ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHAg K AP. 94.     1
KAPITOLU 94
ORDINANZA DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TAD-
DIPARTIMENT TAS-SAHHA
Biex tirrijorganizza xi Dipartiment u twaqqaf Dipartiment tas-Sahha f’Malta.
1 ta’ Novembru, 1937
L-ORDINANZA XXX ta’ l-1937,* kif emendata bl-Ordinanza XI ta’ l-1943; bil-Proklama IX
ta’ l-1947; bl-Ordinanza ta’ Emergenza I ta’ l-1959; bl-Ordinanzi: V ta’ l-1959, XXVII ta’ l-
1961 u XXV ta’ l-1962; bl-Att I ta’ l-1962; bl-Avviz Legali 4 ta’ l-1963; bl-Att II ta’ l-1964;
bl-Avviz Legali 46 ta’ l-1965; bl-Atti XXIII u XXVI ta’ l-1968, XIV ta’ l-1969, XLI ta’ l-1972,
XIX ta’ l-1973, X, XXXII u LVIII ta’ l-1974; bl-Avviz Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti LVII ta’
l-1975, XXVI ta’ l-1976, XLIX ta’ l-1981, VIII ta’ l-1983, X ta’ l-1984, XIII ta’ l-1986 u XII
ta’ l-2003.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli 
Titolu fil-qosor u Tifsir 1-2
Taqsima I.  Twaqqif u Organizzazzjoni tad-Dipartiment 
tas-Sahha 3-6
Taqsima II. Kunsill tas-Sahha 7-15
Taqsima III.  Hatra, Dmirijiet u Setghat ta’ l-Ufficjali 
tad-Dipartiment 16-19
Taqsima IV. Il-Kunsill Mediku 20-23
Taqsima V. Bord Konsultattiv u Esekuttiv 24-28
Taqsima VI.  Bord dwar l-Ispizjara 29-31
Taqsima VII.  Bord ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel 32-34
Taqsima VIII.  Bord dwar il-Professjonijiet Supplementari
ghall-Medicina 35-37
Taqsima IX.  Kumitati ghat-Tmexxija ta’ Sptar 38-43
Taqsima X.  Bord ta’ Servizzi Generali 44-45
Taqsima XI.  Generali 46-49
Taqsima XII.  Disposizzjonijiet dwar Riservi 50
Skeda
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 530 ta’ l-1940.
  2      KAP. 94. h     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHA
Titolu fil-qosor. 
Emendat: 
XIV. 1969.2.
1. It-titolu fil-qosor ta’ din l-Ordinanza huwa l-Ordinanza
dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Sahha.
Tifsir. 
Mizjud: 
I.1959.2. 
Emendat: 
XXVIII. 1961.2; 
XXV. 1962; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XIV. 1969.3; 
XIX. 1973.2; 
LVIII. 1974.68; 
LVII. 1975.2; 
VIII. 1983.2.
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tfissirx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord Konsultattiv u Esekuttiv;
"id-dipartiment" ifisser id-Dipartiment tas-Sahha;
"infermier iskritt fl-elenku" tfisser persuna li isimha jkun
imnizzel fl-Elenku ta’ l-Infirmiera;
"infermier registrat" tfisser persuna li isimha jkun imnizzel f’xi
parti tar-Registru ta’ l-Infirmiera;
"kirurgu-dentist" ifisser persuna licenzjata mill-President ta’
Malta biex tezercita bhala kirurgu-dentist f’Malta u registrata fir-
Registru tal-Kirurgi-Dentisti u jinkludi persuna licenzjata mill-
President ta’ Malta biex tezercita bhala dentist u registrata f’dak ir-
registru;
"il-Kumitat" ifisser il-Kumitat ghat-Tmexxija ta’ Sptar;
"il-Kunsill" ifisser il-Kunsill Mediku;
"livelli professjonali u etici" tinkludi l-livell ta’ l-imgieba
generali tal-membri ta’ professjoni, kif ukoll l-imgieba ta’ dak il-
membru lejn il-klijent tieghu jew il-pazjent taht il-kura tieghu jew
li jkun qed jassisti, waqt jew bhala konsegwenza ta’ l-ezercizzju
tal-professjoni tieghu;
"Malta" ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghad-dipartiment;
"persunal konsulent" ifisser id-detenturi ta’ dawk il-karigi, li
jkollhom x’jaqsmu ma’ xoghol fi sptar, li Ministru minn zmien ghal
zmien ghandu jsemmi b’avviz fil-Gazzetta tal-Gvern;
"qabla" tfisser persuna licenzjata mill-President ta’ Malta biex
tezercita bhala qabla f’Malta u registrata fir-Registru tal-Qwiebel;
"tabib" ifisser persuna licenzjata mill-President ta’ Malta biex
tezercita l-professjoni medika f’Malta u registrata fir-Registru
Mediku;
"spizjar" tfisser persuna licenzjata mill-President ta’ Malta biex
tezercita bhala spizjar f’Malta u registrata fir-Registru ta’ l-
Ispizjara;
"veterinarju" tfisser persuna licenzjata mill-President ta’ Malta
biex tezercita bhala veterinarju f’Malta u registrata fir-Registru tal-
Veterinarji.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHAg K AP. 94.     3
TAQSIMA I
TWAQQIF U ORGANIZZAZZJONI TAD-DIPARTIMENT TAS-SAHHA
Dipartiment tas-
Sahha. 
Emendat: 
XIV. 1969.5.
3. Ghandu jkun hemm Dipartiment tas-Sahha.
It-Tabib Principali 
tal-Gvern huwa l-
Kap tad-
Dipartirnent tas-
Sahha u 
Suprintendent tas-
Sahha Pubblika. 
Emendat: 
XIV. 1969.6.
4. Il-Kap tad-Dipartiment tas-Sahha huwa t-Tabib Principali
tal-Gvern u dan ex officio Suprintendent tas-Sahha Pubblika. 
Ufficjali ohra tad-
dipartiment. 
Emendat: 
XI. 1943.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
Sostitwit: 
IV. 1969.7.
5. L-ufficjali tad-dipartiment huma dawn:
(a) l- Ufficjali Medici Principali;
(b) l-Ufficjali Medici Anzjani, l-Ufficjali Medici tas-
Sahha, s-Suprintendenti tas-Sahha, l-Ufficjali Medici
tal-Port, l-Ufficjali Medici ta’ l-Iskejjel, il-Kirurgi-
Dentisti ta’ l-Iskejjel, l-Ufficjali dwar is-Sahha tat-
Tfal, l-Ufficjali Medici Distrettwali, il-Persunal
Mediku Vizitatur u Residenti u persunal iehor ta’ l-
isptarijiet u istituti li jaghmlu parti mid-dipartiment;
(c) l-Ufficjal Anzjan tal-Laboratorju tas-Sahha Pubblika,
il-Patologi, il-Batterjologi, l-Occupational Hygiene
Officer, l-Analisti u l-persunal iehor tal-laboratorju;
(d) l-Ufficjal ta’ l-Inginerija Sanitarja, l-Ispetturi tas-
Sahha, id-Dental Hygienists, il-Qwiebel, il-Health
Visitors u l-Infermiera; u
(e) dawk l-ufficjali l-ohra li l-Prim Ministru jista’
jinnomina minn zmien ghal zmien.
Istituti u servizzi 
taht id-dipartiment. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIV. 1969.8; 
LVII. 1975.3. 
Sostitwit: 
XLIX. 1981.6.
 6. Id-dipartiment ghandu jikkonsisti minn dawk l-
istabbilimenti u servizzi kif minn zmien ghal zmien jigi dikjarat
mill-Ministru li jaghmlu parti mid-dipartiment.
  4      KAP. 94. h     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHA
TAQSIMA II
KUNSILL TAS-SAHHA
Kif hu maghmul il-
Kunsill tas-Sahha. 
Emendat:
Prokl. IX. ta’ l-
1947; 
VII. 1959.3; 
XXVIII. 1969.3; 
XXV. 1962; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XLI. 1972.3. 
Sostitwit:
XXXII. 1974.2. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
7. (1) Ghandu jkun hemm Kunsill tas-Sahha.
(2) Dan il-Kunsill ikun maghmul minn -
(a) il-Ministru, li jkun chairman;
(b) l-Avukat Generali jew ir-rapprezentant tieghu, li jkun
jew id-Deputat Avukat Generali jew Avukat Anzjan
tar-Repubblika;
(c) it-Tabib Principali tal-Gvern;
(d) il-Professur tal-Medicina;
(e) konsulent psikjatra;
(f) tabib b’esperjenza fil-medicina dwar il-kommunita ;
(g) rapprezentant ta’ trade union li tirraprezenta haddiema
industrjali;
(h) zewg membri b’esperjenza fl-ekologija tal-bniedem, li
wiehed minnhom ikun membru tal-persunal li jghallem
ta’ l-Universita  ta’ Malta; u
(i) industrjalist.
(3) Il-membri msemmijin fis-subartikolu (2)(e), (f), (g), (h) u
(i) ikunu nominati mill-Ministru ghal dak iz-zmien li l-Ministru
jiddecidi minn zmien ghal zmien.
(4) Il-Ministru ghandu jinnomina ufficjal tad-dipartiment biex
jkun segretarju.
(5) Il-membri tal-Kunsill huma onorarji u bla hlas.
Setgha li jinhatru 
sotto-kumitati. 
Mizjud: 
XXXII. 1974.3.
8. Il-Kunsill tas-Sahha jkollu s-setgha li jahtar sotto-kumitati
u li jdahhal fihom membri li mhumiex membri ta’ l-imsemmi
Kunsill.
Post battal fost il-
membri. 
Emendat: 
XXXII. 1974.4.
9. Il-Kunsill tas-Sahha li ghandu jiltaqa’ ghall-anqas darba
kull tliet xhur, ma jitlifx is-setgha li ghandu ghat-tmexxija ta’ l-
affarijiet tieghu minhabba li jkun hemm post battal fost il-membri
ta’ dan il-Kunsill.
Il-Kunsill tas-
Sahha ghandu 
jaghti l-parir tieghu 
lill-Gvern. 
Emendat: 
XXV. 1962.5.
10. Hu dmir tal-Kunsill tas-Sahha li jaghti l-parir tieghu meta
msejjah mill-Ministru -
(a) fuq hwejjeg li dwarhom il-ligi tghid li ghandu jittiehed
il-parir tal-Kunsill,
(b) fuq hwejjeg li ghandhom x’jaqsmu mas-sahha
pubblika ta’ Malta. 
Il-Kunsill tas-
Sahha jista’ 
jaghmel 
rakkomandaz-
zjonijiet.
11. Il-Kunsill tas-Sahha jista’ jirrikmanda dawk il-mizuri,
inkjesti jew investigazzjonijiet xjentifici li, fil-fehma tieghu, huma
utili fl-interess tas-sahha pubblika.
Laqghat tal-
Kunsill.
12. (1) Il-Kunsill tas-Sahha ghandu jiltaqa’ fiz-zmien u l-lok
imsemmijin fl-ordni li jsejjah il-laqgha.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHAg K AP. 94.     5
 (2) Id-decizjonijiet tal-Kunsill jittiehdu bil-maggoranza tal-
voti.
(3) Ic-chairman ghandu vot originali, u, fil-kaz ta’ voti ndaqs,
ukoll il-vot deciziv.
Quorum.
hemm prezenti mill-anqas erba’ membri:
Izda, jekk il-Kunsill jigi msejjah biex jikkunsidra xi
kwistjoni li fuqha l-parir tieghu jkun mehtieg bil-ghagla mill-
Gvern, il-Kunsill jista’ jiddecidi bil-maggoranza tal-voti tal-
membri prezenti.
Il-membru ufficjali 
anzjan jippresjedi 
meta ma jkunx 
prezenti c-
chairman. 
Sostitwit: 
Prokl. IX ta’ l- 
1947.
14. Meta c-chairman ma jkunx prezenti f’xi laqgha, jippresjedi
l-membru ufficjal anzjan.
Setgha tal-Ministru 
li jaghmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
15. Il-Ministru jista’ jaghmel, ibiddel jew ihassar regolamenti
dwar it-tmexxija ta’ l-affarijiet tal-Kunsill tas-Sahha.
TAQSIMA III
HATRA, DMIRIJIET, U SETGHAT TA’ L-UFFICJALI 
TAD-DIPARTIMENT
Dmirijiet u setghat 
tat-Tabib Principali 
tal-Gvern. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIV. 1969.9.
16. (1) It-Tabib Principali tal-Gvern hu konsulent principali
tal-Gvern dwar kull haga li ghandha x’taqsam mas-sahha pubblika
jew li ghandha x’taqsam jew tkun konnessa mas-servizz tas-sahha.
(2) Huwa ghandu minn zmien ghal zmien jispezzjona l-
isptarijiet u stabbilimenti u servizzi ohra li jaghmlu parti mid-
dipartiment tieghu, kif ukoll, kull meta jigi mitlub mill-Ministru,
istituti ohra tal-Gvern, u ghandu jgharraf lill-Ministru b’kull difett
jew nuqqas ta’ haga mehtiega li jkun osserva u jaghmel dawk ir-
rakkomandazzjonijiet li jidhirlu li ghandhom isiru.
(3) Mill-aktar fis li jista’ jkun wara l-ahhar ta’ kull sena, it-
Tabib Principali tal-Gvern ghandu jaghmel lill-Ministru rapport fuq
il-kondizzjonijiet tas-sahha ta’ Malta u fuq kif huma mixjin l-
istabbilimenti u servizzi li jaghmlu parti mid-dipartiment tieghu. 
(4) It-Tabib Principali tal-Gvern jista’, ghall-esekuzzjoni jew
esercizzju tad-dmirijiet jew tas-setghat assenjati jew moghtija lilu
b’ligi jew regolamenti li issa qeghdin jew li ’l quddiem ikunu
jsehhu, jiddelega lil kull Ufficjal Mediku Principali jew lil kull
Ufficjal Mediku Anzjan, jew lil kull ufficjal iehor tad-dipartiment
tieghu kif ikun jinhtieg skond il-bzonnijiet tas-servizz.
  6      KAP. 94. h     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHA
Setghat u dmirijiet 
ta’ l-Ufficjali 
Medici Principali. 
Sostitwit: 
XIV. 1969.10.
17. (1) Ikun id-dmir ta’ l-Ufficjali Medici Principali li jassistu
lit-Tabib Principali tal-Gvern u lill-Ministru fl-ippjanar, fit-
tmexxija, fl-izvilupp u fl-amministrazzjoni tas-servizzi tas-sahha.
(2) L-Ufficjali Medici Principali ghandhom ukoll -
(a) jittrattaw fuq kwistjonijiet internazzjonali tas-sahha u
impenji relattivi;
(b) jipproponu u jifformolaw kull mizura legislattiva kif
tkun mehtiega dwar servizzi tas-sahha;
(c) jikkontrollaw, jissorveljaw u jikkoordinaw l-
organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tas-servizzi tas-
sahha; u
(d) jaqdu dawk id-dmirijiet l-ohra li jistghu jigu delegati
jew assenjati lilhom mit-Tabib Principali tal-Gvern
jew li jistghu jkunu assenjati lilhom minn jew skond xi
ligi jew regolament.
Setghat u dmirijiet 
ta’ Ufficjali Medici 
Anzjani. 
Sostitwit:
XIV. 1969.11.
18. (1) L-Ufficjali Medici Anzjani jkunu l-ufficjali esekuttivi
fl-amministrazzjoni tas-servizzi tas-sahha u ghandhom, fl-
esekuzzjoni tad-dmir taghhom, ikunu responsabbli b’mod
partikolari ghat-tmexxija ta’ -
(a) is-servizzi ambjentali u tas-sahha pubblika, inkluzi s-
servizzi tas-sahha personali;
(b) is-servizzi tas-sahha ta’ okkupazzjoni, inkluzi l-
protezzjoni radjologika u l-kontroll ta’
kontaminazzjoni ta’ l-arja; u
(c) is-servizzi l-ohra ta’ sahha tal-kommunita , inkluz is-
servizz mediku distrettwali.
(2) L-Ufficjali Medici Anzjani ghandhom ukoll jaqdu dawk id-
dmirijiet l-ohra li jistghu jigu delegati jew assenjati lilhom mit-
Tabib Principali tal-Gvern jew minn xi Ufficjal Mediku Principali,
jew li jistghu jigu assenjati lilhom minn jew skond xi ligi jew
regolament.
Setgha tal-Ministru 
li jaghmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
19. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti dwar dawn il-
materji:
(a) il-kwalifiki li ghandu jkollu, id-dmirijiet li ghandu
jaqdi, u s-setghat li ghandu jesercita l-persunal
professjonali, amministrattiv, jew kull persunal iehor
tad-dipartiment;
(b) it-tmexxija u l-amministrazzjoni ta’ kull wiehed mill-
istabbilimenti jew servizzi li jaghmlu parti mid-
dipartiment;
(c) il-bon-ordni f’dawn l-istabbilimenti u servizzi.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHAg K AP. 94.     7
Sostitwita: 
I. 1959.3.
TAQSIMA IV
IL-KUNSILL MEDIKU
Il-Kunsill Mediku. 
Emendat: 
XXVIII. 1961.4; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIII. 1968.2; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXXVI. 1976.2; 
VIII. 1983.3.
20. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Registratur tal-
Kunsill.
21. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Zmien ta’ kariga. 
Emendat: 
XXVIII. 1961.6; 
A.L. 46 ta' l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
XXXVI. 1976.3.
22. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Dmirijiet tal-
Kunsill. 
Sostitwit: 
XXIII. 1968.3. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
23. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Mizjuda:
I. 1959.5.
TAQSIMA V
BORD KONSULTATTIV U ESEKUTTIV
Bord Konsultattiv 
u Esekuttiv. 
Mizjud: 
I. 1959.5. 
Sostitwit: 
XXIII. 1968.4. 
Emendat: 
XIV. 1969.12; 
XIX. 1973.3;
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXXVI. 1976.4; 
VIII. 1983.4.
24. (1) Ghandu jkun hemm Bord li jissejjah il-Bord
Konsultattiv u Esekuttiv li ghandu jesercita u jaqdi l-funzjonijiet
moghtija lilu b’din l-Ordinanza.
(2) Il-Bord ghandu jkun maghmul mill-membri li gejjin -
(a) chairman, li ma jkunx tabib, nominat mill-President ta’
Malta;
(b) erba’ membri ex officio, li jkunu t-Tabib Principali tal-
Gvern, zewg tobba nominati mill-Ministru, li jkunu
Ufficjali Medici Principali jew Ufficjali Medici
Anzjani u d-Dekan tal-Fakolta  tal-Medicina u
Kirurgija fl-Universita  ta’ Malta;
(c) zewg tobba nominati mill-President ta’ Malta;
(d) sitt membri eletti.
(3) Is-sitt membri eletti jkunu -
(a) hames tobba, li minnhom ghall-anqas wiehed ghandu
jkun membru tal-persunal konsulent ta’ l-Isptar ta’ San
Luqa, eletti b’votazzjoni sigrieta mit-tobba
ordinarjament residenti f’Malta; u
(b) kirurgu-dentist elett b’votazzjoni sigrieta mill-kirurgi-
dentisti ordinarjament residenti f’Malta.
(4) It-Tabib Principali tal-Gvern, wara li jikkonsulta ruhu mac-
chairman tal-Bord, ghandu jinnomina ufficjal tad-dipartiment biex
  8      KAP. 94. h     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHA
jaghmilha ta’ segretarju tal-Bord.
(5) Il-Bord jista’ jiddiskuti, jiddeciedi u b’kull mod jagixxi
minkejja kull vakanza fost il-membri tieghu.
Zmien ta’ kariga. 
Mizjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXVI. 1968.2; 
LVIII. 1974.68; 
XXXVI. 1976.5; 
VIII. 1983.5.
25. (1) Ic-chairman ghandu jibqa’ fil-kariga u jitlaq mill-
kariga tieghu skond il-pattijiet tal-hatra tieghu; izda jista’ f’kull
zmien jirrezenja mill-kariga tieghu b’avviz bil-miktub lill-
President ta’ Malta.
(2) Il-membri msemmija fl-artikolu 24(2)(d) ikunu eletti ghal
zmien ta’ tliet snin.
(3) Il-membri nominati taht l-artikolu 24(2)(b) jew (c)
ghandhom jibqghu fil-kariga ghal dak iz-zmien u taht dawk il-
pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru jew il-President ta’ Malta,
skond il-kaz, jidhrulu xierqa, u li jkun jista’ f’kull zmien itemm
kull nomina bhal dik.
(4) Kull membru nominat jew elett, skond il-kaz, taht l-artikolu
24(2)(c) jew (d) jista’ f’kull zmien jirrizenja mill-kariga tieghu
b’avviz bil-miktub lic-chairman tal-Bord.
(5) Meta tinholoq vakanza fil-komposizzjoni tal-Bord, ghandha
ssir hatra gdida jew tinzamm elezzjoni, skond il-kaz, fi zmien xahar
mid-data ta’ dik il-vakanza.
Dmirijiet tal-Bord.
Mizjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXIII. 1968.5; 
XIV. 1969.13;
A.L. 148 ta’ l-
1975.
26. (1) Ikun id-dmir tal-Bord -
(a) li jaghti parir lill-Ministru dwar kull haga li ghandha
x’taqsam jew tkun konnessa mas-servizz tas-sahha tal-
Gvern, maghduda proposti ghal zviluppi godda jew
ghar-rijorganizzazzjoni ta’ dawn is-servizzi;
(b) li jaghti parir lill-Ministru dwar il-pattijiet u
kondizzjonijiet ta’ servizz u t-trasferiment u
promozzjoni ta’ l-impjegati tal-Gvern specifikati fl-
Iskeda;
(c) li jahtar kumitati ta’ ghazla biex jirrikmandaw hatriet
medici (hlief hatriet maghmula flimkien ma’ l-
Universita  ta’ Malta) li ghandhom isiru mill-Prim
Ministru;
(d) li jaghti parir lill-Ministru dwar proceduri dixxiplinarji
kontra tobba fis-servizz tal-Gvern fil-kariga taghhom
bhala ufficjali pubblici; u
(e) li jaqdi d-dmirijiet moghtijin lilu b’xi ligi jew
regolament:
Izda dwar il-kumitati ta’ ghazla msemmija fil-paragrafu (c)
ta’ dan l-artikolu, kull kumitat bhal dan ikun maghmul kif ser
jinghad:
(i) zewg membri, maghzula minn fost il-persuni
msemmija fl-artikolu 24(2)(b) u (c);
(ii) zewg membri, maghzula minn fost il-persuni
msemmija fl-artikolu 24(2)(d); u
(iii) membru iehor.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHAg K AP. 94.     9
(2) Biex jigi evitat dubju, id-dmir tal-Bord li jaghti parir lill-
Ministru dwar il-pattijiet u kondizzjonijiet ta’ servizz u t-
trasferiment u promozzjoni ta’ l-impjegati tal-Gvern specifikati fl-
Iskeda ma ghandux jitqies li jolqot il-grad u d-drittijiet taghhom
bhala mpjegati tal-Gvern anqas l-hdim dwarhorn ta’ xi pjan ta’
negozjati li jkun stabbilit jew li minn zmien ghal zmien jigi
stabbilit ghall-konsiderazzjoni ta’ hwejjeg li jolqtu s-servizz
pubbliku.
(3) Meta xi haga li tkun fil-kompetenza tal-Bord, tigi quddiem
xi korp li jkun parti mill-pjan ta’ negozjati msemmi fis-subartikolu
(2) ghal konsiderazzjoni, il-parir tal-Bord ghandu jintalab dwar kull
haga bhal din.
Setgha tal-Prim 
Ministru li jaghmel 
regolamenti.
Mizjud:
I. 1959.5. 
Emendat: 
VII. 1959.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIII. 1968.6.
27. (1) Il-Prim Ministru jista’ jaghmel regolamenti dwar il-
proceduri dixxiplinarji kontra tobba fis-servizz tal-Gvern fil-kariga
taghhom bhala ufficjali pubblici u, bla hsara ghall-generalita  tas-
setgha fuq imsemmija, dawn ir-regolamenti jistghu jipprovdu ghal -
(a) il-hatra ta’ kumitat biex imexxi inkjesta;
(b) il-komposizzjoni ta’ xi kumitat bhal dan, li jkun
maghmul minn ghall-anqas zewg tobba, li minnhom
wiehed ikun maghzul minn fost il-persuni msemmija
fl-artikolu 24(2)(b) u (c) tu iehor minn fost il-persuni
msemmija fis-subartikolu (2)(d) ta’ dak l-artikolu;
(c) il-procedura li ghandha tigi wzata mill-kumitat fl-
inkjesta;
(d) ir-rapprezentanza ta’ l-ufficjal matul il-proceduri;
(e) ir-regoli dwar il-provi li ghandhom jigu osservati; u
(f) it-tressiq tal-provi u tal-konkluzjonijiet tal-kumitat
quddiem il-Bord ghall-parir tieghu.
Kap. 9.
*(2) Kull proceduri mehuda skond kull regolamenti maghmula
bis-sahha tas-subartikolu ta’ qabel ta’ dan l-artikolu jkunu bla hsara
ghal xi proceduri li jkunu jistghu jittiehdu kontra l-persuna in
kwistjoni skond id-disposizzjonijiet tal-Kodici Kriminali jew ta’ xi
ligi ohra, u kull proceduri mehuda skond xi wahda minn dawn il-
ligijiet ikunu bla hsara ghal xi proceduri mehuda skond xi
regolamenti kif intqal fuq.
(3) Kull regolament maghmul bis-sahha tas-subartikolu (1) ma
ghandux jigi mhassar, mibdul jew emendat hlief bl-approvazzjoni
minn qabel tal-Kamra tad-Deputati murija b’Risoluzzjoni.
Rapport annwali. 
Mizjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
28. (1) Il-Bord jista’ jippubblika rapport annwali dwar il-
proceduri tieghu.
(2) Dan ir-rapport jista’ jinkludi notament ta’ dak il-parir
moghti mill-Bord lill-Ministru li fil-fehma tal-Bord, wara li
jikkonsulta ruhu mal-Ministru, jkun ta’ interess pubbliku.
*Ir-riferenza ghall-Att ta’ l-1948 dwar il-Kumitati ta’ Inkjesta giet mhollija
barra, billi dana l-Att gie mhassar bl-Att XIX ta’ l-1977.
  10      KAP. 94. h     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHA
Mizjuda: 
XXIII. 1968.7.
TAQSIMA VI
BORD DWAR L-ISPIZJARA
Il-Bord dwar l-
Ispizjara. 
Mizjud: 
XXIII. 1968.7. 
Emendat: 
XIV. 1969.14; 
XLI. 1972.2; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
LVII. 1975.4; 
XXXVI. 1976.6; 
VIII. 1983.6.
29. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Zmien ta’ kariga. 
Mizjud: 
XXIII. 1968.7. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
XXXVI. 1976.7; 
VIII. 1983.7.
30. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Dmirijiet tal-Bord 
dwar l-Ispizjara. 
Mizjud: 
XXIII. 1968.7. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1983.8.
31. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Mizjuda: 
XIX. 1973.4.
TAQSIMA VII
BORD TA’ L-INFERMIERA U L-QWIEBEL
Bord ta’ l-
Infermieri u l-
Qwiebel. 
Mizjud: 
XIX. 1973.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXXVI. 1976.8; 
VIII. 1983.9.
32. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Zmien tal-kariga. 
Mizjud: 
XIX. 1973.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
XXXVI. 1976.9.
33. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Dmirijiet tal-Bord 
ta’ l-Infermieri u l-
Qwiebel. 
Mizjud: 
XIX. 1973.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
34. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHAg K AP. 94.     11
Mizjuda:
VIII. 1983.10.
TAQSIMA VIII
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET SUPPLIMENTARI 
GHALL-MEDICINA
Bord dwar il-
Professjonijiet 
Supplimentari 
ghall-Medicina. 
Mizjud: 
VIII. 1983.10.
35. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Zmien ta’ kariga. 
Mizjud: 
VIII. 1983.10.
36. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Dmirijiet tal-Bord 
dwar il-
Professjonijiet 
Supplimentari 
ghall- Medicina. 
Mizjud: 
VIII. 1983.10.
37. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Mizjuda:
I. 1959.5.
TAQSIMA IX
KUMITATI GHAT-TMEXXIJA TA’ SPTAR
Kumitat ghat-
Tmexxija ta’ l-
Isptar ta’ San 
Luqa. 
Mizjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta' l-1965; 
XIV. 1969.15; 
X. 1974.2; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta' l-1975; 
XXXVI. 1976.10; 
VIII. 1983.11.
38. (1) Ghandu jkun hemm Kumitat li jissejjah il-Kumitat
ghat-Tmexxija ta’ Sptar dwar l-Isptar ta’ San Luqa, hawnhekk izjed
’il quddiem f’din it-Taqsima msejjah " l-Isptar", li ghandu jezercita
u jaqdi l-funzjonijiet moghtija lilu b’din l-Ordinanza.
(2) Il-Kumitat ikun maghmul mill-membri li gejjin:
(a) chairman, li ma jkunx tabib, mahtur mill-President ta’
Malta;
(b) Ufficjal Mediku Principali jew Ufficjal Mediku
Anzjan li jigi nominat mill-Ministru u t-Tabib
Suprintendent ta’ l-Isptar San Luqa bhala membri ex
officio;
(c) erba membri mahtura mill-President ta’ Malta li
minnhom wiehed ikun mahtur minn fost spizjara,
pharmacy technicians, infermiera, qwiebel u membri
tal-professjonijiet supplimentari ghall-medicina
mpjegati fl-Isptar; 
(d) id-Dekan tal-Fakolta  tal-Medicina u tal-Kirurgija fl-
Universita  ta’ Malta;
(e) tliet membri, eletti b’votazzjoni sigrieta mill-membri
tal-persunal konsulent ta’ l-Isptar u minn fosthom.
(3) Il-Kumitat jista’ jiddiskuti, jiddeciedi u b’kull mod jagixxi,
minkejja kull vakanza fost il-membri tieghu.
Zmien ta’ kariga. 
Mizjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
XXXVI. 1976.11.
39. (1) Ic-chairman ghandu jibqa’ fil-kariga u jitlaq mill-
kariga tieghu skond il-pattijiet tal-hatra tieghu; izda jista’ f’kull
zmien jirrizenja mill-kariga tieghu b’avviz bil-miktub lill-President
ta’ Malta.
(2) Il-membri eletti taht l-artikolu 38(2)(e) ghandhom jigu
hekk eletti ghal zmien ta’ tliet snin. 
  12      KAP. 94. h     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHA
(3) Il-membri nominati taht l-artikolu 38(2)(b) jew (c)
ghandhom jibqghu fil-kariga ghal dak iz-zmien u taht dawk il-
pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru jew il-President ta’ Malta,
skond il-kaz, jidhrulu xierqa, u li jkun jista’ f’kull zmien itemm
kull nomina bhal dik.
(4) Kull membru nominat jew elett, skond il-kaz, taht l-artikolu
38(2)(c) jew (e) jista’ f’kull zmien jirrizenja mill-kariga tieghu
b’avviz bil-miktub lic-chairman tal-Kumitat.
(5) Meta tinholoq vakanza fil-komposizzjoni tal-Kumitat,
ghandha ssir hatra gdida jew tinzamm elezzjoni, skond il-kaz, fi
zmien xahar mid-data ta’ dik il-vakanza.
Segretarju tal-
Kumitat. 
Mizjud: 
I. 1959.5.
40. It-Tabib Principali tal-Gvern, wara li jikkonsulta ruhu mac-
chairman tal-Kumitat, ghandu jahtar ufficjal tad-dipartiment bhala
Segretarju tal-Kumitat.
Dmirijiet tal-
Kumitat. 
Mizjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
V. 1959.6; 
L. 1962.69; 
A.L. 4 ta' l-1963; 
A.L. 46 ta' l-1965;
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta' l-1975; 
XLIX. 1981.6.
41. (1) Ikun id-dmir tal-Kumitat, skond regolamenti
maghmula mill-Ministru u dawk id-direttivi li jistghu jigu moghtija
lill-Kumitat minn zmien ghal zmien mill-Ministru, b’mod generali
li jmexxi l-Isptar f’isem il-Gvern u b’mod partikolari - 
(a) li jipprepara ghall-sottomissjoni lill-Gvern abbozz
dettaljat ta’ estimi ta’ nefqa ghall-Isptar dwar il-
perijodu li jibda b’dik il-gurnata li tigi stabbilita mill-
President ta’ Malta u li jtemm fil-31 gurnata ta’
Dicembru li jahbat wara u kull perijodu ta’ tnax-il
xahar li jigi wara, kull perijodu bhal dan hawnhekk
izjed ’il quddiem imsejjah "sena finanzjarja";
Kap. 174.
(b) li japplika, fl-ahjar interess ta’ l-Isptar, dawk il-flejjes
li jigu provduti mill-Gvern ghall-amministrazzjoni ta’
l-Isptar mill-Fond Konsolidat ta’ Dhul dwar kull sena
finanzjarja u li japprova hlasijiet fil-limiti ta’ l-
ammont hekk provdut; l-applikazzjoni ta’ dawk il-
flejjes u kull hlasijiet maghmula minnhom ghandhom
ikunu skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika;
(c) li jkun responsabbli lejn il-Ministru ghall-qadi xieraq
tad-dmirijiet rispettivi taghhom mill-membri kollha
tal-persunal ta’ l-Isptar u l-ewwel nett li jinvestiga kull
ilment dwar ix-xoghol go l-Isptar ta’ kull membru tal-
persunal;
(d) li jzomm sewwa l-lokal li jifforma parti jew uzat in
konnessjoni ma’ l-Isptar;
(e) li jzomm sewwa l-apparati, l-ghamara u l-oggetti l-
ohra mobbili mehtiega ghall-iskopijiet ta’ l-Isptar;
(f) li jipprovdi lill-Fakolta  tal-Medicina ta’ l-Universita
ta’ Malta dawk il-facilitajiet li jista’ jkun sar ftehim
fuqhom bejn il-Ministru u l-Kunsill ta’ l-Universita
bhala mehtiega ghat-taghlim u tiftix kliniku. 
(2) Il-Kumitat ghandu jwiegeb ghal kull mistoqsija u jobdi kull
talba ghall-produzzjoni ta’ dokumenti li l-Ministru jew xi ufficjal
delegat minnu ghalhekk jista’ jaghmel dwar ix-xoghol ta’ l-Isptar.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHAg K AP. 94.     13
Parir mill-Persunal 
Konsulent. 
Mizjud:
I 1959.5
42. Ikun id-dmir tal-persunal konsulent ta’ l-Isptar li jaghti
parir lill-Kumitat fuq kull haga dwar id-dmirijiet tieghu skond l-
artikolu ta’ qabel dan.
Hatra ta’ Kumitati 
ghat-Tmexxija ta’ 
Sptar. 
Mizjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68
43. (1) Il-President ta’ Malta jista’ b’ordni jahtar Kumitati
ohra ghat-Tmexxija ta’ Sptar biex imexxu sptarijiet ohra tal-Gvern
jew gruppi ta’ sptarijiet.
(2) Il-membri ta’ kull kumitat bhal dan ghandhom jidhlu,
jibqghu u jitilqu mill-kariga skond il-pattijiet ta’ dak l-ordni.
(3) Id-dmirijiet tal-Kumitat ikunu specifikati fl-ordni u ma
ghandhomx jeccedu dawk moghtija lill-Kumitat ghat-Tmexxija ta’
Sptar bl-artikolu 41(1).
Mizjuda: 
I. 1959.5.
TAQSIMA X
BORD TAS-SERVIZZI GENERALI
Bord tas-Servizzi 
Generali.
Mizjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
XXVIII. 1961.7; 
II. 1964.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XIV. 1969.16; 
LVIII. 1974.68.
44. (1) Ghandu jkun hemm Bord tas-Servizzi Generali
maghmul mit-Tabib Principali tal-Gvern bhala chairman, u mid-
Direttur tax-Xoghlijiet Pubblici jew rapprezentant tieghu, miz-
zewg Ufficjali Medici Principali, minn Ufficjal Mediku Anzjan li
jigi nominat mill-Ministru, mill-Ufficjal Anzjan tal-Laboratorju
tas-Sahha Pubblika, minn rapprezentant tal-Kamra ta’ l-Arkitetti u
Inginieri Civili u minn persuna ohra, mhux fis-servizz tal-Gvern,
mahtura mill-President ta’ Malta.
(2) Ghandu jkun hemm Segretarju ghall-Bord tas-Servizzi
Generali, li jkun mahtur mill-President ta’ Malta.
(3) Meta f’xi okkazjoni, il-Bord tas-Servizzi Generali jixtieq
jikseb il-parir ta’ xi persuna dwar xi haga jew hwejjeg partikolari,
il-Bord jista’ jaghzel bhala membru lil dik il-persuna biex tkun
membru ghal dik il-laqgha jew laqghat skond ma jkun mehtieg, u
dik il-persuna, waqt li tkun hekk maghzula bhala membru, jkollha
d-drittijiet u l-privileggi kollha ta’ membru, hlief li ma jkollhiex
jedd tivvota fuq kull kwistjoni.
Dmirijiet tal-Bord 
tas-Servizzi 
Generali. 
Mizjud:
I. 1959.5. 
Emendat: 
XXIII 1968.8; 
XIX.1973.5; 
VIII. 1983.12. 
Kap. 31.
45. Id-dmirijiet tal-Bord tas-Servizzi Generali jkunu li jaqdi
dawk il-funzjonijiet li qabel is-16 ta’ Jannar, 1959, kienu moghtija
lill-Bord Mediku minn xi ligi fis-sehh f’Malta hlief dawk il-
funzjonijiet li huma moghtija lill-Kunsill Mediku, lill-Bord
Konsultattiv u Esekuttiv, lill-Bord dwar l-Ispizjara, lill-Bord dwar
l-Infermiera u l-Qwiebel u l-Bord dwar il-Professjonijiet
Supplimentari ghall-Medicina, b’din l-Ordinanza, bl-Ordinanza
dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li ghandhom
x’jaqsmu maghha u bir-regolamenti maghmulin taht xi wahda minn
dawn l-Ordinanzi.
  14      KAP. 94. h     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHA
Mizjuda: 
I. 1959.5.
TAQSIMA XI
GENERALI
Kif jitmexxa x-
xoghol fil-Kunsill, 
ecc. 
Mizjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
XXIII. 1968.9; 
XIX.1973.6; 
VIII. 1983.13.
46. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
Stat legali tal-
Kumitat ghat-
Tmexxija ta’ Sptar.
Mizjud:
I. 1950.5. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
47. Kumitat ghat-Tmexxija ta’ Sptar mahtur skond din l-
Ordinanza ghandu, ghalkemm ikun qieghed jezercita funzjonijiet
f’isem il-Ministru, il-jedd li jwettaq kull dritt akkwistat u jkun
responsabbli dwar kull obbligu mehud fl-ezercizzju ta’ dawk il-
funzjonijiet f’kollox bhallikieku l-Kumitat kien qieghed jagixxi
bhala principal, u l-proceduri kollha ghat-twettiq ta’ dawk il-
jeddijiet u obbligi ghandhom jingiebu mill-Kumitat jew kontra
tieghu.
Setghat tal-
President ta’ Malta 
dwar nuqqas. 
Mizjud:
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIII. 1968.10; 
XIX. 1973.7; 
XVIII. 1974.68; 
VIII. 1983.14; 
X. 1984.2; 
XIII. 1986.2. 
Kap. 31.
48. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
L-ewwel 
elezzjonijiet, l-
ewwel hatriet.
Mizjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta' l-1965; 
XXIII. 1968.11; 
XIX. 1973.8; 
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1983.13.
49. Mhassar bl-Att: XII. 2003.52.
TAQSIMA XII
DISPOSIZZJONIJIET DWAR RISERVI
Riserva. 
Emendat: 
I. 1959.6; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIII. 1968.12; 
XIV. 1969.19; 
XIX. 1973.9; 
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1983.15.
50. (1) Il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ kull wiehed mill-
ufficjali msemmijin fil-ligi mhassra b’din l-Ordinanza, kif ukoll id-
dmirijiet u s-setghat moghtija lil kull wiehed minnhom, jibqghu
jsehhu sa dak iz-zmien illi l-President ta’ Malta jordna xort’ohra
skond id-disposizzjoni ta’ l-artikolu 19.
(2) Kull regolament li jkun isehh qabel ma tibda ssehh din l-
Ordinanza dwar it-tmexxija, l-amministrazzjoni, u l-bon-ordni ta’
kull stabbiliment li b’din l-Ordinanza huwa ddikjarat li jaghmel
parti mid-Dipartiment tas-Sahha jibqa’ jsehh sa dak iz-zmien li l-
President ta’ Malta jordna xort’ohra skond id-disposizzjoni ta’ l-
artikolu 19.
(3) It-Taqsima III ta’ din l-Ordinanza ghandha tinqara bla hsara
tad-disposizzjonijiet tat-Taqsimiet IV, V, VI, VII, VIII u IX taghha.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAHHAg K AP. 94.     15
Mizjuda: 
I. 1959.7. 
Emendata: 
XXVII. 1961.8;
XIX. 1973.10; 
VIII. 1983.16.
SKEDA
(Artikolu 26)
Tobba
Kirurgi-Dentisti
