ESPLOZIVI    g K AP. 33.       1
KAPITOLU 33
ORDINANZA DWAR L-ESPLOZIVI
Biex temenda u tikkonsolida l-ligijiet dwar l-Esplozivi.
15 ta’ Lulju, 1904
L-ORDINANZA XII ta’ l-1904, kif emendata bl-Ordinanzi IV ta’ l-1920 u XL ta’ l-1940; bl-
Atti XXXV ta’ l-1949 u XXVII ta’ l-1955; bl-Ordinanzi: XVIII ta’ 1-1960, XVII ta’ l-1961 u
XXV ta’ l-1962; bl-Avvizi Legali: 4 ta’ l-1963 u 46 ta’ l-1965; u bl-Atti LVIII ta’ l-1974, XXII
ta’ l-1976, XI ta’ l-1977, XLIX ta’ l-1981, VIII ta’ l-1990 u III ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli 
Titolu fil-Qosor u Tifsir  1-2
Taqsima I.  Esplozivi  3-26
Taqsima II.  Disposizzjonijiet Penali  27-34
Taqsima III.  Disposizzjonijiet Generali  35-49
Disposizzjonijiet Transitorji  50
  2 KAP. 33. h            ESPLOZIVI 
Titolu fil-qosor. 1. Din l-Ordinanza tista’ tissejjah l-Ordinanza dwar l-
Esplozivi.
Tifsir. 
Emendat: 
IV. 1920.2; 
XLlX. 1981.4. 
Kap. 9.
2. F’din l-Ordinanza -
il-kelmiet "ammenda", "multa", "detenzjoni" u "prigunerija"
jfissru l-pieni msemmija taht dawn l-ismijiet fil-Kodici Kriminali.
"bejgh" ifisser ukoll it-tpartit ta’ hwejjeg u l-ghoti ta’ haga bhala
hlas (datio in solutum);
il-kelma "esplozivi" tfisser -
porvli ta’ l-isparar, nitroglicerina, dinamite, gun-cotton, porvli
ghal mini, fulminat tal-merkurju jew ta’ metalli ohra, fjammi ta’
Bengala, klurat tal-putassa, klurat tal-barju, u kull sustanza ohra,
sew bhal dawk hawn imsemmija jew xort’ohra, uzata jew mahduma
sabiex tipproduci rizultat prattiku bil-mezz ta’ spluzjoni jew
b’effett pirotekniku; u tfisser ukoll sinjali tac-cpar, xoghlijiet tan-
nar, micec, murtali tal-ftuh, kapsijiet tal-mini, detonaturi, skratec,
munizzjon ta’ kull xorta, u kull adattament jew preparazzjoni ta’
esploziv kif imfisser hawn fuq;
"hanut" ifisser kull post fejn tinbiegh merkanzija jew tinhadem
sengha jew arti;
"Kummissarju tal-Pulizija" ifisser l-ufficjal li ghandu dik il-
kariga, kif ukoll kull persuna li jkollha s-setgha espressa jew
implicita li taghmel flok il-Kummissarju hawn imsemmi biex taghti
esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza;
il-kelmiet "porvli ta’ l-isparar" meta wzati wahedhom, ma
jikkomprendux esplozivi ohra;
"post abitat" ifisser kull post fejn hemm gabra ta’ djar li fihom
ighammru, jew jistghu jghammru, izjed minn mitt ruh;
"triq" tfisser kull triq, sqaq, pjazza jew post iehor ta’ passagg
pubbliku, wkoll jekk jaghmlu parti minn fortifikazzjonijiet.
TAQSIMA I
ESPLOZIVI
Licenza ghad-dhul 
ta’ esplozivi 
f’Malta.
Kondizzjonijiet.
3. (1) Hadd ma jista’ jdahhal f’Malta porvli ta’ l-isparar jew
esplozivi ohra, inkella jiftah jew izomm fabbriki tal-polvri jew ta’
xoghlijiet tan-nar, inkella fabbriki ohra fejn jinhadmu porvli jew
esplozivi ohra, minghajr licenza mill-Kummissarju tal-Pulizija. Din
il-licenza ma tigix moghtija kemm-il darba ma jittihdux il-
prekawzjonijiet mehtiega ghall-harsien tal-hajja u tal-proprjeta .
Xoghol 
ta’esplozivi.
(2) Hadd ma jista’ jahdem porvli ta’ l-isparar jew jipprepara
dak ix-xoghol hlief f’fabbrika tal-porvli li jkollha l-licenza taht din
l-Ordinanza, u hadd ma jista’ jahdem xoghlijiet tan-nar jew porvli
esploziv, jew esplozivi ohra, hlief f’fabbrika tax-xogholijiet tan-
nar, jew f’fabbrika ohra ghax-xoghol ta’ porvli ta’ l-isparar jew
esplozivi ohra, li jkollha l-licenza taht din l-Ordinanza:
Izda d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jghoddux ghal
ESPLOZIVI    g K AP. 33.       3
xoghol ta’ kwantita  zghira ta’ porvli ta’ l-isparar jew ta’ esplozivi
ohra ghall-fini ta’ esperimenti kimici, u mhux ghal uzu iehor jew
ghal bejgh.
Prekawzjonijiet 
ghall-ftuh ta’ 
fabbriki tal-porvli 
jew ta’ fabbriki ta’ 
din ix-xorta.
Emendat:
IV. 1920.3; 
XL. 1940.4; 
XVIII. 1960.2.
4. Sabiex tista’ tinfetah fabbrika tal-porvli jew fabbrika ohra
ta’ din ix-xorta, hemm bzonn li jittiehdu, ghas-sodisfazzjon tal-
Kummissarju tal-Pulizija, il-prekawzjonijiet hawn taht
imsemmijin:
(a) illi l-fabbrika ghandha tkun imbeghda ghall-anqas mija
u tlieta u tmenin metru minn -
(i) kull post abitat;
(ii) kull triq li tista’ tkun uzata regolarment biex
ighaddu minnha vetturi bil-mutur; jew 
(iii) kull triq ohra li sa mija u tlieta u tmenin metru
minnha ma jkunx rikkmandabbli, fil-fehma tal-
Kummissarju tal-Pulizija, wara li jikkonsulta
lid-Direttur tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet
Pubblici, li tinfetah fabbrika bhal dik;
(b) illi l-fabbrika tkun imdawra b’hitan jew irpari ohra
shah gholja mhux inqas minn erba’ metri, u illi jkollha
kalamita tajba ghas-sajjetti;
(c) illi fil-fabbrika jkun hemm mahzen ghad-depozt ta’
porvli jew esplozivi ohra, imbieghed bizzejjed mill-
bini tal-fabbrika;
(d) illi jkun bini separat minn bini iehor u mbieghed kif
imiss wiehed mill-iehor ghal kull xorta ta’ xoghol;
(e) illi ma jsirx xoghol bil-lejl jew b’dawl artificjali, jew
waqt maltempata bis-sajjetti jew meta t-temp jaghtik
tahseb li dalwaqt gejja maltempata bis-sajjetti;
(f) illi l-porvli ta’ l-isparar jew esplozivi ohra li jinhadmu,
jingarru fil-mahzen tad-depozt fi zmien erbgha u
ghoxrin siegha.
Kwantita  ta’ 
esplozivi li tista’ 
tinzamm.
Emendat:
III. 2002.160.
5. Fil-postijiet bil-licenza taht l-artikolu 3, ma tistax tinzamm
kwantita  ta’ porvli jew esplozivi akbar minn dik imsemmija fil-
licenza; din il-kwantita  m’ghandha tkun qatt izjed minn dik il-
kwantita  li tista’ tigi preskritta b’regolamenti maghmula mill-
Ministru responsabbli ghall-pulizija.
Dinamite, gun-
cotton, fulminati, 
ecc. 
Emendat: 
IV. 1920.4;
XXXV. 1949.2;
XXVII. 1955.2.
6. (1) Ebda kwantita  ta’ dinamite, ta’ gun-cotton ta’ fulminat
tal-merkurju jew fulminati ohra, pikrati, sustanzi li ghandhom
bhala bazi principali n-nitroglicerina, jew sustanzi ohra li meta
mhalltin ma’ ohrajn jew wahedhom jistghu jipproducu effetti bhal
dawk tad-dinamite jew ta’ wahda mis-sustanzi msemmijin fl-
artikolu 2, ma jistghu jigu wzati, mibghuta jew ikkunsinnati mill-
fabbrikanti jew mid-dettaljaturi hlief lill-awtorita  pubblika, jew lil
persuni awtorizzati b’permess iffirmat mill-Kummissarju tal-
Pulizija biex jakkwistawhom fil-kwantita  msemmija fil-permess.
(2) F’dan il-kaz, il-fabbrikant jew id-dettaljatur ghandu,
filwaqt tal-bejgh jew tal-kunsinna, inizzel fil-permess ix-xorta u l-
kwantita  tas-sustanzi mibjugha jew ikkunsinnati, jaghmel id-data, u
  4 KAP. 33. h            ESPLOZIVI 
jiffirma d-dikjarazzjoni.
Kap. 10.
(3) Kull min ikollu licenza tal-Pulizija skond l-artikolu 205 tal-
Kodici tal-Ligijiet tal-Pulizija biex idur ghall-kacca bi xkubetta
jista’ jixtri skratec tal-kacca u porvli biex jimla skratec ghall-
imsemmija xkubetta minghand detalljaturi meta juri l-licenza
msemmija, u f’dawn il-kazijiet, id-dettaljatur ghandu jirregistra,
jaghmel id-data u jiffirma d-dikjarazzjoni mehtiega skond is-
subartikolu (2) fuq in-naha l-ohra tal-licenza, u ebda permess iehor
ma jkun mehtieg ghal dan ix-xiri jew bejgh.
Hrug ta’ permessi. 
Emendat: 
XXXV. 1949.2.
7. (1) Il-permess imsemmi fl-artikolu ta’ qabel dan jinghata
biss meta l-persuna li titolbu turi li ghandha bzonn taghmel uzu ta’
esplozivi fl-ezercizzju tal-professjoni, arti jew sengha taghha.
(2) Kull persuna li lilha jigu mibjugha jew ikkunsinnati
esplozivi bis-sahha tal-permess hawn fuq imsemmi, ghandha tiehu
l-hsieb li ma thallix persuni ohra jersqu lejn dawk l-esplozivi, u ma
tistax tbigh, iccedi jew tikkunsinna dawk l-esplozivi minghajr
licenza tal-Pulizija.
Tnizzil fir-registru. 8. (1) Il-fabbrikanti u l-bejjiegha tas-sustanzi msemmijin fl-
artikolu 3 ghandhom inizzlu f’registru l-kwantita  u x-xorta ta’ l-
esplozivi li huma jahdmu, jakkwistaw jew ibighu, u l-isem, il-
kunjom, l-okkupazzjoni, in-nazzjonalita , il-lok fejn toqghod, u
partikolaritajiet ohra tal-persuna li lilha jigu mibjugha jew
ikkunsinnati.
Il-folji tar-registru 
ghandhom jigu 
nnumerati u 
ffirmati mill-
Pulizija.
(2) Dan ir-registru ghandu, qabel ma jigi wzat, ikun innumerat
u ffirmat f’kull folja mill-Pulizija, illi, ghandha wkoll, fl-ahhar
pagna tiddikjara n-numru ta’ folji li jkun fih il-ktieb.
Setgha tal-Pulizija. (3) Il-Pulizija tista’, f’kull zmien, tara dawn ir-registri u tista’
wkoll tispezzjona l-istabbilimenti u l-imhazen fejn ikunu
ddepozitati l-esplozivi sabiex tara jekk il-kwantitajiet imnizzlin fir-
registri jaqblux mal-kwantita  ta’ l-esplozivi hekk iddepozitati.
Ebda bejgh jew 
depozt ta’ porvli 
ta’ l-isparar jew ta’ 
esplozivi ma jista’ 
jsir minghajr 
licenza.
Emendat: 
IV. 1920.5.
9. (1) Hadd ma jista’ jzomm ghal bejgh jew jahzen porvli ta’
l-isparar jew esplozivi minghajr licenza tal-Kummissarju tal-
Pulizija.
(2) Din il-licenza tigi moghtija taht il-kondizzjoni li l-bejjiegh
ghandu jirrapporta lill-Pulizija kull bejgh li hu jaghmel u l-isem u l-
indirizz tax-xerrej.
Siwi ta’ licenza.
Emendat:
XXXV. 1949.3.
10. (1) Din il-licenza tiswa biss ghall-persuna u ghall-post
imsemmijin fil-licenza.
(2) Il-kwantita  ta’ porvli, u l-kwantita  u x-xorti ta’ esplozivi li
jistghu jinzammu fil-post imsemmi fil-licenza ghandhom ikunu
mnizzla fil-licenza.
Hwienet ghall-
bejgh bl-imnut ta’ 
esplozivi.
Emendat: 
IV. 1920.6.
11. (1) Barra minn porvli ta’ l-isparar, ebda esplozivi li fihom
nitroglicerina, pikrati, fulminati, klorat tal-putassa jew esplozivi
bhal dawn, inkella esplozivi li l-kompozizzjoni taghhom mhix
maghrufa jew mhix stabbilita sewwa, ma jistghu jinzammu fi
hwienet b’licenza ghall-bejgh bl-imnut ta’ esplozivi.
ESPLOZIVI    g K AP. 33.       5
(2) Id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu ma tghoddx ghad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14.
Hwienet ghall-
bejgh ta’ porvli ta’ 
l-isparar fl-abitat.
Emendat: 
IV. 1920.7.
12. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija ma jistax jaghti licenza
sabiex jinzammu izjed minn seba’ kilogrammi ta’ porvli ta’ l-
isparar fi hwienet f’postijiet abitati, jekk dan il-porvli jkun
mizmum sfuz go kaxex, xkejjer jew bramel, jew maghluq f’pakketti
jew kaxex tal-kartun jew f’recipjenti ohra bhal dawn; izda jista’
jaghti licenza sabiex jinzamm porvli sa tlieta u ghoxrin kilogramm,
jekk dan il-porvli jkun mizmum maghluq ghal kollox f’kaxex tal-
metall jew f’recipjenti ohra tajba daqshom sabiex jinzamm fihom,
basta li l-porvli jigi merfugh f’post maqtugh ghalih mhux uzat
ghall-abitazzjoni u, jekk jista’ jkun, jigi mqassam bicca f’banda u
bicca f’ohra tal-fond.
(2) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ fid-diskrezzjoni tieghu
jiddikjara liema hwienet jistghu jkollhom din il-licenza.
Hwienet f’postijiet 
mhux fl-abitat.
13. Fil-kaz ta’ hwienet li m’humiex fl-abitat, il-Kummissarju
tal-Pulizija jista’ jaghti licenza biex jinzamm id-doppju tal-
kwantita  msemmija fl-ahhar artikolu qabel dan.
Skratac ikkargati.
skratac ikkargati li ma jkunx fihom izjed minn tnax-il kilogramm,
uzin nett, ta’ sustanzi esplozivi, fi hwienet ta’ bejgh bl-imnut li
huma fl-abitat, u li ma jkunx fihom izjed minn tlieta u ghoxrin
kilogramm fi hwienet ta’ bejgh bl-imnut li m’humiex fl-abitat.
Kapsijiet, skratac 
vojta bil-kapsijiet u 
micec.
15. Jistghu jinzammu f’kull post u f’kull kwantita  kapsijiet u
skratac vojta bil-kapsijiet u micec; izda kemm-il darba fl-istess lok
ikun hemm ukoll porvli ta’ l-isparar jew esplozivi ohra, il-bejjiegha
huma obbligati jzommu l-kapsijiet, l-iskratac vojta u l-micec
ghalihom, f’postijiet mifrudin b’divizorji.
Licenza biex 
jinzammu jew 
jingarru esplozivi.
Emendat: 
IV. 1920.8; 
XL. 1940.4.
16. Hadd ma jista’, minghajr licenza tal-Pulizija, izomm f’post
li jkun taht idejh, jew igorr minn post ghal iehor, akkont tieghu jew
ta’ haddiehor, porvli ta’ l-isparar jew esplozivi ohra fi kwantitajiet
akbar minn hames kilogrammi:
Izda meta l-post fejn jinzammu l-porvli jew esplozivi ohra
jkun dar ta’ abitazzjoni, il-licenza tkun tinhtieg ghal kwantitajiet
ta’ izjed minn kilogramm u nofs uzin u din il-licenza ma tinghatax
hlief meta d-dar tkun dar maqtugha ghaliha u tkun tinsab f’boghod
bizzzejjed fiz-zgur minn kull post iehor imghammar u d-dar infisha
jew ma tkunx imghammra minn nies inkella tkun imghammra biss
mill-familja ta’ min jitlob il-licenza:
Izda wkoll fil-kaz ta’ dinamite u sustanzi ohra, li jkollhom
bhala bazi n-nitroglicerina, fulminati jew il-klorat tal-putassa, il-
licenza hija dejjem mehtiega sabiex tinzamm jew tingarr kull
kwantita  li tkun, ghalkemm zghira.
Kif ghandhom 
jinzammu l-
esplozivi.
17. L-esplozivi jew sustanzi li jaqbdu malajr hafna ghandhom
dejjem jinzammu go recipjenti li ghalihom ma jistax in-nar u hekk
boghod mill-porvli ta’ l-isparar jew mir-recipjenti li fihom dan il-
porvli jkun mizmum li ma jkunx hemm periklu.
  6 KAP. 33. h            ESPLOZIVI 
Kif ghandu 
jinzamm il-porvli 
ta’ l-isparar.
18. Kull kwantita  ta’ porvli ta’ l-isparar ta’ izjed minn hames
mitt gramm uzin ghandha tinzamm gewwa kaxxa, xkora jew
recipjent iehor li jkunu ta’ sahha u maghmulin u maghluqin hekk
tajjeb li l-porvli ma jkunx jista’ johrog minnhom.
Ma jistax jinbiegh 
porvli ta’ l-isparar 
fit-toroq jew lil 
tfal. 
Emendat:
IV. 1920.9.
19. Hadd ma jista’ jbigh jew jesponi ghal bejgh porvli ta’ l-
isparar jew esplozivi ohra fit-toroq, jew ibigh jew jaghti porvli ta’
l-isparar lil tfal li jidhru li ghandhom anqas minn tmintax-il sena. 
Il-bejgh tal-porvli 
ta’ l-isparar ghandu 
jsir f’pakketti 
maghluqa 
b’tikketta fuqhom.
20. Hadd ma jista’ ibiegh porvli ta’ l-isparar fi kwantita  ta’
izjed minn hames mitt gramm uzin, hlief f’kaxxa, xkora jew
recipjent iehor li jkunu ta’ sahha u maghmulin u maghluqin hekk
tajjeb li l-porvli ma jkunx jista’ johrog minnhom, u bil-kelmiet
"Porvli/Gunpowder" b’ittri li jidhru sewwa, imwahhlin fuq in-naha
ta’ barra nett tar-recipjent li jkun fih il-porvli.
Regoli dwar is-sarr 
fil-garr ta’ porvli.
21. Fil-garr tal-porvli ta’ l-isparar ghandhom jigu mharsa dawn
ir-regoli:
(a) il-porvli ta’ l-isparar fi kwantita  mhux akbar minn
zewg kilogrammi, ghandu jingarr gewwa recipjenti
bhal dawk imsemmija fl-artikolu 18;
(b) il-porvli ta’ l-isparar fi kwantita  akbar minn zewg
kilogramm ghandu jingarr f’pakk singlu jew doppju.
Il-pakk singlu jikkonsisti f’kaxxa, barmil, jew
recipjent iehor ta’ sahha, kostruzzjoni u xorta tali illi
ma jistghux jinkisru jew jinfethu b’accident inkella
jsiru difettuzi jew perikoluzi waqt il-garr, u li ma
jhallux il-porvli johrog minnhom. Meta l-porvli ta’ l-
isparar jingarr f’pakk doppju, il-pakk ta’ gewwa
ghandu jikkonsisti f’kaxxa, xkora, cilindru jew
recipjent iehor ta’ sahha, li jkunu maghmulin u
maghluqin b’mod illi l-porvli ta’ l-isparar ma johrogx
minnhom, u l-pakk ta’ barra ghandu jikkonsisti
f’kaxxa, barmil, jew recipjent iehor ta’ l-injam jew tal-
metall, inkella ta’ xi materjal solidu iehor, u ta’ sahha,
kostruzzjoni u xorta tali li ma jkunux jistghu jinkisru
jew jinfethu b’accident, inkella jsiru difettuzi jew
perikoluzi waqt il-garr, u li ma jhallux il-porvli johrog
minnhom;
(c) il-pakk minn gewwa m’ghandux ikun fih frak u ghandu
jkun nadif;
(d) ma tista’ titqieghed ebda sustanza ohra fl-istess pakk li
jkun fih il-porvli ta’ l-isparar;
(e) ma jistax jigi wzat, fil-kostruzzjoni ta’ dawn il-pakki,
hadid jew azzar li ma jkunx miksi b’landa, zingu jew
materjal iehor tajjeb b’mod li jghatti sewwa dak il-
hadid jew azzar;
(f) f’kull pakk singlu, jew fil-kaz ta’ pakk doppju, f’kull
pakk ta’ barra, ma tistax titqieghed izjed minn hamsa u
erbghin kilogramm porvli ta’ l-isparar;
(g) fuq kull pakk ta’ barra ghandu jkun hemm imwahhla l-
ESPLOZIVI    g K AP. 33.       7
kelmiet "Porvli/Gunpowder" b’ittri li jidhru sewwa.
Setgha tal-Ministru 
responsabbli ghall-
Pulizija li jaghmel 
regolamenti.
Sostitwit:
XXVII. 1955.3.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XI. 1977.2; 
XLIX. 1981.6.
22. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-Pulizija jista’ jaghmel,
u wara li jkun ghamel, jemenda, ihassar jew jerga’ jaghmel
regolamenti dwar il-kontroll, restrizzjoni jew projbizzjoni ta’
importazzjoni, hdim, preparazzjoni, hzin, irfiegh, garr, manigg,
tqassim u uzu ta’ esplozivi, u partikolarment, izda minghajr hsara
ghal generalita  tas-setgha fuq imsemmija, jista’ jaghmel
regolamenti ghall-finijiet kollha jew ghal xi wiehed minn dawn li
gejjin:
(a) dwar il-bini, pjantar, materjali u armar ta’ gewwa u ta’
barra tal-fabbriki tal-porvli ta’ l-isparar, tal-fabbriki
tax-xoghlijiet tan-nar, jew fabbriki ohra, imhazen tal-
munizzjon, imhazen jew hwienet, sew fuq l-art kemm
fuq il-bahar, li fihom jinhadmu, jinzammu jew
jinbieghu esplozivi, kif ukoll ghal dawk il-
prekawzjonijiet l-ohra kollha li ghandhom jigu
osservati f’dawk il-postijiet;
(b) ghall-kwalifiki dwar l-eta , sahha, kondotta precedenti,
kapacita  teknika, u dawk il-konsiderazzjonijiet l-ohra
li jkunu stabbiliti fir-regolamenti, u ghall-obbligi ta’
persuni li huma sidien ta’ l-imsemmija fabbriki,
imhazen ta’ esplozivi, imhazen jew hwienet, jew huma
impjegati fihom, jew ghandhom access ghalihom, jew
ikollhom il-licenzi taghhom, jew ikollhom x’jaqsmu
b’xi mod fil-garr, manigg, hrug jew ghoti ta’ nar lill-
esplozivi, inkluza l-htiega li kull licenza moghtija biex
tinzamm fabbrika ta’ esplozivi tkun marbuta bil-
kondizzjoni illi tittiehed, a spejjez ta’ min ikollu l-
licenza, polza ta’ sigurta , sew individwali kemm
kollettiva, li tkopri kull impjegat u kull persuna li
jkollha access ghall-imsemmija fabbrika bhala
haddiem volontarju kontra l-mewt jew inkapacita
permanenti li tista’ tigri minhabba jew waqt ix-xoghol
tieghu f’ammont ta’ mhux anqas minn elf lira;
(c) ghal kull haga incidentali u supplementari li ghaliha l-
Ministru responsabbli ghall-Pulizija jidhirlu mehtiega
li jipprovdi ghall-finijiet tar-regolamenti.
Kap. 446.
Kap. 9.
(2) Regolamenti maghmulin taht dan l-artikolu jistghu
jipprovdu illi, dwar xi wiehed jew aktar mir-regolamenti jew dwar
xi klassi jew aktar ta’ regolamenti, id-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar il-Probation, jew l-artikolu 21 tal-Kodici Kriminali ma
jkunux ighoddu.
Hatra ta’ Kumitat.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68.
23. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jahtar Kumitat li jkun
maghmul minn tlett esperti sabiex ighinu lill-awtoritajiet fl-
esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima.
(2) Kull membru ta’ dan il-Kumitat u kull ufficjal tal-Pulizija
ta’ grad mhux anqas minn dak ta’ sotto-spettur jistghu jidhlu fil-
postijiet imsemmijin fl-artikolu 5 biex jaraw li qeghdin jigu mharsa
d-disposizzjonijiet ta’ qabel, kif ukoll jistghu jidhlu f’kull post
iehor fejn il-Pulizija jkollha ragun tahseb li qeghdin jinzammu
  8 KAP. 33. h            ESPLOZIVI 
porvli ta’ l-isparar jew esplozivi ohra jew li qeghdin jinhadmu
porvli ta’ l-isparar, esplozivi jew xogholijiet tan-nar, kontra d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Sparar ta’ maskli, 
bombi, ecc.
24. (1) Hadd ma jista’, minghajr licenza tal-Pulizija, jaghti n-
nar jew jispara maskli, bombi, sufarelli, jew xoghlijiet tan-nar ta’
kull xorta li jkunu, inkella jtella’ blallen bin-nar jew, in generali,
jaghmel esplozjoni jew nar li jista’ jkun ta’ perikolu, f’kull post li
jkun.
(2) Hadd ma jista’ minghajr licenza tal-Pulizija, jispara armi
tan-nar f’post abitat, jew fi qrib tieghu, jew fit-toroq pubblici, jew
fil-portijiet.
(3) Il-licenza msemmija fis-subartikolu (1) tinghata taht il-
kondizzjoni illi l-operazzjonijiet hawn fuq imsemmija jsiru f’post
irparat, u, f’okkazjonijiet ta’ festi jew ta’ gemghat ohra ta’ nies,
f’post hekk imbieghed mill-folol li ma jistghux isiru disgrazzji.
(4) Meta jsir reat kontra d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
u l-hati ma jkunx maghruf, il-kerrej jew id-detentur tal-fond li fih
ikun sar ir-reat, jew jekk fil-fond ma jkunux joqoghdu nies, dak li
jkollu l-hsieb jew l-inkargu tieghu, huwa responsabbli tar-reat,
kemm-il darba seta’ ma jhallix isir dak ir-reat.
Hruq ta’ qasbija, 
ecc, fl-eghlieqi.
25. (1) Hadd ma jista’ jaghti n-nar lil qasbija fl-eghlieqi,
f’boghod ta’ anqas minn tnejn u disghin metru minn dar, bini,
tahwil, imziezel ta’ qmuh, tiben, u ghalf, jew minn depozt iehor ta’
materjal li jaqbad.
(2) Kull min iqabbad dan in-nar f’izjed boghod milli msemmi
hawn fuq, ghandu jiehu l-prekawzjonijiet mehtiega ghas-sigurezza
tal-proprjeta  ta’ haddiehor, u ghandu jassisti huwa nnifsu flimkien
ma’ numru bizzejjed ta’ nies, sakemm jintefa n-nar.
Uzu jew pussess 
ta’ esplozivi ghas-
sajd. 
Mizjud: 
IV. 1920.10.
26. Hadd ma jista’, f’ebda zmien jew post, juza jew izomm
ghandu esplozivi ghas-sajd.
TAQSIMA II
DISPOSIZZJONIJIET PENALI
Pieni ghad-dhul 
f’Malta, ecc., ta’ 
esplozivi,
Emendat:
XXVII. 1955.4.
27. Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3, jehel,
meta jinsab hati, il-piena tal-prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed
minn sitt xhur jew multa ta’ mhux anqas minn ghoxrin lira u mhux
izjed minn mitejn lira, jew ghal dik il-prigunerija u multa flimkien. 
ghal min ihalli li 
fond jigi wzat 
sabiex jinzammu 
esplozivi fih,
28. L-istess piena jehel kull min xjentement ihalli li fond, illi
tieghu jkun id-detentur jew ikollu l-hsieb jew il-kustodja, jigi wzat
sabiex jinzammu jew jinhadmu fih porvli ta’ l-isparar, esplozivi
jew xoghlijiet tan-nar kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza. 
ESPLOZIVI    g K AP. 33.       9
ghal min izomm 
ghandu, ecc., 
esplozivi,
Emendat:
IV. 1920.11;
XXVII. 1955.5.
29. Kull min, kontra d-disposizzjonijiet tat-Taqsima I ta’ din l-
Ordinanza, izomm fid-dar tieghu jew f’post iehor, jahdem, ibigh
jew joffri ghal bejgh, jew jikkunsinna lill-persuni mhux
awtorizzati, porvli ta’ l-isparar jew xi wahda mis-sustanzi l-ohra
msemmijin fl-artikolu 6, jehel, meta jinsab hati, il-piena tal-
prigunerija ghal zmien mhux izjed minn sitt xhur jew multa ta’
mhux anqas minn ghoxrin lira u mhux izjed minn mitejn lira, jew
ghal dik il-prigunerija u multa flimkien.
ghall-garr ta’ 
esplozivi,
Emendat:
XXVII. 1955.6.
30. Kull min, kontra d-disposizzjonijiet tat-Taqsima I ta’ din l-
Ordinanza, igorr minn post ghall-iehor porvli ta’ l-isparar jew
esplozivi, jehel, meta jinsab hati, il-piena tal-prigunerija ghal
zmien mhux izjed minn xahar jew multa ta’ mhux anqas minn
ghaxar liri u mhux izjed minn hamsin lira, jew ghal dik il-
prigunerija u multa flimkien.
ghall-ksur ta’ 
regolamenti,
31. Kull min jikser ir-regolamenti maghmulin taht l-artikolu 22
jehel, meta jinsab hati, il-piena msemmija fl-artikolu 30 jekk ir-reat
ikun kontra regolament dwar il-garr ta’ porvli jew ta’ esplozivi, jew
il-piena msemmija fl-artikolu 29 jekk ir-reat ikun kontra
regolament dwar il-hwejjeg l-ohra msemmijin fl-artikolu 22.
ghal min ifixkel id-
dhul ta’ ufficjali,
32. Kull min, fil-kazijiet imsemmijin fl-artikolu 23(2) jew fir-
regolamenti maghmulin taht din l-Ordinanza, ifixkel b’xi mod id-
dhul tal-membri tal-kumitat, jew ta’ l-ufficjali tal-Pulizija
msemmija f’dak l-artikolu, fil-postijiet u ghall-finijiet hemm
imsemmija, jehel, meta jinsab hati, il-piena ta’ l-ammenda jew tal-
prigunerija ghal mhux izjed minn xahar.
ghal min jaghti n-
nar jew jispara 
maskli, ecc.,
Emendat:
XXVII. 1955.7;
XXXI. 1967.37.
33. (1) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24
jehel, meta jinsab hati, il-piena msemmija taht l-artikolu 29.
ghal min jaghti n-
nar lil qasbija fl-
eghlieqi,
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 25 jehel,
meta jinsab hati, il-piena ta’ l-ammenda mhux anqas minn hamsin
centezmu, u, fil-kazijiet gravi, il-piena tad-detenzjoni ghal zmien
mhux anqas minn tlitt ijiem b’zjieda ma’ dik l-ammenda. 
ghall-uzu ta’ 
esplozivi ghas-
sajd. 
Mizjud:
IV. 1920.12.
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
34. Kull min jaghmel reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 26 jehel, meta jinsab hati, il-piena ta’ prigunerija minn
sena sa disa’ snin.
TAQSIMA III
DISPOSIZZJONIJIET GENERALI
It-tifsir tal-kelma 
"esplozivi" jghodd 
ukoll ghal sustanzi 
esplozivi ohra.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
35. Il-Ministru responsabbli ghall-Pulizija jista’ b’ordni
jiddikjara illi sustanza li, fil-fehma tieghu, hija b’mod specjali
perikoluza ghall-hajja jew ghall-proprjeta  minhabba n-natura
esploziva taghha, jew minhabba li l-process li bih tinhadem jista’
jikkaguna esplozjoni, ghandha titqies esploziv fis-sens ta’ din l-
Ordinanza, u d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza (bla hsara ta’ l-
  10  KAP. 33. h            ESPLOZIVI 
eccezzjonijiet, limitazzjonijiet u restrizzjonijiet imsemmijin fl-
ordni) ighoddu l-istess ghal din is-sustanza daqs li kieku hija kienet
kompriza fil-kelma "esplozivi" f’din l-Ordinanza.
Persuni li jaghmlu 
certi xoghlijiet 
f’esplozivi jitqiesu 
daqs li kieku 
hadmu esploziv.
36. Kull min jaghmel xi wiehed minn dawn ix-xoghlijiet,
jigifieri jiddividi fil-komponenti tieghu jew b’mod iehor jaqsam
jew ihott esploziv, inkella jaghmel tajjeb ghall-uzu esploziv
imhassar, inkella jaghmel mill-gdid, ibiddel, jew isewwi esploziv,
jaqa’ taht id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, bhallikieku
hadem esploziv.
Tifsir u 
klassifikazzjoni ta’ 
esploziv b’ordni 
tal-Ministru 
responsabbli ghall-
Pulizija. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l- 1963.
37. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-Pulizija jista’ minn
zmien ghal iehor b’ordni jfisser, ghall-finijiet ta’ din l-Ordinanza,
il-komposizzjoni, ix-xorta u n-natura ta’ kull esploziv u
jikklassifika l-esplozivi.
(2) Meta l-komposizzjoni, ix-xorta jew in-natura ta’ esploziv
ikunu gew hekk imfissra mill-Ministru responsabbli ghall-Pulizija,
kull sustanza ddikjarata bhala li hija dak l-esploziv illi ma tkunx
taqbel ma’ dik it-tifsira fil-komposizzjoni, xorta jew natura,
minhabba li tkun hzienet jew ghal raguni ohra, ma titqiesx, ghall-
finijiet ta’ din l-Ordinanza, li hija l-esploziv hekk imfisser.
Ir-regolamenti u l-
ordnijiet 
ghandhom johorgu 
fil-Gazzetta tal-
Gvern. 
Sostitwit:
XXVII. 1955.8.
Emendat:
XVII. 1961.2;
XXV. 1962.2;
A.L. 4 ta’ l-1963;
XLIX. 1981.6.
38. Ir-regolamenti jew ordnijiet kollha maghmula mill-
Ministru responsabbli ghall-Pulizija taht din l-Ordinanza
ghandhom jigu pubblikati b’avviz fil-Gazzetta tal-Gvern, u
ghandhom jibdew fis-sehh minn dik il-pubblikazzjoni jew minn dik
id-data li tista’ tissemma f’dawk ir-regolamenti jew ordnijiet.
Reati li jaqghu taht 
il-klassi tal-
kontravvenzjoni-
jiet. 
Emendat: 
XL. 1940.4; 
XLIX. 1981.4.
Kap. 9.
39. (1) Kull reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
jew tar-regolamenti maghmulin tahtha barra mir-reat taht l-artikolu
26, jaqa’, ghall-finijiet tal-Kodici Kriminali, taht il-klassi tal-
kontravvenzjonijiet, ukoll meta l-piena stabbilita fl-artikoli ta’
qabel hija akbar minn dawk stabbiliti ghall-kontravvenzjonijiet fil-
Kodici Kriminali.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-Kodici hawn fuq imsemmi dwar il-
pieni ta’ "l-ammenda", tal-"multa", tad-"detenzjoni" u tal-
"prigunerija", ighoddu ghal dawn il-pieni meta jkunu moghtija taht
id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Konfiska tal-
corpus delicti, ecc.
Emendat:
IV. 1920.13; 
XL. 1940.4.
Sostitwit: 
XXVII. 1955.9.
40. (1) Meta jigi pruvat reat kontra din l-Ordinanza jew kontra
xi regolamenti maghmula bis-sahha taghha, il-corpus delicti, il-
ghodod, komprizi l-vetturi jew ingenji tal-bahar li servew jew
kellhom iservu ghall-konsumazzjoni tar-reat kif ukoll kull sustanza
jew haga li tkun il-prodott tar-reat, jigu kkonfiskati, meta ma jkunx
hemm min, minghajr ma jkun ha sehem fir-reat, ikollu jedd fuq
dawk l-ghodod, vetturi, ingenji tal-bahar, sustanzi jew hwejjeg u
jgib ‘il quddiem it-talba tieghu fi zmien erbat ijiem utili minn dak
in-nhar illi s-sentenza li biha jkun gie dikjarat li sar ir-reat issir
definittiva.
(2) B’dak kollu li jinsab fis-subartikolu ta’ qabel jew f’xi
ESPLOZIVI    g K AP. 33.       11
disposizzjoni ohra tal-ligi, f’kull procediment kriminali kontra xi
persuna ghal reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew
ta’ xi regolamenti maghmulin bis-sahha taghha, il-qorti, minnufih
wara li jinqraw l-imputazzjoni jew ir-rapport tal-Pulizija jew f’kull
zmien wara, jekk tkun sodisfatta illi xi esploziv li jkollu x’jaqsam
mal-procedimenti ma jkunx jista’ jinzamm sakemm jispiccaw il-
procedimenti minghajr perikolu ghan-nies jew proprjeta , tista
tordna d-distruzzjoni ta’ xi esploziv minn dawn taht dik is-
sorveljanza esperta li jidhrilha xieraq fic-cirkostanzi izda f’dan il-
kaz il-qorti ghandha tiehu l-passi mehtiega biex tiddeskrivi l-
esplozivi msemmija u l-istat taghhom.
Kap. 9.
meta d-dokument mikxuf jikkonsisti f’xi esploziv u jigi muri ghas-
sodisfazzjon tal-qorti illi d-disposizzjoni ta’ l-imsemmi artikolu
dwar il-konservazzjoni ta’ l-esploziv ma tistax tigi applikata
minghajr perikolu ghan-nies jew ghall-proprjeta , il-qorti ghandha
tordna d-distruzzjoni ta’ l-esploziv bil-prekawzjonijiet imsemmija
fis-subartikolu ta’ qabel inkluzi dawk dwar id-deskrizzjoni
taghhom.
Riserva ghal pieni 
akbar taht ligijiet 
ohra. 
Emendat:
XXVII. 1955.10.
Kap. 9.
41. Il-pieni stabbiliti fid-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
jew xi regolamenti maghmulin bis-sahha taghha jghoddu biss meta
l-fatt ma jkunx jikkostitwixxi reat punibbli b’pieni akbar taht il-
Kodici Kriminali, jew taht ligijiet ohra; f’dan il-kaz ighoddu l-pieni
kkontemplati f’dak il-Kodici jew ligijiet ohra.
Procedimenti ghal 
reati taht din l-
Ordinanza.
Emendat: 
IV. 1920.14;
XXVII. 1955.10;
VIII. 1990.3.
42. Hlief fil-kaz tar-reat imsemmi fl-artikolu 26, kull
procediment ghal reat taht din l-Ordinanza jew xi regolamenti
maghmulin bis-sahha taghha, ghandu jingieb ’il quddiem mill-
Pulizija fil-Qorti tal-Magistrati (Malta) meta r-reat isir f’Malta, u
fil-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex), meta r-reat isir f’Ghawdex jew
Kemmuna.
Hsara.
kkagunata b’reat kontra d-disposizzjonijiet taghha tintalab mill-
persuna li tbatiha bhala dejn civili.
Recidiva fl-istess 
reat. 
Emendat: 
XXVlI. 1955.11.
44. Jekk persuna misjuba hatja ta’ reat kontra d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’ xi regolamenti
maghmulin bis-sahha taghha, fi zmien tliet xhur minn dak in-nhar li
l-ewwel piena tkun giet skuntata jew mahfura terga’ taghmel l-
istess reat, tehel, jekk ir-reat hu punibbli bl-ammenda jew bil-
multa, id-doppju ta’ l-ammont ta’ dik il-piena biz-zjieda tad-
detenzjoni, jew, jekk ir-reat hu punibbli bid-detenzjoni jew bil-
prigunerija, din il-piena mizjuda bi grad.
Recidiva ghat-
tielet darba jew 
izjed. 
Emendat:
IV. 1920.15.
45. Fil-kaz ta’ kundanna ghat-tielet darba jew izjed ghall-istess
reat meta dan ikun gie maghmul minn detentur ta’ hanut, bejjiegh,
jew persuna ohra li tahdem arti, sengha, jew xoghol iehor b’licenza
ta’ awtorita  pubblika, u meta dan ir-reat ikollu x’jaqsam ma’ l-
ezercizzju ta’ dik l-arti, sengha jew xoghol iehor, il-licenza tigi
rtirata.
  12  KAP. 33. h            ESPLOZIVI 
Setgha tal-qorti li 
tordna t-tnehhija 
ta’ l-inkonvenjent.
Emendat:
XXVII. 1955.11.
46. Fil-kaz ta’ kontravvenzjoni ghad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza jew ta’ xi regolamenti maghmulin bis-sahha taghha il-
qorti barra milli taghti l-piena, tordna lill-hati, meta hu l-kaz, li
jnehhi l-inkonvenjent ikkagunat bil-kontravvenzjoni jew, skond ic-
cirkostanzi, li jezegwixxi l-ligi fi zmien, bizzejjed ghaldaqshekk, li
jigi moghti mill-qorti; u jekk il-hati, jonqos ii jezegwixxi dan l-
ordni f’dak iz-zmien, jehel ammenda ta’ mhux izjed minn zewg liri
ghal kull gurnata li l-inkonvenjent jibda’, jew li l-ligi ma tigix
esegwita wara li jaghlaq iz-zmien hawn fuq imsemmi.
Tnehhija ta’ l-
inkonvenjent mill-
Pulizija.
47. Il-qorti tista’ wkoll tordna li l-inkonvenjent jigi mnehhi,
jew li l-ligi tigi esegwita, mill-Pulizija bi spejjez tal-hati, li, f’dan
il-kaz, jista’ jigi mgieghel ihallas lura dawn l-ispejjez, b’mandat
mahrug mill-istess qorti.
Genn jew assenza 
tal-hati.
48. (1) Meta l-hati ma jkunx jista’, minhabba genn jew mard
iehor, jidher il-qorti, jew ikun assenti minn Malta jew mistohbi, u l-
Kummissarju tal-Pulizija jwettaq b’gurament li hu mehtieg li l-
inkonvenjent ikkagunat bir-reat jigi mnehhi bla dewmien, jew li
xort’ohra tigi ezegwita l-ligi, il-qorti tordna illi c-citazzjoni tigi
nnotifikata, fl-ewwel zewg kazijiet, lir-rapprezentant legittimu tal-
hati, jew lil persuna ohra li jkollha l-hsieb tieghu, u fil-kazijiet l-
ohra jew jekk il-hati, meta hu mohhu marid, ma jkunx taht il-hsieb
ta’ haddiehor, lil zewg jew mart il-hati, jew lil xi hadd li jigi fil-
qrib minnu mid-demm jew bi zwieg, jew lill-amministratur ta’
hwejgu, jekk ikun hemm.
(2) F’kull kaz bhal dan, meta r-reat jigi ppruvat, il-qorti
tapplika d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 46 jew ta’ l-artikolu 47:
Izda kemm-il darba jkun hemm lok li tigi moghtija piena
lill-hati, li jkun mohhu marid jew assenti, il-qorti thalli l-kaz sa
meta dan ikun kapaci li joqghod fil-kawza jew sa meta jigi lura. 
Fejn ma tapplikax 
din l-Ordinanza.
Sostitwit:
XXII.1976.4. 
*49. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza ma ghandhomx
japplikaw ghall-Forzi Armati ta’ Malta.
DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI
Regolamenti 
maghmulin taht 
ligijiet ta’ qabel.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68.
50. Kull regolament maghmul mill-awtorita  kompetenti bis-
sahha tas-setghat moghtijin lilhom mil-ligijiet imhassrin b’din l-
Ordinanza# u li mhux inkompatibbli ma’ din l-Ordinanza, jibqa’
jsehh sakemm johorgu regolamenti godda floku, taht din l-
Ordinanza.
*Ir-riferenza ghall-Att ta’ l-1966 dwar il-Forzi Vizitatrici giet imhollija barra,
billi l-istess Att gie revokat bl-Att IX ta’ l-1982.
#Id-disposizzjonijiet li jhassru huma mhollija barra taht l-Ordinanza ta’ l-1936
dwar ir-Revizjoni tal-Ligijiet Statutarji ta’ Malta u taht l-Att ta’ l-1980 dwar ir-
Revizjoni tal-Ligijiet Statutarji.
