DRITTIJIET gKAP. 35.   1
KAPITOLU 35
ORDINANZA DWAR ID-DRITTIJIET
Biex taghmel disposizzjonijiet ghall-hlas ta’ drittijiet ghal licenzi,
permessi u atti jew servizzi ohra fl-ufficcji jew dipartimenti tal-gvern.
(26 ta’ Gunju, 1905)*
Saret ligi bl-ORDINANZA X ta’ l-1905 kif emendata bl-Ordinanzi: II
ta’ l-1906 u XXVIII ta’ l-1939; bl-Ordinanza ta’ Emergenza XV ta’ l-1958;
bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Att XI ta’ l-1963; bl-Avviz Legali 46 ta’
l-1965; u bl-Atti: XVII ta’ l-1967 u VI ta’ l-1986.
Titolu fil-qosor.
Drittijiet.
Setgha tal-Ministru 
li jistabbilixxi 
drittijiet. Emendat: 
XV.1958.3; 
XXV.1962.3; 
XI.1963.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XVII.1967.2.
2. (1) Ministru li jkollu r-responsabbilta ta’ xi dipartiment
jew ufficcju tal-gvern jista’ jaghmel regolamenti li jippreskrivu d-
drittijiet li ghandhom jithallsu f’dak id-dipartiment jew ufficcju
jew f’isimhom dwar licenzi, permessi jew xi att jew servizz iehor
ikun li jkun, u jista’ minn zmien ghal zmien ibiddel jew jemenda
dawk ir-regolamenti.
(2) Kull regolament bhal dan, meta ma jigix dispost xort’ohra,
ghandu effett mid-data tal-hrug tieghu, u ghandu mill-iktar fis li
jista’ jkun jigi mqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-
Rapprezentanti.
(3) Is-setgha moghtija bis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu u
kull setgha ohra moghtija b’xi ligi ohra biex jigu stabbiliti dawk id-
drittijiet kif intqal qabel ghandha tigi ezercitata bi ftehim mal-
Ministru responsabbli ghall-finanzi.
Ufficjal jista’ 
jirrifjuta li jaghmel 
att jew servizz li 
jigi mitlub sakemm 
id-dritt ma 
jithallasx.
3. L-ufficjal inkarigat minn ufficcju jew dipartiment
pubbliku, meta jigi mitlub li jaghmel att jew servizz illi ghalih
ghandu jithallas dritt bis-sahha ta’ din l-Ordinanza, jista’ jirrifjuta
li jaghmel dak l-att jew servizz sakemm id-dritt ma jigix imhallas.
Procedimenti 
ghall-gbir ta’ 
drittijiet.
Kap. 12.
4. Id-drittijiet stabbiliti b’regolament bhal dak hawn fuq
imsemmi jistghu jingabru, meta ma jigix dispost xort’ohra, bil-mod
li jiddisponi l-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili ghall-
gbir ta’ somom li ghandhom jithallsu lil dipartiment tal-gvern,
b’talba jew fl-isem ta’ l-ufficjal li lilu ghandu jigi mhallas id-dritt. 
Hlas ta’ drittijiet 
bil-mezz ta’ boll. 
Emendat: 
II.1906.1; 
XV.1958.3; 
XXV. 1962.3; 
XI.1963.3; 
VI. 1986.2.
5. Il-Ministru kompetenti bi ftehim mal-Ministru
responsabbli ghall-finanzi jista’ b’regolamenti jordna li l-hlas tad-
drittijiet kollha imsemmija fl-artikolu 2, jew ta’ wiehed jew iehor
minnhom, jew ta’ dritt li ghandu jithallas taht ligi ohra li tkun
issehh fi zmien li jkun, jigi indikat bil-mezz ta’ bolli tal-pustagg
b’dak il-mod li jista’ jkun provdut f’dawk ir-regolamenti.
*Ara Proklama Nru. X ta’ l-1905.
 2      KAP. 35.h    DRITTIJIET
Setgha ta’ Ministru 
li jnaqqas jew 
jahfer drittijiet f’xi 
kazijiet. Mizjud: 
XXVIII.1939.2. 
Emendat: 
XV.1958.3; 
XXV.1962.3; 
XI.1963.5.
6. Il-Ministru kompetenti bi ftehim mal-Ministru
responsabbli ghall-finanzi jista’ jnaqqas jew jahfer wiehed jew
iehor mid-drittijiet imsemmijin f’din l-Ordinanza meta huwa
sodisfatt li l-hlas ta’ dak id-dritt ikun jaggrava l-persuna li jmissha
thallsu.
