PRODUZZJONITAL-PETROLEUM g K AP. 156.    1
KAPITOLU 156
Emendat:
XXV. 2000.36.
ATT DWAR IL-PRODUZZJONI TAL-
PETROLEUM
Emendat:
XXV. 2000.36.
Sabiex iqieghed f'idejn il-Gvern ta’ Malta l-proprjeta  tal-petroleum u
gass naturali f’Malta u sabiex jahseb dwar it-tiftix u t-tahfir ghal
petroleum u gass naturali u ghat-tehid taghhom u ghal skopijiet li
ghandhom x’jaqsmu mal-hwejjeg hawn fuq imsemmijin.
8 ta’ Marzu, 1958
L-ATT IV ta' l-1958 kif emendat bl-Ordinanza ta’ Emergenza VI ta’ l-
1958; bl-Ordinanzi: VI ta’ l-1959, XXV ta’ l-1962; bl-Att XV ta’ l-1965;
bl-Avviz Legali 46 ta’ l-1965; bl-Atti: XXXV ta’ l-1966, XX ta’ l-1969 u
LVIII ta’ l-1974.
Titolu fil-qosor.
Emendat:
XXV. 2000.36.
 1. It-titolu ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-Produzzjoni tal-
Petroleum. 
Tifsir.
Emendat: 
XV. 1965.2; 
XXXV. 1966.10;
XXV. 2000.36.
2. F’dan l-Att kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra -
"licenza" tfisser licenza moghtija bis-sahha ta’ dan l-Att u
tinkludi koncessjoni dwar estrazzjoni tal-petroleum;
"Malta" tfisser il-Gzira ta’ Malta, il-Gzira ta’ Ghawdex, il-
gzejjer l-ohra ta’ l-Arcipelagu Malti, u l-art taht l-ibhra territorjali; 
"Ministru" tfisser il-Prim Ministru ta’ Malta u jinkludi kull
Ministru, ufficjal pubbliku jew awtorita  li tkun awtorizzata minnu
minn zmien ghal zmien ghal xi skop ta’ dan l-Att;
"petroleum" tfisser il-Hydrocarbons naturali kollu f’forma
likwida jew forma ta’ gass inkluz zejt mhux mahdum, gass naturali,
asfalt, ozokerita u minerali bhal dawn u gazolina naturali.
Tqeghid tal- 
proprjeta  tal-
petroleum f’idejn 
il-Gvern ta’ Malta.
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2, 5;
XV. 1965.3;
XXV. 2000.36.
Kap. 9.
3. (1) Il-proprjeta  ta’ kull petroleum fil-kondizzjoni tieghu
naturali f’saffijiet kull fejn jinsab f’Malta hija hawnhekk b’dan l-
Att moghtija f’idejn il-Gvern ta’ Malta u l-jedd ghat-tiftix u t-
thaffir ghal pitrolju u t-tehid ta’ dak il-pitrolju ghandu jkun suggett
ghal licenza mahruga taht il-provvedimenti ta’ dan l-Att.
(2) Kull min, minghajr ma jkollu licenza skond dan l-Att jfittex
jew ihaffer ghal petroleum jew jiehu xi petroleum fuq, taht jew
minn xi artijiet f’Malta ikun hati minhabba biss li jkun ghamel hekk
u minghajr hsara ghal tahrika taht xi disposizzjoni ohra ta’ ligi, ta’
reat u jkun jista’ jehel, meta jinsab hati, multa ta’ mhux anqas minn
mitejn lira u mhux izjed minn hames mitt lira ghal kull gurnata li
fiha r-reat ikompli,liemamultaghandhatkun applikata  wkoll
ghall-finijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 377 tal-Kodici
Kriminali u barra dan, il-petroleum kollu hekk mehud jigi konfiskat
favur il-Gvern ta’ Malta. Izda ebda haga f’dan l-Att ma ghandha
tiftiehem li thedded b’xi piena lil xi hadd meta waqt li jkun ihaffer
legalment ghall-ilma jew waqt xi xoghlijiet ohra li jkunu skond il-
ligi johrog xi petroleum.
  2      KAP. 156. h         PRODUZZJONITAL-PETROLEUM
Kap. 16. 
(3) Il-projbizzjonijiet maghmulin minn jew taht dan l-Att u l-
jeddijiet moghtijin b’dan l-Att jew bis-sahha tieghu f’idejn il-
Gvern ta’ Malta, f’idejn il-Ministru, f’idejn xi ufficjal tal-Gvern, u
f’idejn detentur ta’ licenza skond dan l-Att ikollhom is-sehh kollu
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 323 tal-Kodici Civili jew
ta’ xi ligi ohra li ma taqbilx ma’ dawn il-projbizzjonijiet u jeddijiet:
Izda ebda haga f’dan l-Att ma ghandha tiftiehem li taghti,
jew li thalli lill-Ministru li jaghti, lil xi hadd, sew jekk ikun jidher
b’isem il-Gvern ta’ Malta jew le, xi jedd li huwa ma ghandux hlief
bis-sahha ta’ dan l-Att, li jidhol fuq xi art jew li jindahal dwarha.
Licenzi ghat-tiftix 
u tehid ta’ 
petroleum. 
Emendat: 
VI. 1958.2; 
XXV.1962.2, 5;
XV. 1965.4;
XXV. 2000.36.
4. (1) Il-Ministru jkollu s-setgha li jaghti lill-applikant li
jintghazel licenza ghat-tiftix u t-tahfir u t-tehid ta’ petroleum fuq,
taht jew minn xi artijiet f’Malta maghduda koncessjonijiet dwar
estrazzjoni tal-petroleum.
(2) Kull licenza bhal din tinghata b’dak il-hlas (b’royalty u/jew
xort’ohra) skond ma l-Ministru jista’ jistabbilixxi, u fuq dawk l-
arei ta’ art, ghal dawk iz-zminijiet u b’dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet ohrajn li jistghu jigu stipulati fis-sejha ghal
applikazzjonijiet.
(3) Minghajr hsara ghall-generalita  ta’ l-ahhar subartikolu
qabel dan, il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ xi licenza bhal din
jistghu b’mod partikolari, jinkludu provvediment ghall-hwejjeg li
gejjin:
(i) ir-rati ta’ royalties li ghandhom jithallsu dwar xi
petroleum miksub fil-qadi tal-jeddijiet moghtijin
bil-licenza, il-mod ta’ kalkolu ta’ l-ammont ta’
dawn ir-royalties u l-mod tal-hlas taghhom;
(ii) il-kera ta’ wicc l-art li ghandu jithallas dwar l-
arei ta’ l-art tal-licenza;
(iii) l-obbligi dwar il-hdim li jkun hemm mal-
licenza;
(iv) il-qsim bejn il-Gvern ta’ Malta u d-detentur tal-
licenza tal-qligh li jkun hemm mill-bejgh jew
tnehhija ta’ petroleum miksub fil-qadi tal-
jeddijiet moghtijin bil-licenza;
(v) l-ghoti minn zmien ghal zmien ta’ taghrif
permezz ta’ prospetti, rapporti, avvizi, rezokonti
ta’ xoghlijiet jew xort’ohra;
(vi) dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet ohra li jistghu
jigu specifikati fis-sejha ghal applikazzjonijiet.
(4) Il-Ministru ghandu, kemm jista’ jkun malajr wara li jkun ta
licenza skond dan l-artikolu, jara li taghrifa ta’ dan tigi pubblikata
fil-Gazzetta tal-Gvern u b’kull mod iehor bhal dak li jista’ jkun
mehtieg taht l-obbligazzjonijiet internazzjonali li jidhol fihom il-
Gvern li fiha jsemmi l-isem tad-detentur tal-licenza u l-inhawi ta’ l-
area li dwarhom tkun inghatat il-licenza.
(5) Is-sejha pubblika ghall-applikazzjonijiet imsemmija f’dan
l-artikolu ghandha tigi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern u b’kull
mod iehor hekk kif jista’ jigi preskritt, mill-anqas disghin jum
PRODUZZJONITAL-PETROLEUM g K AP. 156.    3
qabel id-data ta’ l-eghluq ghal dawk l-applikazzjonijiet. 
(6) Il-hrug tas-sejha ghall-applikazzjonijiet u l-ghoti ta’
licenza taht dan l-artikolu ghandhom ukoll ikunu suggetti ghal
dawn il-kriterji li gejjin:-
(a) il-kapacita  teknika u finanzjarja ta’ applikant;
(b) il-mod li bih applikant jipproponi li jipprospetta,
jesplora jew idahhal fil-produzzjoni l-area geografika
li tkun is-suggett tas-sejha ghall-applikazzjonijiet; u
(c) konsiderazzjonijiet ekonomici u finanzjarji.
(7) Il-hrug ta’ sejha pubblika ghall-applikazzjonijiet u l-ghoti
ta’ licenza taht dan l-Att ghandhom ikunu jharsu kull provvediment
tal-ligi li jirregola r-regoli dwar l-akkwisti u l-kompetizzjoni li
jistghu minn zmien ghal zmien ikunu fis-sehh.
Setgha ghall-
eghmil ta’ 
regolamenti.
Emendat:
Vl. 1958.2;
XXV. l962.2;
XV. 1965.5; 
A.L. 46 ta’ l-1965;
XX. 1969.2;
XXV. 2000.36.
5. (1) Bla hsara ghall-provvedimenti ta’ dan l-Att u ghal kull
obbligazzjoni internazzjonali li l-Gvern jidhol fiha, il-Ministru
jista’ jaghmel regolamenti b’mod generali biex jirregolaw l-
esplorazzjoni, tfittix u estrazzjoni tal-petroleum f’Malta, inkluz it-
thaffir ghal petroleum u l-produzzjoni tieghu u l-konservazzjoni
tar-rizorsi tal-petroleum ta’ Malta, u ghall-esekuzzjoni ta’ kull
wahda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u b’mod partikolari, izda
minghajr hsara ghall-generalita  ta’ dak li nghad qabel, dawk ir-
regolamenti jistghu jippreskrivu -
(a) il-mod kif u minn min jistghu jsiru applikazzjonijiet
ghal licenzi skond dan l-Att;
(b) id-drittijiet li ghandhom jithallsu fuq kull
applikazzjoni tali;
(c) il-kondizzjonijiet dwar id-daqs u l-format ta’
lokalitajiet li relattivament ghalihom jistghu jinghataw
licenzi;
(d) klawzoli modelli li ghandhom, jekk il-Ministru ma
jidhirlux li ghandu jimmodifika jew jeskludi f’xi kaz
partikolari, jigu inkorporati f’kull licenza tali;
(e) kull haga li tenhtieg jew li tista’ tigi preskritta taht dan
l-Att,
Kap. 9. 
u jista’ jipprovdi biex jigu stabbiliti l-pieni ghall-ksur ta’
kwalunkwe wahda mid-disposizzjonijiet taghhom, liema pieni
jistghu jinkludu multa jew ammenda ta’ mhux izjed minn elf lira
jew fil-kaz ta’ reat kontinwu ta’ mhux izjed minn hames mitt lira
ghal kull gurnata li matulha jkompli r-reat; u jistghu jsiru
regolamenti differenti ghal kull xorta differenti ta’ licenza.
Kwalunkwe piena stabbilita bir-regolamenti dwar reat kontinwu
ghandha tkun applikabbli wkoll ghall-finijiet ta’ l-artikolu 377(3)
tal-Kodici Kriminali.
(2) Ir-regolamenti maghmulin skond dan l-artikolu ghandhom
jitqieghdu quddiem il-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr
wara li jkunu saru, u jekk il-Kamra tad-Deputati, fi zmien tmienja u
ghoxrin gurnata wara li dawk ir-regolamenti jkunu gew imqeghdin
quddiemha, tghaddi rizoluzzjoni illi r-regolamenti ghandhom
  4      KAP. 156. h         PRODUZZJONITAL-PETROLEUM
jithassru, ir-regolamenti minn dak il-hin ma jkunux ighoddu, izda
minghajr hsara ghal kull haga qabel maghmula tahthom jew ghall-
eghmil ta’ regolamenti godda:
Izda fil-kalkolu ta’ l-imsemmijin tmienja u ghoxrin gurnata
ma ghandu jinghadd ebda zmien ta’ tmient ijiem jew izjed
konsekuttivi li jghaddu bejn xi zewg laqghat ta’ wara xulxin tal-
Kamra tad-Deputati.
Akkwisti ta’ art. 
Emendat: 
VI. 1959.3;
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68. 
Kap. 88.
6. (1) Kull min ikun inghata lilu licenza skond dan l-Att jista’
jitlob lill-President ta’ Malta il-permess li jezamina xi bicca art
minnu msemmija bil-hsieb li tkun tista’ tigi akkwistata f’isem l-
applikant u ghall-uzu tieghu, u jekk fil-fehma tal-President ta’
Malta l-ezami ta’ dik l-art bil-hsieb li tkun tista’ tigi akkwistata
huwa mehtieg sabiex l-applikant ihaddem il-licenza jew ihaddimha
ghal kollox, il-President ta’ Malta jista’ jiddikjara li huwa mixtieq
illi dik l-art tkun ezaminata. Meta tkun saret dikjarazzjoni bhal dik,
l-Accountant General jista’ jaghti taht is-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 8 ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet ghal Skopijiet
Pubblici jew taht xi ligi ohra li temenda dak is-subartikolu jew li
ssir minfloku, dawk is-setghat li jinhtiegu kif jixraq mill-applikant.
Kap. 88.
(2) Jekk minhabba xi ezami bhal dak imsemmi fil-paragrafu ta’
hawn qabel, jidher lill-President ta’ Malta li dik l-art ghandha tigi
akkwistata f’isem l-applikant jew ghall-uzu tieghu, il-President ta’
Malta jista’ jiddikjara li dik l-art hi mehtiega ghal skop pubbliku
kif imfisser fl-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet ghal Skopijiet
Pubblici jew f’xi ligi li tbiddel dik l-Ordinanza jew li ssir
minflokha, u meta tkun saret dikjarazzjoni bhal dik, l-Accountant
General jista’, meta jasal iz-zmien, jaghmel kull ma jkun mehtieg
sabiex jakkwista l-art kif hemm f’dik l-Ordinanza jew f’xi ligi ohra
kif inghad.
(3) Qabel ma tinghata setgha ghall-ezami u qabel ma art tigi
akkwistata ghal xi hadd jew ghall-uzu tieghu taht id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-Accountant General ghandu
jitlob lilu sabiex jaghmel ftehim mieghu li jipprovdi b’sodisfazzjon
ta’ l-Accountant General ghal dawn il-hwejjeg li gejjin:
(a) il-hlas lill-Accountant  General tan-nefqa dwar l-
akkwist maghdudin l-ispejjez kollha incidentali u d-
depozitu ghand l-Accountant General akkont tal-hlas li
ghandu hekk isir ta’ kull ammont ta’ flus li jghid l-
Accountant General;
(b) it-trasferiment, wara dak il-hlas, ta’ l-art lil dik il-
persuna;
(c) il-pattijiet li bihom l-art ghandha tinzamm minn dik il-
persuna;
(d) meta l-akkwist ikun mehtieg ghal kostruzzjoni ta’ xi
xoghol jew xoghlijiet, iz-zmien li fih u il-
kondizzjonijiet li bihom ix-xoghol jew xoghlijiet
ghandhom jinbdew, jitmexxew u jinzammu, u l-
pattijiet (jekk ikun hemm) li bihom il-pubbliku jkollu
l-jedd li jaghmel uzu mix-xoghol jew xoghlijiet jew li
jakkwistah jew jakkwistahom; u
PRODUZZJONITAL-PETROLEUM g K AP. 156.    5
Kap. 88. 
(e) kull meta, tkun saret xi haga jew tista’ ssir xi haga taht
id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 8
ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet ghal
Skopijiet Pubblici jew taht xi disposizzjoni ta’ ligi li
tbiddel lil dak is-subartikolu jew li ssir minfloku, mill-
Accountant General jew f’ismu, il-hlas lill-Accountant
General ghall-hsara kollha, li ghandhom ikunu iffissati
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dak l-
artikolu.
Kap. 88. 
(4) Il-kelmiet u l-frazijiet li jinsabu f’dan l-artikolu ghandhom,
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma titlobx xort’ohra, ikollhom l-
istess tifsira bhal ma ghandhom fl-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’
Artijiet ghal Skopijiet Pubblici jew f’xi ligi ohra li temenda lil dik
jew issir minflokha.
