena
mid-data li fiha jkun sar ir-reat, 
skond liema zmien minnhom ikun l-itwal.
(4) Dan l-artikolu ma jghoddx - 
(a) ghal vetturi tal-mutur ta’ proprjeta  tal-Gvern ta’ Malta
meta dawn il-vetturi jigu biss uzati u impjegati fis-
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
4      KAP. 104. h      GHAR-RISKJI  ’  I  I
servizz tal-Gvern ta’ Malta;
(b) ghal xi klassi determinata ta’ vetturi tal-mutur li
ghaliha l-Ministru responsabbli ghat-trasport jordna
b’regolament li dan l-artikolu m’ghandux ighodd.
Rekwiziti dwar il-
poloz. 
Emendat: 
XXIII.1962.2; 
III. 1985.3; 
XLI. 1986.3;
VII.1990.2.
4. (1) Sabiex polza ta’ sigurta  tkun skond id-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza, ghandha tkun, barra milli tkun polza ta’ sigurta
kif imfisser fl-artikolu 2, li tassigura lil dik il-persuna, persuni, jew
klassijiet ta’ persuni, kif specifikat fil-polza, kontra kull
responsabbilta  li hija jista’ jkollha jew huma jista’ jkollhom
minhabba l-mewt ta’ persuna jew offiza fuq il-persuna jew il-hsara
lil xi proprjeta , kkagunata mill-uzu jew minhabba l-uzu ta’ vettura
tal-mutur fit-triq:
Izda ma jkunx mehtieg li dik il-polza tkun tkopri - 
(i) responsabbilta  ghall-mewt ta’ persuna li tkun fl-
impieg ta’ persuna assigurata bil-polza,
ikkagunata minhabba u fil-kors ta’ impieg
taghha, jew ghall-offiza fuq il-persuna li dik il-
persuna tbati minhabba u fil-kors ta’ l-impieg
taghha; jew
(ii) fil-kaz ta’ motor cycle, responsabbilta  ghall-
mewt ta’ persuni jew ghal offiza fuq persuni li
jingarru fi jew fuq, jew li jitilghu fuq jew jinzlu
mill-motor  cycle fil-hin tal-grajja li minnha
jinqalghu talbiet ghad-danni; jew
(iii) responsabbilta  li gejja minn kuntratt; jew
(iv) responsabbilta  ghal dik il-hsara lill-proprjeta  ta’
terzi persuni, ikkagunata f’incident wiehed, li
tkun teccedi l-hamsin elf lira; jew
(v) responsabbilta  ghall-hsara lill-proprjeta  ta’ terzi
persuni li tkun fuq jew gewwa l-vettura tal-
mutur assigurata jew li tkun fil-pussess tal-
persuna assigurata.
(2) Meta jsir hlas minn assiguratur awtorizzat taht polza
mahruga bis-sahha ta’ din l-Ordinanza, minhabba l-mewt ta’
persuna jew l-offizi fuq il-persuna kkagunata mill-uzu ta’ vettura
fit-toroq, u l-assiguratur awtorizzat ikun jaf li l-persuna li mietet
jew li batiet l-offiza giet ikkurata fi sptar ghal dik l-offiza fatali jew
offiza ohra fuq il-persuna, ghandhom ukoll jithallsu mill-
assiguratur awtorizzat lill-isptar l-ispejjez ragonevoli ta’ l-isptar
ghal dik il-kura, sa ammont mhux izjed minn hamsa u ghoxrin lira
ghal kull persuna hekk ikkurata.
Ghall-finijiet ta’ dan is-subartikolu l-kelma "sptar" tfisser
istitut li jipprovdi kura medika jew kirurgika lill-morda li
jinzammu gewwa l-isptar.
(3) Il-persuna li taghti polza ta’ sigurta  taht dan l-artikolu hija
obbligata tindennizza lill-persuni jew klassijiet ta’ persuni
specifikati fil-polza ghal kull responsabbilta  li l-polza espressament
tkopri fil-kaz ta’ dawk il-persuni jew klassijiet ta’ persuni.
(4) Hlief meta polza ta’ sigurta  ma tkunx certifikat
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GHAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI g K AP. 104.     5
internazzjonali ta’ sigurta , polza ta’ sigurta  ma ghandha ebda effett
ghall-finijiet ta’ din l-Ordinanza kemm-il darba u sakemm ma jigix
mahrug mill-assiguratur awtorizzat favur il-persuna li hadet il-
polza, certifikat (hawnhekk izjed ’il quddiem imsemmi "certifikat
ta’ sigurta ") fil-forma stabbilita; u meta l-polza ta’ sigurta  tkun
certifikat internazzjonali ta’ sigurta , dak ic-certifikat
internazzjonali ghandu, ghall-finijiet kollha ta’ din l-Ordinanza
hlief meta r-rabta tal-kliem ma tehtiegx xort’ohra, ikun ic-certifikat
ta’ sigurta  mehtieg li jinhareg taht dan is-subartikolu.
Rekwiziti dwar 
garanziji. 
Emendat: 
X. 1947.2;
VI. 1958.2;
XXII. 1962.3; 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
5. Imhassar bl-artikolu 3 ta’ l-Att XLI ta’ l-1986.
Certi 
kondizzjonijiet fil-
poloz 
m’ghandhomx 
effett. 
Emendat: 
XLI. 1986.3. 
6. Kull kondizzjoni f’polza mahruga ghall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza, li biha jigi stabbilit li ebda responsabbilta  ma tinholoq
bis-sahha tal-polza, jew li kull responsabbilta  hekk mahluqa
tispicca, fil-kaz ta’ xi haga determinata li tigi maghmula jew li
tonqos li tigi maghmula wara li jigri l-fatt li jaghti lok ghat-talba
tad-danni taht il-polza, m’ghandhiex effett rigward dawk it-talbiet
ghad-danni msemmija fl-artikolu 4(1)(b):
Izda xejn f’dan l-artikolu m’ghandu jittiehed bhala li
jannulla d-disposizzjonijiet ta’ polza li jobbligaw lill-persuna
assigurata li thallas lura lill-assiguratur awtorizzat kull somma illi
dan ikun obbligat ihallas taht il-polza u li tkun serviet fil-hlas tat-
talbiet ghal danni lil terzi persuni.
Mat-talba ghal 
licenza ta’ vettura 
tal-mutur ghandu 
jingieb certifikat 
ta’ sigurta  . 
Emendat: 
XLI. 1986.3.
7. Il-persuna li titlob licenza jew it-tigdid ta’ licenza ghal
vettura tal-mutur ghandha ggib prova kif jigi stabbilit illi jew- 
(a) li fid-data meta l-licenza jibda jkollha effett tkun
issehh il-polza ta’ sigurta  mehtiega ghall-uzu tal-
vettura mir-rikorrent jew minn persuni ohrajn b’ordni
tieghu jew bil-permess tieghu; inkella
(b) li l-vettura hija wahda li ghaliha jghodd l-artikolu 3(4).
Meta hu mehtieg li 
wiehed juri c- 
certifikat ta’ 
sigurta . 
Emendat: 
XLI. 1986.3; 
VII. 1990.3;
III. 1998.3.
8. (1) Kull min isuq vettura tal-mutur fit-toroq ghandu, meta
jigi mitlub minn membru tal-Pulizija, jaghti ismu u l-indirizz
tieghu u l-isem u l-indirizz tas-sid tal-vettura tal-mutur u ghandu
juri c-certifikat tieghu, u jekk jonqos li jaghmel dan ikun hati ta’
reat:
Izda, jekk id-drajver ta’ vettura tal-mutur fi zmien jumejn
mid-data li fiha jkun gie mitlub biex juri c-certifikat tieghu, juri
huwa stess ic-certifikat lill-Kummissarju tal-Pulizija, hu
m’ghandux jigi misjub hati taht dan is-subartikolu tar-reat li naqas
li juri c-certifikat tieghu.
(2) Jekk f’xi kaz li, minhabba l-prezenza ta’ vettura tal-mutur
fit-triq, jigri accident li jikkaguna offiza fuq persuna ohra jew hsara
lil xi vettura, annimal jew proprjeta  ohra, id-drajver tal-vettura ma
jurix f’ dak il-hin ic-certifikat tieghu lil membru tal-Pulizija li
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
6      KAP. 104. h      GHAR-RISKJI  ’  I  I
jitlob li jarah, jew lil persuna ohra li jkollha raguni tajba li titlob li
tarah, huwa ghandu, mill-izjed fis li jista’ jkun, u f’ebda kaz aktar
tard minn erbgha u ghoxrin siegha mill-accident, jirrapporta l-
accident fi stazzjon tal-Pulizija, u juri hemm ic-certifikat tieghu, u
jekk jonqos li jaghmel dan huwa jkun hati ta’ reat:
Izda persuna m’ghandhiex tigi misjuba hatja taht dan is-
subartikolu tar-reat li naqset li turi c-certifikat taghha jekk, fi zmien
jumejn minn dakinhar li jigri l-accident, turi hija stess ic-certifikat
taghha lill-Kummissarju tal-Pulizija.
(3) Hu dmir tas-sid ta’ vettura tal-mutur li jaghti dawk l-
informazzjonijiet li jigi mitlub jaghti minn ufficjal tal-Pulizija
mhux taht il-grad ta’ sotto-spettur, jew f’isem dak l-ufficjal, dwar l-
identita  tad-drajver ta’ vettura tal-mutur kull meta d-drajver, taht
is-subartikolu (1), ikun gie mitlub li juri c-certifikat tieghu, u jekk
is-sid jonqos li jaghmel dan huwa jkun hati ta’ reat.
(4) F’dan l-artikolu l-kelmiet "juri c-certifikat tieghu" ifissru
juri ghall-ezami c-certifikat mehtieg ta’ sigurta  jew prova ohra li l-
vettura tal-mutur mhix tinsaq jew ma kinitx tinsab
b’kontravvenzjoni ta’ l-artikolu 3, kif jigi stabbilit.
Meta hu mehtieg li 
wiehed juri l-poloz 
ta’ sigurta .
9. Il-persuna li tigi mitluba taht id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza li turi lil ufficjal tal-Pulizija certifikat ta’ sigurta  mahrug
lilha taht l-artikolu 4(4) ghandha, meta tigi hekk mitluba, turi lil
dak l-ufficjal tal-Pulizija l-polza ta’ sigurta  li ghaliha dak ic-
certifikat jirriferixxi, u jekk tonqos li taghmel dan hija tkun hatja
ta’ reat:
Izda jekk din il-persuna fi zmien jumejn minn dakinhar li
tkun giet hekk mitluba biex turi l-polza ta’ sigurta  taghha, turi hija
stess il-polza lill-Kummissarju tal-Pulizija, hija ma tigix hatja tar-
reat li naqset li turi l-polza taghha.
Dmir ta’ l- 
assiguraturi li 
jesegwixxu l-hlas li 
ghalih tkun giet 
ikkundannata 
persuna assigurata 
kontra r-riskji ta’ 
terzi persuni. 
Emendat: 
XXII. 1962.4; 
III. 1985.4; 
XLI. 1986.4; 
VII. 1990.4.
10. (1) Jekk, wara li jkun inhareg certifikat ta’ sigurta  taht l-
artikolu 4(4) ta’ l-artikolu 4 lill-persuna li tkun hadet il-polza, tigi
moghtija sentenza kontra persuna assigurata bil-polza, dwar
responsabbilta  li ghandha tkun koperta minn polza taht l-artikolu
4(1) (meta hija responsabbilta  koperta bil-kondizzjonijiet tal-
polza), f’dan il-kaz, ghad illi l-assiguratur awtorizzat ikun jista’
jannulla jew ihassar, jew ikun annulla jew hassar il-polza, huwa
ghandu, bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ihallas lill-
persuni li favur taghhom tkun inghatat is-sentenza, kull somma ta’
flus li ghandha tithallas bis-sahha ta’ dik is-sentenza dwar ir-
responsabbilta  fuq imsemmija, kompriz l-ammont li jmiss jithallas
ghal spejjez u ghal imghaxijiet fuq dik is-somma.
(2) Ebda somma ma jkollha tithallas mill-assiguratur
awtorizzat taht id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu- 
(a) b’effett ta’ sentenza, kemm-il darba qabel jew fi zmien
sebat ijiem wara tmiem il-provi ta’ l-attur fil-
procediment li fih tkun giet moghtija s-sentenza, ma
jinghatax avviz ta’ dak il-procediment b’att
gudizzjarju lill-assiguratur awtorizzat; jew
(b) b’effett ta’ sentenza, sakemm l-esekuzzjoni taghha
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GHAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI g K AP. 104.     7
tibqa’ sospiza sakemm jinqata’ l-appell; jew
(c) b’effett ta’ responsabbilta  jekk qabel ma jigri l-fatt li
jkun ikkaguna l-mewt jew l-offiza fuq il-persuna jew
hsara lil proprjeta  illi taghti lok ghal dik ir-
responsabbilta , il-polza kienet giet imhassra mill-
partijiet bil-kunsens ta’ xulxin jew bis-sahha ta’
kondizzjoni fl-istess polza, u -
(i) jew qabel ma jigri l-fatt hawn fuq imsemmi c-
certifikat ikun gie moghti lura lill-assiguratur
awtorizzat, jew il-persuna li ghaliha c-certifikat
ikun inhareg, tkun ghamlet u tat lill-assiguratur
awtorizzat dikjarazzjoni mahlufa li c-certifikat
intilef jew gie distrutt, inkella
(ii) wara li jigri l-fatt hawn fuq imsemmi, izda qabel
ma jaghlqu erbatax-il gurnata minn meta jibda l-
effett tat-thassir tal-polza, ic-certifikat ikun gie
moghti lura lill-assiguratur awtorizzat jew il-
persuna li ghaliha c-certifikat ikun inhareg, tkun
ghamlet u tat dik id-dikjarazzjoni mahlufa kif
inghad hawn fuq, inkella
(iii) sew qabel kemm wara li jigri l-fatt hawn fuq
imsemmi, izda fiz-zmien li jinghad hawn fuq ta’
erbatax-il gurnata, l-assiguratur awtorizzat ikun
beda procediment taht din l-Ordinanza minhabba
li ma jkunx gie moghti lura c-certifikat.
(3) Ebda somma ma jkollha tithallas mill-assiguratur
awtorizzat taht id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
jekk, f’kawza mibdija qabel, jew fi zmien tliet xhur wara, li jinbeda
l-procediment li fih tkun giet moghtija s-sentenza, hu jkun ha
dikjarazzjoni illi, apparti mid-disposizzjonijiet tal-polza, huwa
ghandu jedd li jannullaha minhabba li kienet ittiehdet bil-habi ta’
fatt sostanzjali jew billi gie rapprezentat fatt li kien falz f’xi
partikolarita  sostanzjali, jew, jekk ikun annulla l-polza ghal dik ir-
raguni, illi kellu jedd li jaghmel hekk apparti mill-kondizzjonijiet
taghha:
Izda, assiguratur awtorizzat li jkun ha f’kawza d-
dikjarazzjoni kif jinghad hawn fuq ma jkollux b’daqshekk il-jedd
ghall-beneficcju ta’ dan is-subartikolu dwar sentenza mehuda fi
procediment mibdi qabel ma tkun bdiet dik il-kawza, kemm-il
darba qabel jew fi zmien sebat ijiem wara li tibda dik il-kawza hu
ma jkunx ta avviz taghha b’att gudizzjarju lill-persuna li tkun l-
attrici f’dak il-procediment billi jispecifika l-habi jew ir-
rapprezentazzjoni falza li huwa bi hsiebu jibbaza ruhu fuqhom, u
kull persuna li tigi moghtija avviz ta’ dik il-kawza jkollha l-jedd,
jekk trid, li ssir parti fiha.
(4) Jekk l-ammont li assiguratur awtorizzat ikun sar obbligat
ihallas taht dan l-artikolu minhabba responsabbilta  ta’ persuna
assigurata b’polza jkun jiskorri l-ammont li ghalih, apparti mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kien ikun obbligat bil-polza
minhabba dik ir-responsabbilta , huwa jkollu jedd jiehu lura
minghand dik il-persuna z-zejjed li jkun hallas.
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
8      KAP. 104. h      GHAR-RISKJI  ’  I  I
(5) F’dan l-artikolu, il-kelma "sostanzjali" tfisser ta’ xorta tali
li tinfluwenza d-decizjoni ta’ assiguratur prudenti meta jigi biex
jara jekk ghandux jiehu r-riskju, u, f’dan il-kaz, b’liema premium u
taht liema kondizzjonijiet, u l-espressjoni "responsabbilta  koperta
bil-kondizzjonijiet tal-polza" tfisser responsabbilta  li hija koperta
bil-polza jew li kienet tkun hekk koperta li kieku l-assiguratur
awtorizzat ma kellux il-jedd li jannulla jew ihassar, jew ma
annullax jew ma hassarx, il-polza.
(6) Il-procediment jitqies li nbeda fid-data li fiha tigi
pprezentata c-citazzjoni f’qorti ta’ gurisdizzjoni civili.
(7) F’din l-Ordinanza, ir-riferenzi ghal certifikat ta’ sigurta
f’disposizzjonijiet dwar ir-radd ta’ certifikat ta’ sigurta  jew it-telfa
jew distruzzjoni tieghu, rigward poloz li tahthom ikun gie mahrug
izjed minn certifikat wiehed, ghandhom jiftiehmu bhala riferenzi
ghac-certifikati kollha, u, fil-kaz li tigi mahruga kopja ta’
certifikat, ghandhom jiftiehmu bhala li jikkomprendu riferenza ghal
dik il-kopja.
Privilegg fuq is-
somma li tithallas 
taht il-polza.
11. Il-persuna li lejha ssir responsabbli l-persuna assigurata li
lilha tkun giet mahruga polza ta’ sigurta  ghall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza ghandha privilegg bi preferenza fuq il-kredituri l-ohra
kollha fuq kull somma li jkun imiss tithallas lill-persuna assigurata
mill-assiguratur awtorizzat bis-sahha tal-polza.
Nullita  ta’ 
restrizzjonijiet 
dwar 1-iskop tal-
poloz, u ta’ 
kuntratti li 
jirrestringu r-
responsabbilta  
rigward trasport 
b’kiri jew bi hlas 
ta’ passiggieri. 
Emendat: 
XLI. 1986.5.
12. (1) Meta certifikat ta’ sigurta  jigi mahrug taht l-artikolu
4(4) lill-persuna li tkun hadet il-polza, dak li fil-polza jkun qieghed
biex jirrestringi l-assigurazzjoni tal-persuna assigurata minn dik il-
polza b’riferenza ghal dawn il-hwejjeg li gejjin:
(a) il-kondizzjoni tal-persuna li ssuq il-vettura; jew 
(b) il-kondizzjoni tal-vettura; jew
(c) in-numru tal-persuni li l-vettura tghabbi; jew
(d) il-piz jew il-karatteristici fizici tal-merkanzija li l-
vettura tghabbi; jew
(e) il-hinijiet li fihom jew l-area li fiha l-vettura hija
wzata; jew
(f) il-forza (tal-makna) u l-valur tal-vettura; jew 
(g) li l-vettura jkollha apparati partikolari; jew
(h) li l-vettura jkollha mezzi specjali ta’ identifikazzjoni
barra mill-mezzi ta’ identifikazzjoni li huma mehtiega
mill-ligijiet jew taht il-ligijiet li jkunu jsehhu; jew
(i) il-kulur tal-vettura; jew
(j) l-eta  ta’ min ikun qed isuq il-vettura,
m’ghandu ebda effett dwar dawk ir-responsabbiltajiet li ghandhom
ikunu koperti mill-polza taht l-artikolu 4(1)(b): 
Izda xejn f’dan is-subartikolu ma jobbliga assiguratur
awtorizzat li jhallas somma minhabba r-responsabbilta  ta’ persuna
ghal hag’ohra hlief biex tigi sodisfatta, f’kollox jew f’parti, dik ir-
responsabbilta , u kull somma mhallsa mill-assiguratur awtorizzat
biex tigi sodisfatta, f’kollox jew f’parti, ir-responsabbilta  ta’
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GHAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI g K AP. 104.     9
persuna koperta bil-polza, bis-sahha biss ta’ dan is-subartikolu,
tista’ minnu tittiehed lura minghand dik il-persuna.
(2) Il-kuntratt ghat-trasport ta’ passiggier f’vettura tal-mutur li
fiha l-passiggieri jigu ttrasportati b’kiri jew bi hlas, huwa null
f’dawk il-partijiet tieghu li jeskludu jew inaqqsu r-responsabbilta
ta’ persuna dwar talba ghad-danni li tista’ ssir kontra dik il-persuna
minhabba l-mewt jew offiza fuq il-persuna ta’ passiggier waqt it-
trasport tieghu fil-vettura tal-mutur jew fuqha, jew waqt li jkun
diehel fiha, jew tiela’ fuqha jew niezel minnha, jew li jimponu xi
kondizzjonijiet dwar is-sehh ta’ din ir-responsabbilta .
Hu dmir ta’ 
persuna li kontra 
taghha jigi mitlub 
hlas ta’ danni, li 
taghti 
informazzjoni 
dwar is-sigurta . 
Emendat: 
VII. 1990.5.
13. (1) Kull persuna li kontra taghha jintalbu danni dwar
responsabbilta  li ghandha tkun koperta minn polza taht is-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 4 ta’ din l-Ordinanza, meta mistoqsija
mill-persuna li titlob id-danni, jew fl-isem ta’ din il-persuna,
ghandha tiddikjara jekk kenitx jew le assigurata dwar dik ir-
responsabbilta  b’polza li ghandha effett ghall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza, jew kenitx tkun hekk assigurata li kieku l-assiguratur
awtorizzat ma annullax jew ma hassarx il-polza, u, fil-kaz li kienet
jew kienet tkun hekk assigurata, ghandha taghti dawk il-
partikolaritajiet dwar dik il-polza li kienu specifikati fic-certifikat
ta’ sigurta  mahrug ghaliha taht l-artikolu 4(4).
(2) Kull min, minghajr raguni tajba, jonqos mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, jew volontarjament jaghmel
dikjarazzjoni falza bi twegiba ghall-mistoqsija kif jinghad hawn
fuq, ikun hati ta’ reat.
Dmir li c-certifikat 
jigi moghti lura 
meta l-polza tigi 
mhassra. 
14. Meta certifikat ta’ sigurta  jigi mahrug taht l-artikolu 4(4)
lill-persuna li tkun hadet il-polza u l-polza tigi mhassra bil-kunsens
ta’ xulxin bis-sahha ta’ kondizzjonijiet fil-polza, il-persuna li favur
taghha jkun gie mahrug ic-certifikat ghandha, fi zmien sebat ijiem
minn dakinhar li t-thassir ikollu effett, taghti lura c-certifikat lill-
assiguratur awtorizzat jew, jekk ikun gie mitluf jew distrutt,
taghmel u taghti lill-assiguratur awtorizzat dikjarazzjoni mahlufa
f’dan is-sens, u kemm-il darba tonqos li taghmel dan, tkun hatja ta’
reat.
Applikazzjoni ta' xi 
artikoli ta’ l-
Ordinanza ghall-
garanziji. 
15. Imhassar bl-artikolu 3 ta’ l-Att XLI ta' l-1986.
Hlas u sigurta  dwar 
kura ta’ urgenza ta’ 
offizi fuq il-
persuna li jigru 
minhabba l-uzu ta’ 
vetturi tal-mutur 
fit-toroq.
Emendat: 
VII. 1990.6.
16. (1) Meta tkun tinhtieg minnufih kura jew ezami mediku
jew kirurgiku minhabba offiza fuq il-persuna (kompriza offiza
fatali) ikkagunata lil persuna bl-uzu jew minhabba l-uzu ta’ vettura
tal-mutur fit-toroq, u l-kura jew l-ezami hekk mehtieg (f’dan l-
artikolu msejha "kura ta’ urgenza") jigu effettwati minn tabib bil-
licenza, il-persuna li kienet tuza l-vettura fiz-zmien illi jigri l-fatt li
jkun ikkaguna offiza fuq il-persuna ghandha, fuq talba li ssir skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu ta’ wara dan, thallas lit-tabib jew,
jekk il-kura ta’ urgenza tkun giet effettwata minn izjed minn tabib
wiehed, lit-tabib li minnu giet l-ewwel effettwata, dritt kif, minn
zmien ghal iehor, jigi stabbilit.
(2) Meta l-kura ta’ urgenza tigi l-ewwel effettwata fi sptar
(jigifieri, f’istitut li jipprovdi kura medika jew kirurgika lill-morda
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
10      KAP. 104. h      GHAR-RISKJI  ’  I  I
li jinzammu gewwa l-isptar) id-disposizzjonijiet tas-subartikolu ta’
qabel dan dwar il-hlas tad-dritt, sa fejn jistghu jghoddu, ghandhom
effett daqs li kieku r-riferenzi ghal tabib bil-licenza kienu riferenzi
ghal sptar.
(3) Ir-responsabbilta  li bis-sahha ta’ dan l-artikolu taqa’ tahtha
l-persuna li tuza l-vettura, meta l-fatt li bih inholqot ikun gie
ikkagunat bl-att hazin ta’ persuna ohra, ghandha titqies ghall-
finijiet tat-talba ghad-danni li jkun imisshom jithallsu minhabba
dak l-att hazin, bhala danni li batiet il-persuna li tuza l-vettura.
(4) Fl-artikolu 4(1), ir-riferenza ghar-responsabbilta  dwar il-
mewt jew offiza fuq il-persuna, titqies li tikkomprendi riferenza
ghar-responsabbilta  tal-hlas taht dan l-artikolu ghall-kura ta’
urgenza mehtiega minhabba offiza fuq il-persuna, u l-proviso ta’
dak il-paragrafu m’ghandux effett rigward ir-responsabbilta  tal-
hlas taht dan l-artikolu.
Disposizzjonijiet u 
disposizzjonijiet 
supplimentarji 
dwar talbiet ghall-
hlas ta’ kura ta’ 
urgenza. 
Emendat:
XXIII. 2000.30.
17. (1) L-Awtorita  dwar it-Trasport ta’ Malta, meta mitluba
minn persuna li tippretendi li ghandha jedd li titlob hlas taht l-ahhar
artikolu qabel dan ghandha taghti lil dik il-persuna kull
informazzjoni li tista’ dwar il-marki ta’ identifikazzjoni tal-vettura
tal-mutur li, dik il-persuna tippretendi, hija l-vettura li bl-uzu
taghha grat l-offiza fuq il-persuna, u dwar l-identita  u l-indirizz tal-
persuna li kienet tuza l-vettura fiz-zmien li gara l-fatt li ikkaguna
dik l-offiza.
(2) It-talba ghall-hlas taht l-ahhar artikolu qabel dan tista’, fiz-
zmien li tkun qieghda ssir il-kura ta’ urgenza, issir bil-fomm lill-
persuna li kienet tuza l-vettura, u jekk ma ssirx hekk ghandha ssir
b’talba bil-miktub innotifikata lil dik il-persuna fi zmien sebat
ijiem mill-gurnata li fiha tkun saret il-kura ta’ urgenza.
(3) It-talba bil-miktub ghandha tkun iffirmata minn min
jaghmilha jew, fil-kaz ta’ sptar, mill-ufficjal responsabbli tieghu,
ghandu jkun fiha l-isem u l-indirizz ta’ min jaghmilha, ic-
cirkostanzi li tahthom saret il-kura ta’ urgenza, u li l-ewwel saret
minn min jaghmel it-talba, jew fil-kaz ta’ sptar, fl-isptar.
(4) It-talba bil-miktub tista’ tigi notifikata billi tigi
ikkunsinnata lill-persuna li kienet tuza l-vettura, jew billi tigi
mibghuta f’ittra rregistrata bil-boll imhallas indirizzata lilha fil-
post fejn soltu toqghod jew fejn maghruf li kienet toqghod l-ahhar.
(5) Somma li ghandha tithallas taht l-ahhar artikolu qabel dan
tista’ tintalab bhallikieku kienet dejn civili li l-persuna li kienet
qieghda tuza l-vettura ghandha taghti lit-tabib jew lill-isptar.
(6) Il-hlas li jsir taht l-ahhar artikolu qabel dan lil tabib jew
sptar jiswa, sa l-ammont imhallas, bhala helsien mir-responsabbilta
tal-persuna li kienet qieghda tuza l-vettura, jew ta’ persuna ohra,
ghall-hlas ta’ kull somma dwar spejjez jew drittijiet tat-tabib jew
ta’ l-isptar biex saret ghal dik il-kura ta’ urgenza jew sabiex saret
dik il-kura.
(7) Il-hlas taht l-ahhar artikolu qabel dan ma jitqiesx bhala hlas
maghmul minn assiguratur awtorizzat jew sid ghall-finijiet ta’ l-
artikolu 4(2).
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GHAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI g K AP. 104.     11
Depozitu taht din l-
Ordinanza. 
18. Imhassar bl-artikolu 3 ta’ l-Att XLI ta' l-1986. 
Ghoti ta’ taghrif 
fil-kaz ta’ accidenti 
li jinvolvu hsara 
jew offiza fuq 
persuna.
Mizjud:
III. 1998.3.
18. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 17(1) ghandhom ikunu
mutatis mutandis japplikaw ghal talba ghal taghrif minn persuna li
tallega li tkun garrbet xi hsara jew offiza fuq persuna b’rizultat ta’
accident bhalma hemm imsemmi fl-artikolu 8(2) jew ghal talba
bhal dik mill-assiguratur ta’ dik il-persuna.
Falsifikazzjoni, 
ecc., ta’ certifikat.
Emendat:
A.L. 4 ta' l-1963; 
XLI. 1986.3; 
VIII. 1990.3;
XXIII. 2000.30.
19. (1) Kull min, bil-hsieb li jqarraq -
(a) jiffalsifika jew ibiddel jew juza jew jislef jew ihalli li
jigi wzat minn persuna ohra, certifikat ta’ sigurta  taht
din l-Ordinanza; jew
(b) jaghmel jew ikollu fil-pussess tieghu dokument li
jixbah hekk sewwa lil certifikat bhal dak fuq imsemmi
li jista’ jqarraq,
hu hati ta’ reat, u jehel, meta jinsab hekk hati, prigunerija ghal
zmien mhux izjed minn sena jew multa ta’ mhux izjed minn mitt
lira jew il-prigunerija u l-multa flimkien.
(2) Kull min biex jiehu licenza ta’ vettura tal-mutur jew biex
jiehu certifikat ta’ sigurta  taht din l-Ordinanza, jaghmel
dikjarazzjoni falza jew jahbi xi informazzjoni sostanzjali, jehel,
meta jinsab hati, prigunerija ghal zmien mhux izjed minn sitt xhur
jew multa ta’ mhux izjed minn hamsin lira jew il-prigunerija u l-
multa flimkien.
(3) Kull min johrog certifikat ta’ sigurta  li hu jaf li huwa falz
f’xi partikolarita  sostanzjali, jehel, meta jinsab hati, prigunerija
ghal zmien mhux izjed minn sitt xhur jew multa ta’ mhux izjed
minn hamsin lira jew il-prigunerija u l-multa flimkien.
(4) Jekk membru tal-korp tal-Pulizija jkollu raguni tajba biex
jahseb li certifikat ta’ sigurta  muri lilu skond id-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza mid-drajver ta’ vettura tal-mutur huwa
dokument li dwaru jkun sar reat taht dan l-artikolu, hu jista’ jaqbad
id-dokument u, meta dokument jigi maqbud taht dan l-artikolu, il
persuna li minghandha jigi mehud, kemm-il darba d-dokument ma
jkunx qabel gie moghti lura lilha jew kemm-il darba hija ma tkunx
qabel giet akkuzata ta’ reat taht dan l-artikolu, tigi migjuba
b’citazzjoni quddiem il-Qorti Kriminali tal-Magistrati biex taghti
kont talli kienet fil-pussess ta’ dak id-dokument, u l-qorti taghti
ordni dwar dak li ghandu jsir mid-dokument hawn fuq imsemmi
skond ma jkun xieraq fic-cirkostanzi tal-kaz.
(5) F’dan l-artikolu l-espressjoni "certifikat ta’ sigurta "
tikkomprendi kull dokument mahrug taht regolamenti maghmulin
mill-Ministru responsabbli ghat-trasport bis-sahha tas-setghat
moghtijin lilu taht din l-Ordinanza biex jistabbilixxi dokumenti li
jistghu jigu ipprezentati minflok certifikat ta’ sigurta .
Dikjarazzjoni jew 
taghrif foloz lil 
assiguratur 
awtorizzat.
Mizjud:
III. 1998.4.
19A.  Kull min, bil-ghan li jikseb xi vantagg jew beneficcju
ghalih innifsu jew ghal ohrajn, xjentement, f’dokument mahsub li
jasal ghand assiguratur awtorizzat, dikjarazzjoni jew stqarrija falza,
jew jaghti taghrif falz, dwar ic-cirkostanzi ta’ xi incident li
jikkaguna offiza fuq persuna jew hsara lil xi vettura, annimal jew
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
12      KAP. 104. h      GHAR-RISKJI  ’  I  I
proprjeta  ohra, jehel, meta jinsab hati, il-piena ta’ prigunerija ghal
zmien mhux izjed minn sitt xhur jew multa ta’ mhux inqas minn
hamsin lira u mhux izjed minn hames mitt lira jew il-prigunerija u
l-multa flimkien.
Prosekuzzjoni. 
Emendat: 
XIII. 1968.3. 
Kap. 9.
20. Il-procedimenti ghar-reati kollha taht din l-Ordinanza jsiru
skond id-disposizzjonijiet tal-Kodici Kriminali.
Min jirrifjuta li 
jaghti l-isem jew l-
indirizz u min 
jaghti isem jew 
indirizz falz. 
21. Jekk id-drajver ta’ vettura tal-mutur, li jkun ghamel reat
taht din l-Ordinanza jew taht regolamenti maghmulin bis-sahha
taghha, jirrifjuta li jaghti l-isem u l-indirizz tieghu, jew jaghti isem
jew indirizz falz, ikun hati ta’ reat taht din l-Ordinanza; u hu dmir
tas-sid tal-vettura tal-mutur, jekk jigi mitlub, li jaghti kull
informazzjoni li jkun jista’ jaghti u li tista’ tiswa biex jingharaf min
hu d-drajver u biex jinqabad, u jekk jonqos li jaghti din l-
informazzjoni jkun hati ta’ reat taht din l-Ordinanza.
Reati u pieni 
generali.
22. (1) Kull min b’att jew b’ommissjoni jikser jew ma
josservax id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jehel, meta ghall-
kaz ma jkunx hemm b’disposizzjoni specjali stabbilita piena ohra,
multa ta’ mhux izjed minn ghoxrin lira jew prigunerija ghal zmien
ta’ mhux izjed minn tliet xhur.
(2) Meta persuna, bis-sahha ta’ din l-Ordinanza jew ta’
regolamenti maghmulin tahtha, hija obbligata li taghmel jew li ma
taghmilx xi att jew xi haga, u tonqos li tesegwixxi dan l-obbligu, il-
qorti tista’ meta ssib hatja dik il-persuna, minbarra kull piena ohra
li tista’ taghti, tordna lil din il-persuna li tesegwixxi dak l-obbligu,
taht dawk il-kondizzjonijiet rigward hin u mod ta’ esekuzzjoni, jew
xort’ohra, li jidhrilha mehtiega sabiex iggieghel li jigi esegwit l-
ordni taghha.
(3) Jekk persuna tonqos li tesegwixxi l-ordni moghti kif
jinghad hawn fuq, il-qorti tista’, fid-diskrezzjoni taghha, tordna lil
dik il-persuna thallas somma mhux izjed minn lira ghal kull gurnata
li dak l-ordni jibqa’ mhux esegwit jew li dik il-persuna tigi
mizmuma l-habs sakemm tesegwixxi dak l-ordni:
Izda din il-persuna, ghan-nuqqas ta’ l-esekuzzjoni ta’ l-
ordni, ma tistax tigi kkundannata ghal somom li flimkien jaghmlu
izjed minn ghoxrin lira jew prigunerija ghal zminijiet li flimkien
jaghmlu izjed minn xahrejn, minbarra kull multa ohra jew zmien
iehor ta’ prigunerija li ghalihom tista’ xort’ohra tkun suggetta.
Regolamenti ghall-
finijiet ta’ din 1-
Ordinanza. 
Emendat: 
X. 1947.3;
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XLIX. 1981.6; 
XLI. 1986.3;
A.L. 163 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30.
23. (1) Il-Ministru responsabbli ghat-trasport jista’ jaghmel
regolamenti biex jistabbilixxi hwejjeg li jistghu jigu stabbiliti taht
din l-Ordinanza, u generalment dwar l-esekuzzjoni ta’ din l-
Ordinanza, u partikolarment, izda minghajr hsara tal-generalita  tad-
disposizzjonijiet ta’ qabel, jista’ jaghmel regolamenti -
(a) dwar il-formuli li ghandhom jigu wzati ghall-finijiet
ta’ din l-Ordinanza;
(b) dwar it-talbiet ghal certifikati ta’ sigurta  u ghal
dokumenti ohra li jistghu jigu stabbiliti u dwar il-hrug
taghhom, u dwar kif jinzammu notamenti ta’
dokumenti u kif jinghataw il-partikolaritajiet taghhom,
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GHAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI g K AP. 104.     13
jew dwar kif tinghata informazzjoni dwarhom lill-
Kummissarju tal-Pulizija jew lill-Awtorita  dwar it-
Trasport ta’ Malta, skond kif ikun jehtieg il-kaz;
(c) dwar il-hrug ta’ kopji tac-certifikati hawn fuq
imsemmija jew ta’ dokumenti ohra li jkunu mitlufa
jew distrutti;
(d) dwar il-kustodja, produzzjoni, thassir u radd ta’ dawn
ic-certifikati jew dokumenti ohra;
(e) dwar talbiet ghall-eghmil ta’ depoziti, dwar l-impieg
taghhom jew x’ghandu jsir minnhom, dwar il-hlas u r-
rati ta’ l-imghax fuq depoziti, u dwar ir-radd taghhom.
(2) Kull min jikser jew jonqos li jhares kull regolament taht din
l-Ordinanza jehel, ghal kull reat, dik il-piena massima ta’ mhux
izjed minn multa ta’ ghoxrin lira li tigi stabbilita mir-regolamenti.
