KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    1
 KAPITOLU 135
ATT LI JIRREGOLA L-KONDIZZJONIJIET TA’ L-IMPIEG* 
Biex jaghmel disposizzjoni biex jigu regolati l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg u kuntratti ta’
servizz.
(22 ta’ Marzu, 1952)
Sar ligi bl-ATT XI ta’ l-1952, kif emendat bl-Att XIV ta’ l-1955; bl-Ordinanza ta’
Emergenza VI ta’ l-1958; bl-Ordinanzi: XVII ta’ l-1961, XXV ta’ l-1962; bl-Avviz Legali 4 ta’
l-1963; bl-Att XLIV ta’ l-1965; bl-Avviz Legali 46 ta’ l-1965; u bl-Atti: II u XXI ta’ l-1969, XI,
XLI u XLIV ta’ l-1973, XLV1 ta’ l-1974, XLIII ta’ l-1975; XII u XXX ta’ l-1976, I u XXXIII ta’
l-1977, XXVII ta’ l-1978, XI ta’ l-198l, III, IX u XVI ta’ l-1982, VII ta’ l-1986, VIII ta’ l-1990
u XXIV ta’ l-1995.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli 
Taqsima I.  Generali  1 - 2 
Taqsima II.  Bord tax-Xoghol u Ordnijiet ta’ Standard Nazzjonali  3 - 4 
Taqsima III.  Ordnijiet dwar Kunsilli tal-Pagi u li jirregolaw il-Pagi  5 - 8 
Taqsima IV.  Kunsilli Maghqudin ta’ 1-Industrija  9 
Taqsima V.  Kontroll  10 - 15 
Taqsima VI.  Applikazzjoni Generali  16 - 18 
Taqsima VII.  Protezzjoni tal-Pagi  19 - 29 
Taqsima VIII.  Temm ta’ Kuntratti ta’ Servizz  30 - 38
Taqsima IX.  Twettiq u Ksur tal-Ligi  39 - 43 
Taqsima X.  Amministrazzjoni  44
*Dan l-Att gie revokat bl-Att XXII ta’ l-2002, izda d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18(1), (2), (3) u
(4) ta’ dan l-Att, li jirrigwardaw id-dritt ghal leave tal-maternita , ghadhom fis-sehh fir-rigwartd ta’
dritt ghal leave tal-maternita  ta’ impjegati tqal li d-data tat-twelid mistennija taghhom tigi qabel il-5
ta’ April, 2004, u dak il-leave tal-maternita  ghandu ghalekk jigi regolat bl-imsemmi artikolu 18(1),
(2), (3) u (4) ta’ dan l-Att.
  2      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
TAQSIMA I
GENERALI
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjah l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet
ta’ l-Impieg.
Tifsir.
Emendat: 
XLIV. 1965.3;
XXI. 1969.2; 
XLIII. 1975.2; 
XII. 1976.2; 
XI. 1981.2; 
XVI. 1982.2.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tas-sens tat-test ma
titlobx xort’ohra -
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xoghol u Emigrazzjoni;
"familja" tfisser ir-ragel, il-mara u l-ulied mhux mizzewgin; 
"ftehim industrjali" tfisser ftehim maghmul bejn principal jew
organizzazzjonijiet ta’ principali u impjegati jew
organizzazzjonijiet ta’ impjegati dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-
impieg skond id-disposizzjonijiet ta’ xi ligi li tkun fis-sehh f’Malta;
"haddiem ta’ barra" tfisser persuna li lilha oggetti jew materjali
jinghataw minn persuna ohra biex jitlestew, jitnaddfu, jinhaslu,
jitbiddlu, jizzejnu, jigu rfinuti, jissewwew jew jigu adattati ghall-
iskopijiet tas-sengha jew negozju ta’ dik il-persuna l-ohra meta x-
xoghol ghandu jsir sew fid-dar tal-haddiem ta’ barra jew f’xi post
iehor li ma jkunx post taht il-kontroll u direzzjoni ta’ dik il-persuna
l-ohra;
"hinijiet tax-xoghol" tfisser il-hin f’kull jum li matulu l-
impjegati jkunu ghad-disposizzjoni tal-principal, minbarra z-zmien
imholli ghall-ikel u l-mistrieh;
"hlas" tfisser it-twelid ta’ tarbija hajja jew it-twelid ta’ tarbija
sew hajja jew mejta wara seba’ xhur tqala;
"impjegat" tfisser persuna li tkun ghamlet jew tahdem taht
kuntratt ta’ servizz jew li tkun intrabtet personalment li taghmel xi
xoghol jew hidma ghal haddiehor, u tghodd ghal haddiem ta’ barra;
"kondizzjonijiet ta’ l-impieg" tfisser pagi, il-perijodu ta’ l-
impieg, is-sieghat tax-xoghol u l-leave;
"kunsill tal-pagi" tfisser kunsill tal-pagi imwaqqaf taht dan l-Att; 
"kuntratt ta’ servizz" tfisser ftehim, sew jekk bil-fomm jew bil-
miktub, f’kull ghamla li tkun, li bih persuna tintrabat li taghmel
servizz lil jew tahdem ghal principal sew jekk il-kuntratt ikun ghal
xoghol ta’ l-idejn, xoghol tal-pinna jew xort’ohra, bil-hlas ta’ paga,
imma ma tfissirx ftehim ta’ tahrig;
"leave ghall-maternita " tfisser assenza mix-xoghol minhabba
tqala u hlas ghal perijodu mhux interrott ghal mhux iktar minn
tlettax-il gimgha, li hamsa minnhom ikunu wara d-data tal-hlas;
"Ministru" tfisser il-Ministru li minn zmien ghal zmien ikollu
tahtu d-dipartiment tax-xoghol u emigrazzjoni;
"ordni ta’ standard nazzjonali" tfisser ordni mahrug taht dan l-
Att li jirregola l-kondizzjonijiet ta’ impieg ta’ impjegati b’mod
generali;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligh, li jithallsu bil-flus minn
principal lil impjegat u tinkludi kull bonus li ghandu jithallas skond
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    3
l-artikolu 29 ta’ dan l-Att;
"perijodu ta’ l-impieg" tfisser il-hin f’kull jum li matulu l-
impjegati jkunu ghad-disposizzjoni tal-principal, imma maghdud
iz-zmien imholli ghall-ikel u l-mistrieh;
"principal" tinkludi socjeta , kumpannija, ghaqda jew korp iehor
ta’ persuni, sew jekk ikollhom personalita  guridika sew jekk le.
(2) Il-maskil ighodd ghall-femminil u s-singular ighodd ghall-
plural, kemm-il darba r-rabta tas-sens tat-test ma titlobx tifsira
ohra. 
TAQSIMA II
BORD TAX-XOGHOL U ORDNIJIET TA’ STANDARD NAZZJONALI
Bord tax-Xoghol. 
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2;
XLIV. 1965.3.
3. (1) Bord li jissejjah Bord tax-Xoghol u hawnhekk izjed ’il
quddiem imsejjah il-"Bord", ghandu jigi mahtur mill-Ministru.
(2) Il-Bord ghandu jkun maghmul kif gej: 
(a) id-Direttur bhala chairman;
(b) mhux izjed minn erba’ rapprezentanti ta’ l-impjegati
maghzulin minn trade unions jew ghaqdiet ta’ trade
unions mistiedna minn zmien ghal iehor mill-Ministru
biex jaghzlu rapprezentanti;
(c) mhux izjed minn erba’ rapprezentanti ta’ principali
maghzulin minn ghaqdiet jew organizzazzjonijiet ta’
principali mistiedna minn zmien ghal iehor mill-
Ministru biex jaghzlu rapprezentanti;
(d) mhux izjed minn erba’ persuni indipendenti.
(3) Il-ghadd ta’ persuni mahturin taht il-paragrafi (b), (c) u (d)
tas-subartikolu li jahbat l-ahhar qabel dan ghandu jkun indaqs.
(4) Id-dmirijiet tal-Bord ikunu -
(a) li jaghmel rikmandazzjonijiet lill-Ministru dwar xi
standard nazzjonali minimu ta’ kondizzjonijiet ta’ l-
impieg, hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha
rikmandazzjoni ghal standard nazzjonali, sabiex ’l
quddiem tidhol f’ordni ta’ standard nazzjonali;
(b) li jaghti pariri lill-Ministru fuq hwejjeg li jkollhom
x’jaqsmu mal-kondizzjonijiet ta’ l-impieg jew fuq
hwejjeg riferiti lill-Bord mill-Ministru.
(5) Il-Ministru ghandu jahtar ufficjal tad-dipartiment tax-
xoghol u emigrazzjoni biex ikun segretarju tal-Bord.
(6) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolament maghmul tahtu l-Bord ghandu jirregola l-procedura
tieghu stess.
  4      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
Ordnijiet ta’ 
standard 
nazzjonali.
Emendat:
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2.
4. (1) Meta l-Ministru tasallu xi rikmandazzjoni ta’ standard
nazzjonali huwa jista’, bla hsara ta’ dak li jinghad hawn izjed ’il
quddiem, johrog ordni ta’ standard nazzjonali li jixxandar fil-
Gazzetta tal-Gvern li jaghti sehh lir-rikmandazzjoni ta’ standard
nazzjonali minn dik id-data li tkun imsemmija fl-ordni:
Izda l-Ministru jista’, jekk huwa jidhirlu xieraq, qabel ma
johrog ordni kif imsemmi hawn qabel, jirriferixxi lura lill-Bord ir-
rikmandazzjoni ta’ standard nazzjonali li tkun waslitlu u l-Bord
ghandu fuq hekk jerga’ jikkunsidraha billi jitqiesu xi
osservazzjonijiet maghmulin mill-Ministru u jista’, jekk jidhirlu
xieraq, jerga’ jressaq ir-rikmandazzjoni ta’ standard nazzjonali lill-
Ministru minghajr emenda jew b’dawk l-emendi kif jidhirlu xieraq
wara li jqis dawn l-osservazzjonijiet.
Id-data li ghandha tkun specifikata f’ordni ta’ standard
nazzjonali tkun data wara d-data ta’ l-ordni.
*(2) Kull rikmandazzjoni ta’ standard nazzjonali u kull ordni ta’
standard nazzjonali biex jaghtiha sehh jistghu jaghmlu
disposizzjoni differenti ghal kazijiet differenti, jista’ jkun fihom
disposizzjoni ghall-emenda jew tahsir ta’ ordnijiet ta’ standard
nazzjonali ta’ qabel, u jista’ jkun fihom disposizzjonijiet
incidentali, supplementali jew konsegwenzjali li jista’ jidher li
jkunu jinhtiegu sabiex id-disposizzjonijiet ta’ xi ordni ta’ standard
nazzjonali jkunu jistghu jitmexxew.
(3) Ebda ordni ta’ standard nazzjonali ma jkollu sehh b’mod li
jtiefes xi jeddijiet dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg moghtijin lil
xi impjegat b’xi ligi jew taht xi ligi minbarra dan l-Att jew minn
jew taht xi kuntratt li jkun hemm fis-sehh.
(4) Jekk kuntratt bejn impjegat li ghalih ordni ta’ standard
nazzjonali jghodd u l-principal tieghu jahseb ghal kondizzjonijiet
ta’ l-impieg li jkunu inqas favur l-impjegat minn dawk imsemmijin
fl-ordni, dak il-kuntratt ikollu sehh bhallikieku flok dawk il-
kondizzjonijiet kien hemm il-kondizzjonijiet imsemmijin fl-ordni.
TAQSIMA III
ORDNIJIET DWAR KUNSILLI TAL-PAGI U LI JIRREGOLAW 
IL-PAGI
Setgha tal-Ministru 
li jwaqqaf kunsilli 
tal-pagi.
Emendat:
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2.
5. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-
Ministru jista’, b’ordni, iwaqqaf kunsill tal-pagi biex jaqdi, dwar l-
impjegati msemmijin fl-ordni u l-principali taghhom, id-dmirijiet
imsemmijin fid-disposizzjonijiet li gejjin f’dan l-Att.
(2) Ordni li jwaqqaf kunsill tal-pagi (hawnhekk izjed ’il
quddiem imsejjah "ordni ghal kunsill tal-pagi") jista’ jkun
*Ir-riferenza ghal ordnijiet maghmula taht l-Ordinanza dwar il-Hinijiet tax-
Xoghol u ta’ 1-Gheluq tal-Hwienet giet imhollija barra minhabba illi dawn l-
ordnijiet kienu gew revokati bl-Att dwar il-Hinijiet tax-Xoghol tal-Hwienet u tal-
Bejjiegha fit-Toroq. (Kapitolu 155 ta’ din l-Edizzjoni Riveduta).
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    5
maghmul mill-Ministru jekk huwa jkun tal-fehma illi m’hemmx
mezzi xierqa biex jigu regolati kif imiss il-kondizzjonijiet ta’ l-
impieg ta’ l-impjegati li ghalihom ikun hemm il-hsieb illi l-ordni
ghandu jghodd, u illi, meta jitqiesu l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg li
jkun hemm fost dawk l- impjegati jew xi whud minnhom, jaqbel illi
dak il-kunsill jigi mwaqqaf.
(3) Minbarra d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu, ordni ghal kunsill tal-pagi jista’ ukoll isir mill-Ministru
fuq il-parir ghal din il-haga moghti lilu mill-Bord.
(4) Qabel ma johrog ordni ghal kunsill tal-pagi, il-Ministru
ghandu jxandar fil-Gazzetta tal-Gvern taghrifa tal-hsieb tieghu li
johrog l-ordni u ghandu jdahhal fit-taghrif abbozz ta’ l-ordni u z-
zmien, li m’ghandux ikun inqas minn wiehed u ghoxrin jum mid-
data tax-xandir, li fih xi oggezzjoni dwar l-abbozz ghandha
tintbaghat lilu.
(5) Kull oggezzjoni hekk maghmula ghandha tkun bil-miktub u
ghandha ssemmi - 
(a) ir-ragunijiet dettaljati ta’ l-oggezzjoni, u 
(b) in-nuqqas, zidiet jew tibdil mitlubin,
u l-Ministru ghandu jikkunsidra kull oggezzjoni bhal dik maghmula
minn  jew f’isem xi persuna li jidhirlu li tkun milquta, li tkun
oggezzjoni mibghuta lilu fiz-zmien imsemmi fit-taghrifa, imma ma
jkun marbut li jikkunsidra ebda oggezzjonijiet ohra.
(6) Jekk ma  jkunx hemm oggezzjonijiet illi l-Ministru  jkun
mehtieg mis-subartikolu li jahbat sew sew qabel dan li jikkunsidra
jew, wara li jikkunsidra l-oggezzjonijiet kollha maghmula kif
jixraq bhal ma jinghad hawn qabel, il-Ministru jista’ - 
(a) jaghmel l-ordni jew skond dak li jghid l-abbozz
originali jew b’dawk il-modifiki li huwa jidhirlu
xieraq, li jkunu modifiki illi, fil-fehma tieghu, ma
jaghmlux tibdil importanti fis-sustanza ta’ l-abbozz ta’
l-ordni kif imxandar; jew
(b) jaghmel abbozz ta’ ordni emendat u f’dan il-kaz id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) u (5) ta’ dan l-
artikolu u tal-paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu
jkollhom sehh dwar l-abbozz ta’ l-ordni emendat bhal
ma ghandhom sehh dwar l-abbozz ta’ l-ordni originali.
(7) Meta l-Ministru jaghmel ordni ghal kunsill tal-pagi huwa
ghandu jxandru fil-Gazzetta tal-Gvern u l-ordni jibda jsehh mid-
data li fiha jkun hekk imxandar jew f’data wara li tkun imsemmija
fih.
(8) Il-Ministru jista’ f’kull zmien b’ordni li johrog wara jnehhi
kunsill tal-pagi ta’ qabel, jew ibiddel il-qasam tas-sehh tieghu, u d-
disposizzjonijiet ta’ hawn qabel f’dan l-artikolu jkunu jghoddu
dwar kull ordni bhal dan li johrog wara. Il-Ministru ghandu
jaghmel dawk id-disposizzjonijiet l-ohra li jidhirlu xierqa
minhabba t-tibdil tac-cirkostanzi ikkagunat b’ordni ghal kunsill tal-
pagi li jnehhi kunsill tal-pagi, jew li jbiddel il-qasam tas-sehh
tieghu.
  6      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
Ghamla u setghat 
tal-kunsilli tal-
pagi. 
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2; 
XLIV. 1965.8; 
XXI. 1969.3. 
6. (1) Kunsill tal-pagi jkun maghmul minn nies mahturin
mill-Ministru li jkunu -
(a) mhux izjed minn tlieta minn nies maghzulin mill-
Ministru bhala nies indipendenti;
(b) mhux izjed minn tlieta kif il-Ministru jidhirlu xieraq,
illi, fil-fehma tieghu, jirrapprezentaw il-klassi ta’
principali li dwarhom il-kunsill ghandu jahdem;
(c) mhux izjed minn tlieta kif il-Ministru jidhirlu xieraq,
illi, fil-fehma tieghu,  jirrapprezentaw il-klassi ta’
haddiema li dwarhom il-kunsill ghandu jahdem.
(2) Minn nies mahturin taht il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu, wiehed ghandu jkun mahtur mill-Ministru biex
jaghmilha ta’ chairman u iehor ta’ deputat chairman.
(3) Qabel ma jahtar persuna taht il-paragrafu (b) jew il-
paragrafu (c) ta’ l-imsemmi subartikolu (1), il-Ministru ghandu
jikkonsulta ruhu ma’ ghaqdiet li jidhirlu li jirrapprezentaw il-
principali, jew, skond il-kaz, l-impjegati, interessati, u l-ghadd tan-
nies mahturin taht dawk il-paragrafi ghandu jkun indaqs.
(4) Il-Ministru jista’ jahtar ufficjal tad-dipartiment tax-xogho1
u emigrazzjoni sabiex jaghmilha ta’ segretarju ta’ kunsill tal-pagi.
(5) Iz-zmien li ghalih membru ta’ kunsill tal-pagi ghandu
jzomm il-kariga u l-kondizzjonijiet li tahthom huwa ghandu jzomm
il-kariga ghandhom ikunu dawk illi jigu ffissati mill-Ministru meta
jigi mahtur.
(6) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolament maghmul tahtu kunsill tal-pagi jista’ jirregola l-
procedura tieghu innifsu.
(7) Ic-chairman ta’ kunsill tal-pagi jista’ jordna lil kull persuna
(maghdud membru tal-kunsill), li tixhed quddiem il-kunsill, sabiex
tixhed bil-gurament u ghal din il-haga jkollu s-setgha li jaghtiha l-
gurament.
(8) Tista’ tithallas lill-membri ta’ kunsill tal-pagi mahturin taht
il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu dik ir-
rimunerazzjoni, u lil kull membru ta’ dak il-kunsill dawk l-
allowances tat-trasport jew allowances ohra, illi l-Ministru
jiddecidi, u dawk ir-rimunerazzjonijiet u allowances kollha
ghandhom jittiehdu bhala sehem min-nefqa tal-Ministru sabiex dan
l-Att isehh.
(9) F’kull kaz, il-kunsill tal-pagi ghandu  jzomm is-seduti
tieghu bil-maghluq.
Dmirijiet u setghat 
ta’ kunsill tal-pagi.
Emendat: 
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2;
XXXIII. 1977.2; 
VIII. 1990.3.
7. (1) Kunsill tal-pagi jkollu s-setgha - 
(a) li jaghti parir lill-Ministru fuq kull haga illi l-Ministru
jista’ jirriferilu ghall-iskop; u
(b) li jressaq quddiem il-Ministru proposti biex jigu
regolati l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ l-impjegati li
jaqghu fil-qasam tal-hidma tieghu.
(2) Qabel ma jressaq proposti bhal dawn lill-Ministru, kunsill
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    7
tal-pagi ghandu jaghmel dak l-istharrig li jidhirlu mehtieg u ghandu
jxandar, fil-Gazzetta tal-Gvern fuq il-firma tac-chairman u tas-
segretarju (jekk ikun hemm), taghrifa tal-proposti, fejn jissemma l-
perijodu, li ma ghandux ikun inqas minn wiehed u ghoxrin jum
mid-data tat-taghrifa, li fih osservazzjonijiet bil-miktub dwar il-
proposti jistghu jsiru lill-kunsill; u l-kunsill ghandu jikkunsidra
kull osservazzjoni maghmula f’dak il-perijodu u ghandu jaghmel
tiftix iehor li jidhirlu mehtiega u ghandu mbaghad iressaq il-
proposti lill-Ministru sew minghajr emenda jew b’dawk l-emendi li
jidhirlu xieraq wara li jkun qies l-osservazzjonijiet:
Izda dan is-subartikolu ma japplikax ghal xi proposti li
jkunu jikkonsistu f’emenda ta’ ordni li jirregola l-kondizzjonijiet
ta’ l-impieg u li jkunu mahsuba sabiex xi wahda jew iktar mill-
kondizzjonijiet ta’ l-impieg regolati b’dak l-ordni jingiebu jaqblu
ma’ kondizzjonijiet ta’ impieg simili li japplikaw, jew li huma
mahsuba li japplikaw, ghal impjegati ohra, jew li jibdlu xi wahda
jew iktar minn dawk il-kondizzjonijiet b’mod simili bhal tibdil
maghmul, jew mahsub li jkun maghmul, dwar impjegati ohra.
(3) Kunsill tal-pagi jkollu s-setgha li jordna li jidhru xhieda u li
jingiebu quddiemu dokumenti. In-nies kollha mharkin biex jidhru u
jixhdu jew juru dokumenti f’xi laqgha tal-kunsill ikollhom jobdu t-
tahrika innotifikata lilhom, u kull min jirrifjuta jew jonqos
minghajr raguni xierqa li jidher fil-hin u post imsemmijin fit-
tahrika, jew jirrifjuta minghajr raguni xierqa li jwiegeb jew li
jwiegeb f’kollox u sewwa, mill-ahjar li jaf u li jahseb, ghall-
mistoqsijiet kollha li jsirulu mill-kunsill, jew bis-sensja tieghu, jew
li jgib xi dokumenti, ikun jista’ jehel multa ta’ mhux izjed minn
ghaxar liri li tkun imposta mill-kunsill u tkun migbura mid-Direttur
bhala dejn civili lejn il-Gvern:
Izda ebda persuna li tixhed quddiem il-kunsill ma tista’ tigi
imgieghla li tinkrimina ruhha, u kull persuna bhal dik ikollha, dwar
xiehda moghtija minnha quddiem il-kunsill, jedd ghall-privileggi
kollha li ghalihom ghandu jedd xhud li jixhed quddiem il-Qorti tal-
Magistrati f’materja kriminali.
(4) It-tahrikiet ikunu iffirmati mic-chairman jew mis-
segretarju, jekk ikun hemm, tal-kunsill tal-pagi u jkunu f’dik il-
ghamla u ghandhom ikunu innotifikati kif ikun preskritt.
Ordnijiet li 
jirregolaw il-pagi.
Emendat: 
VI. l958.2;
XXV. 1962.2; 
XXX. 1976.36.
8. (1) Meta l-Ministru jaslulu xi proposti, huwa ghandu
johrog ordni (hawnhekk izjed ’il quddiem f’dan l-Att imsejjah
"ordni li jirregola l-pagi") li jkun imxandar fil-Gazzetta tal-Gvern li
jaghti sehh lill-proposti minn dik id-data li tkun imsemmija fl-
ordni:
Izda l-Ministru jista’, jekk jidhirlu xieraq, minn jeddu jew
wara li jikkonsulta l-Bord, jirriferixxi l-proposti lura lill-kunsill u l-
kunsill ghandu fuq hekk jikkunsidrahom mill-gdid billi jitqiesu l-
osservazzjonijiet maghmulin mill-Ministru u jista’, jekk jidhirlu
xieraq, jerga jressaq il-proposti lill-Ministru sew minghajr emenda
jew b’dawk l-emendi li jidhirlu xieraq wara li jqis dawk l-
osservazzjonijiet; u, meta l-proposti jergghu hekk jitressqu ssir l-
istess procedura bhal fil-kaz tal-proposti originali.
  8      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
Id-data li ghandha tkun imsemmija ghandha tkun data li
tahbat wara d-data ta’ l-ordni.
Kap. 266. 
*(2) Kull ordni li jirregola l-pagi sabiex isehhu xi proposti jista’
jaghmel disposizzjoni differenti ghal kazijiet differenti, u jista’
wkoll ikun fih disposizzjoni ghall-emenda jew tahsir ta’ ordnijiet li
jirregolaw il-pagi li jkunu hargu qabel sa fejn dawn l-ordnijiet
jghoddu ghall-qasam ta’ sehh tal-kunsill tal-pagi jew ghat-tibdil
tal-kondizzjonijiet ta’ temm volontarju jew decizjoni taht l-Att
dwar Relazzjonijiet Industrjali, dwar l-impjegati li jaqghu taht il-
kunsill tal-pagi.
(3) Kull ordni li jirregola l-pagi sabiex isehhu xi proposti jista’
jkun fih xi disposizzjonijiet incidentali, supplementari jew
konsegwenzjali li jistghu jidhru mehtiega sabiex jitmexxew id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordni, imma ma jista’ jkun fih ebda
disposizzjoni li tkun inqas taqbel minn kondizzjonijiet ta’ impieg
regolati b’ordni ta’ standard nazzjonali.
(4) Ebda ordni li jirregola l-pagi ma jkollu sehh hekk illi
jaghmel hsara lil xi jeddijiet dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg
moghtijin lil xi impjegat b’xi jew taht xi ligi minbarra dan l-Att jew
taht xi kuntratt li jkun fis-sehh.
(5) Jekk kuntratt bejn impjegat li ghalih ighodd ordni li
jirregola l-pagi u l-principal tieghu jahseb ghal kondizzjonijet ta’
impieg li jkunu inqas favur l-impjegat minn dawk imsemmijin fl-
ordni, ikollu sehh daqslikieku flok dawk il-kondizzjonijiet kien
hemm il-kondizzjonijiet imsemmijin fl-ordni.
TAQSIMA IV
KUNSILLI MAGHQUDIN TA’ L-INDUSTRJA
Meta jkun hemm 
mezz xieraq li 
jirregola 
kondizzjonijiet ta’ 
1-impieg. 
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2; 
XXX. 1976.26,36.
9. (1) Meta dwar xi grupp jew klassi ta’ impjegati jkun hemm
mezz xieraq li jirregola l-kondizzjonijiet taghhom ta’ l-impieg,
tista’ ssir talba mill-principal jew principali jew ghaqdiet li
jirrapprezentaw lill-principali ta’ dawk l-impjegati flimkien ma’
trade union jew trade unions li jirrapprezentaw dawk l-impjegati
sabiex il-Ministru jaghraf dak il-mezz bhala kunsill maghqud ta’ l-
industrja.
(2) Meta tasallu talba bhal din il-Ministru ghandu jizgura ruhu
mill-kostituzzjoni, dmirijiet, procedura u ghamla ta’ dak il-mezz, u
jekk ikun sodisfatt -
(i) illi l-mezz ikun xieraq, u
(ii) illi jghodd ghal ghadd gmielu ta’ impjegati,
huwa jista’, fid-dehen tieghu, jirregistra dak il-mezz bhala kunsill
* Ir-riferenza ghal ordnijiet maghmula taht l-Ordinanza dwar il-Hinijiet tax-
Xoghol u ta’ 1-Eghluq tal-Hwienet giet imhollija barra minhabba illi dawn 1-
ordnijiet kienu gew revokati bl-Att dwar il-Hinijiet tax-Xoghol tal-Hwienet u tal-
Bejjiegha fit-Toroq. (Kapitolu 155 ta’ din 1-Edizzjoni Riveduta).
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    9
maghqud ta’ l-industrja.
(3) Meta ssir ir-registrazzjoni ta’ l-imsemmi mezz bhala kunsill
maghqud ta’ l-industrja u sakemm dik ir-registrazzjoni tibqa’, il-
grupp jew il-klassi ta’ impjegati li maghhom ghandha x’taqsam
ikunu eskluzi mill-qasam tal-hidma ta’ xi kunsill tal-pagi li
jitwaqqaf wara u barra dan il-Ministru ghandu jaghmel dak li jkun
mehtieg sabiex jigi mnehhi jew imbiddel xi ordni dwar kunsill tal-
pagi fis-sehh li jolqot dak il-grupp jew klassi ta’ impjegati.
Kap. 266. 
(4) Kunsill maghqud ta’ l-industrja jkollu, minghajr hsara ta’
dmirijiet ohra taht il-kostituzzjoni tieghu, is-setgha li jiffissa l-
kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ l-impjegati taht il-gurisdizzjoni
tieghu suggetti ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull ligi
ohra fis-sehh minn zmien ghal iehor u jista’ jbiddel kull temm
volontarju jew decizjoni taht l-Att dwar Relazzjonijiet Industrjali,
dwar dawk l-impjegati.
(5) Kull kunsill maghqud ta’ l-industrja registrat ghandu jaghti
lid-Direttur kopja vera miftehma tan-notamenti kollha tal-
procedimenti tieghu u ghandu jaghti dak it-tifsir u t-taghrif illi d-
Direttur jista’ jitlob.
(6) Kunsill maghqud ta’ l-industrja ghandu jibqa’ jkun registrat
taht dawk il-kondizzjonijiet illi l-Ministru jista’ jaghmel sakemm
jibqa’ jkun, fil-fehma tal-Ministru, jiswa ghall-iskop li jirregola l-
kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ l-impjegati li maghhom ghandu
x’jaqsam.
(7) Jekk tqum xi kwistjoni bejn principali u impjegati  jew ir-
rapprezentanti taghhom f’kunsill maghqud ta’ l-industrja, u l-
kunsill ma jkunx jista’ jasal fi ftehim, il-Ministru jkun jista’ fuq
talba taz-zewg partijiet fil-kwistjoni jew fuq it-talba ta’ parti
wahda, jirriferixxi, fid-dehen tieghu, il-kwistjoni biex tigi
maqtugha, lit-Tribunal Industrjali.
TAQSIMA V 
KONTROLL 
Kondizzjonijiet 
maghrufin ta’ 1-
impieg.
Emendat: 
XXI. 1969.4; 
XLI. 1973.2; 
XXX. l976.36; 
I. 1977.2.
Kap. 266.
10. (1) Il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg preskritti f’ordni ta’
standard nazzjonali, jew ordni li tirregola l-pagi, jew ftehim
industrjali, jew iffissati minn kunsill maghqud ta’ l-industrja taht
dan l-Att jew iffissati b’temm volontarju jew decizjoni taht l-Att ta’
l-1948 dwar il-Konciljazzjoni u l-Arbitragg*, jew taht l-Att dwar
Relazzjonijiet Industrijali jew mehtiega li jigu mharsa bl-artikolu
16 ta’ dan l-Att jew xort’ohra b’dan jew skond dan l-Att, ikunu
kondizzjonijiet maghrufin ta’ impieg ghall-impjegati nteressati.
(2) Meta l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg jigu preskritti fi ftehim
industrijali, il-principal jew il-principali li jkunu parti fih
ghandhom, fi zmien hmistax-il gurnata minn meta jigi ffirmat dak
*Dan l-Att gie revokat bl-Att dwar Relazzjonijiet Industrijali. (Kapitolu 266 ta’
din l-Edizzjoni Riveduta).
  10      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
il-ftehim, jibghatu lid-Direttur kopja tieghu awtentikata kif imiss.
Membri tal-
familja. 
11. Il-kondizzjonijiet maghrufin ta’ l-impieg ma  jkunux
ighoddu ghall-membri tal-familja tal-principal.
Sahra.  12. Ebda principal ma jista’ jhaddem lill-impjegati tieghu bis-
sahra (jigifieri izjed mill-oghla ta’ sieghat ta’ xoghol ta’ kuljum
jew izjed mill-oghla maghruf perijodu ta’ impieg ta’ kuljum)
minghajr is-sensja tad-Direttur li jista’ jaghmel dawk il-
kondizzjonijiet li jkunu jinhtiegu.
Haddiema xjuh, 
inkapaci u morda.
Emendat: 
II. 1969.33. 
13. (1) Hemm x’hemm fid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-
Direttur jista’ jaghti licenza lil xi hadd li jkun xih, inkapaci jew
marid sabiex jahdem b’paga inqas minn dik imsemmija fil-
kondizzjonijiet ta’ impieg maghrufin li jghoddu ghall-klassi tieghu.
(2) Id-Direttur ma ghandux jaghti licenza bhal din qabel ma
jkun sodisfatt illi l-persuna nteressata ma tkunx tista’, minhabba l-
ghomor, inkapacita  jew mard, tikseb impieg bil-paga iffissata mill-
kondizzjonijiet ta’ impieg maghrufin.
(3) Din il-licenza -
(i) ghandha ssemmi l-paga li biha dik il-persuna
jkollha l-licenza li tahdem;
(ii) ghandha ssemmi l-isem tal-principal li ghalih il-
persuna jkollha l-licenza li tahdem b’dik il-paga; 
(iii) iddum fis-sehh ghaz-zmien imsemmi fiha, imma
tista’ tiggedded;
(iv) tista’ tithassar f’kull zmien fid-dehen tad-
Direttur. 
(4) Id-Direttur ghandu, fid-dehen tieghu, jiffissa l-ghadd ta’
persuni xjuh, inkapaci jew morda li jkollhom il-licenza biex ikunu
mpjegati minn xi principal, hekk, izda, illi kull principal ikollu l-
jedd li jimpjega mill-inqas persuna wahda minn dawk.
(5) Ebda licenza ohra ma tinghata mid-Direttur skond dan l-
artikolu wara l-31 ta’ Dicembru, 1968.
Notamenti ta’ 
impjegati. 
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2; 
XXI. 1969.5.
14. (1) Kull principal li jimpjega impjegat (minbarra haddiem
domestiku privat, haddiem tal-port, haddiem ta’ barra, haddiem
kaswali, haddiem li l-paga tieghu tkun maghmula minn sehem fil-
qligh jew kummissjoni fuq bejgh maghmul jew hlasijiet imdahhlin
mill-principal jew haddiem iehor mehlus mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu b’ordni li l-Ministru jista’ jaghmel u jxandar fil-
Gazzetta tal-Gvern) ghandu jzomm registru jew registri fejn juri,
dwar kull wiehed minn dawk l-impjegati:
(a) l-isem, l-indirizz, is-sess u d-data tat-twelid;
(b) ix-xorta tax-xoghol li fih huwa jkun imqabbad;
(c) il-hin, imhallas b’rati tal-hin normali, li matulu huwa
jkun impjegat;
(d) il-hin, imhallas b’rati ta’ sahra li matulu huwa jkun
impjegat;
(e) il-hin, imhallas b’rati ohra specjali, li matulu huwa
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    11
jkun impjegat;
(f) iz-zmien ta’ mistrieh ta’ kuljum u fil-gimgha li huwa
jkollu jedd ghalihom; u
(g) il-paga kollha mhallsa lilu kull gimgha.
(2) Fil-kaz ta’ impjegati (minbarra haddiema kaswali) li jkunu
haddiema ta’ barra, jew li l-paga taghhom tkun maghmula minn
sehem fil-qligh jew minn kummissjoni fuq bejgh maghmul jew
hlasijiet imdahhlin mill-principal, il-principali ghandhom izommu
registru jew registri li juru:
(a) l-isem, l-indirizz, is-sess u d-data tat-twelid; 
(b) ix-xorta tax-xoghol;
(c) ir-rata tal-paga;
(d) l-ammont kollu tal-paga mhallsa lilu;
(e) il-post jew postijiet fejn l-impjegat soltu jahdem jekk
dak il-post ma jkunx taht il-kontroll u t-tmexxija tal-
principal; u
(f) il-hinijiet tax-xoghol u l-mistrieh ta’ kuljum u fil-
gimgha moghti lill-impjegati safejn il-principal ikun
b’ligi mehtieg li jhares dawn il-kondizzjonijiet ta’
impieg.
(3) Il-Ministru jista’, b’taghrifa fil-Gazzetta tal-Gvern,
jippreskrivi l-ghamla li ghandha tkun uzata ghall-iskop ta’ l-
imsemmi registru jew l-imsemmijin registri u jista’ wkoll bl-istess
mod jippreskrivi illi fih jew fihom jinzel taghrif iehor ma’ dak fuq
imsemmi.
(4) Id-Direttur ikollu s-setgha li jordna lil xi principal biex
igiblu dikjarazzjoni bil-miktub li turi dan it-taghrif kollu li gej
dwar l-impjegati tieghu, jew xi sehem minn dak it-taghrif:
(a) l-isem u l-indirizz ta’ kull impjegat; 
(b) x’jaghmlu;
(c) id-data tat-twelid taghhom; 
(d) il-pagi mhallsa;
(e) il-hinijiet tax-xoghol; 
(f) meta gew impjegati; u
(g) kull informazzjoni ohra li d-Direttur jista’ jitlob in
konnessjoni mal-kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ l-
impjegati.
Il-kondizzjonijiet 
ta’ 1-impieg 
ghandhom jigu 
mgharrfa.
15. (1) Kopja ta’ kull ordni li jirregola l-pagi li jghodd ghall-
impjegati tieghu bl-Ingliz u bil-Malti ghandha titqieghed mill-
principal fejn tidher sewwa fil-post ta’ l-impieg (li jista’ jkun
fabbrika, workshop, ufficcju, kazin, lukanda, post ta’ divertiment
pubbliku, hanut jew garage).
  12      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
(2) Meta jdahhal mieghu mpjegat, il-principal ghandu jfehmu
d-disposizzjonijiet ta’ kull kondizzjoni maghrufa ta’ impieg li
tghodd fil-kaz tieghu.
TAQSIMA VI 
APPLIKAZZJONI GENERALI
Zidiet dwar 1-gholi 
tal-hajja. 
Mizjud:
 I. 1977.3. 
Emendat: 
XXXIII. 1977.3. 
16. (1) Meta tinghata mill-Gvern lill-impjegati whole-time
kollha tieghu zieda generali fil-pagi u dik iz-zieda tkun dikjarata
mill-Ministru b’avviz fil-Gazzetta tal-Gvern li tkun ta’
applikazzjoni generali ghall-impjegati whole-time kollha, kull
principal ghandu jzid il-pagi ta’ kull wiehed mill-impjegati whole-
time fl-impieg tieghu b’ammont ekwivalenti jew li jikkorrispondi
ghaz-zieda moghtija mill-Gvern lill-impjegati tieghu b’effett mid-
data li fiha z-zieda moghtija mill-Gvern dwar l-impjegati tieghu
jkollha effett:
Izda, fil-kaz ta’ impjegat li dwaru jahdem il-kunsill tal-pagi
ghas-servizz domestiku, l-ammont li ghandu jitnaqqas mir-
rimunerazzjoni ta’ dak l-impjegat bhala kumpens ghall-ikel skond
ordni li jirregola l-pagi ghandu wkoll jizdied bl-istess proporzjon li
z-zieda fil-pagi li taqa’ taht dan l-artikolu ghandha mal-paga
relattiva.
(2) Ghall-fini tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu "impjegati
whole-time" ghandu jkollha l-istess tifsir kif moghti lilha fis-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 29 ta’ dan l-Att.
Pagi marbuta ma’ 
l-eta . 
Mizjud:
I. 1977.3. 
17. B’effett mill-1 ta’ April, 1977, meta skond xi kondizzjoni
ta’ impieg, sew jekk tkun kondizzjoni maghrufa ta’ impieg kif
imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 10 ta’ dan l-Att jew jekk
xort’ohra, certa paga tithallas meta tintlahaq l-eta  ta’ dsatax-il sena
jew wara, minflok kull riferenza ghal dik l-eta  f’kull kondizzjoni
ta’ impieg bhal dik ghandha tidhol riferenza ghall-eta  ta’ tmintax-il
sena u jkollha effett skond hekk.
Leave ghal 
maternita . 
Mizjud: 
XI. 1981.3.
18. (1) Meta fit-13 jew wara t-13 ta’ April, 1981, il-hlas ta’
impjegata whole-time ikun mistenni matul l-impieg taghha, dik l-
impjegata jkollha jedd ghal leave ghal maternita  b’paga shiha jekk,
ghall-inqas tliet gimghat qabel ma jibda dak il-leave, jew, jekk dan
ma jkunx b’mod xieraq prattikabbli, kemm jista’ jkun malajr, taghti
avviz bil-miktub lill-principal taghha li hi se tkun assenti mix-
xoghol minhabba dak il-hlas, u, flimkien ma’ dak l-avviz
tipproduci certifikat mediku iffirmat li juri d-data li fiha jkun
mistenni l-hlas:
Izda jekk ma jinghatax avviz fiz-zmien imsemmi f’dan is-
subartikolu, l-impjegata jkollha jedd biss ghal dik il-parti tal-leave
ghal maternita  li jinkludi d-data tal-hlas u l-perijodu ta’ hames
gimghat wara dik id-data.
(2) Il-leave ghal maternita  li ghalih jirreferi dan l-artikolu ma
jistax jittiehed qabel ma l-impjegata tkun lahqet it-tmien xahar tat-
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    13
tqala.
(3) Perijodu ta’ hames gimghat tal-leave ghal maternita  ghandu
fil-kazijiet kollha jittiehed wara d-data tal-hlas.
(4) Meta ma jkunx hemm il-hlas fi zmien tmien gimghat mill-
jum li fih jibda l-leave ghal maternita , l-impjegata li jkollha l-jedd
ghal dak il-leave ghal maternita  ma tkunx obbligata li terga’ tibda
x-xoghol qabel ma jghaddu hames gimghat wara d-data tal-hlas
izda l-impjegata f’dak il-kaz ikollha jedd ghall-paga dwar perijodu
ta’ mhux izjed minn tlettax-il gimgha.
(5) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu 34 ta’ dan l-
Att , "impjegata whole-time" tfisser kull impjegata li titqies bhala
impjegata whole-time skond xi kondizzjoni ta’ impieg maghrufa kif
imfisser fl-artikolu 10 ta’ dan l-Att u tinkludi kull impjegata ohra li
tkun fl-impieg ta’ xi principal partikolari ghal mhux inqas minn
hamsa u tletin siegha f’xi gimgha wahda.
TAQSIMA VII 
PROTEZZJONI TAL-PAGI
Il-pagi ghandhom 
jithallsu lill-
impjegat ghal 
kollox bi flus 
legali.
Emendat: 
XXI. 1969.6. 
19. (1) Hlief meta jkun xort’ohra espressament permess bid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-ammont kollu tal-paga li impjegat
jaqla’ jew li ghandha tkun lilu mhallsa ghandha tigi lilu mhallsa bi
flus li ghandhom kors legali f’Malta, u kull hlas jew akkont ta’ dik
il-paga maghmul f’ghamla ohra u kull patt f’xi kuntratt li jahseb
ghal xi ghamla ohra ta’ hlas jkunu bla siwi u bla sehh:
Izda l-hlas ta’ pagi b’mezz ta’ cekk fuq bank f’Malta jew
b’mezz ta’ postal order ghandu jitqies li jkun hlas bi flus li
ghandhom kors legali f’kazijiet li fihom hlas b’dan il-mod huwa
soltu jew mehtieg jew ikun accettat mill-impjegat interessat.
(2) Il-pagi ghandhom jithallsu direttament lill-impjegati li
lilhom jkunu jisthoqqu hlief kif ikun xort’ohra provdut b’xi ligi jew
bis-sahha ta’ ordni maghmul minn qorti kompetenti jew meta l-
impjegat jew l-impjegati interessati jaghtu l-kunsens li jsir xorta
ohra.
(3) Il-hlas ta’ pagi ghandu jsir fi granet tax-xoghol biss u, hlief
dwar impjegati li jahdmu hemmhekk, ma ghandux isir f’xi fond li
jkun uzat ghall-bejgh ta’ xorb spirituz jew ghall-bejgh ta’ oggetti
bl-imnut jew ghal divertiment pubbliku.
Kondizzjonijiet 
dwar l-infieq ta’ 
pagi.
Mizjud: 
XXI. 1969.7. 
20. Ebda principal ma ghandu jimponi f’xi kuntratt ta’ servizz
xi kondizzjonijiet dwar il-post li fih jew il-mod li bih, jew il-
persuna jew persuni li maghhom, xi paga mhallsa lill-impjegat, jew
parti minnha, ghandha tintefaq jew tigi impjegata mod iehor, u kull
kondizzjoni bhal dik li jkun hemm f’xi kuntratt bhal dak tkun nulla
u bla effett.
  14      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
Sekwestru jew 
assenjazzjoni ta’ 
pagi.
Mizjud: 
XXI. 1969.7. 
Sostitwit: 
XXIV.1995.360.
Kap. 12.
21. (1) Pagi li jithallsu minn principal lil impjegat ma jistghux
jigu assenjati.
(2) Pagi li jithallsu minn principal lil impjegat ma jistghux jigu
sekwestrati hlief skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 381, 382 u
849 tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-
artikolu m’ghandhomx ikunu japplikaw meta s-sekwestru jew
assenjazzjoni jkunu mahsuba biex jassiguraw il-hlas ta’
manteniment dovut lill-mara, jew lil wild ta’ taht l-eta jew lil wild
inabilitat jew lil axxendent tal-impjegat.
Imghax fuq 
akkonti huwa 
projbit. 
22. Ebda principal ma ghandu jaghmel tnaqqis mill-pagi bhala
skont, imghax jew piz ta’ din ix-xorta minhabba xi akkont ta’ paga
maghmul lil xi impjegat bil-quddiem qabel id-data miftehma tal-
hlas ta’ din il-paga.
Tnaqqis mill-pagi.
Emendat:
XI. 1981.4. 
23. (1) Hlief meta jkun espressament permess mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew mehtieg b’xi ligi ohra, jew meta
ordnat minn jew bis-sahha ta’ ordni ta’ qorti kompetenti, jew
permess fi ftehim li jkun sar bejn principal jew principali jew
ghaqda ta’ principali min-naha l-wahda u trade union jew trade
unions li jirrapprezentaw l-impjegati nteressati min-naha l-ohra,
principal ma ghandu jaghmel ebda tnaqqis u lanqas jaghmel
kuntratt ma’ impjegat li jawtorizza li jsir xi tnaqqis mill-paga li
ghandha tithallas mill-principal lill-impjegat.
(2) Kemm-il darba ma jkunx espressament provdut b’dan  jew
taht dan l-Att jew xi Att iehor, principal ma jistax jikkalkola bhala
parti mill-paga ta’ impjegat xi beneficcju jew dhul iehor, ukoll jekk
jinghata jew jithallas mill-principal, li jithallas minhabba xi kawza
ohra li ma tkunx il-kuntratt tas-servizz.
(3) Hemm x’hemm fid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, fuq
it-talba bil-miktub ta’ impjegat, il-principal jista’ jaghmel tnaqqis
mill-paga ta’ dak l-impjegat ghall-iskop ta’ skema ta’ pensjoni jew
tfaddil jew ghal xi skop li fit-twettiq tieghu l-principal ma jkollu
ebda nteress finanzjarju dirett jew indirett.
(4) Tnaqqis fil-ghamla ta’ hlasijiet diretti jew indiretti bl-iskop
li jinkiseb jew li jinzamm impieg ma ghandux isir mill-paga ta’
impjegat minn principal, jew minn xi sensal jew kuntrattur tax-
xoghol jew xi hadd li jingagga haddiema ghax-xoghol.
Kuntratti 
subordinati ta’ 
servizz.
Mizjud: 
XXI. 1969.8. 
24. Meta xi kuntratt ta’ servizz ikollu kondizzjonijiet dwar
vaganzi ahjar mill-minimu stabbilit bil-ligi, ebda principal ma
ghandu jaghmel kuntratt subordinat ta’ servizz li jipprovdi ghall-
hlas lill-impjegat dwar xi vaganzi bhal dawk rata ta’ kuljum anqas
mir-rata normali ta’ kuljum applikabbli ghal dak l-impjegat.
Btajjel pubblici li 
jahbtu f’jum tal-
mistrieh tal-
gimgha.
Mizjud:
VII. 1986.2.
24A. Meta, fil-kaz ta’ impjegati whole-time, btala pubblika barra
mill-Hadd, tahbat f’jum ta’ mistrieh tal-gimgha li ghaliha dak l-
impjegat ikollu jedd, dak l-impjegat ikollu jedd ghal jum iehor ta’
leave ghal vaganza matul is-sena kalendarja li fiha dik il-btala
pubblika hekk tahbat f’jum ta’ mistrieh tal-gimgha jew il-Hadd
dwar kull wahda minn dawk il-btajjel pubblici.
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    15
Rimunerazzjoni 
minbarra pagi. 
Sostitwit: 
XXI. 1969.9. 
25. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ebda haga
f’dan l-Att ma timpedixxi l-eghmil ta’ xi kuntratt minn principal
ma’ impjegat sabiex jaghtih ikel, post ta’ abitazzjoni jew
allowances jew privileggi ohra minbarra f’forma ta’ xorb spirituz
jew medicinali dannuzi, b’zieda ghall-inqas pagi preskritti b’ordni
ta’ standard nazzjonali jew ordni li jirregola l-pagi, jew ghal paga
oghla stipulata, ghal hin normali u sahra, bhala rimunerazzjoni ghal
servizzi ta’ l-impjegat.
Multi.
Emendat: 
XLIV. 1965.3; 
XXI. 1969.10. 
26. (1) Meta - 
(a) il-pattijiet ta’ kuntratt bil-miktub iffirmat mill-
impjegati jsemmu bir-reqqa l-multa  jew multi li l-
impjegat jista’ jehel dwar kull ghemil jew nuqqas ta’
ghemil li ghalih tista’ titwahhal multa, u
(b) il-pattijiet ta’ kuntratt bhal dak ikunu mnizzlin
f’taghrifa li tinzamm dejjem imwahhla fejn tidher sew
f’post  jew postijiet fejn jistghu jersqu l-impjegati u
hekk illi tkun tista’ tinqara sew u ikkupjata facilment,
u
(c) il-pattijiet ta’ kuntratt bhal dak ikunu gew approvati
minn qabel mid-Direttur,
il-principal ikun jista’  jaghmel dak it-tnaqqis illi jkun awtorizzat
b’dak il-kuntratt.
(2) Minkejja tad-disposizzjoni tas-subartikolu (1), meta
impjegat jonqos minghajr kawza gusta li jaghti lill-principal tieghu
n-numru kollu ta’ sieghat ta’ xoghol kif ikun marbut bil-
kondizzjonijiet ta’ xi kuntratt ta’ servizz applikabbli ghalih il-
principal ma ghandux iwahhal lill-impjegat xi multa ghal dak it-telf
ta’ xoghol imma jista’ jnaqqas mit-total tal-paga dovuta lill-
impjegat dik il-parti minnha li tikkorrispondi ghax-xoghol hekk
mitluf.
(3) Il-principal ghandu jzomm registru li juri kull tnaqqis mill-
pagi maghmula taht is-subartikolu (1) jew is-subartikolu (2) ta’ dan
l-artikolu, skond il-kaz, u l-ghala sar dan it-tnaqqis. Dan ir-registru
ghandu jkun jista’ jarah ufficjal tad-dipartiment tax-xoghol u
emigrazzjoni f’kull hin xieraq.
(4) Meta xi multa  jew multi jkunu imposti minn persuna  jew
ghaqda ta’ persuni, tkun kif tkun imsejha, awtorizzati biex jaghmlu
dak ix-xoghol mill-principal, dik il-persuna jew persuni jkunu
responsabbli ghall-ghemil taghhom, bla hsara ghar-responsabbilta
tal-principal, daqslikieku kienu l-principal.
Il-pagi jkunu djun 
bi privilegg. 
Emendat: 
XLI. 1973.3. 
27. Hemm x’hemm fid-disposizzjonijiet ta’ kull ligi ohra l-
jedd ta’ l-impjegati ghall-pagi dwar servizzi maghmulin ghall-
principal ghandu, sa ammont ta’ mitejn lira dwar kull impjegat,
ikun jedd bi privilegg fuq l-attiv tal-principal u ghandu jithallas bi
preferenza fuq kull jedd iehor sew jekk bi privilegg jew ipotekarju.
Il-pagi jithallsu 
f’intervalli 
regolari.
28. (1) Kull principal ghandu jhallas jew jaghmel li jithallsu l-
pagi lill-impjegati tieghu f’intervalli regolari, u
(a) mhux inqas minn darba fil-gimgha fil-kaz ta’ impjegati
li l-pagi taghhom huma iffissati bis-siegha, bil-jum
  16      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
jew bil-gimgha;
(b) mhux inqas minn darba kull gimghatejn fil-kaz ta’
impjegati li l-pagi taghhom huma ikkalkolati biss bl-
imqietgha jew bil-prodott;
(c) mhux inqas minn darba fix-xahar fil-kaz ta’ impjegati
li l-pagi taghhom huma iffissati bix-xahar  jew bis-
sena;
(d) fil-kaz ta’ impjegati mqabbdin li jaghmlu bicca xoghol
li biex titlesta tiehu iktar minn gimghatejn, mhux inqas
minn darba kull gimghatejn skond l-ammont tax-
xoghol li jkun tlesta;
(e) fil-kaz ta’ impjegati li l-pagi taghhom ikunu
maghmulin minn sehem ta’ qligh,  jew minn
kummissjoni fuq bejgh maghmul  jew hlasijiet
imdahhlin mill-principal, mhux inqas minn darba fix-
xahar skond kif ikun iffissat bi ftehim bejn dawk l-
impjegati u l-principal:
Izda d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a) sa (e) ta’ dan is-
subartikolu ma jkunux jghoddu meta jsir ftehim bejn principal jew
principali jew ghaqdiet ta’ principali min-naha l-wahda u trade
unions li jirrapprezentaw l-impjegati nteressati min-naha l-ohra, li
jiffissa intervalli ohra ghall-hlas tal-pagi.
(2) Mat-tmiem ta’ kuntratt ta’ servizz il-pagi kollha li jkunu
ghadhom ma thallsux kollha jithallsu mad-data tal-jum tal-paga li
jigi minnufih wara iffissat taht is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
bhallikieku l-kuntratt ma ntemmx.
(3) Gheluq tal-kontijiet ghandu jsir mill-inqas darba fis-sena
mill-principal dwar impjegati li l-pagi taghhom ikunu maghmulin
minn sehem ta’ qligh jew kummissjoni fuq bejgh maghmul jew
hlasijiet imdahhlin mill-principal.
Hlas ta’ bonus. 
Mizjud: 
XLIII. 1975.3. 
Sostitwit: 
XII. 1976.3.
29. (1) Kull principal ghandu jhallas, jew jara li jithallas, lil
kull wiehed mill-impjegati whole-time tieghu, bejn il-15 u t-30 tax-
xahar ta’ Gunju u bejn il-15 u t-23 tax-xahar ta’ Dicembru ta’ kull
sena, bonus fil-forma ta’ somma ta’ flus li, f’kull kaz, ma tkunx
inqas minn nofs dik li l-Gvern ikun avza, fl-estimi generali ta’ kull
sena partikolari, li sejjer ihallas lil kull wiehed mill-impjegati
tieghu matul dik is-sena:
Izda, meta xi persuna tkun impjegata whole-time ma’ xi
principal partikolari ghal zmien ta’ mhux inqas minn tletin jum izda
inqas minn tnax-il xahar bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Dicembru ta’
xi sena, dak l-impjegat ikollu dritt li jircievi minghand il-principal
tieghu,  jew minghand kull wiehed mill-principali tieghu,
proporzjon ta’ l-ammont tal-bonus li jkollu jithallas skond dan l-
artikolu, kalkolat fuq in-numru ta’ granet f’kull impieg bhal dak:
Izda wkoll kull perijodu ta’ impieg li ma jikkwalifikax
matul l-ewwel sitt xhur ta’ xi sena ghandu jinghadd ma’ kull
perijodu ta’ impieg ma’ l-istess principal matul it-tieni sitt xhur ta’
dik is-sena ghall-fini tal-perijodu ta’ impieg ta’ kwalifika u l-
ammont totali tal-bonus li jkollu jithallas lil dak l-impjegat dwar il-
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    17
perijodu totali ta’ dak l-impieg ghandu jithallas bejn il-15 u t-23 ta’
Dicembru ta’ dik is-sena, minkejja li l-ammont totali tal-bonus li
jkollu hekk jithallas ikun izjed mill-ammont normali ta’ bonus li
jkollu jithallas dwar it-tieni sitt xhur ta’ dik is-sena.
(2) F’dan l-artikolu - 
"impjegat" tinkludi persuna li tkun marbuta bi ftehim ta’ tahrig; 
"impjegat whole-time" tfisser kull impjegat li jitqies li jkun
impjegat whole-time skond xi kondizzjoni ta’ impieg rikonoxxuta
kif imfisser fl-artikolu 10 ta’ dan l-Att, u tinkludi kull impjegat
iehor li jkun fl-impjieg ta’ xi principal partikolari ghal mhux anqas
minn hamsa u tletin siegha f’gimgha wahda;
"impjegati whole-time tieghu" tinkludi kull impjegat whole-time
li jkun fl-impieg ta’ xi principal partikolari ghal perijodu ta’ mhux
inqas minn tletin gurnata matul xi zmien mill-1 jew wara l-1 ta’
Jannar ta’ xi sena izda li ma jkunx aktar f’dak l-impieg fit-30 ta’
Gunju u/jew fil-31 ta’ Dicembru ta’ dik is-sena.
TAQSIMA VIII
TEMM TA’ KUNTRATTI TA’ SERVIZZ
Zmien ta’ sehh ta’ 
kuntratti ta’ 
servizz.
Emendat: 
XI. 1981.5. 
30. Persuna tista’ tintrabat li taghti s-servizzi taghha ghal
zmien imsemmi jew bla limiti, jew dwar bicca xoghol, impriza,
opra jew servizz imsemmijin:
Izda meta l-impjegat ikun inzamm fl-impieg wara d-data
tat-tmiem ta’ kuntratt ta’ servizz ghal zmien specifikat jew ikun
rega’ gie impjegat minn principal fi zmien sena mid-data tat-tmiem
ta’ kuntratt ta’ servizz ghal zmien specifikat, il-kondizzjonijiet ta’
l-impieg ma ghandhomx ikunu anqas favorevoli minn dawk li kienu
jkunu japplikaw jekk kemm-il darba l-kuntratt ta’ servizz ikun ghal
zmien bla limitu u z-zmien totali ta’ prova ta’ l-impjegat ma
ghandu jkun f’ebda kaz itwal minn dak li hemm provdut f’dan l-
Att.
Meta 1-kuntratt ta’ 
servizz ma jkunx 
bil-miktub.
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2; 
XXI. 1969.11; 
XLI. 1973.4.
31. (1) Kull principal, fi zmien l-ewwel sitt ijiem ta’ kuntratt
ta’ servizz li ghandu jibqa’ sejjer ghal izjed minn tmint ijiem,
ghandu, kemm-il darba l-kuntratt ma jkunx bil-miktub, jaghti jew
jibghat lill-impjegat dikjarazzjoni iffirmata mill-principal fejn juri
fil-qosor:
(a) l-isem u l-indirizz tal-principal u ta’ l-impjegat; 
(b) ir-rati normali tal-pagi li ghandhom jithallsu; 
(c) ir-rati ta’ sahra tal-pagi li ghandhom jithallsu; 
(d) il-hinijiet normali tax-xoghol;
(e) kull meta jithallsu l-pagi;
(f) il-vaganzi bi hlas, u l-permess ghall-vaganzi, ghall-
mard u permessi ohra li impjegat ikun intitolat
ghalihom;
  18      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
(g) il-kondizzjonijiet li tahthom jistghu jigu mposti multi
mill-principal skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu
26;
(h) kull kondizzjoni ohra specjali li tolqot l-impieg ta’ l-
impjegat.
(2) Fil-kaz ta’ haddiema ta’ barra l-principal ghandu jaghti jew
jibghat lill-impjegat dikjarazzjoni iffirmata minnu fejn juri:
(a) l-isem u l-indirizz tal-principal u ta’ l-impjegat; u 
(b) ir-rata li ghandha tithallas ghax-xoghol.
(3) Il-Ministru jista’ b’taghrifa fil-Gazzetta tal-Gvern
jippreskrivi l-formula li ghandha tkun uzata mill-principal ghall-
finijiet tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-artikolu.
(4) Dan l-artikolu ma jkunx ighodd ghall-impjegati f’servizz
domestiku privat u ghall-impjegati li jkollhom karigi teknici,
ezekuttivi, amministrattivi jew ta’ direzzjoni u li l-pagi taghhom
ikunu izjed minn elf lira fis-sena.
Kuntratt miktub ta’ 
servizz. 
Mizjud:
XXI. 1969.12.
32. Meta xi kuntratt ta’ servizz ikun bil-miktub, ghandu jkun
fih id-dettalji kollha specifikati fis-subartikolu (1) jew fis-
subartikolu (2), kif jehtieg il-kaz, ta’ l-artikolu 31.
Kopja ta’ kuntratti 
ta’ servizz.
Mizjud: 
XLI. 1973.5. 
33. Kopja ta’ kull kuntratt ta’ servizz bil-miktub jew kopja ta’
kull dikjarazzjoni kif imsemmija fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu
31, skond il-kaz, ghandha tinzamm mill-principal.
Avviz ta’ u 
kumpens ghal 
temm ta’ kuntratti 
ta’ servizz. 
Emendat: 
XXI. 1969.13; 
XLI. 1973.6; 
XLIII. 1975.4; 
XI. 1981.6; 
III. 1982.16; 
XVI. 1982.2.
34. (1) L-ewwel tliet xhur ta’ kull impieg taht kuntratt ta’
servizz ikun impieg bi prova:
Izda, meta l-impieg ikun regolat bi ftehim industrjali, dak
il-ftehim jista’ jipprovdi ghal impieg bi prova sa sitt xhur:
Izda wkoll fil-kaz ta’ kuntratt ta’ servizz,  jew ta’ ftehim
industrjali, dwar impjegati li jkollhom karigi teknici, ezekuttivi,
amministrattivi jew ta’ direzzjoni u li l-pagi taghhom ikunu izjed
minn elf lira fis-sena, dak iz-zmien ta’ prova jista’ jigi mtawwal sa
sena.
(2) Impieg bi prova jista’ jigi mitmum minn min ikun irid miz-
zewg partijiet minghajr ma jaghti ebda raguni:
Izda ghandu jinghata avviz ta’ gimgha tat-temm ta’ l-
impieg lill-parti l-ohra fil-kaz ta’ impjegat li jkun ilu fl-impieg ta’
l-istess principal kontinwament ghal aktar minn xahar.
(3) Kuntratt ta’ servizz ghal zmien mhux determinat jista’
jintemm, bl-ghoti ta’ l-avviz kif specifikat fis-subartikolu (5) ta’
dan l-artikolu, mill-impjegat minghajr ma jaghti ebda raguni u mill-
principal, salv d-disposizzjoni tas-subartikolu (14) ta’ dan l-
artikolu, fuq bazi ta’ redundancy biss:
Izda kull impjegat li l-impieg tieghu jigi mitmum minhabba
redundancy ikun intitolat ghall-impieg mill-gdid jekk il-post li kien
jokkupa qabel jerga’ jkun ottjenibbli fi zmien perijodu ta’ sena
mid-data ta’ tmiem l-impieg:
Izda wkoll impjegat bhal dak ikun hekk impjegat mill-gdid
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    19
b’kondizzjonijiet mhux inqas favorevoli minn dawk li hu kien
intitolat ghalihom li kieku l-kuntratt tas-servizz dwaru ma kienx
intemm:
Izda, fl-ahharnett, li kull impjegat li jkun gie hekk impjegat
mill-gdid ghandu, ghall-finijiet ta’ dan l-Att, jitqies li jkun kompla
fl-impieg tieghu nonostanti t-terminazzjoni maghmula skond dan
is-subartikolu.
(4) Meta principal ikun bi hsiebu jtemm l-impieg ta’ impjegat
minhabba redundancy, hu ghandu jtemm l-impieg ta’ dik il-persuna
li tkun impjegata l-ahhar fil-klassi ta’ l-impieg milqut minn dik ir-
redundancy:
Izda, meta dik il-persuna tkun tigi mill-principal (li ma
jkunx socjeta  anonima jew korp statutarju) b’konsagwinita  jew
b’affinita  sat-tielet grad, il-principal jista’, minflok itemm l-impieg
ta’ dik il-persuna, itemm l-impieg tal-persuna li jmissha warajha.
(5) Minkejja kull ftehim kuntrarju, avviz tat-temm ta’ impieg li
jkun bi hsiebu jaghmel il-principal jew l-impjegat taht kuntratt ta’
servizz ghal zmien bla limiti, ghandu jkun tat-tul bhal ma jinghad
hawn izjed ’il quddiem, jekk l-impjegat kien ilu fl-impieg ta’ l-
istess principal kontinwament - 
Izda l-avviz tat-temm ta’ impieg ma jistax jinghata matul il-
leave ghal maternita  jew matul il-perijodu ta’ inkapacita  ghax-
xoghol li ghalih jirreferi is-subartikolu (17) ta’ dan l-artikolu.
(6) Meta perijodu ta’ impieg b’kuntratt ta’ servizz ghal zmien
bla limiti jkun ta’ inqas minn sitt xhur imma jkollu warajh perijodu
iehor ta’ impieg simili li jibda fi zmien is-sitt xhur li jahbtu wara
mill-ahhar jum ta’ impieg, iz-zewg perijodi ghandhom, ghall-
finijiet tas-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, dwar it-tieni perijodu
ta’ impieg jitqiesu li huma perijodu wiehed kontinwu.
(7) Il-perijodu ta’ l-avviz ghandu jibda jghodd mill-jum tax-
xoghol li jahbat wara l-jum li fih jinghata l-avviz.
(8) Meta impjegat taht kuntratt ta’ servizz ghal zmien bla limiti
jircievi avviz mill-principal kif jinghad hawn qabel, huwa jista’
jaghzel jew li jissokta jahdem sakemm jaghlaq iz-zmien ta’ l-avviz
jew, f’kull zmien li jkun waqt li ghadu miexi z-zmien ta’ l-avviz,
igieghel lill-principal li jaghtih somma li tkun daqs in-nofs tal-pagi
li kien ikollhom jithallsu ghaz-zmien li jkun ghad jonqos biex
jaghlaq iz-zmien ta’ l-avviz.
(9) Meta jircievi avviz minghand l-impjegat kif intqal qabel, il-
principal ikun jista’ jaghzel jew li jhalli lill-impjegat li jkompli
(a) ghal izjed minn xahar izda mhux izjed minn
sena .................................................................... gimgha 
(b) ghal izjed minn sena izda mhux izjed minn
sentejn ................................................................ gimghatejn 
(c) ghal izjed minn sentejn izda mhux izjed minn
hames snin .........................................................
erba’
gimghat 
(d) ghal izjed minn hames snin ................................ tmien
gimghat: 
  20      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
jahdem sakemm iz-zmien ta’ l-avviz jaghlaq jew, f’kull zmien
matul li jkun ghaddej iz-zmien ta’ l-avviz, ihallas lill-impjegat
somma li tkun daqs il-paga li jkun imissha tithallas dwar iz-zmien
ta’ l-avviz li ma jkunx ghalaq.
(10) Jekk impjegat taht kuntratt ta’ servizz ghal zmien bla limiti
jonqos li jaghti avviz kif jinghad hawn qabel, huwa jkun suggett li
jhallas lill-principal somma li tkun daqs nofs il-paga li jkun imissha
tithallas dwar iz-zmien ta’ l-avviz. Jekk il-principal jonqos li jaghti
avviz kif imsemmi hawn qabel, huwa jkun suggett li jhallas lil dak
l-impjegat somma li tkun daqs il-paga li jkun imissha tithallas dwar
iz-zmien ta’ l-avviz.
(11) Principal li jibghat ’1 barra impjegat qabel ma jaghlaq iz-
zmien specifikat f’kuntratt ta’ servizz, ikollu jhallas lill-impjegat
nofs il-paga kollha li kienet tkun tmiss lill-impjegat dwar il-bqija
taz-zmien espressament miftiehem.
(12) Impjegat li jitlaq mis-servizz tal-principal tieghu qabel iz-
zmien specifikat fil-kuntratt ta’ servizz ghandu jhallas lill-principal
tieghu somma li tkun daqs nofs il-paga kollha li ghaliha huwa kien
ikollu jedd kieku huwa baqa’ fis-servizz ghall-bqija taz-zmien hekk
espressament miftiehem.
(13) Fil-kaz ta’ impjegati taht kuntratt ta’ servizz imhallsa ghal
kull bicca xoghol, jew b’sehem fil-qligh, jew b’kummissjoni fuq il-
bejgh maghmul jew hlasijiet imdahhla mill-principal, l-ammont li
ghandu jithallas skond is-subartikoli (8), (10), (11) u (12) ta’ dan l-
artikolu ghandu jkun ikkalkolat fuq il-qligh medju ta’ l-impjegat
matul it-tliet xhur li jigu sew sew qabel il-jum 1i fih jinghata l-
avviz jew l-impjegat jitlaq ix-xoghol jew jigi mibghut ’il barra
mill-principal.
(14) Hemm x’hemm fid-disposizzjonijiet ta’ hawn qabel f’dan l-
artikolu, principal jista’ jibghat impjegat u l-impjegat jista’ jitlaq
is-servizz tal-principal, minghajr ma jaghti avviz u minghajr ebda
obbligu li jaghmel hlas kif dispost fis-subartikoli (10), (11) u (12)
jekk ikun hemm raguni tajba u bizzejjed biex dak l-impjegat
jintbaghat jew jitlaq mis-servizz:
Izda principal ma jistax igib bhala raguni tajba u bizzejjed- 
(a) illi l-impjegat fiz-zmien li gie mibghut kien membru
ta’ trade union; jew
(b) hlief fil-kaz ta’ impjegat domestiku privat, illi l-
impjegat ma jgawdix izjed il-fiducja tal-principal; jew
(c) illi impjegat ikun izzewweg; jew
(d) illi impjegata tkun tqila b’tarbija; jew
Kap. 36.
(e) li l-impjegat ikun sospiz milli jattendi ghax-xoghol
tieghu minhabba ordni maghmul skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13 ta’ l-Ordinanza dwar
it-Tharis mill-Mard.
(15) Kuntratt ta’ servizz ma ghandux, hlief bil-kunsens ta’ l-
impjegat, jintemm mill-principal matul xi perijodu ta’ inkapacita
ghax-xoghol ta’ l-impjegat kagunata b’korriment b’disgrazzja li
tigri mill-impieg u waqt l-impieg jew minn xi mard li jigi mix-
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    21
xoghol li ghalihom hemm kumpens bis-sahha ta’ l-Ordinanza dwar
il-Hlas ta’ Indennizz lill-Haddiema* jew taht xi ligi li tidhol
minflok l-imsemmija Ordinanza meta dan jigri fis-servizz ta’ dak
il-principal:
Izda - 
(i) matul dak il-perijodu ta’ inkapacita  l-impjegat
ikollu jedd ghall-paga kif jista’ jkun provdut
skond jew taht xi kondizzjoni ta’ impieg
rikonoxxuta kif imfisser fl-artikolu 10 ta’ dan l-
Att;
(ii) id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
jkunux ighoddu wara l-ewwel tnax-il xahar
kontinwi ta’ inkapacita  skond il-kalendarju.
(16) Meta tispicca l-inkapacita  ghax-xoghol imsemmija fl-ahhar
subartikolu qabel dan il-principal ghandu, fi zmien wiehed u
ghoxrin jum minn talba maghmula mill-impjegat, jerga’ jdahhal l-
impjegat fl-impieg tieghu ta’ qabel jew, jekk il-korriment jew
marda jkun giebu inkapacita  li minhabba fiha l-impjegat ma jkunx
tajjeb ghall-impieg ta’ qabel f’impieg iehor xieraq:
Izda t-talba ta’ l-impjegat biex jerga’ jigi impjegat ghandha
ssir bil-miktub fi zmien sebat ijiem minn meta tispicca l-inkapacita
ghax-xoghol.
(17) Impjegata whole-time ma tistax tintbaghat mill-principal
matul il-perijodu tal-leave ghal maternita  taghha jew il-perijodu ta’
hames gimghat wara dak il-leave li matulu ma tkunx tista’ tahdem
minhabba kondizzjoni patologika li tinqala’ mill-hlas.
(18) Kull perijodu ta’ inkapacita  ghax-xoghol imsemmi fl-ahhar
subartikolu qabel dan ghandu jitnaqqas mill-perijodu ta’ leave ghal
mard li ghalih l-impjegata jkollha jedd fiz-zmien ta’ dik l-
inkapacita , hekk izda li l-perijodu ta’ inkapacita  li jkun izjed mill-
imsemmi leave ghal mard jitqies li hu leave ta’ assenza minghajr
jedd ghall-paga:
Izda l-principal jista’ jehtieg lill-impjegata li tipproduci
prova ta’ dik l-inkapacita  ghax-xoghol u jista’ jehtieg li t-tabib
tieghu izur lil dik l-impjegata u jirrapportalu fuq il-kondizzjoni ta’
sahhitha.
(19) L-impjegata jkollha, meta jintemm il-leave ghal maternita  li
ghalih ghandha jedd taht id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew il-
perijodu ta’ inkapacita  taghha ghax-xoghol li ghalih jirreferi is-
subartikolu (17) ta’ dan l-artikolu, jedd li terga’ tidhol ghax-xoghol
fil-post li kienet tokkupa meta beda l-leave ghal maternita  taghha,
jew f’post analogu jekk fiz-zmien meta hekk ikollha l-jedd il-post li
qabel kienet tokkupa ma jkunx ghadu disponibbli.
(20) Meta impjegata ma tergax tidhol ghax-xoghol kif provdut
fis-subartikolu ta’ qabel dan, jew, wara li tkun hekk regghet bdiet
*Din l-Ordinanza (li kienet Kapitolu 128 ta’ 1-Edizzjoni Riveduta ta’ l-1942)
giet revokata u sostitwita bl-Att dwar is-Sigurta  Nazzjonali (Kapitolu 147 ta’ din
1-Edizzjoni Riveduta), li gie revokat u sostitwit bl-Att dwar is-Sigurta  Socjali
(Kapitolu 318 ta’ din 1-Edizzjoni Riveduta).
  22      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
ix-xoghol tabbanduna s-servizz tal-principal taghha, minghajr
raguni tajba u bizzejjed fi zmien sitt xhur mid-data li fiha tkun hekk
regghet bdiet, din tkun obbligata, bla hsara ghal kull obbligu iehor
taht dan l-Att, li thallas lill-principal somma li tkun daqs il-pagi li
rceviet matul il-leave ghal maternita .
(21) Minkejja kull disposizzjoni ohra ta’ dan l-Att ebda kuntratt
ta’ servizz ma ghandu jintemm mill-principal u ebda impjegat ma
jista’ jigi mibghut jew jigi sospiz u ebda kondizzjoni f’dak il-
kuntratt ma tista’ ssir anqas ta’ vantagg ghall-impjegat, minghajr il-
kunsens bil-miktub tad-Direttur; u jekk dak il-kuntratt jintemm jew
l-impjegat jigi mibghut jew sospiz mill-impieg jew jekk dik il-
kondizzjoni ssir anqas ta’ vantagg ghall-impjegat minghajr dak il-
kunsens l-impjegat izomm id-drittijiet kollha tieghu taht il-kuntratt
daqslikieku l-kuntratt ma jkunx gie mitmum jew l-impjegat ma
jkunx gie mibghut jew sospiz mill-impieg jew il-kondizzjoni ma
tkunx saret anqas ta’ vantagg ghall-impjegat:
Izda l-kunsens tad-Direttur ikun bla hsara ghal kull jedd ta’
l-impjegat li jikseb rimedju kontra l-principal taht din il-ligi jew
taht xi ligi ohra.
(22) Ebda principal ma ghandu jzomm in-numru ta’ persuni fl-
impieg tieghu inqas min-numru ta’ persuni impjegati minnu fis-16
ta’ Novembru, 1982, minghajr il-kunsens bil-miktub tad-Direttur.
(23) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (21) u (22) ta’ dan l-
artikolu ghandhom japplikaw ghal - 
Kap. 117. 
(i) kull principal li ghalih japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Provvisti u
Servizzi;
(ii) kull persuna ohra li, fis-16 ta’ Novembru, 1982,
kellha iktar minn tliet persuni impjegati,
u biss dwar persuni li kienu impjegati fis-16 ta’ Novembru, 1982. 
(24) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (21), (22) u (23) ta’ dan
l-artikolu ghandu jkollhom effett mis-16 ta’ Novembru, 1982, u
ghandhom jibqghu jsehhu sal-31 ta’ Dicembru, 1983:
Izda,  jekk f’xi zmien fil-waqt li d-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmija subartikoli jkunu fis-sehh il-Kamra tghaddi rizoluzzjoni
illi l-imsemmija disposizzjonijiet ghandhom jibqghu jsehhu ghal
zmien iehor miz-zmien li xort’ohra jtemm, l-imsemmija
disposizzjonijiet ghandhom jibqghu fis-sehh ghal dak iz-zmien l-
iehor.
Impjegati mehlusin 
mit -haddim ta’ l-
artikolu 34. 
Sostitwit: 
XI. 1973.377. 
Kap. 234.
35. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 34 ma ghandhomx
japplikaw ghall-bahrin impjegati fuq bastimenti skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili; u fil-kaz li
xi disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Att ma jkunux jaqblu mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ghandhom japplikaw dawk ta’ l-
imsemmi Att.
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    23
Kondizzjoni 
f’kuntratt ta’ 
servizz minghajr 
effett.
Mizjud: 
XLVI. 1974.2. 
Imhassar: 
XXVII. 1978.2. 
Mizjud:
XI. 1981.7. 
36. Kull kondizzjoni f’kuntratt ta’ servizz li taghti s-setgha lil
principal li jtemm l-impieg ta’ impjegata meta tizzewweg jew meta
ssir tqila b’tarbija tkun minghajr effett.
Certifikati ta’ 
servizz.
Emendat:
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2.
37. (1) Mat-temm ta’ kuntratt ta’ servizz li jdum iktar minn
xahar, il-principal ikun marbut, fuq it-talba ta’ l-impjegat, li jaghtih
certifikat li jsemmi kemm dam l-impieg, ix-xorta tax-xoghol jew
servizzi maghmulin u, jekk l-impjegat hekk jixtieq, ir-raguni ghat-
temm tal-kuntratt, u r-rata tal-paga mhallsa.
(2) Dawn ic-certifikati ghandhom ikunu skond il-formula illi l-
Ministru, b’taghrifa fil-Gazzetta tal-Gvern, jippreskrivi.
Kondizzjonijiet li 
jkunu anqas 
favorevoli mill-
Att.
Mizjud: 
XLI. 1973.7. 
38. Jekk mhux f’kaz kif provdut xort’ohra b’dan l-Att,  jekk
kuntratt ta’ servizz bejn impjegat u l-principal tieghu jipprovdi ghal
kondizzjonijiet ta’ impieg, inkluz it-temm ta’ dak il-kuntratt, li
jkunu anqas favorevoli ghall-impjegat minn dawk specifikati fi jew
taht l-Att, dan ghandu jkollu effett daqslikieku minflok dawk il-
kondizzjonijiet kien hemm imdahhla l-kondizzjonijiet specifikati fi
jew taht dan l-Att.
TAQSIMA IX 
TWETTIQ U KSUR TAL-LIGI
Hatra ta’ spetturi. 
Emendat: 
VI. 1958.2:
XXV. 1962.2; 
XLIV.1965.3; 
XXI. 1969.14.
39. (1) Il-Ministru jahtar dawk l-ufficjali tad-dipartiment tax-
xoghol u emigrazzjoni li huwa jidhirlu xieraq sabiex ikunu spetturi
ghall-finijiet ta’ dan l-Att.
(2) Spetturi hekk mahturin kif imsemmi hawn qabel ikollhom
is-setgha - 
(a) li jidhlu bla tfixkil u minghajr ma qabel javzaw f’kull
hin xieraq f’kull fond jew post suggett ghall-ispezzjon
taht dan l-Att;
(b) li jaghmlu f’kull fond  jew post bhal dan kull ezami,
test jew stharrig li huma jidhrilhom mehtiega sabiex
jaraw jekk id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti jew ordnijiet tahtu kif ukoll kull
kondizzjoni ta’ impieg maghrufa humiex qeghdin jigu
mharsin, u l-iktar - 
(i) li jaghmlu mistoqsijiet, wehidhom jew quddiem
ix-xhieda, lill-principal jew lill-impjegati fuq
kull haga minn dawk imsemmijin;
(ii) li jordnaw li juruhom kotba, registri jew
dokumenti ohra li skond dan l-Att  jew xi ordni
mahrug tahtu ghandhom jinzammu u li
jikkopjaw dawk id-dokumenti jew jiehdu estratti
  24      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
minnhom.
(3) Fl-okkazjoni ta’ zjara ta’ spezzjon, spettur ghandu jgharraf
lill-principal jew lir-rapprezentant tieghu bil-prezenza tieghu,
kemm-il darba huwa ma jidhirlux illi dik it-taghrifa tista’ tkun ta’
hsara ghall-qadi ta’ dmirijietu.
(4) Il-fondi u postijiet suggetti ghall-ispezzjon taht dan l-Att
huma kull fond jew post li dwaru jghoddu xi disposizzjonijiet ta’
dan l-Att  jew ta’ xi regolament  jew ordni tahtu  jew xi
kondizzjonijiet ta’ impieg maghrufa jew kull fond jew post li dwaru
spettur ikollu ghalfejn jahseb illi jghoddu d-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew regolamenti jew ordnijiet tahtu jew kondizzjonijiet
ta’ impieg maghrufa.
(5) Dawn l-ispetturi - 
(a) ma jistax ikollhom xi interess dirett  jew indirett f’xi
fondi jew postijiet li jaqghu taht l-ispezzjon taghhom;
(b) ma ghandhom jikxfu f’ebda zmien, lanqas wara li ma
jibqghux spetturi, sigrieti ta’ manifattura jew kummerc
jew processi tax-xoghol li jkunu saru jafu bihom fil-
qadi ta’ dmirijiethom;
(c) ghandhom iqisu bhala assolutament konfidenzjali l-
origini ta’ kull ilment li bih jigu mgharrfin b’difett jew
ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att  jew ta’
regolamenti jew ordnijiet tahtu jew ta’ kondizzjonijiet
maghrufa ta’ l-impieg; u
(d) ma ghandhom qatt igharrfu lill-principal  jew lir-
rapprezentant tieghu illi zjara ta’ spezzjon saret
minhabba li waslilhom ilment bhal dak.
(6) Kull spettur ghandu jkun fornut b’certifikat tal-hatra tieghu
u meta jitlob biex jidhol f’xi fond jew post ghall-finijiet ta’ dan l-
Att, ghandu, jekk hekk mitlub, juri l-imsemmi certifikat.
(7) Kull spettur li jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5)
ta’ dan l-artikolu, minbarra kull kastig iehor li ghalih huwa jista’
jkun suggett, jista’ wkoll jitkecca ipso facto mill-impieg tieghu
mal-Gvern. 
(8) Persuna ma ghandhiex - 
(a) tonqos li twiegeb jew twiegeb hazin jew li iggieghel lil
xi persuna ohra biex ma twegibx  jew biex twiegeb
hazin ghal xi mistoqsija li spettur ikun awtorizzat
jaghmel skond dan l-Att; jew
(b) tonqos li turi kotba, registri  jew dokumenti ohra illi,
skond is-sub-paragrafu (ii) tal-paragrafu (b) tas-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, hija tkun mitluba
minn spettur biex iggiblu; jew
(c) direttament  jew indirettament ma thallix illi persuna
tidher quddiem spettur jew tigi mistoqsija minnu, jew
tittanta li taghmel hekk; jew
(d) tfixkel b’xi mod lil spettur fil-qadi tad-dmirijiet tieghu
skond dan l-Att:
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    25
Izda hadd ma jkun mehtieg skond il-paragrafu (a) ta’ dan
is-subartikolu li jwiegeb ghal xi mistoqsija li tista’ tinkriminah.
Procedimenti 
kriminali. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
40. (1) Fi procedimenti kriminali maghmulin mill-Pulizija
quddiem il-Qorti tal-Magistrati ghal reat kontra d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, id-Direttur jew ufficjal tad-dipartiment tieghu
mqabbad minnu  jista’, hemm x’hemm kuntrarju fid-
disposizzjonijiet ta’ xi ligi ohra, jaghmel l-akkuza quddiem il-qorti,
igib il-provi, jittratta u xort’ohra jmexxi l-kawza ghall-
prosekuzzjoni minflok il-Pulizija.
(2) Id-dikjarazzjoni bil-gurament ta’ kull ufficjal imsemmi fis-
subartikolu li jahbat sew sew qabel dan li huwa gie mqabbad mid-
Direttur ghall-iskop hemmhekk imsemmi, tkun prova bizzejjed li
hu gie hekk imqabbad, jekk din il-prova tigi mitluba mill-akkuzat.
(3) Id-Direttur jew l-ufficjal imqabbad minnu jista’,
madankollu, jingieb bhala xhud, imma jekk ix-xiehda tieghu tkun
tinhtieg mill-prosekuzzjoni, huwa ghandu jinstema’ bhala xhud
qabel ma jibda dmirijietu bhala ufficjal prosekutur (minbarra dak li
jghid il-fatti li jiffurmaw ir-reat) hlief meta l-htiega tax-xiehda
tieghu tinqala’ wara.
Pieni.
Emendat: 
XXI. 1969.15; 
XLI. 1973.8; 
XLVI. 1974.3; 
XLIII. 1975.5; 
I. 1977.4; 
XXXIII.1977.4; 
IX. 1982.2;
XVI. 1982.2; 
XIII. 1983.5.
41. (1) Kull principal li jikser jew jonqos milli joqghod ghal
xi kondizzjonijiet ta’ impieg maghrufa preskritti b’ordni ta’
standard nazzjonali jew b’ordni li jirregola l-pagi jew bi ftehim
industrjali jew illi jimpjega persuna xiha, inkapaci jew marida taht
kondizzjonijiet ta’ impieg li jkunu anqas vantagguzi mill-
kondizzjonijiet ta’ impieg maghrufa u minghajr licenza tad-Direttur
taht l-artikolu 13 ta’ dan l Att, jew li jikser jew jonqos li joqghod
ghall-kondizzjonijiet ta’ dik il-licenza, jista’, meta jinsab hati, jehel
multa ta’ mhux inqas minn hames liri u mhux izjed minn hamsin
lira ghal kull reat.
(2) Kull principal li jikser jew jonqos li joqghod ghad-
disposizzjonijiet tas-subartiko1u (2) ta’ l-artikolu 10, l-artikoli 12,
14 u 15, is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 26, l-artikoli 31, 32, 33 u
37, jista’, meta jinsab hati, jehel multa ta’ mhux inqas minn zewg
liri u mhux izjed minn ghoxrin lira.
(3) Kull min jikser jew jonqos li joqghod ghad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 16, 17, 19, 20, 22, 23, 24, 28, 29 u 34
jew is-subartikolu (8) ta’ l-artikolu 39, jew iwahhal xi multi
minbarra dawk espressament permessi bl-artikolu 26 jew bid-dehen
jaghmel xi notament falz f’xi dokument li ghandu jinzamm jew
jintwera taht dan l-Att, jista’, meta jinsab hati, jehel multa ta’ mhux
inqas minn hames liri u mhux izjed minn hamsin lira:
Kap. 446. 
Izda, meta r-reat ikun wiehed kif provdut fis-subartikoli
(21) u (22) ta’ l-artikolu 34, min jaghmel ir-reat jista’ jehel multa
ta’ mhux inqas minn hamsin lira u mhux izjed minn hames mitt lira,
u il-qorti tista’, u jekk hekk mitluba mill-prosekuzzjoni ghandha,
b’zieda ma’ kull piena ohra tordna s-sospensjoni jew it-thassir ta’
kull licenza mizmuma minn min jaghmel ir-reat u li jkollha
x’taqsam ma’ xi kummerc jew negozju u kull licenza li jkollha
x’taqsam mal-post fejn l-impjegat ikun qieghed impjegat; u d-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma japplikawx dwar xi
  26      KAP. 135. h        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija subartikoli (21) u
(22) ta’ l-artikolu 34.
(4) Meta xi principal jinstab hati li - 
(a) ikun naqas li jhallas pagi b’mhux anqas mir-rata
applikabbli skond kondizzjoni ta’ impieg rikonoxxuta
kif imfisser fl-artikolu 10 ta’ dan l-Att jew skond
kuntratt ta’ servizz, liema tkun l-oghla, jew
(b) ikun naqas li jhares id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
17 ta’ dan l-Att, jew
(c) ikun ghamel tnaqqis illegali jew ikun wahhal xi multa
minbarra dawk espressament permessi bl-artikolu 26
ta’ dan l-Att, jew
(d) ikun naqas li jhallas xi bonus li ghandu jithallas skond
l-artikolu 29 ta’ dan l-Att, jew
(e) ikun zamm xi rimunerazzjoni li ghandha tithallas
skond l-artikolu 34 ta’ dan l-Att, jew
(f) ikun naqas li jaghti vaganzi bi hlas kif provdut jew kif
specifikat f’xi ordni ta’ standard nazzjonali, ordni li
jirregola l-pagi jew kuntratt ta’ servizz,
il-qorti ghandha, fuq it-talba tal-prosekuzzjoni, minbarra li taghti l-
piena stabbilita bis-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, tordna
lill-hati, wara l-prova ta’ l-ammont, li jirrifondi  jew ihallas lill-
impjegat jew lill-impjegati li  jkunu,  jew lill-apprendista  jew lill-
apprendisti li jkunu, skond il-kaz, l-imsemmi ammont dovut minnu
u, fil-kaz ta’ vaganzi bi hlas li ma jinghatawx, somma daqs il-hlas
dwarhom, u kull ordni bhal dak tal-qorti ghandu  jkun ta’ l-istess
forza u effett u  jkun esegwibbli bl-istess mod daqslikieku jkun
inghata f’kawza civili bejn l-impjegat jew l-impjegati li jkunu jew
l-apprendista jew l-apprendisti li jkunu, skond il-kaz, u l-principal:
Izda ebda haga f’dan is-subartikolu ma tnaqqas minn xi
jedd ta’ l-impjegat jew l-apprendista, skond il-kaz, li jigbor b’xi
mezzi ohra kull ammont li hu jkollu jiehu.
Kap. 9.  (5) L-artikolu 24 tal-Kodici Kriminali ikun ighodd dwar reati
taht dan l-Att.
Reati minn socjeta , 
ecc.
Mizjud: 
XXI. 1969.16.
42. Meta reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att  jew xi
regolamenti jew ordnijiet maghmula bis-sahha tieghu jsir minn
socjeta , kumpannija, ghaqda jew korp iehor ta’ persuni, kull
persuna li fiz-zmien li jkun sar ir-reat, kienet direttur, manager,
segretarju jew ufficjal iehor bhal dawk ta’ dik is-socjeta ,
kumpannija, ghaqda jew korp iehor ta’ persuni jew kienet tidher li
qed tagixxi f’xi kariga tali titqies li tkun hatja ta’ dak ir-reat jekk
ma tippruvax li r-reat sar minghajr it-taghrif taghha u li kienet
ezercitat id-diligenza kollha xierqa biex timpedixxi l-eghmil tar-
reat. 
Limitazzjoni ta’ 
azzjoni.
Mizjud: 
XLI.1973.9.
43. Procedimenti ghal reat skond dan l-Att jistghu jinbdew
f’kull zmien fi zmien sena mill-eghmil tar-reat.
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGg K AP. 135.    27
*TAQSIMA X 
AMMINISTRAZZJONI 
Regolamenti.
Emendat:
XIV. 1955.20;
VI. 1958.2;
XVII. 1961.3;
XXV. 1962.2;
A.L. 4 ta’ l-1963;
A.L. 46 ta’ l-1965.
44. (1) Il-Ministru ikollu s-setgha li jaghmel, u wara li jkun
ghamel, ibiddel jew ihassar regolamenti ghall-iskopijiet li gejjin:
(a) biex jippreskrivi dwar il-Bord u l-kunsilli tal-pagi il-
procedura, il-mod li bih issir il-votazzjoni u li jimtela
l-post ta’ xi membru li jitbattal, il-mod li bih jitmexxa
x-xoghol u l-quorum mehtieg ghal dan ix-xoghol;
(b) biex jippreskrivi l-ghamla u l-metodu tan-notifika ta’
tahrikiet ta’ xhieda biex jidhru quddiem kunsill tal-
pagi.
 (2) Ir-regolamenti kollha maghmulin taht dan l-Att ghandhom
jitqeghdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati mill-iktar fis li jista’
jkun wara li jkun saru u jkollhom sehh daqslikieku gew maghmulin
f’dan l-Att:
Izda, jekk il-Kamra tad-Deputati, fi zmien ghoxrin jum li
jibdew mill-jum li fih regolamenti bhal dawn jitqeghdu quddiemha,
tghaddi risoluzzjoni illi ghandhom jigu mhassrin jew emendati,
dawn ir-regolamenti jieqfu mis-sehh taghhom jew ikunu hekk
emendati imma minghajr hsara ghas-siwi ta’ kull ma qabel ikun sar
tahthom jew ghall-eghmil ta’ regolamenti godda.
(3) Fil-kalkolu ta’ l-imsemmi perijodu ta’ ghoxrin jum, ma
ghandu jitqies ebda zmien li matulu il-Kamra tad-Deputati tkun
mahlula jew prorogata, jew li matulu tkun aggornata ghal izjed
minn erbat ijiem.
*Din it-Taqsima originarjament kien fiha zewg artikoli ohra: artikolu li jhassar
(artikolu 32) u artikolu transitorju (artikolu 33). Dawn iz-zewg artikoli gew
imhollija barra bl-Att dwar ir-Revizjoni tal-Ligijiet Statutarji (Att IX ta’ l-1980).
