 ZVILUPPSPECJALITA’AREI  .
KAPITOLU 149
ATT DWAR L-IZVILUPP SPECJALI TA’ AREI 
Biex jipprovdi ghall-istabilizzazzjoni tal-valuri u l-kontroll ta’ art f’arei
markati ghal zvilupp specjali mill-Gvern.
(18 ta’ Mejju, 1956)*
Sar ligi bl-ATT IX ta’ l-1956, kif emendat bl-Avviz Legali 4 ta’ l-1963;
u bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu fil-qosor. 
Arei. 
Tifsir.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra -
"Area Zviluppata Specjali" tfisser area li dwarha tkun saret
dikjarazzjoni mill-Ministru taht l-artikolu 3 ta’ dan l-Att;
"bini" tinkludi kull kostruzzjoni tkun li tkun; 
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xoghlijiet Pubblici.
Dikjarazzjoni mill-
Ministru li area 
hija Area ta’ 
Zvilupp Specjali. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
3. (1) Meta l-Gvern jimmarka area f’Malta ghall-akkwist
pubbliku biex tigi zviluppata ghal skop pubbliku, hlief dik biss ta’
ippjanar ta’ l-ibliet, il-Ministru responsabbli ghax-xoghlijiet
pubblici jista’ jiddikjara dik l-area bhala Area ta’ Zvilupp Specjali
ghall-finijiet ta’ dan l-Att.
(2) Hadd ma jista’ jitlob ebda prova ta’ l-iskop imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu minn barra d-dikjarazzjoni tal-
Ministru.
(3) Kull meta xi dikjarazzjoni ssir kif intqal fuq, id-Direttur
jordna li kopja ta’ dik id-dikjarazzjoni, flimkien ma’ dettalji
bizzejjed biex tkun maghrufa liema hija dik l-area, tkun pubblikata
fil-Gazzetta tal-Gvern u li titwahhal fuq it-tabella tal-Ghassa tal-
Pulizija jew ta’ kull Ghassa tal-Pulizija ta’ l-ibliet jew irhula fejn,
jew fil-limiti taghhom, l-area tinsab.
(4) Kopja ta’ din id-dikjarazzjoni, flimkien ma’ pjanta ta’ l-
area msemmija fid-dikjarazzjoni, tkun tista’ tigi spezzjonata mill-
pubbliku fl-Ufficcju tax-Xoghlijiet Pubblici, il-Belt Valletta, u fl-
ufficcji tad-distrett, jekk ikun hemm, ta’ l-ibliet jew irhula
msemmija fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
(5) Dikjarazzjoni maghmula bis-sahha ta’ dan l-artikolu
ghandha tibqa’ ssehh ghal zmien hames snin mid-data li fiha tkun
saret jekk ma tkunx giet imhassra qabel.
(6) Il-Ministru jista’, minn zmien ghal iehor, jemenda, iwaqqaf
jew ihassar kull dikjarazzjoni maghmula qabel minnu. Avviz ta’
dawn l-emendi, twaqqif jew thassir ghandu jigi mahrug fil-Gazzetta
tal-Gvern.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 306 tal-21 ta’ Mejju, 1956.
 2      KAP. 149.h    ZVILUPPSPECJALITA’AREI
Fil-kaz ta’ emenda ta’ din id-dikjarazzjoni, id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (3) u (4) ta’ dan l-artikolu jghoddu
bhal fil-kaz ta’ dikjarazzjoni gdida.
Effetti tad-
dikjarazzjoni.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
4. (1) Sa mid-data tal-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern
tad-dikjarazzjoni maghmula mill-Ministru kif mahsub fl-ahhar
artikolu qabel dan u sakemm dik id-dikjarazzjoni tibqa’ ssehh, id-
disposizzjonijiet li gejjin ta’ dan l-artikolu jghoddu dwar kull art
jew bini fl-Area ta’ Zvilupp Specjali.
(2) Hadd ma jista’ jippjanta jew itella’ bini jew izid l-gholi ta’
xi bini li jkun ga jezisti jew jaghmel xoghlijiet ohra f’art jew f’bini
jew fuq jew taht art jew bini hlief xoghlijiet ghal manutenzjoni
ordinarja f’kaz ta’ bini u xoghlijiet ghal koltivazzjoni ordinarja
f’kaz ta’ raba’ minghajr il-permess bil-miktub tad-Direttur li jista’
jichad li jaghti dak il-permess fid-diskrezzjoni tieghu:
Izda dwar l-arei msemmija fil-paragrafi A u B ta’ l-Iskeda li
tinsab ma’ dan l-Att ir-restrizzjonijiet maghmula b’dan is-
subartikolu ghandhom jitqiesu li kellhom effett sa mill-15 u mit-28
ta’ Novembru, 1955, rispettivament.
Kap. 88.
(3) Il-valur ta’ dik l-art jew bini li l-Gvern jakkwista b’xiri
assolut, ghall-finijiet tal-kumpens li ghandu jithallas taht l-
Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet ghal Skopijiet Pubblici izda
minkejja kull hag’ohra kuntrarja li hemm f’dik l-Ordinanza,
ghandu jkun il-valur ta’ l-art jew bini kif kien fid-data tal-
pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern tad-dikjarazzjoni maghmula
kif mahsub fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att jew, fil-kaz ta’ emenda ta’ dik
id-dikjarazzjoni li biha l-area li ghaliha dik id-dikjarazzjoni
tirreferixxi tkun tkabbret u rigward l-arei hekk mizjuda, il-valur
fid-data tal-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ dik l-emenda:
Izda dwar l-arei deskritti fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att
dak il-valur ta’ art jew bini inkluz fihom ghandu jkun il-valur li
kellhom fl-14 ta’ Lulju, 1955.
Id-Direttur tax-
Xoghlijiet Pubblici 
jista’ jirrilaxxa 
artijiet u bini mill-
hdim ta’ dan l-Att. 
5. Id-Direttur jista’ f’kull zmien b’kitba minn idejh jirrilaxxa
mill-hdim ta’ dan l-Att kemm ghal kollox jew taht dawk il-
kondizzjonijiet li jista’ jaghmel xi wahda jew izjed mill-artijiet jew
bini individwali u b’hekk id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, b’mod
konsistenti mal-kondizzjonijiet ta’ dan ir-rilaxx, ma jkomplux
ighoddu ghal dawk l-artijiet jew bini.
Il-Gvern ma jistax 
jigi obbligat li 
jakkwista artijiet u 
bini.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
6. Ebda haga f’dan l-Att ma ghandha tiftiehem li ggieghel
lill-Gvern li jakkwista xi art jew bini inkluzi fl-Area ta’ Zvilupp
Specjali: 
 ZVILUPPSPECJALITA’AREI  .
Kap. 88. 
Izda, sakemm dik l-art jew bini ma jkunux gew akkwistati
mill-Gvern jew rilaxxati mill-hdim ta’ dan l-Att fi zmien sena mid-
data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-Ministru maghmula
bis-sahha tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, is-sid,
wara dan iz-zmien u sakemm l-art jew il-bini ma jkunux gew
akkwistati mill-Gvern jew rilaxxati, ikollu l-jedd ghal kumpens
ghat-telf li jipprova li attwalment ikun bata minhabba s-
soggezzjoni ta’ l-art jew bini ghar-restrizzjonijiet maghmula b’dan
l-Att, izda l-ammont ta’ dan il-kumpens ma ghandu fl-ebda kaz
ikun izjed minn ammont daqs hamsa fil-mija fis-sena fuq il-valur
ta’ l-art jew bini, li jigi ffissat bhal fil-kaz ta’ akkwist wara li
jittiehed kont tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 4 ta’ dan l-Att. Il-
kumpens ghandu f’nuqqas ta’ ftehim jigi iffissat mill-Bord ta’
Arbitragg dwar Artijiet stabbilit taht id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet ghal Skopijiet Pubblici.
Ordni biex 
jitnehhew 
xoghlijiet mhux 
awtorizzati.
Emendat: 
XIII. 1983.4.
7. Kull min jippjanta jew italla’ xi bini jew izid l-gholi ta’ xi
bini li jkun ga jezisti jew jaghmel xoghlijiet ohra f’art jew f’bini
jew fuq jew taht art jew bini nkluzi f’Area ta’ Zvilupp Specjali hlief
dawk skond is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 4 ta’ dan l-Att ghandu
jnehhihom fi zmien ghaxart ijiem wara li jigi moghti lilu avviz
regolari ghaldaqshekk mid-Direttur; u, fil-kaz li l-avviz ma jigix
obdut, id-Direttur jista’ jordna li jigu mnehhija x-xoghlijiet bi
spejjez tal-persuna li tkun ghamlet ix-xoghol minghajr ebda
kumpens lilha u l-ispiza ta’ din it-tnehhija tigi rkuprata minghand
dik il-persuna bhala dejn civili u dik il-persuna barra minn dan tkun
hatja ta’ reat talli ma tkunx obdiet l-ordni hawn fuq imsemmi u
tehel, meta tinsab hatja, ammenda ta’ mhux izjed minn ghoxrin lira
(Lm20).
Disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att huma 
b’zieda ghal dawk 
ta’ ligijiet ohra. 
Kap. 88.
8. Dan l-Att ghandu, hlief safejn ma jkunx jaqbel mieghu,
jitqies b’zieda ma’ u mhux bi thassir tad-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet ghal Skopijiet Pubblici jew
ta’ xi ligi ohra u ebda haga li tinsab f’dan l-Att ma ghandha tolqot
b’xi mod il-jedd tal-Gvern li jakkwista jew xort’ohra jittratta dwar
xi art jew proprjeta skond dawk id-disposizzjonijiet u b’mod
partikolari l-jedd li jakkwista art jew proprjeta b’kull mod li ma
jkunx b’xiri assolut.
 4      KAP. 149.h    ZVILUPPSPECJALITA’AREI
SKEDA
A. Area li qieghda bejn il-Marsa, ir-Rahal Gdid u Hal Luqa u
li tmiss: 
Mit-Tramuntana  ma’ Triq is-Salib tal-Marsa, Xatt tal-
Mollijiet u Moll tal-Karpentiera;
Mil-Lvant  mat-Telgha ta’ Rahal Gdid, Triq Valletta
(Rahal Gdid) u Triq Brittanja (Rahal Gdid);
Min-Nofsinhar  ma’ Triq Palma, ic-Cimiterju ta’ l-
Addolorata , Sqaq ta’ Hal Saflieni u ma’ fond rurali tal-
Gvern maghruf bhala "Tal-Qtates";
Mill-Punent ma’ Triq Valletta (Hal Luqa), Triq it-Tigrija
tal-Marsa u sqaq li jaghti minn Triq it-Tigrija tal-Marsa
ghal Triq is-Salib tal-Marsa.
L-area hija mberfla bil-vjola fi pjanta li wiehed jista’ jara,
fuq talba, fl-Ufficcju tax-Xoghlijiet Pubblici, il-Belt
Valletta.
B. Area li qieghda l-Marsa u tmiss:
Mit-Tramuntana  mat-Triq ta’ Pintu u t-Telgha ta’
Spencer; 
Mill-Punent ma’ Triq is-Salib tal-Marsa;
Min-Nofsinhar u mil-Lvant mal-Port il-Kbir.
L-area hija mberfla bil-vjola fi pjanta li wiehed jista’ jara,
fuq talba, fl-Ufficcju tax-Xoghlijiet Pubblici, il-Belt
Valletta.
