QIRDATAL-KUMMERCFIL-PROSTITUZZJONI  gKAP. 63.     1
KAPITOLU 63
ORDINANZA DWAR IL-QIRDA TAL-
KUMMERC FIL-PROSTITUZZJONI
Biex thassar u taghmel issehh mill-gdid b’emendi l-ligi dwar il-Qirda
tal-Kummerc fil-Prostituzzjoni.
(1 ta’ Awissu, 1930)*
Saret ligi bl-ORDlNANZA VIII ta’ l-1930, kif emendata bl-Atti:
XXXVI ta’ l-1933, XXXIV ta’ l-1955; b’Avviz Legali 46 ta’ l-1965; bl-
Atti: LVIII ta’ l-1974, XXII ta’ l-1976, XLIX ta’ l-1981, XIII ta’ l-1989 u
V ta’ l-1994.
Titolu fil-qosor.
tal-Kummerc fil-Prostituzzjoni.
Dwar min igieghel 
persuna li ghalqet 
l-eta ta’ wiehed u 
ghoxrin sena biex 
titlaq minn Malta 
ghal skop ta’ 
prostituzzjoni. 
Emendat: 
XLIX.1981.4. 
Sostitwit: 
V.1994.2.
2. (1) Kull min, biex iserrah iz-zina ta’ haddiehor, igieghel bi
vjolenza jew b’theddid jew ihajjar b’qerq, persuna li ghalqet l-eta
ta’ wiehed u ghoxrin sena biex titlaq minn Malta ghal skop ta’
prostituzzjoni xi mkien iehor, jehel, meta jinsab hati, il-piena ta’
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sentejn, bir-rekluzjoni
jew minghajrha:
Izda l-piena hija ta’ prigunerija minn sena sa erba’ snin,
bir-rekluzjoni jew minghajrha, jekk ir-reat isir -
(a) minn axxendent mid-demm jew bi zwieg, mill-missier
jew mill-omm adottivi, mir-ragel jew mill-mara, jew
mill-ahwa, subien jew bniet; jew
(b) b’abbuz ta’ awtorita, ta’ fiducja jew ta’ relazzjonijiet
tal-familja; jew
(c) bi drawwa jew ghal qligh.
(2) Il-kundanna taht dan l-artikolu ggib it-telfa ta’ kull awtorita
u ta’ kull jedd moghtija lill-hati fuq il-persuna jew il-beni tal-
persuna li bi hsara taghha jkun sar ir-reat.
Dwar min igieghel 
persuna taht l-eta 
ta’ wiehed u 
ghoxrin sena biex 
titlaq minn Malta 
ghal skop ta’ 
prostituzzjoni. 
Emendat: 
XLIX.1981.4. 
Sostitwit: 
V.1994.3.
3. (1) Kull min, biex iserrah iz-zina ta’ haddiehor, ihajjar
persuna taht l-eta ta’ wiehed u ghoxrin sena biex titlaq minn Malta
ghal skop ta’ prostituzzjoni xi mkien iehor, inkella, jinkoraggixxi
jew jiffacilita s-safar taghha minn Malta ghal dak l-iskop, jehel,
meta jinsab hati, il-piena ta’ prigunerija minn tmintax-il xahar sa
erba’ snin, bir-rekluzjoni jew minghajrha:
Izda l-piena hija ta’ prigunerija minn sentejn sa sitt snin,
bir-rekluzjoni jew minghajrha, jekk ir-reat isir -
(a) bi hsara ta’ persuna li ma tkunx ghalqet it-tnax-il sena;
jew
(b) bi vjolenza jew b’theddid, jew b’qerq; jew
(c) minn axxendent mid-demm jew bi zwieg, mill-missier
*Ara Proklama Nru. XVII ta’ l-1 ta’ Awissu, 1930.
 2      KAP. 63.h    QIRDATAL-KUMMERCFIL-PROSTITUZZJONI 
jew mill-omm adottivi, mir-ragel jew mill-mara jew
mit-tutur, jew minn persuna ohra li jkollha, imqar jekk
ghal xi zmien, il-kura, l-edukazzjoni, it-taghlim, il-
kontroll jew il-kustodja tal-persuna li ma tkunx
ghalqet l-eta ta’ wiehed u ghoxrin sena; jew
(d) bi drawwa jew ghal qligh.
(2) Il-kundanna taht dan l-artikolu ggib it-telfa ta’ kull awtorita
u ta’ kull jedd moghtija lill-hati fuq il-persuna jew il-beni tal-
persuna li bi hsara taghha jkun sar ir-reat, u, ghat-tutur, it-tnehhija
tieghu mit-tutela u l-interdizzjoni perpetwa mill-ezercizzju ta’ kull
kariga ohra ta’ tutur.
"Mara ta’ l-eta"’.
"Tifla ta’ taht l-
eta".
4. Imhassar bl-Att V.1994.4.
Min izomm, ecc., 
persuna f’burdell 
kontra r-rieda 
taghha, ecc. 
Emendat: 
V.1994.5.
Kap. 9.
5. (1) Kull min izomm jew xjentement jghin biex tinzamm
persuna, kontra r-rieda taghha, f’burdell, jew f’lokal iehor uzat bi
drawwa ghal skop ta’ prostituzzjoni, ukoll jekk din il-persuna tkun
marret hemm minn rajha u baqghet hemm biex tezercita l-
prostituzzjoni, u ghad illi din il-persuna jista’ jkollha obbligi jew
djun lejn xi persuna ohra, jehel, meta jinsab hati, il-piena ta’
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sentejn, kemm-il darba
ma jkunux applikabbli pieni akbar taht disposizzjonijiet ohra tal-
Kodici Kriminali jew ta’ xi ligi ohra.
(2) Persuna titqies li tkun qieghda zzomm persuna ohra, ghall-
finijiet ta’ dan l-artikolu, kemm-il darba, bil-hsieb li ggieghel dik
il-persuna ohra li tibqa’ f’burdell jew f’lokal iehor uzat bi drawa
ghal skop ta’ prostituzzjoni, izzommilha hwejjeg ta’ lbies jew
oggetti ohra ta’ proprjeta taghha, jew, meta jkunu gew mislufin jew
xort’ohra fornuti hwejjeg ta’ lbies lil dik il-persuna ohra, thedded
lil dik il-persuna ohra bi procedimenti legali jekk din ta’ l-ahhar
tkun sejra tiehu maghha barra dak l-ilbies hekk misluf jew fornut.
(3) Ebda procediment legali, civili jew kriminali, ma jista’
jittiehed kontra dik il-persuna ohra talli tiehu maghha barra, jew
talli jkunu jinsabu ghandha dawn il-hwejjeg ta’ lbies li jkunu
mehtiega biex bihom tkun tista’ tohrog minn dak il-lokal jew
burdell. 
Setghat tal-
Kummissarju tal-
Pulizija fil-kaz li 
persuna tigi 
mizmuma kontra l-
ligi. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII.1974. 68;
V.1994.6.
6. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija, meta, fil-fehma tieghu,
ikun hemm raguni bizzejjed biex jissuspetta li hemm f’lokal
persuna li, kontra r-rieda taghha, tinsab mizmuma minn persuna
ohra ghal skopijiet immorali, jista’ jaghti mandat lil ufficjal tal-
pulizija ta’ grad mhux anqas minn dak ta’ spettur, u bih jawtorizzah
ifittex il-persuna hekk mizmuma u johrogha barra minn dak il-
lokal; u l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jordna li dik il-persuna li
kienet hekk qeghda tinzamm tigi kkunsinnata lill-genituri jew
qraba ohra taghha, jew jiehu provvedimenti ohra skond ma jkunu
jippermettu jew jitolbu c-cirkostanzi.
(2) Kull meta l-Kummissarju tal-Pulizija jkollu ragun jahseb
illi hija inkuraggita u mghejjuna l-prostituzzjoni ta’ minuri
f’burdell jew lokal iehor uzat ghal skopijiet ta’ prostituzzjoni, hu
ghandu, bla hsara ta’ kull azzjoni kriminali li jista’ jkun hemm lok
QIRDATAL-KUMMERCFIL-PROSTITUZZJONI  gKAP. 63.     3
ghaliha, jirraporta minnufih il-kaz lill-Avukat Generali, illi fuq dan
jista’ jitlob lill-qorti ta’ gurisdizzjoni volontarja provvediment
sabiex kull minuri jigi mahrug barra mil-lok hawn fuq imsemmi.
Kap. 9.
(3) Il-qorti, meta tivverifika c-cirkostanzi tal-kaz, tista’ tordna
li dak il-minuri jigi kkunsinnat lill-genituri jew axxendenti ohra
tieghu, jew lit-tutur tieghu, kif ikun il-kaz, u tordna li dawn
ghandhom jiehdu hsieb ta’ l-edukazzjoni tieghu, u li joqoghdu
attenti ghall-kondotta tieghu, taht il-penali msemmija fis-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 35 tal-Kodici Kriminali.
(4) Jekk il-minuri ma jkollux genituri jew axxendenti, jew
tutur, jew jekk dawn il-persuni ma jkunux fil-kondizzjoni li jahsbu
ghall-edukazzjoni jew li jiehdu hsieb ta’ dan il-minuri il-qorti tista’
tordna illi dan il-minuri jigi mizmum f’istitut ta’ edukazzjoni jew
post iehor fiz-zgur, ghal zmien fid-diskrezzjoni tal-qorti, izda mhux
izjed miz-zmien ta’ l-eta minuri tieghu.
(5) Il-genituri jew axxendenti ohra ta’ dan il-minuri huma
suggetti ghall-hlas tal-mantniment jew ta’ spejjez ohra, li jsiru
minhabba l-provvedimenti moghtijin mill-qorti.
Piena ghal min 
ighix minn fuq il-
qligh tal-
prostituzzjoni. 
Emendat. 
XXXVI. 1933.1; 
XXII. 1976.4; 
XLIX. 1981.4; 
XIII. 1989.2;
V.1994.7.
7. (1) Kull min, xjentement, ighix, ghal kollox jew f’parti,
minn fuq il-qligh tal-prostituzzjoni ta’ persuna ohra, jehel, meta
jinsab hati, il-piena tal-prigunerija ghal zmien ta’ m’hux izjed minn
sentejn:
Izda meta dik il-persuna l-ohra ma tkunx ghalqet l-eta ta’
tmintax-il sena, ir-reat ikollu l-piena ta’ prigunerija ghal zmien ta’
minn tmintax-il xahar sa erba’ snin.
(2) Kull min f’xi triq jew f’post iehor pubbliku jew f’xi post
espost ghall-pubbliku jitlajja’ jew jaghmel biex ihajjar ghal skop
ta’ prostituzzjoni jew ghal skopijiet ohra immorali, jehel, meta
jinsab hati, il-piena ta’ prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn
tliet xhur.
Meta persuna 
titqies li tghix minn 
fuq il-qligh tal-
prostituzzjoni.
(3) Persuna titqies, sakemm ma jigix ippruvat il-kuntrarju, illi
xjentement tghix, ghal kollox jew f’parti, minn fuq il-qligh tal-
prostituzzjoni, jekk jinsab illi hija tghix jew soltu tkun ma’ persuna
li tezercita l-prostituzzjoni, jew illi hija ikkontrollat jew mexxiet lil
dik il-persuna jew kellha hakma fuqha b’mod li juri li hija qieghda
tghin, thajjar jew iggieghel il-prostituzzjoni ta’ dik il-persuna ma’
persuna jew ma’ persuni ohra.
Piena ghall-
ezercizzju ta’ 
briedel, ecc. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
8. (1) Kull min izomm jew jezercita jew ikollu sehem ma’
ohrajn fl-ezercizzju ta’ burdell jew ta’ dar, hanut jew lokal iehor
jew ta’ xi parti minnhom li huma ffrekwentati jew maghduda bhala
li huma ffrekwentati ghal skop ta’ prostituzzjoni jew ghal skopijiet
ohra immorali jehel, meta jinsab hati, il-prigunerija ghal zmien ta’
mhux izjed minn sentejn u multa ta’ mhux izjed minn mitejn lira.
(2) Kull min xjentement jaghti b’kiri jew jippermetti l-uzu jew
jiehu sehem mill-qligh ta’ vettura wzata ghal skop ta’
prostituzzjoni jew ghal skopijiet ohra immorali jehel, meta jinsab
hati, il-prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sitt xhur u multa
ta’ mhux izjed minn hamsin lira.
 4      KAP. 63.h    QIRDATAL-KUMMERCFIL-PROSTITUZZJONI 
(3) Persuna titqies li ghandha sehem fl-ezercizzju ta’ burdell
jew ta’ dar, hanut jew lokal iehor jew ta’ parti minnhom ghal skop
ta’ prostituzzjoni jew ghal skopijiet ohra immorali, kemm-il darba
hija tiehu sehem direttament jew indirettament minn xi qligh ta’
dak l-ezercizzju jew tiehu parti attiva fl-ezercizzju ta’ burdell, dar,
hanut jew lokal iehor jew ta’ parti minnhom.
Piena ghall-uzu ta’ 
hanut, ecc., ghal 
skop ta’ 
prostituzzjoni. 
Emendat. 
XLIX. 1981.4.
9. Kull min ghandu hanut, allogg jew lukanda jew
appartament privat u jhalli jew jippermetti li dak il-hanut, allogg,
lukanda jew appartament jew xi parti taghhom jigu wzati bhala post
ta’ laqgha ghal skop ta’ prostituzzjoni jew ghal skopijiet ohra
immorali jehel, meta jinsab hati, il-piena tal-prigunerija minn xahar
sa sitt xhur. 
Piena ghall-kiri ta’ 
dar, ecc., ghal skop 
ta’ prostituzzjoni. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
10. Is-sid jew kull min ghandu taht idejh l-amministrazzjoni
ta’ dar jew fond iehor li xjentement jaghti b’kiri jew jippermetti l-
uzu taghhom ghal skop ta’ prostituzzjoni jew ghal skopijiet ohra
immorali jehel, meta jinsab hati, il-piena tal-prigunerija minn xahar
sa sitt xhur.
Zieda fil-piena fil-
kaz tat-tieni 
kundanna jew ta’ 
kundanna ohra 
wara.
11. Fil-kaz tat-tieni kundanna ghal wiehed mid-delitti
msemmijin fl-artikoli ta’ qabel dan il-piena tista’ tigi mizjuda
b’zewg gradi u, fil-kaz tat-tielet kundanna jew ta’ kundanna ohra
wara, il-piena tista’ tigi mizjuda bi tliet gradi.
Pieni ghal min ma 
jiehux passi biex 
jizgombra nies 
minn fond uzat 
ghal skopijiet 
immorali. 
Kap. 9.
12. (1) Kull min, wara li jigi moghti lilu avviz bil-miktub
mill-Kummissarju tal-Pulizija illi dar jew lokal iehor ta’ proprjeta
tieghu jew taht l-amministrazzjoni tieghu, huma wzati ghal skop ta’
prostituzzjoni jew ghal skopijiet ohra immorali, ma jihux, fi zmien
sitt ijiem tax-xoghol, il-passi mehtiega quddiem il-qorti kompetenti
ghall-izgumbrament tal-persuna jew tal-persuni li jkunu joqoghdu
f’dak il-fond u jonqos li jissokta dawk il-proceduri bid-diligenza
mehtiega, jehel il-piena tal-multa skond id-disposizzjonijiet tal-
Kodici Kriminali.
(2) Fil-kaz ta’ kundanna ghal reat kontra d-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, il-qorti taghti zmien sabiex fih jittiehdu l-proceduri
hawn fuq imsemmija, taht penali ta’ zewg liri ghal kull gurnata ta’
dewmien fl-esekuzzjoni ta’ l-ordni tal-qorti.
Setgha ohra tal-
Kummissarju tal-
Pulizija li jordna l-
eghluq tal-lokal fil-
kors tal-proceduri.
13. Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, fil-kors tal-proceduri
ghal wiehed mir-reati kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 8, 9,
10 u 12, jordna li d-dar, il-hanut, l-allogg, il-lukanda, l-
appartament jew fond iehor jinzammu maghluqa sa ma l-qorti
taghti s-sentenza, bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ kull ligi ohra li
tkun issehh u illi tahtha l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jzomm
jew jirtira l-licenza. 
Il-qorti tista’ 
thassar licenza, 
ecc. 
Mizjud:
XXXIV. 1955.2.
14. Fil-kaz ta’ kundanna ghal reat taht din l-Ordinanza, il-qorti
tkun tista’ thassar kull licenza li jkollu l-hati dwar xi lukanda,
allogg, hanut jew fond iehor fejn jew fil-limiti ta’ liema jkun sar ir-
reat, u, fil-kaz tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 8, tant il-licenza tas-
sewqan tal-hati kif ukoll kull licenza li jkollu dwar il-vettura li
ghaliha jirreferixxi r-reat:
QIRDATAL-KUMMERCFIL-PROSTITUZZJONI  gKAP. 63.     5
Izda ebda haga f’dan l-artikolu m’ghandha titqies li tolqot
xi setghat li ghandu l-Kummissarju tal-Pulizija taht kull ligi ohra li
jhassar jew jissospendi kull licenza.
