KUMMISSJUNARJIB’SETGHALIJAGHTUGURAMENT  g KAP. 79.
KAPITOLU 79
ORDINANZA DWAR IL-KUMMISSJUNARJI 
B’SETGHA LI JAGHTU GURAMENT
Biex tirregola l-hatra u d-dmirijiet ta’ Kummissjunarji b’setgha li jaghtu
gurament.
(6 ta’ Frar, 1934)*
Saret ligi bl-ORDINANZA VIII ta’ l-1934, kif emendata bl-Ordinanza
XXX ta’ l-1936; bl-Att XIX ta’ l-1955; bl-Avvizi Legali: 4 ta’ l-1963, 46
ta’ l-1965; bl-Atti: XXVIII ta’ l-1965, XXXI ta’ l-1966, XVIII ta’ l-1971,
LVIII ta’ l-1974; bl-Avviz Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XXXVI ta’ l-
1979, XXXVI ta’ l-1986 u XX ta’ l-1988.
Titolu fil-qosor.
Kummissjunarji b’setgha li jaghtu Gurament.
Tifsir. 
Mizjud: 
XXVIII. 1965.2.
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra, "gurament", "jahlef" u "affidavit" jinkludu, fil-
kaz ta’ persuni li jistghu b’xi ligi jaghmlu dikjarazzjoni jew twettiq
minflok ma jiehdu gurament, dikjarazzjoni jew twettiq.
Hatra ta’ 
Kummissjunarji 
b’setgha li jaghtu 
gurament. 
Emendat: 
XIX. 1955.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXVIII. 1965.3; 
XXXI. 1966.2; 
LVIII. 1974.68. 
Sostitwit: 
XXXVI. 1979.2. 
Emendat: 
XXXVI. 1986.2; 
XX. 1988.2.
3. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja jista’ minn
zmien ghal zmien, b’warrant iffirmat minnu, jahtar persuni, li
jkunu ufficjali pubblici, avukati jew prokuraturi legali, bhala
Kummissjunarji b’setgha li jaghtu gurament, u jista’ f’kull zmien
ihassar kull hatra bhal dik.
(1A) Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja jista’ minn zmien
ghal zmien, b’warrant iffirmat minnu, jahtar persuni li ghaddew
mill-ezamijiet tar-raba’ sena akkademika tal-kors tal-ligi fl-
Universita ta’ Malta, u li jkunu jaqdu dmirijiethom fl-Ufficcju ta’ l-
Avukat Generali, bhala Kummissjunarji b’setgha li jaghtu
gurament, u jista’ f’kull zmien ihassar kull hatra bhal dik.
(2) Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja jista’ wkoll, minn
zmien ghal zmien, jahtar persuni, ikunu jew ma jkunux ufficjali
pubblici, li jkunu qed jaqdu funzjonijiet li ghandhom x’jaqsmu
mas-servizz barrani tal-Gvern f’xi pajjiz barra minn Malta, biex
ikunu Kummissjunarji b’setgha li jaghtu gurament f’dak il-pajjiz, u
jista’ f’kull zmien ihassar kull hatra bhal dik.
(3) Il-hatra ta’ ufficjal pubbliku bhala Kummissjunarju
b’setgha li jaghti gurament u kull hatra taht is-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu jistghu jkunu jew persunali jew bl-isem tal-kariga
jew tal-funzjonijiet moqdija minn dik il-persuna hekk mahtura.
(4) L-Avukat Generali jista’ jahtar lil kull min ikollu l-warrant
ta’ Nutar Pubbliku, li japplika ghal dak il-ghan lill-Avukat
Generali, sabiex ikun Kummissjunarju b’setgha li jaghti gurament;
dik il-hatra tista’ ma titkomplix titwettaq minn dak in-Nutar
Pubbliku permezz ta’ avviz bil-miktub li jinghata lill-Avukat
*Ara Proklama Nru. III tas-6 ta’ Frar, 1934.
 2      KAP. 
Generali. Il-hatra tieqaf hekk kif id-detentur taghha ma jkollux
aktar il-warrant ta’ Nutar Pubbliku u tista’ tigi revokata f’kull
zmien mill-Avukat Generali.
(5) Kull hatra maghmula taht dan l-artikolu ghandha tigi
ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, u kull hatra bhal dik maghmula
wara l-1 ta’ Jannar, 1980 ghandu jkollha effett biss mid-data ta’ dik
il-pubblikazzjoni.
Setghat tal-
Kummissjunarji. 
Emendat: 
XIX. 1955.3; 
XXVIII. 1965.4.
4. Il-Kummissjunarji hawn fuq imsemmija jistghu jaghtu l-
gurament u jircievu affidavits ghall-hwejjeg kollha li jkunu
mehtiega minn ligijiet ta’ Malta jew ta’ xi pajjiz iehor, inkella li
jkollhom x’jaqsmu ma procedimenti li jkunu qeghdin isiru jew li
jkunu sejrin isiru quddiem qorti, inkella li ragonevolment sejrin
iservu ghal skop gudizzjarju, inkella li jirrigwardaw l-ezercizzju ta’
jedd civili:
Izda l-Kummissjunarji hawn fuq imsemmija ma jistghux
jezercitaw is-setghat moghtija lilhom minn dan l-artikolu fi
proceduri li fihom huma jkunu l-avukati jew prokuraturi legali ta’
wahda mill-partijiet jew li fihom huma jkollhom interess.
Dmir tal-
Kummissjunarju. 
Sostitwit: 
XXXVI. 1979.3.
5. (1) Kull Kummissjunarju b’setgha li jaghti gurament
ghandu, qabel ma jaghti l-gurament, jissodisfa ruhu mill-identita
tal-persuna li qed tiehu l-gurament u li dik il-persuna tifhem sewwa
dak li tkun ser tahlef.
(2) L-identita tal-persuna li tkun qed tiehu l-gurament ghandha
tigi zgurata bil-produzzjoni tal-karta ta’ identita ufficjali, tal-
passaport jew ta’ xi dokument ufficjali iehor.
Kummissjunarji ex 
officio. 
Emendat: 
XXX. 1936.3; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XVIII. 1971.4; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XX. 1988.3.
6. L-Avukat Generali, id-Deputat Avukat Generali, l-
Assistenti ghall-Avukat Generali, l-Avukat tar-Repubblika Anzjan
u l-Avukat tar-Repubblika u l-magistrati huma ex officio
Kummissjunarji b’setgha li jaghtu gurament.
Partikularitajiet li 
ghandu jkun fih il-
jurat jew l-attestat.
7. Kull Kummissjunarju li quddiemu jigi mehud gurament
jew maghmul affidavit bis-sahha ta’ din l-Ordinanza ghandu
jiddikjara sewwa fil-jurat jew fl-attestat il-lok u d-data li fihom il-
gurament ikun gie mehud jew l-affidavit ikun sar.
Proceduri dwar 
reati. 
Mizjud: 
XXVIII. 1965.5. 
Kap. 9.
8. Meta r-reat imsemmi fl-artikolu 108 tal-Kodici Kriminali
jsir quddiem xi ufficjal mahtur bhala Kummissjunarju b’setgha li
jaghti gurament skond is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 3 ta’ din l-
Ordinanza, il-hati jista’ jigi mharrek, processat u kastigat f’Malta
bl-istess mod u sa l-istess gradazzjoni bhallikieku r-reat kien sar
f’Malta.
KUMMISSJUNARJIB’SETGHALIJAGHTUGURAMENT  g KAP. 79.
Setgha tal-Ministru 
responsabbli ghall-
gustizzja li jaghmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI. 1966.2.
9. Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja jista’ jaghmel
regolamenti biex jistabbilixxi l-forma u l-mod li fihom ghandu
jinghata l-gurament, il-forma li fiha l-affidavit ghandu jinkiteb u
jigi iffirmat, u d-drittijiet li jistghu jittiehdu mill-Kummissjunarji
ghal kull gurament li jigi moghti jew ghal kull affidavit li jigi
rcevut.
