GARRTAL-MERKANZIJABIL-BAHAR g K AP. 140.
KAPITOLU 140
ATT DWAR IL-GARR TA’ MERKANZIJA 
BIL-BAHAR
 Biex jabseb dwar il-Garr ta’ Merkanzija bil-Bahar.
(17 ta’ Dicembru, 1954)*
 Sar ligi bl-ATT XI ta’ l-1954, kif emendat bl-Att XI ta’ l-1973.
Titolu fil-qosor.
bil-Bahar.
Tifsir.
taghbija, imnizzlin fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Meta jghoddu r-
Regoli.
Kap. 13.
3. Ghad illi fil-Kodici tal-Kummerc jista’ jkun hemm xi
disposizzjonijiet kuntrarji, ir-Regoli jkollhom sehh, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att fuq u dwar il-garr ta’ merkanzija bil-
bahar fuq kull bastiment uzat ghal dak l-iskop u li jkun qed igorr
merkanzija minn Malta ghal port iehor, imma mhux jekk dak il-
bastiment ikun qed igorr merkanzija fl-ibhra ta’ Malta, jigifieri
minn gzira ghall-ohra jew minn naha ghal ohra ta’ wahda mill-
gzejjer.
Ebda garanzija ma 
timplika li 
bastiment huwa 
tajjeb ghall-bahar.
4. F’ebda kuntratt ghal-garr ta’ merkanzija bil-bahar li ghalih
ighoddu r-Regoli ma tkun implicita ebda rabta assoluta tal-vettural
merkanzija li ser ihaddem bastiment tajjeb ghall-bahar.
Dikjarazzjoni li r-
Regoli ghandhom 
ighoddu ghandha 
tkun inkluza fil-
poloz tat-taghbija.
5. Kull polza tat-taghbija jew dokument bhalha ta’ titolu
mahruga f’Malta, li jkun fihom jew ikunu xiehda ta’ xi kuntratt li
ghalih ir-Regoli jghoddu, ghandu jkun fihom dikjarazzjoni cara illi
ghandhom ikollhom sehh skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmijin Regoli kif ighoddu b’dan l-Att.
Tibdil fir-regoli 4 u 
5 ta’ l-Artikolu III 
tar-Regoli dwar 
taghbija sfuza.
6. Meta skond l-uzu ta’ xi negozju l-uzin ta’ xi taghbija sfuza
mnizzel fil-polza tat-taghbija jkun uzin maghmul jew accettat minn
hadd iehor minbarra l-vettural jew il-karikatur u jinghad fil-polza
tat-taghbija illi l-uzin kien hekk maghmul jew accettat, f’dak il-kaz,
ghad illi jkun hemm xi jkun hemm fir-Regoli, il-polza tat-taghbija
ma ghandhiex titqies li hi xiehda prima facie kontra l-vettural tal-
kunsinna lilu ta’ merkanzija ta’ l-uzin hekk imnizzel fil-polza tat-
taghbija, u ma ghandux jitqies li jkun gie garantit mill-karikatur li
dak l-uzin waqt it-taghbija abbord kien preciz.
Klawsola ta’ 
harsien. 
Sostitwit:
XI. 1973.377.
Kap. 234.
7. Ebda haga f’dan l-Att ma ghandha tbiddel il-hdim ta’ l-
artikoli minn 286 sa 291, it-tnejn inkluzi, u tat-Taqsima IX ta’ l-Att
dwar il-Bastimenti Merkantili, jew il-hdim ta’ xi ligi ohra, li fiz-
zmien tkun fis-sehh, li tillimita r-responsabbilta tas-sidien ta’
bastimenti.
Thaddim tar-
Regoli.
8. Ir-Regoli ma jkunux, bis-sahha ta’ dan l-Att, ighoddu ghal
ebda kuntratt ghall-garr ta’ merkanzija bil-bahar maghmul qabel l-1
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 571 tat-18 ta’ Dicembru, 1954.
 2      KAP. 140.h     GARRTAL-MERKANZIJABIL-BAHAR
ta’ Jannar, 1955, u lanqas ghal ebda polza tat-taghbija jew
dokument simili ta’ titolu mahruga, sew jekk qabel jew wara dik il-
gurnata, bis-sahha ta’ xi kuntratt bhal dak kif hawn qabel imsemmi.
GARRTAL-MERKANZIJABIL-BAHAR g K AP. 140.
SKEDA 
REGOLI DWAR IL-POLOZ TAT-TAGHBIJA 
ARTIKOLU I
Definizjonijiet 
F’dawn ir-Regoli kull wahda minn dawn l-espressjonijiet li
gejjin ghandha t-tifsira moghtija lilha jigifieri:
"bastiment" tfisser kull bicca tal-bahar uzata ghall-garr ta’
merkanzija bil-bahar;
"garr ta’ merkanzija" tfisser iz-zmien minn dak il-hin li l-
merkanzija titghabba fuq il-bastiment sa x’hin tinhatt minnu;
"kuntratt ta’ garr" tghodd biss ghall-kuntratt ta’ garr li dwaru
nharget polza ta’ taghbija jew kull dokument ta’ titolu simili, safejn
dak id-dokument hu relattiv ghall-garr ta’ merkanzija bil-bahar,
maghduda kull polza tat-taghbija jew kull dokument simili kif
imsemmi hawn qabel mahruga taht jew bis-sahha ta’ kuntratt ta’
nolegg minn x’hin dik il-polza tat-taghbija jew dokument simili ta’
titolu jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn vettural u min ghandu f’idejh
dik il-kitba;
"merkanzija" tinkludi merkanzija, hwejjeg, merca u oggetti ta’
kull xorta li tkun, minbarra bhejjem hajjin u taghbija illi fil-kuntratt
tal-garr jinghad li qed tingarr fuq il-gverta u illi hekk tingarr;
"vettural" tfisser ukoll is-sid jew in-noleggatur li jaghmel
kuntratt ta’ garr ma’ karikatur.
ARTIKOLU II
Riskji 
Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu VI, b’kull kuntratt
ta’ garr ta’ merkanzija bil-bahar il-vettural, dwar it-taghbija,
maniggar, stivar, garr, kustodja, kura u hatt ta’ dik il-merkanzija,
ikun suggett ghar-responsabbiltajiet u d-dmirijiet u jkun intitolat
ghad-drittijiet u l-immunitajiet hawnhekk izjed ’il quddiem
imsemmijin.
ARTIKOLU III
Responsabbiltajiet u Dmirijiet
l. Il-vettural ikun obbligat, qabel u fil-bidu tal-vjagg, li
joqghod attent li -
(a) jaghmel il-bastiment tajjeb ghall-bahar;
(b) jipprovdi kif jixraq il-bastiment bl-ekwipagg, bl-
attrezzi u bil-hazna;
(c) jaghmel l-istivi, l-kmamar kongelatorji u tat-tkessih, u
kull naha ohra tal-bastiment li fiha tingarr il-
merkanzija tajbin u xirqin biex fihom il-merkanzija
tkun tista’ titqieghed, tingarr u tithares.
2. Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu IV, il-vettural
ghandu kif jixraq u bir-reqqa jghabbi, jimmanigga, jistiva, igorr,
 4      KAP. 140.h     GARRTAL-MERKANZIJABIL-BAHAR
izomm, jiehu hsieb u jhott il-merkanzija.
3. Wara li jircievi l-merkanzija u jiehu nkarigu taghha, il-
vettural jew il-kaptan jew l-agent tal-vettural ghandu, fuq talba tal-
karikatur johrog lill-karikatur polza tat-taghbija li, fost hwejjeg
ohra, turi -
(a) il-marki principali mehtiega ghall-identifikazzjoni tal-
merkanzija kif l-istess huma moghtijin bil-miktub
mill-karikatur qabel ma tibda t-taghbija ta’ dik il-
merkanzija, kemm-il darba dawk il-marki jkunu
mbullati jew xort’ohra indikati bic-car fuq il-
merkanzija, jekk tkun mikxufa, jew fuq il-kaxxi jew
ghata li fihom dik il-merkanzija tkun tinsab, hekk illi
jkunu jistghu jibqghu jinqraw jekk ma jinqala’ xejn sa
tmiem il-vjagg;
(b) jew in-numru tal-pakki jew tal-bcejjec, jew il-kwantita
jew l-uzin, skond il-kaz, kif moghtijin bil-miktub mill-
karikatur;
(c) l-ordni u l-kondizzjoni apparenti tal-merkanzija:
Izda ebda vettural, kaptan jew agent tal-vettural ma jkun obbligat
li jsemmi jew juri fil-polza tat-taghbija xi marki, numru, kwantita,
jew uzin li huwa jkollu ghalfejn jahseb li ma jurux bir-reqqa l-
merkanzija li fil-fatt tkun waslet jew li huwa tabilhaqq ma kellux
mezzi biex jivverifika.
4. Dik il-polza tat-taghbija ghandha tkun xiehda prima facie li
l-vettural waslitlu l-merkanzija kif indikata f’dik il-polza skond il-
paragrafu 3 (a), (b) u (c).
5. Il-karikatur jitqies li jkun iggarantixxa lill-vettural dwar l-
ezattezza waqt it-taghbija tal-marki, numru, kwantita u uzin, kif
indikati minnu, u l-karikatur ghandu jindennizza lill-vettural ta’
kull telf, hsara, u spejjez li jkun hemm jew li jsiru jew jinqalghu
minhabba inezattezza f’dawn id-dettalji. Id-dritt tal-vettural ghal
dan l-indennizz ma ghandu bl-ebda mod jillimita r-responsabbilta u
d-dmir tieghu taht il-kuntratt ta’ garr lejn kull persuna ohra barra
mill-karikatur.
6. Kemm-il darba ma jinghatax avviz bil-miktub tat-telf jew
hsara u tan-natura generali ta’ dak it-telf jew ta’ dik il-hsara lill-
vettural jew l-agent tieghu fil-port tal-hatt qabel jew waqt il-
kunsinna tal-merkanzija fil-kustodja tal-persuna li jkollha dritt
tirceviha bis-sahha tal-kuntratt tal-garr, jew, jekk it-telf jew hsara
ma jkunux jidhru, fi zmien tlitt ijiem, dik il-kunsinna tkun prova
prima facie tal-kunsinna mill-vettural tal-merkanzija kif indikata
fil-polza tat-taghbija.
M’hemmx ghalfejn jinghata l-avviz bil-miktub jekk meta giet
mehuda l-merkanzija l-istat taghha gie ezaminat jew spezzjonat
miz-zewg partijiet flimkien.
F’kull kaz il-vettural u l-bastiment ikunu mehlusin minn kull
responsabbilta dwar telf jew hsara kemm-il darba ma ssirx kawza fi
zmien sena mill-kunsinna tal-merkanzija jew mid-data meta l-
merkanzija jkun imissha giet kunsinnata.
GARRTAL-MERKANZIJABIL-BAHAR g K AP. 140.
Fil-kaz li jkun hemm telf effettiv jew suspett ta’ telf jew hsara,
il-vettural u min jircievi l-merkanzija ghandhom jaghtu lil xulxin
il-facilitajiet kollha xerqin ghall-ispezzjon u verifika tal-
merkanzija.
7. Wara li l-merkanzija titghabba, il-polza tat-taghbija li
ghandha tinghata lill-karikatur mill-vettural, kaptan jew agent tal-
vettural ghandha, jekk il-karikatur hekk jitlob, tkun polza tat-
taghbija ta’ "merkanzija abbord" izda jekk il-karikatur ikun qabel
ha xi dokument ta’ titolu ghal dik il-merkanzija, huwa ghandu
jikkonsenjah kontra l-hrug tal-polza tat-taghbija ta’ "merkanzija
abbord", imma l-vettural, il-kaptan jew l-agent fil-port tat-taghbija
jista’, jekk jaghzel hekk il-vettural, inizzel fuq dak id-dokument ta’
dritt, l-isem jew l-ismijiet tal-bastiment jew bastimenti li fuqu jew
fuqhom il-merkanzija tkun giet mghobbija u d-data jew dati tat-
taghbija, u meta fuqu jkun hekk tnizzel dak id-dokument ghandu,
ghall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, jitqies li huwa polza tat-taghbija ta’
"merkanzija abbord".
8. Kull klawsola, patt jew ftehim f’kuntratt ta’ garr li jehilsu
lill-vettural jew lill-bastiment mir-responsabbilta ghal telf jew
hsara lil jew dwar merkanzija li jsiru minhabba traskuragni, htija
jew nuqqas fid-dmirijiet u fl-obbligi msemmijin f’dan l-Artikolu,
jew li jnaqqas dik ir-responsabbilta xort’ohra milli kif hemm
f’dawn ir-Regoli, jkunu nulli u ma jiswewx u ma jkollhom ebda
effett.
Beneficcju ta’ assigurazzjoni jew klawsola ta’ din ix-xorta,
ghandhom jitqiesu li huma klawsola li tehles lill-vettural mir-
responsabbilta.
ARTIKOLU IV
 Drittijiet u Immunitajiet
l. La l-vettural u lanqas il-bastiment ma jkunu responsabbli
ghal telf jew hsara li jsiru jew jigru minhabba li l-bastiment ma
jkunx tajjeb ghall-bahar, kemm-il darba ma jkunux saru minhabba
nuqqas ta’ diligenza xierqa min-naha tal-vettural li jaghmel li l-
bastiment ikun tajjeb ghall-bahar, u li jizgura illi l-bastiment ikun
provdut kif jixraq bl-ekwipagg, bl-attrezzi u bil-hazna, u li jaghmel
l-istivi, il-kmamar kongelatorji u tal-friza u kull naha ohra tal-
bastiment li fiha tingarr il-merkanzija tajbin u zguri biex fihom
titqieghed, tingarr u tithares il-merkanzija skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu III.
Kull meta jinqala’ xi telf jew hsara minhabba li l-bastiment ma
jkunx tajjeb ghall-bahar, il-prova li attenzjoni xierqa kienet
ittiehdet ghandha ssir mill-vettural jew persuna ohra li titlob l-
immunita bis-sahha ta’ dan il-paragrafu.
2. La l-vettural u lanqas il-bastiment ma jkunu responsabbli
ghal telf jew hsara li jsiru jew jigu minhabba -
(a) att, traskuragni, jew nuqqas tal-kaptan, bahri, pilota
jew l-impjegati tal-vettural fin-navigazzjoni jew fil-
kontroll tal-bastiment;
(b) hruq, jekk ma jsirx minhabba l-htija attwali tal-vettural
 6      KAP. 140.h     GARRTAL-MERKANZIJABIL-BAHAR
jew bil-konnivenza tieghu;
(c) perikoli, tigrif u disgrazzji tal-bahar jew ilmijiet ohra
navigabbli;
(d) forza magguri;
(e) att tal-gwerra;
(f) att ta’ ghedewwa pubblici;
(g) arrest jew restrizzjoni minn princep, Gvern jew poplu
jew qbid bi proceduri legali;
(h) restrizzjonijiet tal-kwarantina;
(i) att jew nuqqas tal-karikatur jew tas-sid tal-merkanzija,
l-agent jew ir-rapprezentant tieghu;
(j) strikes jew lock-outs jew twaqqif jew restrizzjoni tax-
xoghol minhabba kull kawza li tkun, sew generali jew
parzjali;
(k) rewwixti u dizordnijiet pubblici;
(l) salvament jew tentattiv ta’ salvament tal-hajja jew ta’
proprjeta fuq il-bahar;
(m) telf fid-daqs jew fl-uzin jew kull telf iehor jew hsara
ohra li jinqalghu minhabba xi nuqqas, kwalita jew xi
haga hazina li jinsabu fil-merkanzija;
(n) nuqqas ta’ imballagg; 
(o) nuqqas ta’ marki;
(p) difetti li ma jidhrux u li ma jinkixfux b’attenzjoni
xierqa; 
(q) kull kawza ohra li ma hijiex gejja mill-htija attwali jew
konnivenza tal-vettural, jew mill-htija jew traskuragni
ta’ l-agenti jew tal-impjegati tal-vettural, izda ghandha
ssir mill-persuna li titlob il-beneficcju ta’ din l-
eccezzjoni, il-prova illi la l-htija attwali jew il-
konnivenza tal-vettural u lanqas il-htija jew
traskuragni ta’ l-agenti jew impjegati tal-vettural ma
ikkontribwew biex sar it-telf jew il-hsara.
3. Il-karikatur ma jkunx responsabbli ghal telf jew hsara li l-
vettural jew il-bastiment ikun bata li jkun gej jew jirrizulta minn
kull kawza li tkun, izda li ma tkunx gejja mill-att, htija jew
traskuragni tal-karikatur, ta’ l-agenti jew ta’ l-impjegati tieghu.
4. Kull devjazzjoni ghalbiex isalvaw jew jittantaw li jsalvaw
il-hajja jew il-proprjeta fuq il-bahar, jew kull devjazzjoni xierqa ma
ghandhiex titqies li hi ksur ta’ dawn ir-Regoli jew tal-kuntratt tal-
garr jew nuqqas minnhom, u l-vettural ma jkun responsabbli ghal
ebda telf jew hsara li jinqalghu minhabba f’hekk.
5. La l-vettural u lanqas il-bastiment ma jkunu responsabbli
f’ebda kaz u lanqas ma jsiru responsabbli ghal xi telf jew hsara lil
jew dwar merkanzija f’ammont ta’ izjed minn mitt lira ghal kull
koll jew ghal kull haga, jew kemm tiswa dik is-somma fi flus
ohrajn, kemm-il darba n-natura u l-valur ta’ dik il-merkanzija ma
jkunux gew dikjarati mill-karikatur qabel ma tghabbew u ma
GARRTAL-MERKANZIJABIL-BAHAR g K AP. 140.
jkunux gew imnizzlin fil-polza tat-taghbija.
Din id-dikjarazzjoni jekk imdahhla fil-polza tat-taghbija ghandha
tkun prova prima facie imma ma torbotx lill-vettural u lanqas ma
tkun ghalih konkluziva.
Bi ftehim bejn il-vettural, kaptan jew agent tal-vettural u l-
karikatur jista’ jigi stabbilit l-oghla ammont li ma jkunx dak
imsemmi f’dan il-paragrafu, izda dak l-oghla ammont ma ghandux
ikun anqas mill-ammont hawn fuq imsemmi.
La l-vettural u lanqas il-bastiment ma jkunu responsabbli f’ebda
kaz ghal telf jew hsara lil jew dwar merkanzija jekk ix-xorta jew il-
valur taghha gew xjentement dikjarati hazin mill-karikatur fil-polza
tat-taghbija.
6. Merkanzija infjammabbli, jew li tista’ tesplodi, jew li hija
ta’ xorta perikoluza li l-vettural, kaptan jew agent tal-vettural ma
jkunx ta kunsens ghat-taghbija taghha fil-waqt li kien jaf bix-xorta
u l-karattru taghha, tista’ f’kull zmien qabel il-hatt titnizzel l-art
f’kull post li jkun jew tigi meqruda jew isirilha hekk li ma tistax
taghmel deni mill-vettural minghajr ma jithallas ebda kumpens, u l-
karikatur ta’ dik il-merkanzija jkun responsabbli ghall-hsarat u
ghall-ispejjez kollha li direttament jew indirettament jinqalghu jew
jigu minn dik it-taghbija.
Jekk xi merkanzija bhal dik, mghobbija bix-xjenza u bil-kunsens
imsemmijin issir ta’ perikolu lill-bastiment jew lit-taghbija, tista’
bl-istess mod titnizzel l-art f’kull post li jkun jew tinqered jew issir
hekk li ma tistax taghmel deni mill-vettural minghajr ma l-vettural
ikun responsabbli hlief ghall-avarija generali, jekk ikun hemm.
ARTIKOLU V
Cessjoni tad-Drittijiet u Immunitajiet u Zieda tar-
Responsabbiltajiet u Obbligi
Il-vettural ikollu kull dritt li jcedi, ghal kollox jew f’parti, kollha
kemm huma d-drittijiet u l-immunita tieghu jew x’uhud minnhom,
jew li jzid x’uhud mir-responsabbiltajiet u l-obbligi tieghu taht ir-
Regoli li jinsabu f’kull wiehed li jkun minn dawn l-Artikoli, kemm-
il darba dik ic-cessjoni jew dik iz-zieda tkun imnizzla fil-polza tat-
taghbija mahruga lill-karikatur.
Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ma jkunux applikabbli
ghal charter-parties, imma jekk jinghataw poloz tat-taghbija dwar
bastiment mikri b’charter-party huma ghandhom joqoghdu ghal dak
li jghidu dawn ir-Regoli. Ebda haga f’dawn ir-Regoli ma
jimpedixxi d-dhul f’polza ta’ taghbija ta’ xi disposizzjoni li mhix
kuntrarja ghal-ligi dwar avarija generali.
ARTIKOLU VI
 Kondizzjonijiet specjali
B’dak kollu li jghidu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli ta’ qabel
dan, vettural, kaptan jew agent tal-vettural u karikatur ikunu
jistghu, dwar xi merkanzija partikolari, jaghmlu kif iridu kull
ftehim li jkun dwar ir-responsabbilta u l-obbligi ta’ vettural dwar
dik il-merkanzija, u dwar id-drittijiet u l-immunita tal-vettural dwar
 8      KAP. 140.h     GARRTAL-MERKANZIJABIL-BAHAR
dik il-merkanzija, jew dwar l-obbligu tieghu dwar li l-bastiment
ikun tajjeb ghall-bahar sa fejn ftehim bhal dan ma jkunx kuntrarju
ghall-ordni pubbliku, jew dwar l-attenzjoni jew diligenza ta’ l-
impjegati jew l-agenti tieghu dwar it-taghbija, maniggar, stivar,
garr, kustodja, hsieb u hatt tal-merkanzija trasportata bil-bahar,
izda f’dan il-kaz ebda polza tat-taghbija ma trid tkun giet jew tigi
mahruga u l-pattijiet miftehmin ghandhom jigu mdahhlin f’ricevuta
li ghandha tkun dokument mhux negozjabbli u ghandha tigi
mmarkata bhala tali.
Kull ftehim tali ghandu jkollu effett shih quddiem il-ligi:
Izda dan l-Artikolu ma ghandux japplika ghall-imbarki
kummercjali ordinarji maghmulin fil-kors solitu tan-negozju, imma
biss ghal dawk l-imbarki ohrajn meta n-natura u l-kondizzjoni tal-
haga li ghandha tingarr jew ic-cirkostanzi, pattijiet u
kondizzjonijiet li bihom il-garr ghandu jsir huma hekk li
ragonevolment jiggustifikaw ftehim specjali.
ARTIKOLU VII
Restrizzjoni dwar l-Applikazzjoni tar-Regoli
Ebda haga li tinsab hawnhekk ma ghandha timpedixxi vettural
jew karikatur milli jaghmel xi ftehim, stipulazzjoni, kondizzjoni,
riserva jew ezenzjoni dwar ir-responsabbilta u l-obbligi tal-vettural
jew tal-bastiment dwar telf jew hsara lill-merkanzija jew dwar il-
kustodja u hsieb u maniggar ta’ merkanzija, qabel it-taghbija fuq il-
bastiment u wara l-hatt minn fuq il-bastiment li bih il-merkanzija
tingarr bil-bahar.
ARTIKOLU VIII 
Restrizzjoni ta’ Obbligi
Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ma ghandhomx inaqqsu l-
jeddijiet u obbligi tal-vettural taht xi ligi li fiz-zmien tkun fis-sehh
dwar ir-restrizzjoni ta’ l-obbligi ta’ sidien ta’ bastimenti li jbahhru.
ARTIKOLU IX
Il-muniti msemmijin f’dawn ir-Regoli ghandhom jitqiesu li
jiswew bhallikieku kienu tad-deheb.
