DJAR   g K AP. 125.      1
KAPITOLU 125 
ATT DWAR ID-DJAR
Biex jipprovdi biex jizgura li jsibu fejn ighammru lin-nies minghajr dar,
biex jizgura tqassim xieraq ta’ postijiet fejn wiehed jista’ jghammar u biex
jistghu jsiru rekwizizzjonijiet ta’ bini.
12 ta’ Frar, 1949
L-ATT II ta’ l-1949, kif emendat bin-Notifikazzjoni tal-Gvern 239 ta’ l-
1950; bl-Atti III ta’ l-1952 u XII ta’ l-1957; bl-Ordinanzi ta’ Emergenza V
u XV ta’ l-1958; bl-Ordinanza XXV ta' l-1962; bl-Avvizi Legali 4 ta’ 1-
1963 u 46 ta’ l-1965; bl-Atti XXXI ta’ l-1966, IV ta’ l-1973 u LVIII ta’ l-
l974; bl-Avviz Legali 148 ta’ 1-1975; u bl-Atti XIII ta’ l-1983, XXXVII ta’
l-1989, VIII ta’ l-1990, XIV u XXIII ta’ 1-1992, u III ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Emendat:
III. 1952.2; 
V. 1958.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI. 1966; 
XXXVII. l989.2. 
Kap. 69.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra - 
"bini" tfisser dar jew bini iehor, jew ishma minnhom, li jintuzaw
jew jistghu jintuzaw ghal ghanijiet residenzjali, u jinkludi kull art
jew gnien li jaghmlu sehem shih, jew li huma maghluqin f’dik id-
dar jew f’dak il-bini iehor; izda ma tinkludix fond li jista’ jitfisser
bhala hanut skond l-artikolu 2 ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tigdid
tal-Kiri ta’ Bini;
"Direttur ghall-Akkomodazzjoni Socjali" jew "Direttur" tfisser l-
ufficjal pubbliku mahtur mill-Prim Ministru sabiex ikun Direttur
ghall-Akkomodazzjoni Socjali ghall-finijiet ta’ dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghad-djar:
Izda l-Ministru jista’ b’kitba ffirmata minnu jiddelega s-setghat u
d-dmirijiet tieghu taht dan l-Att jew x’uhud minnhom lil xi ufficjal
tal-Ministeru tieghu u fil-limiti ta’ din id-delega, jekk issir, kull
riferenza ghall-Ministru f’dan l-Att tkun tghodd ghal dak l-ufficjal;
"rekwizizzjoni" tfisser it-tehid ta’ pussess ta’ bini jew il-htiega li
l-bini jithalla f’idejn l-awtorita  li tohrog ir-rekwizizzjonijiet;
"rekwizizzjonat" tfisser il-persuna jew persuni li mill-pussess
taghha jew taghhom ikun mehud bini b’rekwizizzjoni mahruga
mill-awtorita  li tohrog ir-rekwizizzjonijiet.
Setghat ta’ hrug ta’ 
rekwizizzjonijiet, 
effetti u twettiq. 
Emendat:
III. 1952.7;
V. 1958.3.
Sostitwit:
XXXVII. 1989.4.
3. Jekk id-Direttur ghall-Akkomodazzjoni Socjali jidhirlu li
hu mehtieg jew xieraq li jaghmel hekk fl-interess pubbliku, izda
biss bil-ghan biex jipprovdi lin-nies lok fejn wiehed jista’
jghammar jew biex jizgura t-tqassim xieraq ta’ dawk il-postijiet
fejn wiehed jista’ jghammar, huwa jista’ johrog rekwizizzjoni ghal
kull bini, u jista, jaghti struzzjonijiet li jidhirlu li huma mehtiega
jew xierqa sabiex ir-rekwizizzjoni tista’ jkollha effett u tkun tista’
ssehh.
(2) Ordni ta’ rekwizizzjoni li jsir skond is-subartikolu (1)
ghandu jigi notifikat lil min ikollu jedd ghall-okkupazzjoni
immedjata tal-bini rekwizizzjonat, jew l-agent jew rapprezentant
  2      KAP. 125. h        DJAR
tieghu, u meta l-bini jkun qieghed jinkera lil inkwilin, jew qieghed
ghandu b’titolu ta’ enfitewsi li jiskadi mhux iktar tard minn hames
snin minn meta jinhareg l-ordni, dan l-ordni ghandu jigi wkoll
notifikat lis-sid jew lill-padrun dirett, skond il-kaz, jew lill-agent
jew rapprezentant taghhom:
Izda meta t-titolu ghal bini kif imsemmi qabel, jew ghal
min ghandu jedd jokkupah, ikun jappartjeni lil iktar minn persuna
wahda, in-notifika ta’ l-ordni ta’ rekwizizzjoni li ssir lil persuna
wahda minn dawk kollha ghandu jkollha sehh ghar-rigward tat-
titolu mizmum in komun ma’ l-ohrajn, daqslikieku l-ordni kienet
giet ukoll notifikata lil dawk il-persuni l-ohrajn kollha.
(3) Meta, sakemm tkun twettqet diligenza xierqa, min ikollu
jigi notifikat b’ordni ta’ rekwizizzjoni, jew l-agent jew ir-
rapprezentant tieghu, ma jkunx jista’ jinsab, jew jekk jinstab
jirrifjuta li jaccetta 1-ordni, 1-ordni ta’ rekwizizzjoni ghandha
titqies li tkun giet notifikata sew lil dik il-persuna u lil dawk il-
persuni 1-ohrajn li kienu jitqiesu li gew notifikati bl-ordni li kieku
din giet notifikata lil dik il-persuna, jekk jinghata avviz ta’ l-ordni
fil-Gazzetta tal-Gvern u f’mhux anqas minn tlett gurnali ohrajn ta’
kuljum ippubblikati f’Malta.
(4) Ordni ta’ rekwizizzjoni li jsir u jigi notifikat skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ghandu jopera u jkollu effett
shih kontra kulhadd u jibqa’ hekk operattiv u effettiv sakemm il-
bini jigi derekwizizzjonat.
(5) Kull ufficjal tal-Pulizija mhux taht ir-rank ta’ surgent jista’,
fuq istruzzjonijiet tad-Direttur, jiehu dawk il-passi u jinqeda b’dik
il-forza li jidhirlu mehtiega skond ma jixraq biex jizgura li qeghdin
jitwettqu l-ordnijiet moghtija lil persuna skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu jew ta’ l-artikolu 9 li bis-sahha taghhom ikun
intalab li jcedi l-pussess ta’ bini:
Izda d-Direttur m’ghandux jaghti dawn l-istruzzjonijiet kif
imsemmija qabel hlief f’kazijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’
rikostruzzjoni jew pjanifikazzjoni mill-gdid, jew evakwaz-zjoni
f’ghadd kbir, jew f’kaz ta’ okkupazzjoni mhix awtorizzata, jew
f’kazijiet ohra li d-Direttur ikun jidhirlu li huma urgenti, u sakemm
dawk ikunu gustifikati b’mod ragonevoli f’socjeta  demokratika.
(6) Meta bini li jkun gie rekwizizzjonat taht dan l-artikolu
jitbattal u jkun jappartjeni b’titolu assolut jew b’enfitewsi lil min
jaghti prova ghas-sodisfazzjon tad-Direttur li ghandu hsieb li jiehu
pussess tal-bini sabiex hemm jistabbilixxi r-residenza ordinarja
tieghu jew dik ta’ xi hadd mit-tfal tieghu, id-Direttur ghandu
jalloka l-bini lil dik il-persuna, jew lil xi hadd mit-tfal tieghu kif
imsemmi qabel, skond il-htiega tal-kaz; u jekk dik ir-residenza
ordinarja tigi fil-fatt hekk stabbilita fi zmien sitt xhur minn meta
ssir l-allokazzjoni, jew minn dak iz-zmien aktar tard li d-Direttur
jista’ ghal raguni valida jippermetti, u tkompli ghal perjodu ta’
mhux anqas minn sentejn, id-Direttur ghandu, jekk hekk jintalab
jaghmel, jidderikwizizzjona l-bini.
(7) Meta jkun inghata ordni ta’ rekwizizzjoni, u r-
rekwizizzjonat jipprova b’sodisfazzjoni tad-Direttur illi huwa ma
jistax isib trasport ghall-garr ta’ l-ghamara jew hwejjeg ohra li
DJAR   g K AP. 125.      3
jinsabu fil-bini rekwizizzjonat, jew lok iehor fejn jahzinhom, ikun
dmir tad-Direttur li jipprovdi dak il-mezz tal-garr u lok ghall-hazna
ta’ l-ghamara jew hwejjeg ohra alternattiv kif ikun mehtieg,
minghajr hsara ghad- disposizzjonijiet tas-subartikolu (9).
(8) Meta xi ordni ta’ rekwizizzjoni ma jigix obdut jew meta
wara t-twettiq ta’ kull diligenza xierqa, hadd ma jinstab li ghandu
1-jedd dirett li jghammar fil-bini rekwizizzjonat, jew il-prokuratur
tieghu jew min jidher ghalih, id-Direttur jista’ jaghti dawk l-
ordnijiet li jidhirlu xierqa ghall-garr u hazna ta’ l-ghamara jew
hwejjeg li jinstabu fil-bini:
Izda qabel ma jsir dan il-garr ghandu jsir inventarju ta’ l-
ghamara jew hwejjeg imsemmija qabel li ghandu jkun iffirmat mid-
Direttur jew rapprezentant tieghu quddiem ufficjal tal-Pulizija
mhux taht ir-rank ta’ surgent, li ghandu jzid ukoll il-firma tieghu
f’dak l-inventarju.
(9) F’kull kaz meta l-garr jew il-lok ghall-hazna ta’ l-ghamara
jew hwejjeg huwa pprovdut mid-Direttur skond dan l-artikoIu, din
l-ghamara jew hwejjeg ghandhom, matul il-garr u hazna jibqghu
b’sogru ta’ sidhom wahdu u, ghal dak li hu hazna l-ispejjez tieghu
wkoll; u ebda hlas ma jkun misthoqq dwar xi nuqqas fihom jew
hsara li tigrilhom jekk jigi ppruvat illi dak in-nuqqas jew dik il-
hsara ma kenitx grat minhabba traskuragni tad-Direttur jew nies li
kienu jaqduh.
(10) Filwaqt li bini jkun f’idejn id-Direttur bis-sahha ta’ dan l-
Att, il-bini jista’ jintuza biss ghall-finijiet imsemmija fis-
subartikolu (1), izda, hlief kif imsemmi qabel, id-Direttur, sa fejn
jidhirlu li jkun mehtieg jew xieraq dawr it-tehid ta’ pussess jew uzu
tal-bini bis-sahha ta’ dan l-Att, jista’ jaghmel, jew jawtorizza lill-
persuni li juzaw il-bini biex jaghmlu, dwar il-bini, kull haga illi
kull persuna li ghandha nteress bla tirzin fil-bini kien ikollha l-jedd
li taghmel bis-sahha ta’ dak l-interess.
Setgha tad-Direttur 
li jitlob taghrif.
Emendat:
III. 1952.4, 7; 
V. l958.3; 
XXXVII. 1989.3, 
5.
4. (1) Kull persuna, jekk mitluba mid-Direttur, jew f’ismu, li
taghmel hekk, ghandha taghti lid-Direttur, jew lil dik il-persuna l-
ohra kif ikun imsemmi fit-talba, dak it-taghrif li hija jkollha dwar
xi bini, meta dak ikun taghrif li bir-ragun jista’ jintalab
minghandha dwaru, jew li d-Direttur jidhirlu mehtieg ghat-tehid
tal-pussess ta’ xi bini jew dwar it-tqeghid ta’ persuni f’dak il-bini
biex ighammru fih, kif jista’ jkun hemm imsemmi.
(2) Id-Direttur jew kull persuna ohra imqabbda bil-miktub
ghalhekk mid-Direttur tista’ titlob li kull taghrif mehtieg taht l-
ahhar subartikolu qabel dan jinghata bil-miktub u li d-dikjarazzjoni
tkun minn idejn il-persuna li taghti t-taghrif. Meta persuna ma
tkunx taf tikteb id-Direttur jew, kif jista’ jaghti l-kaz, persuna ohra
kif hawn fuq imsemmi, tista’ titlob illi d-dikjarazzjoni mill-persuna
li taghti t-taghrif tigi mmarkata minn dik il-persuna quddiem zewg
xhieda li ghandhom jaghmlu minn idejhom fuq id-dikjarazzjoni.
(3) Kull min xjentement jaghti xi nformazzjoni taht id-
disposizzjonijiet precedenti ta’ dan l-artikolu li tkun qarrieqa jew
skorretta f’xi fatt partikolari taghha, ikun hati ta’ reat skond dan l-
Att u jehel, meta jinstab hati, multa ta’ mhux inqas minn mitt lira
  4      KAP. 125. h        DJAR
izda mhux izjed minn hames mitt lira jew prigunerija ghal zmien
ta’ mhux anqas minn hmistax-il jum u mhux izjed minn tliet xhur,
jew ghal dik il-multa u prigunerija flimkien.
Manutenzjoni, 
tiswijiet, benefikati 
u hwejjeg 
mwahhlin f’bini 
mehud 
b’rekwizizzjoni. 
Emendat:
III. 1952.7;
V. 1958.3; 
XXXVII. 1989.3. 
Kap. 16.
Kap.16.
5. (1) Bla hsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu li gej
hawn wara dan, id-Direttur jkollu l-istess drittijiet u dmirijiet dwar
it-tiswijiet u manutenzjoni ta’ bini mehud b’rekwizizzjoni bhalma
ghandu kerrej taht id-disposizzjonijiet fuq hekk tal-Kodici Civili.
(2) Meta bini li kien f’idejn id-Direttur taht id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att jitbattal, id-Direttur (jekk is-sid ma jippreferix li
jzommu u jhallas kumpens skond l-artikolu 1564 tal-Kodici Civili),
jista’ jnehhi l-hwejjeg imwahhlin jew benefikati ohra ta’ kull xorta
li jkun saru fih matul iz-zmien tar-rekwizizzjoni, billi jhallas lill-
rekwizizzjonat ghall-hsara li setghat saret bit-tqeghid jew bit-
tnehhija ta’ dawk il-hwejjeg mwahhlin jew benefikati ohra.
L-ordnijiet ta’ 
rekwizizzjoni 
maghmulin qabel 
ma dan 1-Att hareg 
b’ligi jghoddu taht 
dan l-Att. 
Emendat:
III. 1952.7; 
XII. 1957.17; 
V. 1958.3. 
6. Il-pussess ta’ kull bini li jkun ittiehed mill-Ministru jew
minn awtorita  kompetenti ohra taht, jew bis-sahha tar-Regolamenti
ta’ l-1939 ghal Malta dwar id-Difiza*, jew taht, jew bis-sahha, tar
Regolamenti ta’ l-1942, dwar l-Ufficcju tal-Protezzjon imxandrin
bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 435 tal-20 ta’ Awissu, 1942#,
ghandu, jekk il-bini fil-jum li fih dan l-Att johrog b’ligi jkun ghadu
fil-pussess tal-Ministru jitqies li kien ittiehed taht id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Trasferiment lid-
Direttur ta’ bini 
rekwizizzjonat. 
Mizjud:
V. 1958.5. 
Emendat: 
XXXVII. 1989.3. 
7. Kull bini li kien fil-pussess tal-Ministru jew li kien f’idejh
jew mizmum minnu bis-sahha ta’ rekwizizzjoni maghmula skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u li dwaru ma kenitx inholqot
lokazzjoni jew sullokazzjoni bis-sahha ta’ l-artikolu 8, ghandu
jitqies li kien rekwizizzjonat mid-Direttur u li jkun fil-pussess
tieghu jew f’idejh jew mizmum minnu, skond il-kaz.
Rikonoxximent 
mis-sid jew minn 
persuna li taghmel 
minnu ta’ persuni 
ipprovduti mid- 
Direttur b’fejn 
ighammru f’bini 
mehud 
b’rekwizizzjoni. 
Emendat: 
III. 1952.7;
V. 1958.3, 6; 
A.L. 148 ta’ l- 
1975;
XXXVII. 1989.3.
8. (1) Meta xi persuni jkunu gew ipprovduti fejn ighammru
f’bini mizmum permezz ta’ rekwizizzjoni, id-Direttur jista’ f’kull
zmien, b’ittra ufficjali, jordna lir-rekwizizzjonat li jirrikonoxxi
bhala kerrejja lill-persuni li jkunu hekk ipprovduti jew bhala
sullokaturi tal-bini, skond il-kaz.
(2) Fi zmien tletin jum minn meta jigi nnotifikat b’ittra ufficjali
taht l-ahhar subartikolu qabel dan, ir-rekwizizzjonat, b’rikors
quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Civili b’kontestazzjoni tad-
Direttur, jista’ jitlob ghall-awtorizzazzjoni sabiex ma joqghodx
ghal dik it-talba:
Izda, fil-kaz li l-bini jkun gie mehud b’rekwizizzjoni
minghand il-kerrej, dan ta’ l-ahhar, b’ittra ufficjali li ghandha tigi
pprezentata fi zmien hmistax il-jum minn meta jkun gie nnotifikat
bl-ittra ufficjali li hemm imsemmija fl-ahhar subartikolu qabel dan,
jista’ igharraf lid-Direttur illi huwa ma jixtieqx jissokta jibqa fil-
kera, u meta jsir dan id-Direttur jkollu 1-jedd li jiehu passi taht l-
ahhar subartikolu qabel dan kontra s-sid.
(3) Il-qorti ma taghtix l-awtorizzazzjoni sabiex ma jsirx skond
* M’ghadhomx isehhu.
# Revokati b’Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 323 tal-25 ta’ Mejju, 1949.
DJAR   g K AP. 125.      5
it-talba imsemmija fl-ahhar subartikolu qabel dan kemm-il darba ir-
rikorrent ma jurix b’sodisfazzjon tal-qorti illi jekk huwa joqghod
ghal dik it-talba huwa jbati konsegwenzi horox:
Izda d-dikjarazzjoni illi r-rekwizizzjonat jixtieq li jiehu
pussess tal-bini ghall-uzu tieghu innifsu jew ghall-uzu ta’ xi hadd
tal-familja tieghu ma titqiesx fiha nfisha bhala tbatija ta’
konsegwenza harxa ghall-finijiet ta’ dan is-subartikolu.
Kap. 69. 
(4) Kull sullokazzjoni li tinholoq bis-sahha ta’ dan l-artikolu
ma titqiesx li hija sullokazzjoni ghall-finijiet ta’ l-artikolu 9 ta’ l-
Ordinanza li tirregola t-Tigdid ta’ Kiri ta’ Bini.
Kap. 16.
Kap. 116.
(5) Ebda jedd ta’ preferenza taht il-Kodici Civili jew taht l-
Ordinanza li Trazzan il-Kera fuq id-Djar ma jkun kompetenti dwar
xi kirja jew sullokazzjoni mahluqa bis-sahha ta’ dan l-artikolu.
Kap. 69. 
(6) Meta tinholoq lokazzjoni jew sullokazzjoni bis-sahha ta’
dan l-artikolu, f’dan il-kaz, kemm-il darba ma jsirx ftehim
kuntrarju permess mill-ligi, jitqies li jkun sar bejn ir-rekwizizzjonat
tal-fond u l-persuna li tkun tinsab fih kuntratt ta’ lokazzjoni jew
sullokazzjoni tal-bini taht il-kondizzjonijiet soliti stabbiliti mill-
Bord li Jirregola l-Kera mwaqqaf bis-sahha ta’ l-Ordinanza li
tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta’ Bini u ghal zmien tliet xhur, li jibda
minn dak in-nhar tar-rikonoxximent definitiv, u jkollu jithallas kera
li jkun daqs l-ammont perjodiku mhallas jew li ghandu jithallas
mid-Direttur bhala kumpens ghall-okkupazzjoni tal-bini, bit-tliet
xhur bil-quddiem.
Setgha tad-Direttur 
li jordna 1-inkwilin 
ta’ bini 
rekwizizzjonat 
jitilqu.
Emendat: 
III. 1952.7; 
V. 1958.3. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1989.6. 
9. Meta persuna tkun qeghda f’bini rekwizizzjonat taht dan l-
Att, id-Direttur jista’, ukoll jekk dik il-persuna thallas kumpens
talli tkun qeghda hemmhekk, jordnalha li titlaq minn dak il-bini u
thalli f’idejh dak il-bini f’dak iz-zmien li d-Direttur jista’
jistabbilixxi, jekk huwa jidhirlu li dik il-persuna ma tkunx qieghda
tuza l-bini ghal ghanijiet residenzjali, jew tkun sid ta’ jew ghandha
jew li b’mod iehor pprovduta b’bini iehor li tista’ tuza bhala
residenza taghha u tal-familja taghha, jew jekk ikun hekk
ragonevolment mehtieg li wiehed jagixxi b’dan il-mod fl-interess
tad-difiza, sigurta  pubblika, ordni pubbliku jew sahha pubblika.
Setgha tad-Direttur 
li jidhol f’bini.
Emendat:
III. 1952.5, 7; 
V. 1958.3; 
XXXVII. 1989.3. 
10. Id-Direttur jew kull persuna ohra imqabbda bil-miktub
ghalhekk mid-Direttur jista’ jidhol f’kull bini f’kull hin xieraq
sabiex jiehu informazzjonijiet li bihom jista’ jmexxi xi setgha jew
setghat tieghu taht dan l-Att.
Kumpens li ghandu 
jithallas dwar bini 
mehud 
b’rekwizizzjoni. 
Emendat:
III. 1952.7;
V.1958.3, 7;
XXXVII. l989.3.
11. (1) Bla hsara ta’ dak li hemm stabbilit hawn izjed il-
quddiem, il-kumpens li ghandu jithallas dwar ir-rekwizizzjoni ta’
bini ikun l-ghadd ta’ dawn is-somom flimkien, jigifieri - 
(a) somma li tkun daqs il-kera li ghandu skond ir-raguni
jithallas minn kerrej li qieghed ighammar fil-bini
matul iz-zmien li ghalih qed jinzamm il-pussess tal-
bini bis-sahha tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, bis-
sahha ta’ kiri moghti minnufih qabel il-bidu ta’ dak iz-
zmien:
  6      KAP. 125. h        DJAR
Kap. 116.
Izda meta l-bini huwa wzat mid-Direttur, jew
minn xi persuna li tkun imqieghda fih wara
rekwizizzjoni bhala dar skond it-tifsira tal-kelma fl-
Ordinanza li Trazzan il-Kera fuq id-Djar, il-kera
m’ghandux ikun izjed mill-kera xieraq kif imfisser fl-
artikolu 2 ta’ dik l- Ordinanza;
(b) somma li tkun daqs l-ispiza ghat-tiswija ta’ kull hsara
lill-bini li setghet grat matul iz-zmien li fih inzamm
b’rekwizizzjoni l-pussess tal-bini (hlief sa fejn il-hsara
tkun issewwiet matul dak iz-zmien minn min ikun
ighammar fil-bini mehud b’rekwizizzjoni jew minn
persuna li tkun qieghda tidher f’isem id-Direttur), bla
ma tinghad ebda hsara li, taht id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, ghandu jaghmel tajjeb ghaliha r-
rekwizizzjonat;
(c) somma li tkun daqs in-nefqa li nharget skond ma
jixraq, li ma tkunx inharget f’isem id-Direttur, sabiex
isir skond xi ordni moghti mid-Direttur jew f’ismu
dwar it-tehid ta’ pussess tal-bini, izda minghajr hsara
ghal dak li nghad fl-artikolu 3(5).
(2) Kull kumpens taht is-subartikolu (1)(a) ghandu jitqies li
jisthoqq minn jum ghal iehor matul iz-zmien li fih jinzamm il-
pussess tal-bini bis-sahha tas-setghat moghtijin lid-Direttur b’dan
l-Att, ghandu jinghadd ghaz-zmien kif imsemmi hawn fuq; u
ghandu jithallas lill-persuna illi minn zmien ghal iehor kien ikollha
l-jedd li tghammar fil-bini li kieku ma kienx mehud
b’rekwizizzjoni; izda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu
m’ghandhomx jithaddmu hekk illi bih il-hlasijiet mid-Direttur jsiru
b’inqas minn tliet xhur bejniethom.
(3) Kull kumpens taht is-subartikolu (1)(b) jisthoqq fl-ahhar
taz-zmien li fih jinzamm il-pussess tal-bini bis-sahha tas-setghat
moghtijin lid-Direttur b’dan l-Att, u ghandu jithallas lill-persuna li
f’dak il-hin tkun taghmel mill-bini.
(4) Kull kumpens taht is-subartikolu (1)(c) jisthoqq fiz-zmien
meta ssir in-nefqa li minhabba fiha ghandu jithallas il-kumpens, u
ghandu jithallas lill-persuna li tkun harget dik in-nefqa jew li
f’isimha tkun saret.
Iffissar ta’ 
kumpens. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
Kap. 69. 
12. (1) Il-kumpens taht l-artikolu 11(1)(a) ghandu, fil-kazijiet
kollha, ikun iffissat mill-Bord li Jirregola l-Kera mwaqqaf taht l-
Ordinanza li tirregola t-Tigdid ta’ Kiri ta’ Bini illi ghal dak l-iskop
ghandu jkollu gurisdizzjoni esklusiva suggetta ghal appell fil-kazi
li jaqghu taht dik l-Ordinanza:
Kap. 116. Izda, dwar dar kif hemm imfisser fl-Ordinanza li Trazzan
il-Kera fuq id-Djar, li l-pussess taghha ttiehed mill-awtorita  li
tohrog ir-rekwizizzjonijiet qabel it-22 ta’ Frar 1946 u, meta jsir ir-
rikors hawn taht imsemmi, ikun ghadu mizmum minn dik l-
awtorita , l-awtorita  li tohrog ir-rekwizizzjonijiet jew ir-
rekwizizzjonat jista’ f’kull zmien jitlob lill-imsemmi Bord ghall-
iffissar tal-kera xieraq kif imfisser fl-artikolu 2 ta’ l-Ordinanza li
ssemmiet l-ahhar, u dak il-kera xieraq ghandu jkun il-kumpens
DJAR   g K AP. 125.      7
misthoqq taht l-artikolu 11(1)(a) dwar dak il-pussess mill-jum tan-
notifika tar-rikors lir-rekwizizzjonat jew lil min jidher ghalih jew,
skond il-kaz, lill-awtorita  li tohrog ir-rekwizizzjonijiet.
(2) Il-kumpens taht l-artikolu 11(1)(b) u (c), fil-kaz ta’ nuqqas
ta’ ftehim, ghandu jigi iffissat mill-Prim’ Awla tal-Qorti Civili.
Kumpens iffissat 
qabel ma’ johrog 
b’ligi dan 1-Att. 
13. Kull kumpens li, qabel ma jibda jsehh dan l-Att, ikun gie
iffissat skond il-ligi ghandu jitqies li jkun gie hekk iffissat taht u
ghall-finijiet ta’ dan l-Att, izda ma’ dan kollu minghajr hsara ghad-
disposizzjonijiet li hemm fl-artikolu 12(1).
Setgha li jaghmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXVII. 1989.7. 
14. Il-Ministru jista’ jaghmel u, meta jkun ghamel, jemenda,
ihassar jew ihassar u jerga’ johrog b’ligi mill-gdid regolamenti
sabiex jitmexxew id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u, b’mod
partikolari, izda bla hsara ghall-generalita  ta’ dik is-setgha, ghall-
iskopijiet kollha jew ghal xi wiehed mill-iskopijiet li gejjin:
(a) sabiex igieghel li jinghata taghrif dwar bini, jew xi
klassi ta’ bini, it-taghmir u uzu taghhom;
(b) sabiex jinzamm tqassim xieraq ta’ postijiet fejn
wiehed jista’ jghammar;
(c) sabiex jistabbilixxi, minghajr jozboq l-oghla limiti
imsemmi fl-artikolu 17, pieni specjali li jghoddu dwar
ksur ta’ xi regolament li jkun hekk maghmul;
(d) sabiex jistabbilixxi d-drittijiet relattivi ghall-hazna u
sabiex jipprovdi ghat-tehid lura ta’, jew xi jsir minn,
ghamara jew oggetti, maghdud il-bejgh taghhom, li
jkunu tnehhew minn bini rekwizizzjonat skond dan l-
Att.
Tirzin ta' setghat 
taht dan l-Att. 
Emendat: 
III. l952.7. 
15. Xejn milli hemm f’dan l-Att ma ghandu jaghti ebda jedd lil
xi hadd li jitlob ghalih jew ghal xi haddiehor il-hidma tas-setgha li
johrog rekwizizzjoni jew setgha ohra moghtija lill-Ministru.
Notifika ta’ avvizi 
taht dan l-Att jew 
regolamenti 
mahrugin bis-
sahha ta’ dan l-Att.
Emendat: 
XXXVII. 1989.8.
16. Minghajr hsara ghal kull disposizzjoni specjali li hemm
f’dan l-Att, ordni ta’ rekwizizzjoni jew avviz li ghandu jkun
notifikat lil xi hadd ghall-finijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament
maghmul bis-setgha moghtija minn dan l-Att, jista’ jigi nnotifikat
billi jinbaghat bil-posta b’ittra registrata indirizzata lil dik il-
persuna fl-ahhar post jew fil-post tas-soltu fejn dik il-persuna
toqghod jew tinnegozja, u ghandu jitqies, kemm-il darba ma jkunx
hemm prova kuntrarja, illi wasal ghand min kien indirizzat skond
il-kors normali tas-servizz tal-posta.
Disposizzjonijiet 
dwar il-piena. 
Emendat:
III. 1952.6, 7;
V. 1958.3;
A.L. 46 ta’ l-1965; 
IV. 1973.2;
LVIII. 1974.68; 
XIII. 1983.5; 
XXXVII. 1989.3, 
9. 
17. (1) Kull min, minghajr skuza legittima, li l-prova taghha
tmiss lilu, jikser xi ordni moghti jew xi regolament maghmul bis-
sahha ta’ dan l-Att, sew billi jaghmel xi haga li hu m’ghandux
jaghmel jew billi ma jaghmilx xi haga li ghandu jaghmel, jew billi
ma jhalliex lil haddiehor jaghmel xi haga illi dan l-iehor ghandu
jaghmel jew li huwa mholli li jaghmel, jew billi jhassar jew jisfratta
xi haga illi haddiehor ikun ghamel taht id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att jew ta’ xi ordni jew regolament maghmul bis-sahha tieghu,
jew billi jfixkel jew ixekkel lid-Direttur jew lil kull persuna ohra li
tidher b’ismu jew taht l-awtorita  tieghu ikun hati ta’ reat taht dan l-
Att, u jista’ meta jinsab hati minn qorti, jehel multa ta’ mhux inqas
  8      KAP. 125. h        DJAR
minn mitt lira izda mhux izjed minn hames mitt lira jew prigunerija
ghal zmien minn hmistax-il gurnata sa tliet xhur jew ghal dik il-
multa u dik il-prigunerija flimkien:
Izda kull min jaghmel reat kontra id-disposizzjonijiet li
hemm fl-artikolu 4(1) u (2), jehel, meta jinsab hati, multa ta’ mhux
inqas minn hames liri izda mhux izjed minn mitt lira jew
prigunerija ghal zmien ta’ minn hmistax-il gurnata sa tliet xhur jew
dik il-multa u prigunerija flimkien.
Kap. 446. 
(2) Fil-kaz ta’ reat bhal dan, il-qorti, minbarra li taghti l-piena
jew tapplika l-provvedimenti ta’ l-artikoli 7 u 22 ta’ l-Att dwar il-
Probation ghandha tordna lill-hati, fejn il-kaz jihtieg hekk, li
joqghod ghal-ligi f’dak iz-zmien li jkun bizzejjed ghal dak l-iskop
u li jkun iffissat mill-qorti; u jekk il-hati ma joqghodx ghall-ordni
bhal dan fiz-zmien hekk iffissat, huwa jkun jista’ jehel ammenda
ta’ minn hamsin centezmu sa ghaxar liri ghal kull jum li fiha jdum
in-nuqqas wara li jaghlaq dak iz-zmien.
(3) Il-qorti tista’ tordna wkoll illi dak li hu fisikament mehtieg
mil-ligi jsir mill-Pulizija, bi spejjez tal-hati, u f’dan il-kaz il-hati
jista’ jkun mgieghel irodd in-nefqa b’mandat mahrug mill-qorti.
(4) Is-setghat moghtijin lill-qorti bis-subartikoli (2) u (3)
ghandhom jitqiesu li huma minghajr hsara ghas-setghat tad-Direttur
taht l-artikolu 3 jew ghal kull setgha ohra moghtija jew li ghad
tista’ tinghata lilu jew lil kull persuna ohra b’xi regolament.
Kompetenza dwar 
reati taht dan 1-Att. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1990.3. 
Kap. 9.
18. (1) Kull reat taht dan l-Att jew taht xi ordni jew
regolament maghmul bis-sahha tieghu ghandu, ghall-finijiet tal-
Kodici Kriminali, jinghadd mal-kontravvenzjonijiet, sahansitra
meta l-piena mahsuba ghal dak ir-reat tkun oghla minn dawk
stabbiliti fl-imsemmi Kodici dwar il-kontravvenzjonijiet:
Izda l-preskrizzjoni ta’ kull azzjoni kriminali li tinqala
minn xi disposizzjoni ta’ dan l-Att ghandha tkun ta’ sena, kemm-il
darba ma jkunx mehtieg zmien itwal taht xi ligi ohra dwar xi reat
specifiku.
(2) Kull piena stabbilita ghal xi reat taht dan l-Att ghandha
titqies li hija hekk stabbilita minghajr hsara ta’ kull piena akbar li
tista’ tghodd ghal dak ir-reat taht xi ligi ohra meta c-cirkostanzi
msemmijin f’dik il-ligi l-ohra jinsabu fl-eghmil tar-reat. F’kull kaz
bhal dan, ghandha tghodd il-piena stabbilita f dik il-ligi l-ohra.
(3) Kull procediment dwar reat taht dan l-Att ghandu jitressaq
mill-Pulizija fil-Qorti tal-Magistrati, li tkun qieghda bhala Qorti ta’
Gudikatura Kriminali.
Kap. 9. 
(4) B’dak kollu li jinghad fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
413 tal-Kodici Kriminali, kull decizjoni tal-Qorti tal-Magistrati
dwar reat taht dan l-Att tista’, f’kull kaz, tigi appellata mill-Avukat
Generali u minn min ikun instab hati.
DJAR   g K AP. 125.      9
Offizi minn 
persuni nkapacitati 
jew imsiefrin. 
Emendat:
III. 1952.7;
V. 1958.3; 
XXXVII. 1989.3. 
19. (1) Meta l-persuna suppost hatja ma tkunx tista’,
minhabba mard tal-mohh jew inkapacita  fizika, tidher quddiem il-
qorti, jew tkun imsiefra minn Malta jew tkun harbet, u d-Direttur
jistqarr b’gurament illi hemm ghagla kbira illi l-ligi tkun imwettqa,
il-qorti ghandha tordna illi c-citazzjoni tkun notifikata lil xi
rapprezentant skond il-ligi, li jkun maghruf, tal-persuna suppost
hatja jew lil persuna maghrufa li fil-fatt tiehu hsieb il-persuna
suppost hatja, jew, jekk il-persuna suppost hatja ma jkollha ebda
persuna maghrufa li skond il-ligi tirrapprezentaha jew ma tkunx fil-
fatt taht il-kustodja ta’ ebda persuna maghrufa, lir-ragel jew lill-
mara tal-persuna suppost hatja jew lil min jigi minnha fil-qrib mid-
demm jew bi zwieg jew lil xi persuna ohra, jekk ikun hemm, li
f’idejha jkollha fdata t-tmexxija tal-proprjeta  taghha.
(2) F’kull kaz bhal dan il-qorti ghandha tapplika d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; izda jekk ikun hemm ghalfejn tigi
moghtija xi piena taht l-artikolu 17(1) u (2) lil dik il-persuna hatja,
il-qorti ghandha, biex tivverifika jekk il-piena ghandhiex tigi
applikata, taggorna l-kaz sa ma dik il-persuna tkun fi stat li tigi
processata jew sa ma terga’ lura mis-safar.
Procedura u 
appelli.
Emendat: 
VIII. 1990.3.
Kap. 9.
20. (1) Il-kawzi kollha dwar reati taht dan l-Att ghandhom
jitqiesu li huma mghagglin u li ma jistghux jiddewmu, ghall-finijiet
ta’ l-artikoli 361 u 364 tal-Kodici Kriminali.
Kap. 9.
(2) Ghall-appell minn decizjoni dwar reat taht dan l-Att, ir-
rikors imsemmi fl-artikolu 417 tal-Kodici Kriminali ghandu jigi
pprezentat fi zmien jumejn tax-xoghol, u, fil-kas ta’ appell minn
decizjoni tal-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex), fi zmien hamest ijiem
tax-xoghol. Dawn il-perijodi ta’ zmien ghandhom jitqiesu skond kif
ighid dak l-artikolu.
Dritt ghal appell. 
Mizjud:
XXIII. 1992.2. 
20A. Minkejja kull haga li tinsab f’din il-ligi jew xi ligi ohra,
ikun hemm dritt ghal appell lill-Qorti ta’ l-Appell sew jekk fuq
punt ta’ ligi jew ta’ fatt mid-decizjoni ta’ kull bord, tribunal jew
qorti, li biha jkun gie ffissat l-ammont ta’ xi kumpens dovut taht
dan l-Att, u dak l-appell ghandu jsir bl-istess mod u fl-istess zmien
bhalma appell fuq punt ta’ ligi lill-istess qorti ghandu jsir minn
decizjoni ta’ dak il-bord, tribunal jew qorti.
Limitazzjonijiet 
tal-jeddijiet tad-
Direttur.
Emendat: 
XV. 1958.2; 
XXV. 1962.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
IV. 1973.3;
XIV. 1992.2. 
Sostitwit:
III.1995.2.
21. B’sehh mill-1 ta’ Marzu, l995, id-Direttur ghall tal-
Akkomodazzjoni Socjali ma jista’ jirrekwisizzjona ebda fond tad-
Direttur bis-sahha ta’ l-artikolu 3:
Izda d-disposizzjonijiet ta’ dan 1-Att u ta’ 1-artikolu 10 ta’
l-Att ta’ 1-1989 li Jemenda l-Att dwar id-Djar ghandhom jibqghu
jghoddu ghal kull bini li jkun fil-pussess tad-Direttur ghall-
Akkomodazzjoni Socjali fit-28 ta’ Frar, 1995.
