PROJBIZZJONITA’ PROPAGANDASEDIZZJUZA  g KAP. 71.
KAPITOLU 71
ORDINANZA DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ 
PROPAGANDA SEDIZZJUZA
Biex tipprojbixxi l-importazzjoni, il-pubblikazzjoni, il-pussess u t-
tqassim ta’ materja sedizzjuza.
(15 ta’ Settembru, 1932)*
Saret ligi bl-ORDINANZA XIX ta’ l-1932, kif emendata bl-Ordinanzi:
XXXIII ta’ l-1935, XXII ta’ l-1936, XVI ta’ l-1960; bl-Avviz Legali 46 ta’
l-1965; bl-Atti: I ta’ l-1973, LVIII ta’ l-1974; bl-Avviz Legali 148 ta’ l-
1975; u bl-Atti: XI ta’ l-1977, XLIX ta’ l-1981 u VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor.
Projbizzjoni ta’ Propaganda Sedizzjuza.
Tifsir. 
Sostitwit: 
I. 1973.2. 
Emendat:
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XI. 1977.2.
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"forza" tfisser kull forza navali, militari jew ta’ l-ajru tal-Gvern
jew il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta;
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"Kostituzzjoni" tfisser il-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Malta" ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
"materja sedizzjuza" tfisser kull haga stampata jew miktuba, kull
sinjal jew rapprezentazzjoni vizibbli li jkunu jinsabu f’kull
gazzetta, kartellun, ktieb, ittra, pakk jew dokument iehor u kull
diska tal-gramafonu jew tape irrekordjata li, direttament jew
indirettament, sew b’deduzzjoni, suggeriment, alluzjoni, metafora,
implikazzjoni jew xort’ohra, x’aktarx jistghu jew ghandhom
imnejn-
(a) jisseducu xi membru tal-forzi mil-lealta jew mid-dmir
tieghu jew li jqanqlu dizaffezzjoni f’dawk il-forzi lejn
l-Istat ta’ Malta;
(b) igibu mibeghda jew disprezz jew iqanqlu dizaffezzjoni
kontra l-persuna tal-President ta’ Malta jew kontra l-
Gvern jew il-Kostituzzjoni;
(c) ixewxu persuni f’Malta biex jaqbdu l-armi kontra l-
Gvern jew biex jippruvaw xort’ohra milli b’mezzi
legali li jgieghlu lill-Gvern ibiddel il-mizuri jew id-
decizjonijiet li jkun ha jew biex ifixklu l-ezercizzju ta’
l-awtorita legittima tieghu;
(d) iqanqlu skuntentizza jew dizaffezzjoni fost l-abitanti
ta’ Malta; jew
(e) iqanqlu sentimenti ta’ mibeghda u ta’ eghdewwa bejn
klassi u ohra jew razza u ohra ta’ dawk l-abitanti:
*Ara Proklama Nru. XXXI tal-15 ta’ Settembru, 1932.
PROJBIZZJONITA’ PROPAGANDASEDIZZJUZA  g KAP. 71.
L-importazzjoni ta’ 
gazzetti, ecc., tista’ 
tigi ipprojbita. 
Mizjud: 
XXXIII. 1935.2. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
8. (1) Il-President ta’ Malta jista’, bi Proklama, jipprojbixxi
l-importazzjoni f’Malta ta’ gazzetti, kotba, jew dokumenti, illi, fil-
fehma tieghu, fihom materja sedizzjuza, u fil-kaz ta’ gazzetta li l-
pubblikazzjoni taghha hija perjodika, jista’, bl-istess Proklama jew
b’ohra wara, jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ numru taghha li jkun
ga hareg jew li ghad irid johrog.
(2) Kull min -
(a) jimporta, ibigh, joffri ghal bejgh, iqassam jew
jirriproduci gazzetta, ktieb, jew dokument, jew bicca
jew estratt minnhom, li l-President ta’ Malta ikun
iddikjara li hija ipprojbita l-importazzjoni taghhom
f’Malta; jew
(b) meta jinsab fil-pussess tal-gazzetta, ktieb jew
dokument hawn fuq imsemmijin ma jippruvax
b’sodisfazzjon tal-qorti li gie fil-pussess taghhom
minghajr ma kien jaf jew minghajr il-komplicita
tieghu,
hu hati ta’ reat kontra din l-Ordinanza.
Il-pakketti li ikun 
fihom dawn il-
gazzetti, ecc., 
jistghu jigu 
mizmuma.
Mizjud: 
XXXIII. 1935.2. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
9. Il-Postmaster General, il-Kontrullur tad-Dwana, il-
Kummissarju tal-Pulizija u kull ufficjal iehor li jigi awtorizzat
ghaldaqshekk mill-President ta’ Malta jista’ jzomm, jiftah u
jezmina kull pakkett li jissuspetta li fih gazzetta, ktieb jew
dokument li l-President ta’ Malta ikun iddikjara li hija ipprojbita l-
importazzjoni taghhom f’Malta.
Pieni. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XLIX. 1981.4; 
VIII. 1990.3.
10. (1) Kull min jinsab hati ta’ reat kontra din l-Ordinanza
jehel -
(a) jekk jinsab hati quddiem Qorti tal-Magistrati, il-
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn ghaxar
xhur jew multa ta’ mhux izjed minn ghoxrin lira jew
dawn iz-zewg pieni flimkien.
(b) jekk jinsab hati quddiem Qorti tal-Magistrati, il-
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn ghaxar
xhur jew multa ta’ mhux izjed minn ghoxrin lira jew
dawn iz-zewg pieni flimkien.
 (2) Il-persuna akkuzata ta’ reat kontra din l-Ordinanza, ma
tistax tigi iggudikata mill-Qorti Kriminali hlief jekk il-President ta’
Malta jiccertifika li hu xieraq li tigi hekk iggudikata.
