 BIBLJOTEKIPUBBLICI gKAP. 92.   1
KAPITOLU 92
ORDINANZA DWAR IL-BIBLJOTEKI 
PUBBLICI
Biex thassar u biex taghmel issehh mill-gdid b’emendi l-ligi dwar il-
Bibljoteki Pubblici.
(28 ta’ Mejju, 1937)*
Saret ligi bl-ORDINANZA XIV ta’ l-1937, kif emendata bl-Att XVII ta’
l-1955; bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Avvizi Legali: 4 ta’ l-1963, 46 ta’
l-1965; bl-Atti: XXXI u XLI ta’ l-1966, XXII ta’ l-1976 u XLIX ta’ l-1981.
Titolu fil-qosor.
Bibljoteki Pubblici.
Tifsir. 
Emendat: 
XVII. 1955.2; 
XLI. 1966.5; 
XXII. 1976.4.
2. Ghall-finijiet ta’ din l-Ordinanza -
"awtur" tfisser ukoll il-persuna li tiehu f’idejha l-pubblikazzjoni
ta’ opra ta’ awtur iehor jew illi tikteb kummenti fuqha;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-bibljoteki
pubblici;
"opra" tfisser ukoll kull ktieb letterarju, xjentifiku jew artistiku,
jew bicca jew taqsima minnu, pamphlet, monografija, gurnal,
perijodiku, karta tal-muzika, karta b’letterpress, mappa, pjanta,
mappa tan-navigazzjoni jew tabella ippubblikati ghalihom, imma
ma tfissirx it-tieni edizzjoni jew edizzjoni ohra ta’ wara, kemm-il
darba din l-edizzjoni ma jkunx fiha zieda jew tibdil fil-letterpress
jew fil-mapep, stampi, jew incizjonijiet ohra li jkunu fiha;
Kap. 248.
"stampatur" tfisser il-persuna hekk imsemmija fis-subartikolu (1)
ta’ l-artikolu 35 ta’ l-Att dwar l-Istampa, jew il-persuna li ghandha
licenza bhala hekk skond l-artikolu 43 ta’ l-imsemmi Att, skond il-
kaz.
Bibljoteki li 
ghalihom tghodd 
din l-Ordinanza. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI.1966.2; 
XLI. 1966.2; 
XXII. 1976.4.
3. Din l-Ordinanza tghodd ghall-Bibljoteka Nazzjonali ta’
Malta u ghall-Bibljoteka Pubblika ta’ Ghawdex, u ghal kull
bibljoteka pubblika ohra li ghaliha l-Ministru, b’avviz mahrug fil-
Gazzetta tal-Gvern, jordna li din l-Ordinanza ghandha tghodd.
Il-bibljoteki jkunu 
taht id-direzzjoni 
tal-Bibljotekarju. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
Sostitwit: 
XLI. 1966.3.
4. (1)  Il-bibljoteki kollha li ghalihom tapplika din l-
Ordinanza jkunu taht id-direzzjoni ta’ ufficjal li jkun imsejjah
Bibljotekarju, li jkun ukoll il-kustodju ta’ manuskritti u ta’ records
pubblici konservati f’dawk il-bibljoteki.
(2) Il-Ministru ghandu jinnomina kull sena kumitat ghal kull
wahda mill-bibljoteki fuq imsemmija sabiex jaghti parir dwar l-
akkwist ta’ opri stampati u manuskritti u hwejjeg ohra li
jinteressaw b’mod generali s-servizz tal-bibljoteka.
*Ara Proklama Nru. XVII tat-28 ta’ Mejju, 1937.
 2      KAP. 92.h     BIBLJOTEKIPUBBLICI
Kopji ta’ 
manuskritti jew 
estratti minnhom. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXXI. 1966.2. 
Sostitwit:
XLI. 1966.4.
Emendat:
XLIX. 1981.6.
5. (1) It-talbiet kollha ghal kopji jew estratti minn
manuskritti li jkunu f’xi bibljoteka li ghaliha tapplika din l-
Ordinanza ghandhom isiru lill-Bibljotekarju, illi huwa b’din il-ligi
awtorizzat li johrog, jiccertifika u jawtentika l-kopji u l-estratti
kollha minn dawk il-manuskritti.
(2) Il-Bibljotekarju ghandu jigbor dawk id-drittijiet li l-
Ministru jista’ jippreskrivi b’avviz.
Kopji ta’ opri li 
ghandhom jigu 
moghtija lill-
bibljoteki.
Emendat:
XVII. 1955.2; 
XLI. 1966.5;
XXII. 1976.4.
6. (1) L-awtur ta’ kull opra stampata u ippubblikata f’Malta
ghandu, fi zmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni taghha, jikkunsinna
b’xejn kopja ta’ dik l-opra lill-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta u
ohra lill-Bibljoteka Pubblika ta’ Ghawdex.
(2) Kull wahda minn dawn il-kopji ghandha tikkonsisti fl-opra
shiha bil-mapep u l-illustrazzjonijiet kollha li jkun hemm fiha,
irfinuti u ikkuluriti l-istess bhal ma jkunu gew ippubblikati l-ahjar
kopji ta’ l-opra, u ghandha tkun bl-ahjar karta li biha dik l-opra
tkun giet stampata jew litografata.
(3) Meta l-kopji ta’ opra jigu mibghuta bil-posta, ma jhallsux
pustagg.
(4) Fil-kaz ta’ opra anonima, l-obbligi taht dan l-artikolu huma
ta’ l-istampatur.
(5) Matul l-ewwel hmistax-il jum ta’ Jannar, April, Lulju u
Ottubru rispettivament ta’ kull sena, kull stampatur ghandu jibghat
lill-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta u lill-Bibljoteka Pubblika ta’
Ghawdex, prospett li juri l-awtur u t-titolu ta’ kull opra pubblikata
minn dak l-istampatur matul it-tliet xhur shah precedenti, jew
prospett li juri "xejn" dwar dak iz-zmien, skond il-kaz.
Setgha li jaghmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXXI. 1966.2. 
Sostitwit: 
XLI. 1966.6.
7. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti dwar id-dhul tal-
pubbliku f’bibljoteka u dwar is-sigurta u l-uzu ta’ bibljoteka li
ghaliha tapplika din l-Ordinanza.
Pieni. 8. (1) Kull min jikser ir-regolamenti maghmulin bis-sahha ta’
din l-Ordinanza, jehel multa ta’ mhux izjed minn hames liri,
minbarra kull responsabbilta ghall-hsara ikkagunata bl-uzu li
jaghmel mill-bibljoteka.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6, jehel
multa ta’ mhux izjed minn hames liri u l-valur tal-ktieb. 
Dritt ta’ preferenza 
ezercitabbli mill-
Gvern.
Mizjud:
XLI. 1966.7.
9. (1) Fil-kaz ta’ bejgh ta’ xi opra stampata, mappa, stampat,
manuskritt jew dokument iehor li kien jinsab f’Malta f’xi zmien
bejn it-tnejn u ghoxrin jum ta’ Lulju, 1966 u d-data tal-bejgh u li,
fil-fehma tal-Ministru, ikollhom importanza bibljografika jew
storika, il-Gvern ikollu dritt jakkwista l-istess, bi preferenza ghal
kull persuna ohra bl-istess kondizzjonijiet.
(2) Dak id-dritt ta’ preferenza jigi ezercitat mill-Ministru
permezz ta’ att gudizzjarju notifikat lix-xerrej fi zmien xahrejn
mid-data li fiha l-bejjiegh jew ix-xerrej jaghti avviz lill-Ministru,
 BIBLJOTEKIPUBBLICI gKAP. 92.   3
permezz ta’ att gudizzjarju jew ta’ ittra registrata, dwar il-bejgh
fejn juri l-isem u l-indirizz tax-xerrej u l-kondizzjonijiet tal-bejgh,
jew, jekk ma jinghatax dak l-avviz, fi zmien sitt xhur minn meta l-
Ministru jsir jaf li sar bejgh.
(3) Kull min ikun responsabbli ghal xi att jew ghal xi
ommissjoni li jkollu bhala effett it-tfixkil tad-dritt ta’ preferenza li
jappartjeni lill-Gvern skond dan l-artikolu jista’ jehel multa ta’
mhux izjed minn mitejn lira jew prigunerija ghal zmien ta’ mhux
izjed minn tliet xhur jew dik il-multa u prigunerija flimkien.
