TWAQQIFTAL-KARIGATA’ DIRETTURTAL-LOTTUPUBBLIKU gKAP. 122.
KAPITOLU 122
ATT GHAT-TWAQQIF TAL-KARIGA TA’ 
DIRETTUR TAL-LOTTU PUBBLIKU*
Biex jahseb ghat-twaqqif tal-kariga ta’ Direttur tal-Lottu Pubbliku. 
(23 ta’ Awissu, 1948)#
Sar ligi bl-ATT XXXI ta’ l-1943, u gie emendat bl-Ordinanza XXV ta’
l-1962 u bl-Avviz Legali 4 ta’ 1-1963.
Titolu fil-qosor.
Direttur tal-Lottu Pubbliku.
Trasferiment ta’ xi 
setghat u dmirijiet 
mill-Kollettur tat- 
Taxxi u Lottu lid-
Direttur tal-Lottu 
Pubbliku. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
Kap. 70.
+2. (1) Il-gbir ta’ kollha kemm huma t-taxxi, penali, u flejjes
ohra li b’mezz ta’ l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku jew taht l-Att
ta’ l-1948 dwar il-Lotteriji tal-Gvern¢, ikunu mid-data li fiha dan l-
Att jibda jsehh f’idejn funzjonarju li jkollu l-isem ta’ "Direttur tal-
Lottu Pubbliku" u li jkun mahtur mill-Prim Ministru u s-setghat u
dmirijiet kollha li s’issa kienu f’idejn il-Kollettur tat-Taxxi u Lottu
u li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-iffissar, amministrazzjoni u gbir tat-
taxxi, penali, u flejjes ohra kif imsemmi hawn qabel, ikunu f’idejn
id-Direttur tal-Lottu Pubbliku u minnu mhaddmin, u, ghall-finijiet
hawn qabel imsemmija, l-imsemmija ligijiet, u kull ordni jew
regolament maghmul tahthom, ghandhom jiftehmu bhallikieku
fihom kien hemm riferenza ghad-Direttur tal-Lottu Pubbliku
minflok ghall-Kollettur tat-Taxxi u Lottu:
Izda ebda haga li tinsab hawnhekk ma ghandha titqies li
tolqot is-setghat u dmirijiet illi huma moghtija, mill-imsemmija
ligijiet, ordnijiet jew regolamenti, lil xi funzjonarju, minbarra l-
Kollettur tat-Taxxi u Lottu, dwar l-imsemmija taxxi, penali u
flejjes.
(2) Minbarra s-setghat u dmirijiet specifikati fis-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu d-Direttur tal-Lottu Pubbliku jkollu wkoll dawk
is-setghat u jhaddem dawk id-dmirijiet illi, minn zmien ghal iehor,
ikunu moghtija jew assenjati lilu b’ligi jew b’setgha legali.
*Ara ukoll l-Att dwar il-Poteri u l-Funzjonijiet tad-Direttur tal-Lottu Pubbliku
(Kapitolu 137).
#Ara 1-artikolu 3 ta’ l-Att kif originarjament promulgat, li gie mholli barra taht l-
Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-Ligijiet Statutarji, u n-Notifikazzjoni tal-
Gvern Nru. 499 tal-21 ta’ Awissu, 1948.
+L-ewwel proviso tas-subartikolu (1) ta’dan l-artikolu gie ommess ghaliex kellu
1-effett tieghu.
¢Revokat bl-Att dwar il-Lotteriji tal-Gvern (Kapitolu 292).
