VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA      1
KAPITOLU 110
ORDINANZA DWAR IL-VALUTAZZJONI 
TA’ ARTIJIET MIBNIJA
Biex tipprovdi dwar il-valutazzjoni ta’ artijiet mibnija f’Malta.
20 ta’ Gunju, 1941
L-ORDINANZA VIII ta’ l-1941, u giet emendata bl-Ordinanza VI ta’ l-
1943; bl-Avviz Legali 4 ta’ l-1963; bl-Atti: XXXI ta’ l-1966, LVIII ta’ l-
1974; bl-Avviz Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XXII ta’ l-1976, VIII ta’ l-
1990, XXIV ta’ l-1995 u VI ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor. 
il-Valutazzjoni ta’ Artijiet Mibnija.
Tifsir.
Emendat: 
VI. 1943.2;
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXII. 1976.4.
2. F’din l-Ordinanza u f’kull regolament maghmul bis-sahha
taghha, kemm-il darba mis-suggett jew mill-kuntest ma jkunx
jidher xort’ohra - 
"art" tfisser, bla hsara tas-sens specjali ta’ din il-kelma fil-kaz ta’
art mibnija gewwa art akbar, kull art ipposseduta kollha f’daqqa
bhala haga wahda, izda dil-kelma ma tfissirx - 
(a) l-artijiet jew bicca minn artijiet uzati bhala kappella
tal-mejtin jew uzati biss bhala knisja, kappella jew
post pubbliku ghall-qima t’Alla; jew
(b) artijiet li l-jeddijiet legali kollha fuqhom, barra mill-
kiri, jkunu jmissu lill-Gvern ta’ Malta;
(c) kmamar ta’ l-ghodod, egheriexem, jew grieni, jew bini
iehor zghir maqtugh ghalih, li ma jkunux qeghdin
sabiex wiehed dejjem jorqod fihom is-sena kollha u li
s-sura taghhom turi li m’humiex tajbin biex jinkrew
mifrudin mill-ghalqa li fiha jkunu jinsabu;
"art mibnija" jfisser art li tikkonsisti, jew, minghajr il-hsara jekk
tkun gratilha, minn eghmil il-ghadu jew ta’ kontra l-ghadu, kienet
tkun, fil-jum ta’ l-istima, ghadha tikkonsisti, f’bini jew sehem minn
bini, kien x’kien l-ghan ghal liema nbena, u fiha tigbor kull art (kif
ukoll kull bini iehor li jaghmel maghha) li wiehed jistenna li
ordinarjament tkun jew kienet taghmel mal-bini jew sehem minn
bini l-ewwel imsemmi u fiha tigbor xi gnien ta’ dar ta’ dak il-bini l-
ewwel imsemmi jew sehem ta’ bini, izda ma jfissirx xi mpjant u
makkinarju, jekk ikun hemm, li jkun jinsab hemmhekk, jew xi park
jew kortin jew raba’, jekk ikun hemm, li jaghmel ma’ l-art mibnija
(f’dak il-kaz hawnhekk imsejha "art mibnija f’art akbar") li minnha
huwa jaghmel sehem;
"jum ta’ stima" jfisser l-20 ta’ Gunju, 1941, jew, fil-kaz biss ta’
artijiet mibnija li sfaw mhux mitmuma jew li ma kienux jezistu
f’dak il-jum, il-jum meta jigu mitmuma;
"kiri" ma jfissirx ukoll enfitewsi, izda jfisser ukoll okkupazzjoni
bis-sahha ta’ ordni ta’ rekwizizzjoni;
  2      KAP. 110. h        VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA
"sid" ifisser il-persuna li f’certu jum tircievi, jew li b’jeddha
stess tista’ tikri u tircievi l-kera ta’ art u t-tutur, kuratur,
amministratur, prokuratur jew rapprezentant iehor ta’ dan is-sid,
jew meta dan is-sid ma jkunx jista’ jinsab malajr, dik il-persuna illi,
minghajr ma tkun tinhtieg prova ohra, tigi mahtura, fuq rikors ta’ l-
Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ Artijiet, mis-Sekond’Awla tal-Qorti
Civili, u jfisser ukoll mill-jum tat-trasferiment, kull persuna li lilha
jkun gie trasferit l-interess tas-sid bejn il-jum ta’ l-istima u dak li
fih jigi stabbilit fuq stima il-valur fis-sena ta’ l-art:
Izda fil-kaz ta’ art mibnija li tkun in komun u li taghha l-
Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ma jkunx jaf li hemm
amministratur komuni, jitqies li hu l-amministratur komuni dak is-
sid li l-komproprjetarji, fi zmien ghaxart ijiem mill-jum li fih l-
Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ikun talabhom li jahtru
amministratur, igharrfu lil dak l-ufficjal li huma hatru, jew, fin-
nuqqas ta’ din it-taghrifa, il-komproprjetarju jew terza persuna ohra
li l-Ufficjal tal- Valutazzjoni ta’ l-Artijiet fid-dehen tieghu, jahtar
bhala amministratur komuni (li jkollu jedd li jikri l-art mibnija u
jdahhal il-kera taghha u xort’ohra jamministra l-proprjeta
bhallikieku kien amministratur mahtur ghalhekk minn qorti
kompetenti biex jamministra proprjeta  immobbli) fuq dawk il-
kondizzjonijiet l-ohra li huwa fid-dehen tieghu jidhirlu xieraq u
fosthom bil-jedd li, mill-flus kollha li jidhlu mill-art mibnija
amministrata, tinzamm kummissjoni ta’ mhux izjed minn l-erbgha
fil-mija ta’ dawk il-flus fil-kaz ta’ komproprjetarju u ta’ mhux izjed
minn hamsa fil-mija fil-kaz ta’ barranin;
"stabbilit" ifisser stabbilit b’regolamenti maghmulin bis-sahha
ta’ din l-Ordinanza;
"Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet" ifisser l-ufficjal maghzul
mill-Prim Ministru bhala Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
ghall-finijiet ta’ din l-Ordinanza;
"valur fis-sena" ifisser, bla hsara ta’ dak li jinghad fl-artikoli 3 u
4 ta’ din l-Ordinanza - 
(a) kemm-il darba l-art mibnija ma kenitx fil-31 ta’
Marzu, 1939, mikrija bil-ghamara, il-kera shih fis-sena
li bih kienet mikrija fil-31 ta’ Marzu, 1939, jew, jekk,
dak in-nhar, ma kenitx mikrija, jew mikrija ghaliha,
jew ma kenitx tezisti, f’dak il-kaz il-kera shih fis-sena
li bih, f’dak il-jum, wiehed bir-ragun kien jistenna li
setghet tinkera bla ghamara, minn sena ghal ohra, billi
jittiehed qies ta’ l-iskop li ghalih f’dak iz-zmien kienet
uzata jew okkupata inkella setghat isservi, bla ma
jinghata kaz, fil-jum ta’ l-istima tal-hsara, jekk ikun
hemm li sadattant tkun grat, bl-eghmil ta’ l-ghadu jew
kontra l-ghadu, u tat-tgharriq ordinarju u tax-xoghlijiet
li jkollhom x’jaqsmu ma’ shelter kontra l-hbit mill-
ajru jew li jkunu saru ghal ftit taz-zmien minhabba l-
gwerra, billi jitnaqqas, f’kull kaz, sew jekk il-kaz ikun
jaqa’ taht parti jew ohra ta’ din it-tifsira jew taht l-
artikoli 3 u 4 ta’ din l-Ordinanza, il-hlas ta’ kull sena
tal-pizijiet piji (minbarra l-eghxur) fuq l-art mibnija u
VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA      3
l-ghaxra fil-mija tal-kera;
(b) jekk l-art mibnija kienet fil-31 ta’ Marzu, 1939,
mikrija bil-ghamara, izda kienet inkriet bla ghamara
f’xi zmien matul il-hames snin ta’ qabel dak il-jum, l-
ahhar kera shih fis-sena li bih l-art mibnija kienet
mikrija bla ghamara;
(c) jekk l-art mibnija kienet fil-31 ta’ Marzu, 1939,
mikrija bil-ghamara u ma kenitx mikrija bla ghamara
f’ebda zmien matul il-hames snin ta’ qabel dak il-jum,
somma ikkalkolata bit-tlieta u nofs fil-mija fuq il-valur
kapitali taghha kif stabbilit fl-ahhar trasferiment
b’titolu oneruz, jew fl-ahhar qasma jew stima
gudizzjarja li tkun saret dwar dik l-art mibnija matul
il-hames snin ta’ qabel il-31 ta’ Marzu, 1939, jew, jekk
ma jkunx hemm dak it-tibdil ta’ sidien matul dak iz-
zmien, fuq kemm kien il-valur kapitali taghha fil-31
ta’ Marzu, 1939, kif stabbilit bi ftehim, jew, fin-
nuqqas ta’ ftehim, kif jigi stmat jew deciz mill-Bord
tal-Kummissarji Specjali ghall-Valutazzjoni ta’ l-
Artijiet.
Stima specjali meta 
l-kera jkun baxx 
izzejjed. 
3. Meta, fil-fehma ta’ l-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet,
il-kera shih fis-sena ta’ art mibnija, kif ikun iffissat fuq il-bazi ta’
kirja attwali taht it-tifsira tal-kelmiet "valur fis-sena" fl-artikolu 2
ta’ din l-Ordinanza, ikun baxx izzejjed, l-Ufficjal tal-Valutazzjoni
ta’ l-Artijiet jista’, b’avviz, jordna l-istima tal-kera shih fis-sena ta’
dik l-art bit-tlieta u nofs fil-mija tal-valur ta’ dik l-art bhal ma kien
fil-31 ta’ Marzu, 1939, u dan il-valur ghandu jigi iffissat bi ftehim,
jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, bi stima jew b’decizjoni tal-Bord tal-
Kummissarji Specjali ghall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet.
Stima ta’ bini li 
jkun ma’ artijiet 
ohra. 
4. Il-kera shih fis-sena ta’ art mibnija gewwa art akbar jitqies
li huwa l-kera shih fis-sena li bih wiehed kien jahseb li kellha
tinkera bla ghamara, minn sena ghal ohra, bil-jedd tal-kerrej, jekk
irid, li jikri, kif ikun sejjer is-suq, il-wesgha bis-sigar jew l-art
moxa jew raba’ li fil-fatt ikunu jaghmlu sehem minn dik l-art akbar.
Taghrifa li 
tinbaghat lill- 
Ufficjal tal 
Valutazzjoni. 
Emendat: 
VI. 1943.4.
5. (1)  Kull min, fil-jum ta’ l-istima, ikun is-sid ta’ art
mibnija li tinsab f’Malta, ghandu, fi zmien erbghin gurnata minn
dak il-jum, jew fi zmien itwal li, f’xi kaz partikolari, jigi moghti
bil-miktub mill-Uflicjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, jibghat lill-
Ufficjal tal-Valutazzjonijiet ta’ l-Artijiet, taghrif veru u komplut
dwar dik l-art fuq il-formula stabbilita u skond dik il-formula, u
maghha ghandu jkun hemm il-provi li jkunu stabbiliti.
(2) Kull komproprjetarju, fil-jum ta’ l-istima, ghandu, fi zmien
hmistax-il gurnata jgharraf bil-miktub lill-Ufficjal tal-Valutazzjoni
ta’ l-Artijiet bl-art mibnija jew bl-artijiet mibnija li fiha jew fihom
huwa jkollu interess flimkien ma’ haddiehor, u jekk hemmx jew le
amministratur komuni ghal dik l-art mibnija jew ghal dawk l-
artijiet mibnija.
Stima bl- 
accettazzjoni ta’ l-
avviz.
6. Jekk l-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ma jaghtix fi
zmien erba’ xhur wara li jaghlaq iz-zmien, ewlieni jew imgedded,
imsemmi fl-artikolu 5(1), avviz lis-sid illi hu ma jaccettax il-valur
  4      KAP. 110. h        VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA
fis-sena ddikjarat mis-sid fit-taghrifa tieghu, f’dan il-kaz il-valur
fis-sena hekk iddikjarat ikun il-valur fis-sena stmat ta’ l-art mibnija
li ghaliha jirriferixxi.
Procedura meta 1-
Ufficjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-
Artijiet ma 
jaccettax il-valur 
iddikjarat. 
7. Meta l-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jaghti avviz
illi hu ma jaccettax, jew mhux bi hsiebu jew ma jistax taht l-
artikolu 3 ta’ din l-Ordinanza, jaccetta l-valur fis-sena iddikjarat
jew mehtieg taht l-artikolu 5, u bejnu u s-sid ma jsir ebda ftehim
fuq dak l-ammont fi zmien xahar, jew f’dak iz-zmien itwal li
f’kazijiet partikolari jinghata bil-miktub mill-Ufficjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, wara l-kunsinna ta’ dak l-avviz, f’dan il-
kaz l-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ghandu b’rikors, li fih
ghandu jaghti d-dettalji ta’ l-ammonti fil-kwistjoni, igib l-istima
ghad-decizjoni finali tal-Bord tal-Kummissarji Specjali ghall-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet. L-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
jista’ wkoll jitlob decizjoni meta ghal xi raguni ohra ma jkunx jista’
jsir ftehim:
Izda, meta sid ikun naqas li jibghat it-taghrif, l-Ufficjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jista’ jghaddi ghall-istima ta’ l-art
mibnija ta’ dak is-sid, wara tletin gurnata mill-ahhar jum li fih dak
it-taghrif ikun imissu ntbaghat, u minn din l-istima jista’ biss isir
appell lil u bil-permess specjali tal-Bord tal-Kummissarji Specjali
tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, taht dawk il-kondizzjonijiet illi dan
il-Bord ikun jidhirlu xierqa.
Dikjarazzjoni 
supplementari tas-
sid. 
Mizjud: 
VI. 1943.5.
8. (1)  Is-sid ta’ xi art mibnija li dwarha tkun saret
dikjarazzjoni skond dak li jghid l-artikolu 5 ta’ din l-Ordinanza
ghandu, qabel ma jibda, wara dak iz-zmien, iqalleb fil-bini jew izid
bini fl-art mibnija, jew qabel ma jaghmel xi tigdid, igharraf lill-
Ufficjal ghall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, bir-reqqa u bis-sewwa,
bix-xoghlijiet li jkun bi hsiebu jaghmel, fuq u skond il-formula
preskritta.
(2) Fi zmien ghaxart ijiem wara li jintemmu x-xoghlijiet li
taghhom tkun saret dikjarazzjoni mibghuta kif jinghad hawn qabel,
jew, meta ghal xi raguni s-sid ma jkunx mexxa x-xoghlijiet kollha,
fi zmien ghaxart ijiem wara t-tmiem ta’ dawk ix-xoghlijiet li
tabilhaqq ikunu saru, is-sid ta’ dik l-art mibnija ghandu jgharraf
lill-Ufficjal ghall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, bir-reqqa u bis-sewwa,
bix-xoghlijiet li jkun ghamel, fuq u skond il-formula preskritta.
(3) Meta l-Ufficjal ghall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ikollu
raguni ghalfejn jahseb illi minhabba xi tibdil fil-bini jew zieda ta’
bini f’xi art mibnija il-valur fis-sena ta’ dik l-art mibnija jkun
zdied, huwa jerga’ mill-gdid jistima dik l-art mibnija, u jibghat lis-
sid taghha taghrifa bil-miktub tal-valur fis-sena, kif stmat mill-
gdid, ta’ l-art mibnija, flimkien ma’ dettalji xierqa ta’ kif dak il-
valur gie maghdud.
(4) Jekk is-sid ta’ dik l-art mibnija ma jilqax il-valur fis-sena
kif stmat mill-gdid u jekk dak is-sid u l-Ufficjal ghall-Valutazzjoni
ta’ l-Artijiet ma jaslux fi ftehim fi zmien gimghatejn wara li tasal
dik it-taghrifa jew wara dak iz-zmien itwal li jista’ jkun moghti bil-
miktub mill-Ufficjal ghall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet f’xi kaz
ghalih, f’dak il-kaz l-Ufficjal ghall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
ghandu b’talba jressaq dik l-istima l-gdida ghad-decizjoni ahharija
VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA      5
tal-Bord tal-Kummissjonarji Specjali mahtur b’din l-Ordinanza.
Bord ta’ 
Kummissarji 
Specjali ghall- 
Valutazzjoni ta’ 
Artijiet. 
Emendat: 
VI. 1943.6;
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ 1-
1975; 
VIII. 1990.3;
XXIV.1995.362;
VI. 2001.10.
Kap. 12. 
9. (1)  Il-President ta’ Malta jista’ jahtar Bord ta’ Kummissarji
Specjali ghall-Valutazzjoni ta’ Artijiet, wiehed jew aktar, u kull
bord ghandu jkun jkun maghmul minn tliet membri li minnhom
wiehed, li jkun imhallef irtirat jew magistrat irtirat jew persuna li
tkun esercitat bhala avukat f’Malta ghal perjodu jew perjodi li
jammontaw, b’kollox, ghal seba’ snin, ikun chairman. Qabel ma
jibdew jaqdu dmirijiethom ic-chairman u l-membri ghandhom
jiehdu u jiffirmaw gurament, quddiem l-Avukat Generali, li jwettqu
l-funzjonijiet taghhom taht dan l-Att b’imparzjalita  u skond il-ligi.
(2) Ma jinghatax appell mid-decizjoni tal-Bord tal-
Kummissarji Specjali ghall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet.
(3) Il-procedimenti ta’ dan il-Bord ghandhom ikunu sommarji
u, fuq talba tas-sid, jistghu jsiru bil-maghluq, u ma jkunx jinhtieg li
l-provi jitnizzlu bil-miktub.
(4) Fis-smigh tal-kwistjoni jistghu jingiebu xhieda sew mill-
Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet u kemm mis-sid, u ebda
differiment ma jinghata hlief ghal raguni gravi biex ma jsirx kontra
l-gustizzja.
(5) Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ir-regoli ordinarji tal-procedura civili ghandhom jigu mharsin sa
fejn ikun kompatibbli mal-procedimenti sommarji. Id-decizjoni
ghandha titqieghed f’idejn ir-Registratur tal-Qrati u ma jkun jista’
jaraha hadd mill-pubbliku minghajr il-kunsens bil-miktub tas-sid
interessat. L-ispejjez tal-procedimenti jigu ntaxxati sommarjament
mill-Bord, u jithallsu mill-Gvern jew mis-sid skond jekk il-valur
fis-sena kif deciz ma jkunx jew ikun jiskorri b’wiehed fil-hamsin
il-valur iddikjarat mis-sid.
Kap. 12. 
(6) Il-Bord ikollu s-setgha kollha moghtija mill-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili lill-Prim’Awla tal-Qorti Civili. 
Kull mandat jew ordni mahrug mill-Bord ghandu jkun
iffirmat mic-chairman tal-Bord u ccertifikat mir-registratur.
Ir-Registru tal-Qrati ta’ Malta jew, kif jahbat, ir-Registru
tal-Qrati tal-Magistrati (Ghawdex) jkun ir-registru tal-Bord.
Assistent Ufficjal 
tal-Valutazzjoni ta’ 
1-Artijiet. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ 1-1963. 
10. Il-Prim Ministru jista’ minn zmien ghall-iehor jahtar dak
in-numru illi hu jidhirlu mehtieg ta’ Assistenti Ufficjali tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet.
Formula ta’ avviz.
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet taht din l-Ordinanza jew regolament
maghmul bis-sahha taghha, ghandu jkun iffirmat mill-Ufficjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jew minn Assistent Ufficjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, u dan l-avviz ikun jiswa jekk il-firma fih
tkun stampata jew miktuba, izda kull avviz li bih persuna tintalab
biex tidher quddiem l-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ghandu
jkun iffirmat minn dan innifsu.
(2) Din il-firma fuq avviz jew ordni titqies bhala li hija l-firma
ta’ dik il-persuna fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja.
  6      KAP. 110. h        VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA
Notifika ta’ 1-
avviz. 
12. (1) L-avviz jista’ jkun innotifikat sew lill-persuna nfisha
kemm billi jintbaghat bil-posta irregistrata fil-post fejn kien
maghruf li kellha l-ahhar in-negozju jew id-dar, u f’dan l-ahhar
kaz, jitqies li wasal fil-kors ordinarju tal-posta, u ghall-prova ta’
din in-notifika tkun bizzejjed il-prova illi l-ittra li kien fiha l-avviz
kienet indirizzata sewwa u giet impustata.
(2) Jekk persuna li ghandha tkun innotifikata b’avviz ma tkunx
tista’ tinsab, jew jekk l-indirizz taghha ma jkunx maghruf, avviz
imwahhal mal-bini li ghalih l-avviz ikun jirriferixxi u fl-ghassa tal-
Pulizija li tkun l-aktar qrib ghal dak il-bini, jitqies bhala avviz
bizzejjed lil dik il-persuna.
(3) Meta l-isem ta’ din il-persuna ma jkunx maghruf, ikun
bizzejjed li din tigi msemmija fl-avviz bhala s-"sid" ta’ l-art
minghajr ebda taghrif iehor.
(4) L-avviz jista’ jinghata wkoll lil persuna partikolari jew lil
klassi partikolari ta’ nies b’avviz mahrug fil-Gazzetta tal-Gvern.
(5) L-avviz innotifikat lil wiehed mill-komproprejetarji jitqies
li gie innotifikat lill-komproprjetarji l-ohra kollha.
Avviz sabiex 
wiehed jidher u 
jgib dokumenti.
13. L-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jista’ b’avviz
isejjah persuna, li huwa jkollu ragun jahseb li hija s-sid jew il-
kerrej ta’ art mibnija biex tidher quddiemu fil-hinijiet ta’ l-ufficcju
sabiex taghtih it-taghrif mehtieg dwar dik l-art, u sabiex iggib
kotba jew dokumenti ohra dwarha li jkunu jinsabu ghand dik il-
persuna jew li hija tkun taghmel minnhom u hu dmir ta’ dik il-
persuna li tidher, li taghti taghrif veru u li ggib il-kotba jew
dokumenti ohra li jkunu jinhtiegu.
Dhul ghall- 
ispezzjoni. 
14. L-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, kull Assistent
Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet u kull min ikun awtorizzat
bil-miktub ghaldaqshekk minn wiehed minnhom, jista’, wara li
jaghti avviz fi zmien xieraq jidhol f’art f’hin xieraq ta’ bin-nhar
biex jispezzjona dik l-art u jiehu taghrif dwarha. Fil-kaz ta’ rifjut
bla raguni ghal dan id-dhul, tista’ tintalab l-assistenza ta’ ufficjal
tal-Pulizija mhux taht il-grad ta’ sottu-spettur sabiex id-dhul isir ta’
bilfors, izda b’dan kollu d-detentur ma jehlisx mill-piena li ghaliha
jkun sar suggett.
Pieni.
Emendat: 
VIII. 1990.3.
15. Kull sid jew haddiehor li jonqos minn xi obbligu li ghandu
taht din l-Ordinanza jew taht regolament maghmul bis-sahha
taghha jehel, meta jinsab hati quddiem Qorti tal-Magistrati, multa
ta’ mhux anqas minn ghaxar liri u mhux izjed minn hamsin lira:
Izda, jekk ir-reat ikun li nghata xjentement taghrif jew
partikolaritajiet essenzjali foloz, il-piena tkun mhux anqas minn
hamsin lira u mhux izjed minn mitt lira.
Regolamenti. 
Emendat: 
VI. 1943.7;
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXXI. 1966.2.
16. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja jista’, bla
hsara tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jaghmel
regolamenti, sabiex l-esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet kollha jew
ta’ xi whud mid-disposizzjonijiet taghha, tkun tista’ tissokta u ssir
ahjar.
(2) Ir-regolamenti kollha li jsiru bis-sahha ta’ din l-Ordinanza
VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA      7
ghandhom jingiebu quddiem il-Kamra tad-Deputati mill-aktar fis li
jista’ jkun wara li jsiru, u, jekk tghaddi rizoluzzjoni fis-sebat ijiem
ta’ wara li fihom il-Kamra tkun iltaqghet wara li dawk ir-
regolamenti jkunu ngiebu quddiema, sabiex dawk ir-regolamenti
jigu mhassra, dawk ir-regolamenti ma jkunux ighoddu, izda bla
hsara li kull ma jkun sar qabel bis-sahha taghhom ikun jiswa jew li
jsiru regolamenti godda.
