TORBIJATA’L-IFRAT gKAP. 97. 
KAPITOLU 97
ORDINANZA DWAR IT-TORBIJA TA' L-IFRAT 
Sabiex taghmel provvedimenti ghal licenzi dwar gniedes tar-refgha u
ghal hwejjeg ohra li ghandhom x’jaqsmu maghhom.
(13 ta’ Dicembru, 1938)*
Saret ligi bl-ORDINANZA XXXII ta’ l-1938, kif emendata bl-
Ordinanza XVII ta’ l-1943; bl-Ordinanza ta’ Emergenza XV ta’ l-1958; bl-
Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Avviz Legali 4 ta’ 1-1963; u bl-Att XXXIII
ta’ l-1966.
Titolu fil-qosor. 
ta’ l-Ifrat.
Tifsir.
Emendat: 
XVII.1943.2.
2. F’din l-Ordinanza -
"baqra" tfisser fart mara;
"Direttur" ifisser id-Direttur tal-Biedja;
"gendus" ifisser fart ragel mhux imsewwi mizmum ghar-refgha;
"refgha" tfisser it-tlaqqigh ta’ gendus ma’ baqra u titqies li saret
malli jsir l-att tat-tlaqqigh, ukoll jekk dan it-tlaqqigh jibqa’
minghajr effett; u "taghti ghar-refgha" jfisser skond dan ta’ hawn
fuq;
"sid" dwar xi gendus jew baqra jfisser il-bniedem illi, ghal dak
iz-zmien, ikollu pussess tal-bhima jew din tkun taht idejh, sew jekk
bhala sid, bhala komproprjetarju, bhala kerrej jew xort’ohra.
Licenza ghal 
gniedes tar-refgha, 
ecc. 
Emendat: 
XVII. 1943.3.
3. (1) Is-sid ta’ gendus ma jistax juza dan il-gendus jew
jippermetti jew ihalli li jigi wzat jew joffrih biex jigi wzat ghar-
refgha, hlief jekk dan il-gendus - 
(a) ikollu tnax-il xahar jew izjed; u
(b) ikun f’dak iz-zmien illicenzjat ghar-refgha mid-
Direttur.
(2) Is-sid ta’ xi baqra ma jkunx jista’ jaghmel jew ihalli li dik
il-baqra tinghata ghar-refgha minn gendus li f’dak iz-zmien ma
jkollux sensja mid-Direttur tal-Biedja ghar-refgha, u lanqas ma
jkun jista’ jittanta li l-baqra tieghu tinghata ghar-refgha minn dak
il-gendus.
(3) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jehel,
meta jinsab hati, multa ta’ mhux izjed minn ghoxrin lira, u l-qorti
tista’, barra minn dan, tordna l-qtil jew it-tiswija tal-gendus li bih
ikun sar ir-reat, bi spejjez tas-sid.
(4) Id-Direttur jista’ jaghti, jirrifjuta jew ihassar licenza skond
ir-regolamenti li jsiru taht din l-Ordinanza.
(5) F’kull procediment ghal reat taht dan l-artikolu, il-prova li
*Ara Proklama Nru. XXXVIII tat-13 ta' Dicembru, 1938.
 2      KAP. 97.h      TORBIJATA’L-IFRAT
fiz-zmien tar-reat kien hemm issehh ghall-gendus licenza taht din l-
Ordinanza, tmiss lill-akkuzat.
Il-mewt jew il-
mard ta’ gendus 
ghandhom jigu 
mgharrfa. 
4. Meta l-gendus, illicenzjat ghar-refgha kif jinghad hawn
fuq, imut jew jimrad jew xort’ohra ma jibqax tajjeb ghar-refgha,
sidu ghandu minnufih igharraf bil-fatt lid-Direttur.
Hrug ta' listi ta' 
gniedes bil-licenza.
Emendat: 
XXXIII. 1966.2. 
5. Id-Direttur ghandu, fix-xahar ta’ Lulju ta’ kull sena,
iwahhal fuq it-tabella ta’ l-avvizi tad-Dipartiment tieghu, lista ta’
gniedes bil-licenza taht l-artikolu 3, u ghandu jsemmi fiha dwar
kull gendus, in-nisel, il-post fejn huwa mizmum, l-indirizz tas-sid,
u d-data tal-hrug jew tat-tigdid tal-licenza, flimkien ma’ lista tad-
distretti li fihom, fil-fehma tieghu, hemm numru bizzejjed ta’
gniedes b’dik il-licenza.
Setgha ta’ dhul u 
ta’ spezzjon. 
6. Id-Direttur jew kull ufficjal iehor li jaghmel floku, ghandu,
ghall-finijiet ta’ l-esekuzzjoni ta’ din l-Ordinanza, is-setgha - 
(a) li jidhol f’kull hin xieraq, f’kull fond jew post fejn
ikollu ragun jahseb li qeghdin isiru kontravvenzjonijiet
ghad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew tar-
regolamenti maghmulin bis-sahha taghha;
(b) li jezamina, sew wahdu jew flimkien ma’ persuna
ohra, li d-Direttur jahtar, l-ifrat li jsib f’dak il-fond jew
post, u li huwa jkollu ragun jahseb li qieghed isir uzu
jew li sar uzu minnhom b’kontravvenzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew tar-
regolamenti maghmulin bis-sahha taghha.
Ghajnuna ta' flus. 
Emendat: 
XV. 1958.2; 
XXV. 1962.2,4; 
A.L. 4 ta' l-1963. 
7. Id-Direttur, bl-approvazzjoni tal-Ministru responsabbli
ghall-biedja, jista’, taht il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa, jaghti
ghajnuna ta’ flus lis-sidien ta’ gniedes illicenzjati taht l-artikolu 3.
Piena ghal min 
juza ghar-refgha 
gniedes jew baqar 
infettati. 
8. Kull min xjentement juza ghar-refgha gniedes jew baqar
morda bil-marsuttin ta’ l-ifrat, bl-iskol, bl-afta, jew b’xi mard iehor
infettiv jew kuntagjuz, jehel, meta jinsab hati, multa ta’ mhux izjed
minn hamsin lira, u l-qorti tista’ tordna, barra minn dan, il-qirda
tal-gniedes jew tal-baqar bi spejjez tas-sid.
Pieni ghal min 
ifixkel l-ufficjal. 
9. Kull min ma jhallix lid-Direttur jew lil ufficjal iehor li jkun
jaghmel f’ismu, jidhol jew jispezzjona fond jew post, jew jimpedih
jew ifixklu fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tieghu taht din l-Ordinanza,
jehel, meta jinsab hati, multa ta’ mhux izjed minn ghoxrin lira.
Piena generali. 10. Kull min jikser jew jonqos li jhares id-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza, li ghalihom ma hemm ebda piena specjali, jew min
jikser jew jonqos li jhares ir-regolamenti maghmulin bis-sahha ta’
din l-Ordinanza jehel, meta jinsab hati, ammenda ta’ mhux izjed
minn hames liri.
 Prosekuzzjoni. 11. L-azzjoni ghal reat taht din l-Ordinanza taqa’ bil-
preskrizzjoni wara tliet xhur minn dak inhar li jkun sar ir-reat:
Izda meta baqra tkun giet uzata kontra d-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza, l-azzjoni ma taqax bil-preskrizzjoni hlief
tmintax-il xahar wara li jkun sar ir-reat.
TORBIJATA’L-IFRAT gKAP. 97. 
Regolamenti. 
Emendat: 
XV. 1958.2; 
XXV.1962.2,4; 
A.L. 4 ta' l-1963.
12. Il-Ministru responsabbli ghall-biedja jista’ jaghmel
regolamenti - 
(a) biex jordna l-mod u l-forma li bihom ghandha ssir it-
talba ghal-licenza;
(b) dwar il-kondizzjonijiet (kompriz il-hlas tad-dritt) li
tahthom id-Direttur jista’ jaghti, jirrifjuta, jissospendi
jew ihassar licenza;
(c) dwar is-self ta’ gniedes mis-Stud Farm tal-Gvern lil
persuni f’distrett fejn in-numru tal-gniedes illicenzjati
taht din l-Ordinanza ma jkunx bizzejjed;
(d) biex jistabbilixxi r-rata ta’ dritt li ghandu jithallas
ghar-refgha; u
(e) in generali sabiex jigu esegwiti d-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza.
