KONSERVAZZJONI TA’ L-AREA TA’ BARRA L-BIEB TAL-BOMBI  gKAP. 74.
KAPlTOLU 74
ATT DWAR IL-KONSERVAZZJONI TA’ L-
AREA TA’ BARRA L-BIEB TAL-BOMBI
Sabiex jipprovdi ghall-konservazzjoni ta’ l-area ta’ barra l-Bieb tal-
Bombi.
(5 ta’ Lulju,1933)*
Sar ligi bl-ATT XX ta’ l-1933, u gie emendat bl-Att XXIV ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor.
Area ta’ barra l-Bieb tal-Bombi.
Indikazzjoni ta’ l-
area.
Emendat:
XXIV.1995.360.
2. F’dan l-Att -
"l-area ta’ barra l-Bieb tal-Bombi"#tikkomprendi l-ispazju
pubbliku kollu bejn id-Dahla tal-Pieta, il-Bieb tal-Bombi u l-gonna
pubblici fil-Blata l-Bajda, Marsa, li jinsab immarkat bl-ahmar fil-
pjanta li, wara l-introduzzjoni ta’ dan l-Att, giet imqieghda fuq il-
mejda tas-Senat u ta’ l-Assemblea Legislattiva u li kopja taghha,
iffirmata mill-Gvernatur, ghandha, bis-sahha ta’ dan l-Att, tigi
mghaqqda mill-Kap Skrivan ta’ l-Assemblea Legislattiva mal-vera
kopja ta’ dan l-Att li, skond l-artikolu 52 ta’ l-Ittri Patenti tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta, 1921, huwa ghandu jiehu l-hsieb li tigi
irregistrata fl-Ufficcju tar-Registratur tal-Qrati.
Area iddikjarata 
bhala area mhux 
fabbrikabbli u 
mahruga barra 
mill-kummerc.
3. L-area barra l-Bieb tal-Bombi hija b’dan l-Att iddikjarata
bhala area mhux fabbrikabbli u bhala mahruga barra mill-kummerc
u kull att li bih xi Amministrazzjoni tal-Gvern tittrasferixxi lil terzi
persuni bicca minn dik l-area jew xi jedd reali fuqha, huwa null.
Kull persuna tista’ 
titlob dikjarazzjoni 
ta’ nullita dwar 
koncessjonijiet 
maghmulin mill-
Gvern.
Emendat:
XXIV.1995.360.
4. (1) Il-jedd ta’ azzjoni ghad-dikjarazzjoni ta’ nullita dwar
trasferiment maghmul kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, imiss
bla distinzjoni lil kull persuna u din ma jkollhiex bzonn turi li
ghandha interess privat biex issostni dik l-azzjoni.
(2) Ebda dritt ma jigi mitlub mir-Registratur tal-Qrati ghall-
prezentata mill-attur ta’ kull att gudizzjarju dwar l-ezercizzju ta’
dik l-azzjoni jew ghan-notifika ta’ dak l-att u ebda dritt ta’ registru
ma jintalab ghad-decizjoni fuq dik l-azzjoni. 
Kull persuna tista’ 
tharrek ghall-hatt 
ta’ bini mibni fuq 
din l-area.
5. Minbarra dan, kull persuna ghandha jedd, fl-interess
pubbliku, li tezercita l-azzjoni ghall-hatt ta’ bini jew
kostruzzjonijiet ohra mtellghin minn persuna, jew mill-Gvern, fuq
l-area ta’ barra l-Bieb tal-Bombi.
Kumpens lill-attur 
f’kaz ta’ rebh tal-
kawza.
6. Fil-kaz ta’ l-azzjoni ikkuntemplata fl-artikoli 4 u 5 il-qorti
ghandha, meta tilqa’ t-talba, tikkundanna lill-konvenut li jhallas
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 218 tad-19 ta’ Gunju, 1933 u l-Att Nru. V
ta’ l-1927 imholli barra taht l-Ordinanza ta’ l-1936 dwar ir-Revizjoni tal-Ligijiet
Statutarji ta’ Malta, u l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-Ligijiet Statutarji. 
#Ara l-Att dwar il-Helsien mid-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Konservazzjoni
ta’ l-Area ta’ barra l-Bieb tal-Bombi (Kapitolu 119) li jezenta l-bicca art
specifikata mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
 2      KAP. 74.h   KONSERVAZZJONI TA’ L-AREA TA’ BARRA L-BIEB TAL-
lill-attur somma mhux anqas minn hamsin lira u mhux izjed minn
hames mitt lira:
Izda din is-somma tigi moghtija biss lill-attur li jkun l-
ewwel wiehed li jirbah l-azzjoni ikkuntemplata f’dan l-Att.
