ESEKUZZJONI RECIPROKA TA’ SENTENZI
 TA’ TRIBUNALI INGLIZI   g KAP. 52.        1
KAPITOLU 52
ATT DWAR L-ESEKUZZJONI RECIPROKA TA’ 
SENTENZI TA’ TRIBUNALI INGLIZI
Biex jaghmel disposizzonijiet ghall-esekuzzjoni f’Malta ta’ sentenzi
moghtija fir-Renju Unit u fid-dominji Britannici.
17 ta’ Marzu, 1924
L-ATT VII ta’ l-1924, kif emendat bl-Att XIX ta’ l-1929; bl-Ordinanza
ta’ Emergenza XV ta’ l-1958; bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Avviz
Legali 46 ta’ l-1965; bl-Att LVIII ta’ l-1974; bl-Avviz Legali 148 ta’ l-
1975; u bl-Att II ta’ l-1996.
Titolu.
Reciproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Inglizi.
Tifsir.
Emendat:
II.1996.78.
2. F’dan l-Att, jekk mill-kuntest ma jkunx jidher xort’ohra-
"debitur kanonizzat" ifisser il-persuna li kontra taghha s-
sentenza giet moghtija; u jfisser ukoll kull persuna li kontra taghha
s-sentenza hija esegwibbli fil-lok fejn giet moghtija;
"kreditur kanonizzat" ifisser il-persuna li hadet is-sentenza; u
jfisser ukoll dawk li l-jeddijiet taghhom gejjin minn dik il-persuna
u c-cessjonarji taghha;
"qorti originali" b’riferenza ghal sentenza tfisser il-qorti li
minnha giet moghtija s-sentenza;
"qorti registratrici" b’riferenza ghal sentenza tfisser il-qorti li
minnha giet irregistrata s-sentenza;
"sentenza" tfisser kull sentenza jew ordni moghtijin minn qorti fi
procedimenti civili jew kummercjali, sew jekk qabel kemm jekk
wara li jkun ghadda dan l-Att, li bihom jigi ordnat il-hlas ta’ somma
ta’ flus.
Esekuzzjoni 
f’Malta ta’ 
sentenzi moghtija 
minn qrati 
superjuri fir-Renju 
Unit. 
Emendat: 
XIX. 1929.2; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
3. (1) Meta tkun giet moghtija sentenza minn qorti superjuri
fir-Renju Unit, il-kreditur kanonizzat jista’ jaghmel talba lill-Qorti
ta’ l-Appell, f’kull zmien matul tnax-il xahar mid-data tas-
sentenza, jew fi zmien itwal kif jigi moghti mill-Qorti ta’ l-Appell,
ghar-registrazzjoni tas-sentenza f’wahda mill-qrati superjuri ta’
Malta; u, fuq din it-talba, il-qorti tista’ jekk mic-cirkostanzi kollha
tal-kaz ikun jidhrilha sewwa u konvenjenti illi s-sentenza ghandha
tigi esegwita f’Malta, u bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, tordna li s-sentenza tigi hekk irregistrata.
(2) Ebda ordni ghar-registrazzjoni ta’ sentenza taht dan l-
artikolu ma jigi moghti jekk -
(a) il-qorti originali ma kellhiex gurisdizzjoni; jew
(b) id-debitur kanonizzat ma kienx persuna li tezercita l-
kummerc u lanqas persuna li ordinarjament toqghod
fil-gurisdizzjoni tal-qorti originali, u ma deherx minn
rajh jew xort’ohra ma qaghadx, jew ma accettax li
joqghod ghall-gurisdizzjoni ta’ dik il-qorti; jew
    ESEKUZZJONI RECIPROKA TA’ SENTENZI 
2 KAP. 52. h   TA’ TRIBUNALI INGLIZI
(c) id-debitur kanonizzat, li jkun il-konvenut fil-
procediment, ma jkunx gie regolarment innotifikat bl-
atti tal-qorti originali, u ma deherx, ghalkemm hu kien
ordinarjament joqghod jew kien jezercita l-kummerc
fil-gurisdizzjoni ta’ dik il-qorti jew accetta li joqghod
ghall-gurisdizzjoni ta’ dik il-qorti; jew
(d) is-sentenza tkun giet mehuda b’qerq; jew
(e) id-debitur kanonizzat jissodisfa lill-qorti registratrici
jew li hemm appell miexi, jew li hu ghandu jedd
jaghmel, u bi hsiebu jaghmel, appell kontra s-sentenza;
jew
(f) is-sentenza kienet moghtija dwar azzjoni li ghal
ragunijiet ta’ ordni pubbliku jew ghal ragunijiet ohra
bhal dawn, ma kenitx tista’ tigi milqugha mill-qorti
registratrici.
(3) Meta sentenza tigi irregistrata taht dan l-artikolu -
(a) is-sentenza ghandha, mid-data tar-registrazzjoni, l-
istess sahha u effett, u tista’ tigi esegwita bl-istess mod
daqs li kieku kienet sentenza mill-ewwel moghtija jew
irregistrata fid-data tar-registrazzjoni fil-qorti
registratrici; u l-iskrizzjoni taghha fl-Ufficcju tar-
Registru Pubbliku tista’ ssir skond il-ligijiet lokali li
jkunu jsehhu fiz-zmien li jkun;
(b) il-qorti registratrici ghandha l-istess awtorita  u
gurisdizzjoni fuq is-sentenza kif ghandha fuq sentenzi
bhal dawn moghtijin minnha nfisha, izda biss rigward
l-esekuzzjoni skond dan l-artikolu;
(c) l-ispejjez tar-registrazzjoni tas-sentenza u dawk
incidentali (komprizi l-ispejjez sabiex tittiehed kopja
awtentika tas-sentenza mill-qorti originali u sabiex
issir it-talba ghar-registrazzjoni) jistghu jingabru bl-
istess mod bhallikieku kienu somom li ghandhom
jithallsu bis-sahha tas-sentenza.
(4) Il-Qorti ta’ l-Appell tista’ taghmel regolamenti -
(a) dwar il-mod ta’ registrazzjoni u l-konservazzjoni tar-
registri;
(b) dwar in-notifika lid-debitur kanonizzat ta’ l-avviz tat-
talba ghar-registrazzjoni ta’ sentenza taht dan l-
artikolu;
(c) biex taghti s-setgha lill-qorti registratrici fuq talba tad-
debitur kanonnizat, li tannulla r-registrazzjoni ta’
sentenza bis-sahha ta’ dan l-artikolu taht dawk il-
kondizzjonijiet li l-qorti jidhrilha sewwa; u 
(d) biex tissospendi l-esekuzzjoni ta’ sentenza rregistrata
taht dan l-artikolu sakemm jaghlaq iz-zmien li fih id-
debitur kanonizzat jista’ jitlob l-annullament tar-
registrazzjoni.
(5) F’kull kawza migjuba quddiem qorti f’Malta fuq sentenza li
tista’ tigi ordnata r-registrazzjoni taghha taht dan l-artikolu, l-attur
ESEKUZZJONI RECIPROKA TA’ SENTENZI
 TA’ TRIBUNALI INGLIZI   g KAP. 52.        3
m’ghandux jedd jitlob l-ispejjez tal-kawza jekk qabel ma tkunx giet
michuda t-talba ghar-registrazzjoni tas-sentenza taht dan l-artikolu,
jew jekk il-qorti ma tordnax xort’ohra.
Hrug ta’ kopja 
awtentika ta’ 
sentenzi moghtijin 
f’Malta. 
Emendat: 
XIX.1929.3.
4. Meta sentenza tigi moghtija kontra persuna minn qorti
superjuri f’Malta, il-qorti ghandha, fuq talba tal-kreditur
kanonizzat u wara li jigi ippruvat li d-debitur kanonizzat joqghod
fir-Renju Unit jew f’xi parti tad-dominji Britannici ’l barra mir-
Renju Unit, illi ghalihom ighodd dan l-Att, taghti lill-kreditur
kanonizzat kopja vera tas-sentenza.
Applikabbilta  ta’ 
dan l-Att. 
Emendat: 
XV.1958.2; 
XXV.1962.2, 4; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
5. (1) Rigward l-applikabbilta  tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att ghal sentenzi moghtijin f’qorti fir-Renju Unit, dan l-Att jibda
jsehh fil-gurnata li fiha jigi mahrug bi Proklama fil-Gazzetta tal-
Gvern l-Ordni fil-Kunsill li jaghti r-reciprocita  ghall-esekuzzjoni
fir-Renju Unit ta’ sentenzi moghtijin f’Malta.*
(2) Meta l-President ta’ Malta hu sodisfatt li saru
disposizzjonijiet reciproci mil-legislatura ta’ xi parti tad-dominji
Britannici ’l barra mir-Renju Unit ghall-esekuzzjoni f’dik il-parti
tad-dominji Britannici ta’ sentenzi moghtijin f’Malta, il-President
ta’ Malta jista’ bi Proklama jiddikjara li dan l-Att ighodd ukoll
ghas-sentenzi moghtijin minn qorti superjuri f’dik il-parti tad-
dominji Britannici bl-istess mod li jghodd ghal sentenzi moghtijin
minn qorti superjuri fir-Renju Unit, u meta tinhareg din il-
Proklama, dan l-Att ikun hekk ighodd.#
(3) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu, fil-kelmiet "parti tad-
dominji Britannici ’l barra mir-Renju Unit" jitqies li jidhol kull
territorju li qieghed taht il-protezzjoni Britannika, jew li rigward
tieghu qieghed jigi ezercitat mandat minn Gvern ta’ xi parti tad-
dominji Britannici.
(4) Kull Proklama mahruga bis-sahha ta’ dan l-artikolu tista’
tigi mbiddla jew imhassra bi Proklama mahruga wara.
Id-disposiz-
zjonijiet tal-Kodici 
ta’ Organizazzjoni 
u Procedura Civili 
jibqghu jghoddu 
ghall-esekuzzjoni 
ta’ sentenzi ta’ 
tribunali strangieri. 
Kap. 12.
6. Xejn f’dan l-Att ma jhassar id-disposizzjonijiet tat-Titolu
V tat-Tielet Ktieb tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili
dwar l-esekuzzjoni ta’ sentenzi moghtijin minn tribunali f’pajjizi li
mhumiex dawk imsemmijin f’dan l-Att.
*Ara Proklama Nru. XII ta’ l-14 ta’ April, 1931.
#Ara Proklama Nru. VIII tas-27 ta’ Lulju, 1925 (Gibilta );
Proklama Nru. XII tat-23 ta’ Ottubru, 1925 (New South Wales); 
Proklama Nru. XIII tat-23 ta’ Ottubru, 1925 (Bermuda);
Proklama Nru. III tat-23 ta’ April, 1926 (Western Australia);
Proklama Nru. II tas-16 ta’ Frar, 1927 (State of Victoria);
Proklama Nru. I tat-30 ta’ Jannar, 1959 (Tasmania u l-Gzejjer li jaghmlu
maghha).
