HADDIEMA D-DEHEB U L-HADDIEMA L-FIDDA (ARGENTIERA)g K AP 46.    1
KAPITOLU 46
ORDINANZA DWAR IL-HADDIEMA D-DEHEB 
U L-HADDIEMA L-FIDDA (ARGENTIERA)
Biex thassar u taghmel issehh mill-gdid b’emendi l-Ordinanza dwar il-
Haddiema d-Deheb u l-Haddiema l-Fidda (Argentiera).
1 ta’ Dicembru, l920
L-ORDINANZA XII ta’ l-1920 kif emendata bl-Att X ta’ l-1932; bl-
Ordinanza II ta’ l-1938; bl-Atti: XXII ta’ l-1949, XXV ta’ l-1962; bl-Avvizi
Legali: 4 ta’ l-1963, 46 ta’ l-1965; u bl-Atti: VII ta’ l-1966, XXXI ta’ l-
1971, LVIII ta’ l-1974, XI ta’ l-1977, XLIX ta’ l-1981, II ta’ l-1982, VIII u
XVIII ta’ l-1990, u XXVII ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
il-Haddiema d-Deheb u l-Haddiema l-Fidda (Argentiera).
Tifsir. 
Mizjud: 
XXXI. 1971.9.
2. F’din l-Ordinanza, u f’kull regolamenti maghmula bis-
sahha taghha, -
"ghaqda ta’ persuni" tfisser kull kumpannija jew socjeta  ta’
persuni, sew korporata sew mhux korporata, sew jekk ikollha
personalita  guridika sew jekk le;
"Konslu" tfisser il-Konslu tad-Deheb u tal-Fidda u tinkludi kull
ufficjal pubbliku li l-Ministru responsabbli ghall-finanzi jista’
minn zmien ghal zmien jawtorizza biex jaghmel id-dmirijiet ta’
Konslu;
"persuna" tinkludi ghaqda ta’ persuni.
L-oggetti tad-
deheb u tal-fidda 
ghandhom ikunu 
imbullati. 
Emendat: 
XXXI.1971.2.
3.(l)(a)Ebda oggett tad-deheb jew tal-fidda ma jista’ jinbiegh,
jitpartat, jew xort’ohra jigi trasferit jew innegozjat jekk
dak l-oggett ma jkunx imbullat bil-boll xieraq tal-
Gvern li juri t-titolu tad-deheb jew tal-fidda wzat fil-
manifattura tieghu.
(b) Ebda oggett tad-deheb jew tal-fidda importat
kummercjalment ma jista’ jinbiegh, jitpartat jew
xort’ohra innegozjat, u lanqas ma ghandu xi oggett tali
jigi mehlus mill-Kontrollur tad-Dwana qabel ma jkun
imbollat b’boll xieraq tal-Gvern li juri -
(i) l-origini tieghu ta’ barra minn Malta;
(ii) it-titolu tad-deheb jew tal-fidda wzat fil-
manifattura tieghu.
Eccezzjonijiet.
(a) ghall-ornati tad-deheb jew tal-fidda f’xoghlijiet ta’
sustanza ohra;
(b) ghax-xoghlijiet tad-deheb jew tal-fidda li ma jifilhux
il-pressjoni tal-boll minghajr ma jinkissru jew ma
jitilfu s-sahha mehtiega;
(c) ghax-xoghlijiet tad-deheb jew tal-fidda li ghandhom
  2       KAP. 46. h  HADDIEMA D-DEHEB U L-HADDIEMA L-FIDDA (ARGENTIERA)
valur bhala antikitajiet;
(d) ghax-xoghlijiet tad-deheb jew tal-fidda mahdumin fuq
il-platinu jew platinè ;
(e) ghax-xoghlijiet tad-deheb jew tal-fidda li fihom il-
valur ta’ gawhar jew hagar prezzjuz u tal-manifattura
hu, fil-fehma tal-Konslu, wisq akbar mill-valur tal-
metall uzat.
(3) Bla hsara ta’ kull kondizzjoni li jidhirlu xieraq li jimponi, u
bla hsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), il-Ministru
responsabbli ghall-finanzi jista’, b’avviz fil-Gazzetta tal-Gvern,
minn zmien ghal zmien jordna li d-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1), jew uhud minnhom, ma ghandhomx japplikaw ghal xi oggett
tad-deheb jew tal-fidda specifikat jew ghal xi klassi jew kategorija
specifikata ta’ dawk l-oggetti.
Min ghandu 
jumbullahom u kif. 
Emendat: 
XXV.1962.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
4. (1) Il-boll jigi mqieghed mill-Konslu tad-Deheb u tal-
Fidda, wara li jaghmel l-assagg ta’ l-oggett skond ir-regolamenti li,
minn zmien ghal zmien, jigu maghmula mill-Ministru responsabbli
ghall-finanzi.
(2) Dawn ir-regolamenti ghandhom jigu mahruga
b’notifikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern u kopja taghhom ghandha
tigi mqieghda fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati f’sessjoni
taghha u jibdew isehhu mill-jum stabbilit f’dik in-notifikazzjoni,
kemm-il darba ma jigux michuda mill-Kamra tad-Deputati fi zmien
tliet gimghat mid-data li fiha jkunu gew imqieghda fuq il-Mejda
tal-Kamra fuq imsemmija.
Titoli ta’ oggetti 
tad-deheb u tal-
fidda. 
Sostitwit:
II.1982.2.
5. (1) It-titoli ta’ finezza li gejjin huma maghrufa ghall-
finijiet ta’ din l-Ordinanza:
(a) ghal xoghlijiet ta’ deheb 916, 750, 585 u 375;
(b) ghal xoghlijiet ta’ fidda 959, 925, 830 u 800.
(2) It-titolu ta’ finezza jkun muri bin-numru li jirrapprezenta n-
numru ta’ partijiet bil-piz ta’ deheb pur jew ta’ fidda pura, skond il-
kaz, f’elf parti b’piz ta’ liga.
Oggetti inferjuri. 6. (1) Kull oggett illi, minghajr ma jkun anqas mit-titolu l-
izjed baxx stabbilit mill-ligi, ma jkunx jilhaq sewwa sew daqs
wiehed mit-titoli legali, jigi imbullat bhala titolu legali sewwa sew
ta’ wara dak li johrog mill-assagg jew jigi mkisser kif jaghzel l-
artigjan.
(2) Kull oggett li ghalih ikun gie rrifjutat il-boll minhabba li
jkun izjed baxx mill-anqas titolu legali jigi mkisser quddiem il-
Konslu u sid l-oggett.
Piena ghal 
dikjarazzjoni 
zbaljata. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4. 
Kap. 9.
7. (1) Kull min jiddikjara bi zball li oggett ipprezentat ghall-
boll hu maghmul kollu kemm hu minn sustanza wahda jew li
m’ghandux mohbija fih sustanzi barranin, jehel il-pieni stabbiliti
fil-Kodici Kriminali ghall-kontravvenzjonijiet.
HADDIEMA D-DEHEB U L-HADDIEMA L-FIDDA (ARGENTIERA)g K AP 46.    3
Piena ghal 
dikjarazzjoni 
maghmula b’qerq.
(2) Kull min jiddikjara b’qerq li oggett ipprezentat ghall-boll
hu maghmul kollu kemm hu minn sustanza wahda jew li
m’ghandux mohbija fih sustanzi barranin, jehel, meta jinsab hati,
il-piena ta’ prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn tmintax-il
xahar.
Jekk 
b’dikjarazzjoni 
maghmula b’qerq 
il-hati jirnexxilu 
jimbolla oggett, 
ecc.
(3) Jekk b’dik id-dikjarazzjoni maghmula b’qerq, persuna
jirnexxilha timbolla oggett li jkollu sustanza barranija mohbija fih,
jew li ma jkunx maghmul kollu kemm hu, minn sustanza wahda,
jew jekk persuna tbiddel bicca jew izjed minn oggett imbullat, jew
tahbi gewwa fih sustanza barranija, tehel, meta tinsab hatja, il-
piena ta’ prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sentejn.
Avviz li ghandu 
jinghata mill-
Konslu. 
(4) Ebda procediment ma jittiehed kontra l-artigjan li jkun
ghamel dikjarazzjoni bi zball jew b’qerq li oggett ipprezentat
minnu ghall-boll hu maghmul kollu kemm hu minn sustanza
wahda, qabel tmint ijiem minn dak in-nhar li jkun gie mgharraf fuq
daqshekk mill-Konslu: f’dan iz-zmien dan l-artigjan jista’ jitlob li
l-oggett hekk ipprezentat jigi mdewweb u li mis-sustanza li tohrog
minnu l-Konslu jaghmel assagg iehor.
Marka ta’ l-
artigjan. 
Emendat. 
XXXI.1971.5; 
XVIII.1990.2.
8. (1) Ix-xoghlijiet tad-deheb jew tal-fidda mahdumin
f’Malta ma jistghux jigu mbullati mill-Konslu kemm-il darba kull
parti li minnha jkunu maghmula, barra mill-partijiet li ma jifilhux
il-pressjoni tal-boll, ma tkunx iggib il-marka ta’ l-artigjan li jkun
hadimhom.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma ghandhomx
japplikaw - 
(a) meta l-piz totali ta’ kull oggett bhal dak ma jkunx izjed
minn gramma; u
(b) meta, fil-fehma tal-Konslu, l-imbullar tal-marka ta’ l-
artigjan jista’ ma jsirx minhabba f’diffikultajiet teknici
eccezzjonali.
Licenza mehtiega 
sabiex wiehed 
jaghmilha ta’ 
haddiem tad-
deheb, ecc. 
Emendat: 
VII. 1966.2;
XXVII. 2001.33.
Kap. 441.
9. (1) Hadd ma jista’ jaghmilha ta’ haddiem id-deheb jew il-
fidda, jew jinnegozja f’oggetti tad-deheb jew tal-fidda, minghajr
licenza mill-awtorita  regolatorja taht l-Att dwar il-Licenzi tal-
Kummerc.
(2) Din il-licenza ma tigix moghtija lill-bejjiegha tat-triq u
lanqas ma tigi moghtija lil ebda orefici jew argentier jekk dan ma
jissodisfax il-kondizzjonijiet li, minn zmien ghal zmien, jigu
maghmula b’regolamenti ghaldaqshekk u ma jiddepozitax ghand il-
Konslu kopja tal-marka li biha bi hsiebu jimbolla x-xoghlijiet
tieghu.
(3) Ebda haddiem id-deheb jew haddiem il-fidda ma jista’ juza
marka ga wzata minn orefici jew argentier iehor.
(4) Ebda haddiem id-deheb jew haddiem il-fidda ma jista’
jahdem oggetti tal-filugran jekk mhux bl-idejn, jew jahdem oggetti
ta’ imitazzjoni tal-filugran.
  4       KAP. 46. h  HADDIEMA D-DEHEB U L-HADDIEMA L-FIDDA (ARGENTIERA)
L-oggetti ta’ 
gojjellerija ghall-
bejgh ghandhom 
ikollhom tikketta li 
turi l-manifattura 
lokali u t-titolu. 
Emendat: 
XXII. 1949.2; 
VII. 1966.3.
10. (1) Ebda oggett ta’ gojjellerija, mahdum f’Malta, ma jista’
jigi mibjugh jew espost ghall-bejgh minghajr tikketta li turi li hu ta’
manifattura lokali u t-titolu tad-deheb jew tal-fidda wzat fil-
manifattura tieghu.
(2) Hadd ma jista’ jbiegh, jesponi ghall-bejgh, ipartat jew
xort’ohra jinnegozja fil-kors ta’ negozju xi oggett tal-filugran
mahdum xort’ohra milli bl-idejn jew b’xi oggett ta’ imitazzjoni tal-
filugran.
(3) Ebda oggett ta’ gojjellerija ta’ manifattura ta’ barra ma
ghandu jinbiegh jew jinghata bi bdil jew jintwera ghall-bejgh jew
ghall-bdil minghajr ma jkollu tikketta li turi li huwa kien
manifatturat barra u, fil-kaz ta’ oggetti tal-filugran, id-data li fiha
gie importat.
(4) Ebda bejjiegh ma jista’ jwahhal tikketta fuq artikolu ta’
gojjellerija ta’ manifattura ta’ barra biex jindikah bhala oggett ta’
manifattura lokali.
(5) Kull traffikant f’oggetti mahduma tad-deheb u tal-fidda
ghandu jezibixxi f’post fejn jidher sewwa tal-hanut tieghu avviz
ufficjali li jghid li l-oggetti kollha ta’ gojjellerija ta’ manifattura
lokali ghandhom ikollhom il-boll tal-Gvern u li jkollu stampat
ingrandiment tal-boll tal-Gvern.
Dmirijiet tal-
Konslu.
11. Il-Konslu tad-Deheb u tal-Fidda jista’, f’kull zmien,
jispezzjona l-hwienet tat-traffikanti f’oggetti mahduma tad-deheb u
tal-fidda sabiex jisgura ruhu jekk id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza jew tar-regolamenti maghmulin tahtha humiex jigu
imharsa.
Il-Konslu huwa l-
istimatur ufficjali. 
Emendat: 
XXXI.1971.7.
12. Il-Konslu tad-Deheb u tal-Fidda hu l-istimatur ufficjali ta’
l-oggetti ta’ gojjellerija ta’ manifattura lokali u ta’ l-oggetti ta’
gojjellerija mportati kummercjalment u hadd ma jista’ jiftah hanut,
ufficcju jew post iehor ghall-assagg u stima ta’ oggetti ta’
gojjellerija. 
Stima ta’ metalli. 
Emendat: 
II.1938.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1977.2.
13. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jista’ jiffissa,
minn zmien ghal zmien, b’notifikazzjoni mahruga fil-Gazzetta tal-
Gvern, il-prezz tad-deheb u tal-fidda li fuqu ghandhom ikunu
ibbazati l-istimi li jaghmel il-Konslu.
(2) Dan il-prezz jigi ffissat skond l-uzin Malti u f’munita
Maltija.
Il-haddiema d-
deheb, ecc., ma 
jistghux jixtru 
gojjellerija 
minghajr ma 
juruha lill-Konslu. 
Emendat: 
XLIX. 1981.6.
14. (1) Il-haddiema d-deheb, il-haddiema l-fidda jew
traffikanti ohra ma jistghux jixtru oggetti tad-deheb jew tal-fidda
mahdumin f’Malta, jew gawhar jew hagar prezzjuz, minghand ebda
persuna li ma tkunx maghrufa minnhom minghajr qabel ma juru
dawn l-oggetti, gawhar jew hagar prezzjuz lill-Konslu.
(2) Il-Konslu ghandu jzomm notament, fi ktieb mizmum
ghaldaqshekk, ta’ l-oggetti, gawhar u hagar prezzjuz ipprezentati
lilu, tal-piz, kwalita  u valur taghhom, tal-gurnata li fiha gew
ipprezentati lilu, u ta’ l-isem u l-kunjom tal-persuna li tkun hekk
ipprezentathom.
(3) Id-disposizzjoni tas-subartikolu (1) ma tghoddx ghal xiri li
HADDIEMA D-DEHEB U L-HADDIEMA L-FIDDA (ARGENTIERA)g K AP 46.    5
jsir b’irkant bil-qorti jew f’bejgh ta’ oggetti mirhunin fil-Monti.
Prospetti lill-
Kummissarju tat-
Taxxi Interni. 
Mizjud: 
XXXI.1971.8.
15. (1) Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni jista’, f’kull zmien
b’avviz bil-miktub, jitlob lil kull persuna li tinnegozja f’oggetti
tad-deheb u/jew tal-fidda prospett li juri d-dettalji murija fl-avviz
dwar il-kwantitajiet ta’ kull oggetti bhal dawk li persuna tali
jkollha f’kull data specifikata fl-avviz qabel il-ftuh tan-negozju, li
tkun jew id-data meta jigi ricevut l-avviz jew data wara.
(2) L-avviz imsemmi fis-subartikolu (1) ghandu jippreskrivi z-
zmien, li ma ghandu f’ebda kaz ikun inqas minn sitt ijiem minn
meta jigi rcevut l-avviz, li fih il-prospett ghandu jintbaghat lill-
imsemmi Kummissarju.
Setgha tal-Mintstru 
responsabbli ghall-
kummerc li 
jipprojbixxi l-
esportazzjoni ta’ 
deheb. 
Mizjud: 
X. 1932.1. 
Emendat: 
XXII.1949.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2.
16. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-kummerc jista’, meta
jidhirlu li hu mehtieg ghall-protezzjoni ta’ l-industrja lokali tal-
haddiema d-deheb, li jipprojbixxi, bil-mezz ta’ Notifikazzjoni tal-
Gvern, l-esportazzjoni minn Malta ta’ deheb, sew fi trab, ingotti,
bcejjec imkissra, konji, oggetti manifatturati jew taht forma ohra.
(2) Jekk deheb jigi esportat jew migjub fuq moll jew post iehor
biex jigi mbarkat ghall-esportazzjoni minn Malta, jew jingieb bil-
bahar jew bl-ajru biex jigi hekk imbarkat jew esportat
b’kontravvenzjoni ta’ din il-projbizzjoni, dan id-deheb jigi
kkonfiskat, u l-esportatur jew il-mandatarju tieghu u l-karikatur
jehlu penali ta’ hamsin lira jew id-doppju tal-valur ta’ dak id-
deheb, liema minnhom ikun l-akbar somma.
(3) Il-Ministru responsabbli ghall-kummerc jista’ wkoll, meta
jidhirlu li hu mehtieg ghall-protezzjoni ta’ l-industrija lokali tal-
filugran, jipprojbixxi, b’mezz ta’ Notifikazzjoni tal-Gvern, l-
importazzjoni f’Malta ta’ oggetti tal-filugran sew tad-deheb jew
tal-fidda jew ta’ metall iehor.
(4) Jekk xi oggetti tal-filugran ikunu importati f’Malta bi ksur
ta’ dik il-projbizzjoni dawk l-oggetti jkunu kkonfiskati u l-
importatur jew l-agent tieghu jkun jista’ jehel piena ta’ hamsin lira
jew li jhallsu darbtejn il-valur ta’ l-oggetti, liema jkun l-oghla
ammont. Ghal dan l-iskop il-valur ta’ l-oggetti jkun dak iffissat
mill-Konslu minghajr hsara ghal kull prova ta’ valur izghar
maghmul matul il-procediment.
(5) F’dan l-artikolu l-kelma "importazzjoni" tfisser u thaddan li
wiehed igib oggetti f’Malta minn kull post iehor, ikun liema jkun
il-mezz li bih jingiebu.
Il-konfiska tad-
deheb jew ta’ l-
oggetti tal-filugran 
esportat kontra l-
projbizzjoni ssir 
ipso jure f’xi 
kazijiet. 
Mizjud: 
X.1932.1. 
Emendat: 
XXII. 1949.4; 
XI.1977.2.
17. (1) Il-konfiska msemmija fl-ahhar artikolu qabel dan issir
ipso jure minghajr ma jkun jinhtieg ebda procediment gudizzjarju
kemm-il darba, fi zmien tmint ijiem mill-hrug ta’ avviz iffirmat
mill-Kummissarju tal-Pulizija, hadd ma jippretendi d-deheb jew
oggetti tal-filugran hekk maqbuda, b’ittra ufficjali jew b’ittra ohra
mibghuta lill-istess Kummissarju.
(2) L-avviz hawn fuq imsemmi jiddeskrivi d-deheb jew oggetti
tal-filugran hekk maqbuda skond il-marki jew sinjali ohra li
jkollhom minn barra u r-raguni tal-qbid taghhom, u ghandu jwissi li
jekk hadd ma jippretendihom b’ittra ufficjali jew ittra ohra
  6       KAP. 46. h  HADDIEMA D-DEHEB U L-HADDIEMA L-FIDDA (ARGENTIERA)
mibghuta lill-Kummissarju tal-Pulizija fi zmien tmint ijiem mid-
data ta’ dak l-avviz, id-deheb jew oggetti tal-filugran maqbuda jigu
ikkonfiskati.
(3) L-avviz hawn fuq imsemmi ghandu jigi mahrug fil-Gazzetta
tal-Gvern u kopja tieghu ghandha tigi mwahhla fil-bieb ta’ l-
istazzjon tal-Pulizija tal-Belt Valletta.
Hlas ta’ penali. 
Mizjud: 
X.1932.1. 
Emendat: 
XXII.1949.4; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
18. L-Avukat Generali jista’, fl-isem tal-Gvern, jagixxi
quddiem il-qorti kompetenti ghall-hlas tal-penali msemmija fl-
artikolu 16 u ghall-konfiska tad-deheb jew oggetti tal-filugran taht
din l-Ordinanza kull meta ghal dak il-fini jinhtiegu proceduri
legali. 
Pieni. 
Emendat: 
X.1932.2, 3; 
VII.1966.4; 
VIII.1990.3. 
Kap. 9.
19. (1) Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 7 u 17 ta’
din l-Ordinanza u ta’ l-artikoli 19 u 543 tal-Kodici Kriminali, il-
Qorti tal-Magistrati tista’, bhala qorti ta’ gudikatura kriminali,
tapplika ghal kull reat kontra din l-Ordinanza, jew kontra r-
regolamenti maghmulin tahtha, wahda mill-pieni stabbiliti f’dak il-
Kodici ghall-kontravvenzjonijiet jew tnejn jew izjed minn dawk il-
pieni flimkien skond ic-cirkostanzi.
(2) Il-qorti ghandha tordna wkoll il-konfiska ta’ kull oggett li
dwaru jkun sar reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9(3) jew
ta’ l-artikolu 10(2) u dak l-artikolu ghandu wara dan ikun konfiskat
favur il-Gvern. 
Reati minn ghaqda 
ta’ persuni. 
Emendat: 
X.1932.3. 
Sostitwit: 
XXXI.1971.9.
20. Meta reat isir minn ghaqda ta’ persuni, kull persuna li, fiz-
zmien ta’ l-eghmil tar-reat, kienet direttur, manager, segretarju jew
ufficjal iehor simili ta’ dik l-ghaqda ta’ persuni jew kienet tidher li
qed tagixxi, f’xi kariga bhal dawk tkun hatja ta’ dak ir-reat kemm-il
darba ma tippruvax li r-reat kien sar minghajr it-taghrif taghha u li
ezercitat id-diligenza xierqa kollha biex ma jsirx ir-reat.
It-Tariffa giet imhollija barra taht l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-Ligijiet
Statutarji.
Drittijiet: Ara A.L. 12 ta’ l-1983.
