PROJBIZZJONI TA’ SULFARINI TAL-FOSFRU ABJAD   g KAP. 38.
KAPITOLU 38
ORDINANZA DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ 
SULFARINI TAL-FOSFRU ABJAD
Biex tipprojbixxi l-fabbrikazzjoni, bejgh u importazzjoni ta’ sulfarini
maghmulin bil-Fosfru abjad.
(1 ta’ Ottubru, 1910)*
(1 ta’ Jannar, 1911)
Saret ligi bl-ORDINANZA IX ta’ l-1910.
Titolu fil-qosor.
Projbizzjoni ta’ Sulfarini tal-Fosfru Abjad.
Tifsir ta’ "fosfru 
abjad".
2. F’din l-Ordinanza "fosfru abjad" ifisser is-sustanza
maghrufa ordinarjament bhala fosfru abjad jew isfar.
Projbizzjoni ta’ l-
uzu ta’ fosfru abjad 
fil-fabbrikazzjoni 
ta’ sulfarini.
3. Hadd ma jista’ juza fosfru abjad fil-fabbrikazzjoni ta’
sulfarini.
Kampjuni ta’ 
sustanzi wzati fil-
fabbrikazzjoni ta’ 
sulfarini.
4. Is-sid jew direttur ta’ fabbrika fejn jinhadmu sulfarini
ghandu jhalli lil kull ufficjal tal-Pulizija ta’ grad mhux anqas minn
dak ta’ sotto-spettur, f’kull zmien li jkun, li jiehu ghall-analisi
numru sufficjenti ta’ kampjuni ta’ sustanzi wzati jew imhallta biex
jigu wzati:
Izda, is-sid jew direttur, fil-waqt li jkun qieghed jittiehed il-
kampjun, jista’, wara li jkun ipprovda l-mezzi mehtiega
ghaldaqshekk, jitlob lil dak l-ufficjal tal-Pulizija sabiex jaqsam
f’zewg partijiet il-kampjun hekk mehud u sabiex jimmarka,
jissigilla u jikkunsinna lilu parti wahda minnhom.
Projbizzjoni ta’ 
bejgh ta’ sulfarini 
maghmulin bil-
fosfru abjad.
5. Hadd ma jista’ jbigh, jew joffri jew jesponi ghal bejgh, jew
izomm ghandu bi skop ta’ bejgh sulfarini maghmulin bil-fosfru
abjad.
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni ta’ 
sulfarini 
maghmulin bil-
fosfru abjad. 
Kap. 37.
6. Hadd ma jista’ jimporta f’Malta sulfarini maghmulin bil-
fosfru abjad, u s-sulfarini hekk maghmula jitqiesu bhala oggetti
pprojbiti li ghalihom ighoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza
tad-Dwana.
Pieni.
jew jindahal fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tal-Pulizija, taht din l-
Ordinanza, jew ifixkilha fl-esekuzzjoni taghhom, jehel ammenda
jew multa, u l-fosfru abjad kollu jew is-sulfarini maghmulin bil-
fosfru abjad li jkunu jinsabu ghandu, jistghu jigu maqbuda minn
kull ufficjal tal-Pulizija, u jistghu jigu kkonfiskati.
*Ara Proklama Nru. XI tat-28 ta’ Gunju, 1910.
