TIMBRARTA’BAJDTA’BARRA g K AP. 75.
KAPITOLU 75
ATT DWAR IT-TIMBRAR TA’ BAJD TA’ 
BARRA
Biex jirregola t-timbrar ta’ bajd ta’ barra.
(15 ta’ Awissu, 1933)*
Sar ligi bl-ATT XXX ta’ l-1933, kif emendat bl-Avviz Legali 4 ta’ l-
1963.
Titolu fil-qosor.
Barra.
Timbrar ta’ bajd ta’ 
barra.
2. (1) Ma jistax jigi importat f’Malta bajd tat-tigieg u tal-
papri, fil-qoxra, li ma jkunx gie minn qabel ittimbrat bl-isem tal-
pajjiz li minnu ikun ingieb, skond dan l-Att u r-regolamenti
maghmulin tahtu u ghall-finijiet ta’ l-istess Att.
(2) Dan it-timbru ghandu ikun stampat b’mod li jista’ jinqara,
b’linka li ma tithassarx, b’ittri kbar Rumani ta’ gholi mhux anqas
minn zewg millimetri.
Bejgh ta’ bajd ta’ 
barra minghajr ma 
jkollu fuqu mnejn 
ikun ingieb.
3. Hadd ma jista’ ibigh, jesponi jew izomm ghall-bejgh, jew
jaghti bhala hlas lid-dipendenti tieghu b’obbligu ta’ kuntratt, bajd
tat-tigieg jew tal-papri, fil-qoxra, importat minn barra, li ma jkunx
ittimbrat kif jinghad fl-ahhar artikolu qabel dan jew li t-timbru
tieghu jkun imhassar kollu jew bicca minnu.
Il-Ministru jista’ 
jaghmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
4. (1)  Il-Ministru responsabbli ghad-dwana jista’ jaghmel,
ibiddel jew ihassar regolamenti ghall-esekuzzjoni ta’ dan l-Att.
(2) Dawn ir-regolamenti ghandhom jigu mahruga fil-Gazzetta
tal-Gvern u, kemm-il darba ma jkunux jiddisponu xort’ohra, jibdew
isehhu gimghatejn wara li jigu hekk mahruga.
Ufficjali tal-
kontroll.
5. (1) Il-kontroll fuq il-bajd ta’ barra huwa mholli f’idejn l-
ufficjali tad-dwana u l-Ispetturi tal-Biedja illi ghandhom is-setghat
moghtijin lilhom b’dan l-Att u bir-regolamenti maghmulin bis-
sahha tieghu.
(2) Ghal dan il-kontroll, jistghu, bl-istess setghat, jigu
inkarigati wkoll l-Ispetturi Sanitarji kif ukoll kull ufficjal tal-
Pulizija mhux anqas minn grad ta’ sotto-spettur.
Setgha ta’ l-
ufficjali tal-
kontroll.
6. (1) L-ufficjali msemmijin fl-ahhar artikolu qabel dan,
jistghu jidhlu fil-postijiet uzati ghall-kummerc jew ghal hazna tal-
bajd.
(2) Dawn l-ufficjali jistghu wkoll jaghzlu, ghall-finijiet ta’
ezami u ta’ analisi, kampjuni ta’ bajd suspett b’dak il-mod u taht
dawk il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti, u, jekk ikun
*Ara l-artikolu originali 10 ta’ l-Att, li gie mholli barra taht l-Ordinanza ta’ l-
1936 dwar ir-Revizjoni tal-Ligijiet Statutarji ta’ Malta u l-Att ta’ l-1980 dwar ir-
Revizjoni tal-Ligijiet Statutarji.
 2      KAP. 75.h     TIMBRARTA’BAJDTA’BARRA
jinhtieg, jikkonfiskaw jew jaqbdu l-merkanzija.
(3) Dawn l-ufficjali jistghu wkoll jitolbu li jingieb kull
dokument kummercjali dwar il-bajd li ghalih ighodd dan l-Att jew
ir-regolamenti maghmulin bis-sahha tieghu.
Dmirijiet ta’ l-
importaturi, ecc.
7. Hu dmir ta’ kull importatur, kaptan ta’ bastiment,
destinatarju, bejjiegh u ta’ kull persuna ohra li jkollha ghandha jew
li xort’ohra jkollha interess fil-merkanzija li ghaliha jghodd dan l-
Att, li jaghti, meta hekk ikun mitlub minn wiehed minn dawk l-
ufficjali, il-partikularitajiet kollha li jistghu jistabbilixxu l-
proprjeta, l-origini u d-destinazzjoni ta’ bajd suspett jew ta’ bajd li
ma jkunx skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew tar-
regolamenti maghmulin bis-sahha tieghu.
Ezenzjonijiet. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
8. Il-Ministru responsabbli ghad-dwana jista’ jezenta mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew mir-regolamenti maghmulin
tahtu l-importazzjoni u l-kummerc ta’ bajd ghalliel ta’ razza
superjuri li jkun ghat-tqeghid.
Reati u pieni. 9. (1) Kull min jimporta jew jittanta jimporta f’Malta, jew
ibigh, jesponi, izomm jew joffri ghall-bejgh jew xort’ohra
jikkummerca jew jaghti lid-dipendenti tieghu b’obbligu ta’
kuntratt, bajd mhux ittimbrat regolarment kif jinghad fl-artikolu 2,
jew ifixkel jew ma jhallix li ssir l-ispezzjoni jew il-verifika jew li
jittiehdu kampjuni, jew jirrifjuta jaghti informazzjonijiet jew li juri
d-dokumenti li jitolbu l-ufficjali tal-kontroll jew xort’ohra jikser
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew tar-regolamenti maghmulin
tahtu u bis-sahha tieghu, jehel multa minn lira sa ghoxrin lira.
(2) Fil-kaz ta’ recidiva fi zmien sentejn mill-ahhar reat, il-hati
jehel, minbarra l-piena ta’ flus, il-prigunerija ghal zmien ta’ mhux
izjed minn xahar.
(3) F’kull kaz il-qorti tista’ tordna l-konfiska tal-merkanzija li
jkollha x’taqsam mar-reat.
