DEKONTROLL TA’ DJAR g KAP. 158.    1
KAPITOLU 158
ORDINANZA LI TNEHHI L-KONTROLL 
TAD-DJAR
 Biex tahseb ghat-tnehhija tal-kontroll u ghar-registrazzjoni ta’ certi
djar ta’ abitazzjoni, u ghall-hwejjeg li ghandhom x’jaqsmu ma’ hekk, u li
tippermetti aggustament fil-kera li ghandu jithallas dwar dar ta’
abitazzjoni kontrollata meta jkunu saru miljoramenti bil-kunsens tal-
kerrej.
10 ta’ April, 1959
L-ORDINANZA XIXA ta’ l-1959, kif emendata bl-Avviz Legali 4 ta’ l-
1963; bl-Atti: XXIX ta’ l-1965, XXXI ta’ l-1966, XLVIII ta’ l-l972, XXXVII
ta’ l-1973; bl-Avviz Legali 148 ta’ l-1975; bl-Att XXIII ta’ l-1979; bl-
Avvizi Legali: 10 ta’ l-1980, 14 ta’ l-1981, 15 ta’ l-1982, 16 ta’ l-1983, 18
ta’ l-1984, 2 ta’ l-1985, 4 ta’ l-1986; bl-Att XXXVII ta’ l-1986; bl-Avvizi
Legali: 10 ta’ l-1987, 20 ta’ l-1988; bl-Att XXVIII ta’ l-1988; u bl-Avvizi
Legali: 26 ta’ l-1989, 31 ta’ l-1990, 31 ta’ l-1991, 29 ta’ l-1992, 46 ta’ l-
1993, 36 ta’ l-1994 u 29 ta’ l-1995; bl-Att XXXI ta’ l-1995; bl-Avvizi
Legali 25 ta’ l-1996, 29 ta’ l-1997, 76 ta’ l-1998, 64 ta’ l-1999 u 31 ta’ l-
2000; bl-Att IX ta’ l-2000 u bl-Avvizi Legali 30 ta’ l-2001, 46 ta’ l-2002,
73 ta’ l-2003 u 90 ta’ l-2004.
Titolu.
Emendat:
XXIX. 1965.2.
1. It-titolu ta’ din l-Ordinanza hu Ordinanza li Tnehhi l-
Kontroll tad-Djar.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXIX. 1965.2; 
XXXVII.1973.2.
XXIII. 1979.2;
XXXVII. 1986.2.
Kap. 69.
2. F’din l-Ordinanza u f’kull regolamenti maghmula bis-
sahha taghha, hlief safejn ir-rabta tal-kliem ma tfissirx xort’ohra -
"il-Bord" tfisser il-Bord li jirregola l-Kera mwaqqaf bis-sahha ta’
l-artikolu 16 ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta’ Bini; 
"dar ta’ abitazzjoni" tfisser bini jew parti minn bini mibdi jew
adattat strutturalment biex jigi okkupat bhala abitazzjoni separata;
"dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll" tfisser dar ta’
abitazzjoni registrata mill-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3;
"gurnata stabbilita" tfisser il-gurnata li fiha din l-Ordinanza
tidhol fis-sehh;
"hlas dwar hsara tal-gwerra" tfisser hlas tan-nefqa ta’ xoghlijiet
kif imfissra fl-Ordinanza dwar il-Hsarat tal-Gwerra*;
Kap. 116.
"kera xierqa" tfisser il-kera li jkun gie stabbilit jew li jigi
stabbilit mill-Bord dwar dar ta’ abitazzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li Trazzan il-Kera fuq id-Djar;
"kerrej" tinkludi -
(a) l-armla jew l-armel ta’ kerrej kemm-il darba r-ragel u
l-mara ma kienux, fiz-zmien tal-mewt tal-kerrej,
separati legalment jew de facto; u
*L-Ordinanza dwar il-Hsarat tal-Gwerra (Ordinanza Nru. III ta’ l-1943) giet
imhassra bl-Att li jhassar l-Ordinanza dwar il-Hsarat tal-Gwerra (Kap. 289).
 2      KAP. 158.h     DEKONTROLL TA’ DJAR
(b) meta l-kerrej ma jhallix armla jew armel, dawk il-
membri tal-familja tal-kerrej li kienu residenti mieghu
jew maghha fiz-zmien tal-mewt tieghu jew taghha; u
(c) kull sullokatur dwar il-kerrej:
Izda ghall-finijiet ta’ l-artikoli 5 u 12, "kerrej" ma ghandha
tinkludi ebda wahda mill-persuni inkluzi taht il-paragrafu (b) jew
(c) ta’ din it-tifsira izda ghandha tinkludi, minflok, ulied, u hu jew
oht, il-kerrej li ma jkunux mizzewga u li jkunu jirrisjedu mal-kerrej
fi zmien mewtu jew mewtha u l-axxendent tal-kerrej li jkun hekk
ighix mal-kerrej;
"kirja" tinkludi -
(a) kull koncessjoni enfitewtika jew sub-enfitewtika ghal
zmien ta’ mhux izjed minn sittax-il sena;
(b) minkejja kull patt kuntrarju, kull ftehim li bis-sahha
tieghu xi persuna giet imqieghda f’xi dar ta’
abitazzjoni minhabba fi hlas perijodiku rikorrenti; u
(c) kull ftehim iehor li bih xi dritt reali jew personali fuq
xi dar ta’ abitazzjoni, liema dritt jinkludi dak ta’
okkupazzjoni ta’ dik id-dar ta’ abitazzjoni, jinghata
b’titolu oneruz jew kommutattiv ghal xi zmien, kemm
jekk dak iz-zmien jigi stabbilit billi tissemma xi
gurnata specifikata jew kemm jekk jista’ jigi stabbilit
b’riferenza ghal xi grajja futura li tkun zgura jew li ma
tkunx zgura;
"miljoramenti" tinkludi bdil, zidiet jew estensjonijiet strutturali u
l-provdiment ta’ fixtures jew fittings, izda ma tinkludi ebda tibjid,
zebgha jew tiswija;
Kap. 69.
Kap. 116.
"l-Ordinanzi dwar il-Kera" tfisser l-Ordinanza li tirregola t-
Tigdid tal-Kiri ta’ Bini u l-Ordinanza li Trazzan il-Kera fuq id-
Djar; 
"preskritt" tfisser preskritt b’regolament skond l-artikolu 15;
"proprjetarju" uzata dwar dar ta’ abitazzjoni tfisser il-persuna
jew kull wahda mill-persuni li jkollhom dritt ghal dik id-dar ta’
abitazzjoni bi proprjeta assoluta, enfitewsi, sub-enfitewsi, jew
uzufrutt:
*Izda fl-artikolu 3(d) u, ghall-finijiet ta’ u dwar dak il-
paragrafu, f’kull disposizzjoni ohra ta’ din l-Ordinanza,
"proprjetarju" uzata dwar dar ta’ abitazzjoni tfisser il-persuna jew
kull wahda mill-persuni li jkollhom dritt ghal dik id-dar ta’
abitazzjoni bi proprjeta assoluta jew b’enfitewsi jew sub-enfitewsi
perpetwa jew b’uzufrutt, izda, f’dan l-ahhar kaz, biss jekk fit-
tmiem ta’ l-uzufrutt, in-nudu proprjetarju jkollu d-dritt ghal dik id-
dar ta’ abitazzjoni bi proprjeta assoluta jew b’enfitewsi jew sub-
enfitewsi perpetwa;
"sid il-kera" tinkludi kull persuna li jkollha titolu bis-sahha ta’
sid il-kera originali;
"tiswijiet" tfisser dawk it-tiswijiet li sid il-kera ghandu jaghmel
ghas-spejjez tieghu;
DEKONTROLL TA’ DJAR g KAP. 158.    3
Kap. 110.
"Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet" tfisser l-ufficjal mahtur
mill-Prim Ministru bhala Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
ghall-fini ta’ l-Ordinanza dwar il-Valutazzjoni ta’ Artijiet Mibnija;
"zieda fl-inflazzjoni" tfisser iz-zieda fl-inflazzjoni stabbilita bil-
mod provdut fl-artikolu 13;
"zmien ta’ kera" tfisser zmien li dwaru jkun irid isir hlas ta’ kera. 
Registrazzjoni ta’ 
djar ta’ abitazzjoni 
mnehhija mill-
kontroll. 
Emendat:
XXIX. 1965.2;
XXVIII. 1988.8.
3. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6 l-Ufficjal
tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet fuq talba ta’ proprjetarju maghmula
b’dak il-mod li jkun preskritt, ghandu jirregistra bhala dar ta’
abitazzjoni mnehhija mill-kontroll kull dar ta’ abitazzjoni li -
(a) ma tkunx kompluta jew lesta ghall-uzu bhala dar ta’
abitazzjoni fil-gurnata stabbilita; jew
(b) ghalkemm kompluta jew lesta ghall-uzu bhala dar ta’
abitazzjoni fil-gurnata stabbilita, ma tkunx giet
okkupata bhala dar ta’ abitazzjoni f’dik il-gurnata jew
qabilha; jew
(c) tkun kompluta jew lesta ghall-uzu wara l-gurnata
stabbilita billi jsir bdil strutturali li jbiddel dar ta’
abitazzjoni wahda jew izjed f’numru akbar ta’ djar ta’
abitazzjoni; jew
(d) kienet fl-1 ta’ Marzu, 1959, okkupata minn
proprjetarju bhala r-residenza tieghu ordinarja u
baqghet hekk okkupata sal-gurnata stabbilita, din il-
gurnata inkluza; jew
Kap. 328.
(e) kienet giet akkwistata taht skema bhal dik imsemmija
fl-Att biex ihajjar Persuni jsiru Sid Darhom, u li
dwarha il-jedd biex tigi registrata bhala dar ta’
abitazzjoni mnehhija mill-kontroll ikun inghata bhala
incentiv skond dak l-Att; jew
(f) tkun, fid-data meta ssir l-applikazzjoni, okkupata mis-
*Dan il-proviso gie mizjud bl-Att XXXVII ta’ l-1973 li kien fih id-
disposizzjonijiet li gejjin:
"4. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu, ebda haga f’dan l-Att ma tolqot xi registrazzjoni li tkun saret
validament, mill-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet skond l-artikolu 3 tal-
ligi principali qabel il-bidu fis-sehh ta’ dan l-Att. 
(2) B’dak kollu li jinsab f’kull disposizzjoni ohra tal-ligi principali, kull
registrazzjoni bhala dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll maghmula mill-
Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet skond il-ligi principali qabel il-bidu fis-
sehh ta’ dan l-Att ghandha tkun bla effett, u kull dar hekk registrata ghandha
titqies li la hi u lanqas qatt kienet dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll,
jekk dik ir-registrazzjoni tkun saret wara l-hrug ta’ ordni ta’ rekwizizzjoni
skond l-Att dwar id-Djar relattivament ghal dik id-dar u jekk - 
(a) id-dar tkun wahda specifikata fil-paragrafu (d) ta’ l-artikolu 3
tal-ligi principali; jew
(b) fil-kaz ta’ kull dar ohra, persuna tkun giet imqeghda fiha jew
tkun xort’ohra baqghet tokkupaha qabel il-bidu fis-sehh ta’ dan
l-Att,
u f’kull kaz bhal dan kull dar bhal dik ghandha titqies li dejjem baqghet dar
rekwizizzjonata."
 4      KAP. 158.h     DEKONTROLL TA’ DJAR
sid bhala residenza ordinarja tieghu u tkun giet hekk
okkupata minnu, taht kull titolu, matul il-perijodu ta’
ghaxar snin minnufih qabel id-data ta’ l-applikazzjoni.
Ghal finijiet ta’ dan il-paragrafu l-espressjoni
"residenza ordinarja" ma tinkludix residenza tas-sajf.
Appelli minn 
decizjonijiet ta’ l-
Ufficjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-
Artijiet. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
4. (1) Kull persuna aggravata b’ordni ta’ l-Ufficjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet li jirrifjuta li jirregistra dar ta’ abitazzjoni
bhala dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll tista’ tappella lill-
Bord.
(2) L-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ghandu f’kull kaz
ikun konvenut fl-appell.
(3) Ebda appell ma ghandu jsir mid-decizjoni tal-Bord hlief fuq
punt ta’ ligi deciz mill-Bord.
(4) Appell skond is-subartikolu (3) ghandu jingieb quddiem il-
Qorti ta’ l-Appell.
(5) Appelli skond is-subartikolu (1) jew skond is-subartikolu
(3) ghandhom isiru b’dak il-mod u eghluq dak iz-zmien u skond
dawk ir-regoli ta’ proceduri l-ohra li jstghu jkunu preskritti.
Postijiet imnehhija 
mill-kontroll u 
Ordinanzi dwar il-
Kera.
Emendat: 
XXIX. 1965.2;
Sostiwit:
XXIII. 1979.3.
Kap. 69.
5. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet li gejjin ta’ dan l-
artikolu u ta’ l-artikolu 6, id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanzi dwar
il-Kera ma ghandhom jghoddu ghal ebda dar ta’ abitazzjoni
mnehhija mill-kontroll mill-gurnata li fiha d-dar tkun registrata
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3.
(2) Meta fit-tmiem ta’ kirja ta’ dar ta’ abitazzjoni mnehhija
mill-kontroll (sew jekk dak iz-zmien ikun skond il-ftehim, legali,
skond l-uzu jew xort’ohra) il-kerrej ikun cittadin ta’ Malta u jkun
jokkupa d-dar bhala r-residenza ordinarja tieghu, id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ghandu jkollhom effett u d-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta’
Bini ghandhom japplikaw ukoll izda biss safejn dawn ma jkunux
inkonsistenti ma’ l-imsemmija disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(3) Id-disposizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (2) huma:
(a) Ikun kontra l-ligi li sid il-kera ta’ dar ta’ abitazzjoni
jirrifjuta li jgedded il-kirja hlief f’xi wahda mic-
cirkostanzi msemmija fil-paragrafu (b), u jkun kontra
l-ligi wkoll li dan jgholli l-kera, jew jimponi
kondizzjonijiet godda ghat-tigdid tal-kirja, hlief kif
provdut fil-paragrafi (c) u (d).
(b) Sid il-kera jista’ biss jirrifjuta li jgedded il-kirja, u
jista’ biss jiehu lura l-pussess tad-dar, meta tintemm il-
kirja, jekk juri ghas-sodisfazzjon tal-Bord, b’rikors
biex jiehu lura l-pussess, li matul iz-zmien tal-kirja, il-
kerrej kien naqas li jhallas il-kera dovut minnu ghal
zewg skadenzi jew iktar fi zmien hmistax-il gurnata
minn dak in-nhar li sid il-kera jkun talbu biex ihallas,
jew ghax ikun ghamel hafna hsara fid-dar, jew ghax
xort’ohra jkun naqas milli jhares il-kondizzjonijiet tal-
kirja jew l-obbligi tieghu tahtha, jew ghax ikun uza l-
DEKONTROLL TA’ DJAR g KAP. 158.    5
fond xort’ohra milli principalment bhala r-residenza
ordinarja tieghu.
(c) Il-kera li ghandu jithallas taht l-istess kirja wara d-data
ta’ l-ewwel tigdid tal-kirja li jsir bis-sahha ta’ dan is-
subartikolu jista’ jizdied minn sid il-kera, meta jsir dak
it-tigdid u wara t-tmiem ta’ kull hmistax-il sena li tigi
wara sakemm il-kirja tibqa’ favur l-istess kerrej,
b’daqstant mill-kera li kien jithallas minnufih qabel
dak it-tigdid jew qabel ma jibda kull perijodu
sussegwenti ta’ hmistax-il sena, li jkun ammont li ma
jeccedix l-imsemmi kera, li jirrapprezenta bi
proporzjon ghal dak il-kera z-zieda fl-inflazzjoni mis-
sena li l-kera li ghandu jizdied kien l-ahhar stabbilit.
(d) Meta, fid-data jew qabel id-data ta’ xi tigdid ta’ kirja
ta’ dar ta’ abitazzjoni, sid il-kera jipprezenta fir-
Registru tal-Bord, certifikat, iffirmat minn arkitett u
inginier civili u li jkun accettat bhala jaqbel mal-fatti
mill-kerrej jew ikun gie hekk dikjarat mill-Bord fuq
rikors li jsir minn sid il-kera fejn jitlob dik id-
dikjarazzjoni, li juri li d-dar tkun fi stat tajjeb ta’
tiswija, it-tiswijiet kollha u l-manutenzjoni kollha
ghandhom minn hemm ’il quddiem, u sakemm tibqa’ l-
kirja favur l-istess kerrej, ikunu r-responsabbilta tal-
kerrej.
(4) Id-disposizzjonijiet li gejjin ta’ dan is-subartikolu ghandu
jkollhom effett dwar il-kirjiet ta’ djar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-
kontroll meta l-kerrej ikun cittadin ta’ Malta. L-imsemmija
disposizzjonijiet huma:
(a) Meta l-kirja ta’ dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-
kontroll tkun giet imgedda kif provdut fis-subartikolu
(3) jew taht l-artikolu 12(3), jew tkun saret taht is-
subartikolu (2) ta’ l-imsemmi artikolu, ikun kontra l-
ligi li sid il-kera ta’ xi dar bhal dik jitlob minghand xi
cittadin ta’ Malta, taht kirja li ssir wara, kera li jkun
oghla mill-ammont li kien ikollu jithallas bhala kera
kieku l-kerrej li favur tieghu l-kirja tkun ghall-ewwel
darba hekk giet imgedda jew tkun hekk saret, baqa’ l-
kerrej ta’ dik id-dar; u kull ammont akbar li jithallas
ikun jista’ jingabar lura minghand sid il-kera.
(b) Ikun kontra l-ligi li sid il-kera jitlob il-hlas ta’ kera li
jkun suggett ghal tibdil f’xi zmien qabel ma tintemm
il-kirja, sew jekk it-tibdil ikun minhabba zieda sew
jekk ikun minhabba tnaqqis f’dak il-kera; u meta l-
kirja ta’ dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll issir
suggetta ghal dak it-tibdil il-kera li ghandu jithallas
dwar dik il-kirja ghandu, minkejja ftehim kuntrarju,
ikun l-inqas rata li ghandha tithallas ghal xi parti taz-
zmien tal-kirja, u kull ammont li jithallas zejjed jista’
jingabar lura minghand sid il-kera.
(c) Ikun kontra l-ligi li sid il-kera jimponi kondizzjoni li
tehtieg li t-tiswijiet ta’ dar ta’ abitazzjoni jkunu
 6      KAP. 158.h     DEKONTROLL TA’ DJAR
responsabbilta tal-kerrej kemm-il darba l-kirja ma
tkunx bil-miktub u certifikat kif imsemmi fis-
subartikolu (3)(d) ma jkunx anness ma’ l-att tal-kirja.
(d) Meta d-dar ta’ abitazzjoni tinkera bl-ghamara -
(i) jekk il-kirja ssir qabel il-21 ta’ Gunju, 1979, il-
kerrej ikollu jedd, f’kull zmien li ma jkunx qabel
sena wara l-imsemmija data, li jitlob li, b’effett
mill-eghluq ta’ sitt xhur wara d-data ta’ dik it-
talba, il-kirja tibqa’ biss dwar il-bini u li hu
jhallas biss dik il-parti tal-kera li tkun tirreferi
ghall-bini kif jista’ jigi miftiehem bejnu u bejn
sid il-kera, jew jekk ma jkunx hemm ftehim bhal
dak, kif il-Bord jista’ jistabbilixxi fuq rikors li
jsir minn xi wiehed minnhom;
(ii) jekk il-kirja ssir wara l-imsemmija data, il-kirja
ghandha tiddistingwi bejn il-parti tal-kera
miftehma dwar id-dar u l-parti miftehma dwar l-
ghamara u oggetti ohra tad-dar; u l-kerrej ikollu
jedd, f’kull zmien li ma jkunx qabel sena mid-
data li fiha jkun ghall-ewwel darba okkupa d-dar
mikrija, jitlob ix-xoljiment tal-kirja ta’ l-
ghamara u ta’ l-oggetti l-ohra tad-dar, u b’effett
minn meta jghaddu sitt xhur wara d-data tat-
talba jkollu jedd ghax-xoljiment ta’ dik il-kirja u
li jhallas biss il-kera miftiehem dwar id-dar;
(iii) meta kirja ssir bi ksur tas-sub-paragrafu (ii) ta’
dan il-paragrafu, ebda kera jew kumpens iehor
ma jkollu jithallas lill-proprjetarju sa dak iz-
zmien li d-disposizzjonijiet ta’ dak is-sub-
paragrafu jkunu mharsa; u kull somom li
jithallsu bhala kera jew kumpens iehor u li ma
jkollhomx jithallsu kif intqal qabel ikunu jistghu
jingabru lura minghand sid il-kera;
(iv) il-jeddijiet moghtija bid-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan il-paragrafu jkunu japplikaw ukoll,
mutatis  mutandis,  dwar kull ftehim li jirreferi
ghal ghamara jew oggetti ohra tad-dar meta dak
il-ftehim ikun hekk marbut mal-kirja ta’ dar ta’
abitazzjoni mnehhija mill-kontroll li ghaliha
japplika dan is-subartikolu li l-imsemmija kirja
ma kenitx issir kieku ma sarx ukoll l-imsemmi
ftehim.
(5) Bla hsara ghal kull ftehim li jkun sar qabel il-21 ta’ Gunju,
1979, u bla hsara ghall-jeddijiet li kerrej jista’ jkollu dritt ghalihom
skond dan l-artikolu wara l-imsemmija data, id-disposizzjonijiet
tas-subartikoli (2) u (3) ghandhom japplikaw ukoll ghalkemm iz-
zmien tal-kirja jkun ghalaq qabel dik id-data jekk il-kerrej ikun
ghadu jokkupa d-dar bhala r-residenza ordinarja tieghu f’dik id-
data.
DEKONTROLL TA’ DJAR g KAP. 158.    7
Eccezzjonijiet.
Emendat:
XXIX. 1965.2;
XLVIII. 1972.2; 
XXXVII. 1973.3. 
6. (1) L-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ma ghandu
jirregistra bhala dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll skond
din l-Ordinanza ebda dar ta’ abitazzjoni specifikata fl-artikolu 3(a),
(b) jew (c) jekk ikunu jew kienu provduti fondi bi hlas dwar hsara
tal-gwerra jew b’donazzjoni mill-Gvern ghall-bini jew bdil
strutturali taghha skond ma hemm imsemmi fl-artikolu 3(c) jew
jekk l-art li fuqha tkun mibnija tkun inghatat b’enfitewsi jew sub-
enfitewsi mill-Gvern wara s-6 ta’ Dicembru, 1972, kemm-il darba
fl-att ta’ l-enfitewsi jew sub-enfitewsi ma jigix dikjarat li din id-
disposizzjoni ma ghandhiex tapplika ghal bini li jinbena fuq l-art
moghtija b’dak l-att.
Kap. 125. 
*(2) Meta dar specifikata fl-artikolu 3(d) tkun rekwizizzjonata
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Djar u fiz-zmien tal-
hrug ta’ l-ordni ta’ rekwizizzjoni ma tkunx registrata bhala dar ta’
abitazzjoni mnehhija mill-kontroll skond din l-Ordinanza, l-
Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ma ghandux jirregistra dik id-
dar bhala dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll jekk l-
applikazzjoni xierqa ghar-registrazzjoni ta’ dik id-dar bhala dar ta’
abitazzjoni mnehhija mill-kontroll ma ssirx fi zmien hmistax-il
gurnata wara notifika ta’ avviz, moghti mis-Segretarju tad-Djar lil
xi wiehed mill-proprjetarji li jkollu dritt japplika ghall-imsemmija
registrazzjoni, li bih jgharraf lil dak il-proprjetarju bil-hrug ta’ l-
ordni tar-rekwizizzjoni u li fih jipproduci d-disposizzjonijiet ta’
dan is-subartikolu, jew jekk dik l-applikazzjoni, ghalkemm issir fl-
imsemmi zmien, ma titmexxiex ’il quddiem bil-diligenza xierqa.
*(3) Kull registrazzjoni li tkun saret mill-Ufficjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet f’kull kaz li ghalih ma japplikax l-
artikolu 3 jew f’kull kaz li b’dan l-artikolu hu ma ghandux jaghmel
tkun bla effett u dik id-dar ghandha, b’dak kollu li jinsab f’kull
disposizzjoni ohra ta’ din l-Ordinanza, titqies li la hi u lanqas qatt
kienet dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll.
(4) Meta dar ta’ abitazzjoni specifikata fl-artikolu 3 tkun
suggetta ghal kirja fil-gurnata stabbilita, ir-registrazzjoni taghha
skond dak l-artikolu jkollha ssehh biss, ghall-finijiet ta’ l-artikolu 5
mill-gurnata li fiha l-proprjetarju jkollu dritt ghall-pussess ta’ dik
id-dar ta’ abitazzjoni vojta meta tkun spiccat dik il-kirja.
Projbizzjoni ta’ 
rigali tibqa’ dwar 
djar ta’ abitazzjoni 
li xort’ohra jkunu 
mnehhija mill-
kontroll. 
Emendat:
XXIX. 1965.2; 
XXIII. 1979.4.
Kap. 69.
Kap. 116.
7. Dwar l-ghoti, tigdid jew tkomplija f’kull zmien matul il-
perijodu ta’ tliet snin li jibdew fil-gurnata stabbilita jew f’kull
zmien wara l-20 ta’ Gunju, 1979, kirja ta’ dar ta’ abitazzjoni li
ghaliha xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanzi dwar il-Kera
ma jghoddux minhabba biss id-disposizzjonijiet li jigu qabel ta’ din
l-Ordinanza ghandha tigi meqjusa bhala li l-artikolu 8 ta’ l-
Ordinanza li Trazzan il-Kera fuq id-Djar (liema artikolu
jipprojbixxi t-talb ta’ rigali fl-ghoti, tigdid jew tkomplija ta’ kirja
ta’ kull dar ta’ abitazzjoni) jghodd ghaliha.
*Is-subartikoli (2) u (3) gew mizjuda bl-Att XXXVII ta’ l-1973 li kien fih id-
disposizzjonijiet murija fil-foot-note ta’ l-artikolu 2 (ara Pagna 2).
 8      KAP. 158.h     DEKONTROLL TA’ DJAR
Piena ghal 
dikjarazzjonijiet 
foloz.
Emendat: 
XXIX. 1965.2. 
8. (1) Kull min, dwar talba skond din l-Ordinanza ghal
registrazzjoni ta’ xi post bhala dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-
kontroll, xjentement jew bi traskuragni kbira jaghmel xi
dikjarazzjoni jew jaghti xi taghrif li jkun falz f’xi partikolarita
sostanzjali, jehel meta jinsab hati multa ta’ mhux izjed minn
hamsin lira jew prigunerija ghal zmien mhux izjed minn tliet xhur.
(2) Meta persuna tkun misjuba hatja ta’ reat skond is-
subartikolu (1) kull registrazzjoni ta’ dar ta’ abitazzjoni mnehhija
mill-kontroll miksuba minhabba d-dikjarazzjoni falza jew taghrif
falz tkun nulla u bla siwi, u l-qorti li tkun tat is-sentenza ghandha
tordna t-tahsir taghha.
Eskluzjoni ta’ djar 
ta’ abitazzjoni 
mnehhija mill-
kontroll mill-hdim 
ta’ l-Att dwar id-
Djar.
Emendat: 
XXIX. 1965.2.
Kap. 125.
9. L-Att dwar id-Djar ma ghandux jghodd ghal kull dar li
tkun registrata bhala dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll
skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Zieda tal-kera 
xieraq ta’ djar ta’ 
abitazzjoni 
kontrollati dwar 
miljoramenti.
Kap. 69.
Kap. 116.
10. (1) Minkejja kull ma hemm kuntrarju fl-artikoli 3, 4, 5 u 7
ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta’ Bini u fl-artikoli 2,
4, 5 u 6 ta’ l-Ordinanza li Trazzan il-Kera fuq id-Djar, jekk isiru xi
miljoramenti minn sid il-kera, wara l-gurnata stabbilita, f’dar ta’
abitazzjoni li ma tkunx giet registrata bhala dar ta’ abitazzjoni
mnehhija mill-kontroll, il-kera xieraq ta’ dik id-dar ta’ abitazzjoni
ghandu jizdied mill-Bord, fuq rikors ghal hekk minn sid il-kera,
b’ammont, hawnhekk izjed ’il quddiem f’dan l-artikolu msejjah
"zieda xierqa", li jkun daqs sitta fil-mija fis-sena ta’ kull ammont sa
hames mitt lira minfuqa minn sid il-kera fil-miljoramenti, kif
pruvat b’soddisfazzjon tal-Bord, jew, fin-nuqqas, kif stabbilit mill-
Bord, jekk ikun mehtieg wara spezzjon tad-dar ta’ abitazzjoni.
(2) Rikors ghaz-zieda xierqa skond is-subartikolu (1) ma jigix
milqugh mill-Bord kemm-il darba l-kerrej u kull sullokatur ma
jkunux ftehmu bil-miktub, qabel ir-rikors, sabiex isiru l-
miljoramenti u dwar il-hlas taz-zieda xierqa.
(3) Rikors skond is-subartikolu (1) ghandu, taht piena ta’
nullita -
(a) ikun akkompanjat minn -
(i) il-ftehim miktub jew miktuba jekk aktar minn
wiehed imsemmija fis-subartikolu (2); u
(ii) kopja awtentika tad-decizjoni dwar il-kera
xieraq tad-dar ta’ abitazzjoni mill-Bord, jekk
ikun hemm, u, meta tkun saret izjed minn
decizjoni wahda dwar dak il-kera xieraq, kopja
awtentika ta’ l-ahhar minn dawk id-decizjonijiet;
u
(b) ikollu talba ghaz-zieda bir-ragunijiet ghal hekk:
Izda l-Bord jista’, f’kull zmien, ihalli li r-rikors jigi
emendat sabiex isir aktar car.
(4) Meta l-kera xieraq tad-dar ta’ abitazzjoni ma jkunx gie
DEKONTROLL TA’ DJAR g KAP. 158.    9
deciz mill-Bord, rikors ghaz-zieda xierqa skond is-subartikolu (1)
jkun milqugh mill-Bord biss jekk sid il-kera, fl-istess rikors, jitlob
ukoll li jkun deciz il-kera xieraq.
(5) Fil-kalkolu ta’ l-ammont minfuq minn sid il-kera fil-
miljoramenti, il-Bord ma jihux kont ta’ kull kapital qieghed, kull
imghax fuq self, u kull ammont li jkun gie mhallas jew li jista’ f’xi
zmien jithallas lil sid il-kera, dwar dawk il-miljoramenti
b’donazzjoni mill-Gvern.
(6) Kull zieda ta’ kera xieraq approvata mill-Bord bis-sahha
tas-subartikolu (1) jkollha ssehh mill-ewwel zmien ta’ kera li jibda
wara li jkunu kompluti l-miljoramenti.
Kap. 69. 
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 19 sa 24, 28, 29, 32 sa 37,
u 39 sa 43 ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta’ Bini
ghandhom jghoddu ghal kull proceduri skond is-subartikolu (1).
Tiswijiet fi djar ta’ 
abitazzjoni li ma 
jkunux imnehhija 
mill-kontroll. 
Mizjud:
XXIII. 1979.5.
11. (1) Minkejja kull haga li tinsab fl-Ordinanzi dwar il-Kera,
meta f’xi zmien wara l-20 ta’ Gunju, 1979, isiru tiswijiet minn sid
il-kera f’dar ta’ abitazzjoni li ma tkunx giet registrata bhala dar ta’
abitazzjoni mnehhija mill-kontroll, u dawk it-tiswijiet ikunu hekk
saru bi ftehim bil-miktub mal-kerrej jew fuq ordni ta’ qorti
kompetenti, il-kera xieraq tad-dar ta’ abitazzjoni ghandu jizdied
b’ammont, li ma jkunx izjed mill-imsemmi kera, li jikkorrispondi
ghal minn ghaxra wiehed ta’ kemm ikunu swew dawk it-tiswijiet.
(2) Minkejja kull ligi ohra, sid il-kera ta’ dar ta’ abitazzjoni li
ma tkunx giet registrata bhala dar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-
kontroll jista’ jehles lilu nnifsu mill-obbligu li jaghmel it-tiswijiet
fl-imsemmija dar billi jbiegh id-dar lill-Gvern bi prezz li jkun daqs
il-kapitalizzazzjoni tal-kera xieraq tad-dar bis-sitta fil-mija.
Enfitewsi 
temporanja ta’ djar 
ta’ abitazzjoni.
Mizjud:
XXIII. 1979.5.
Emendat:
XXXVII. 1986.3.
Kap. 16.
12. (1) Minkejja kull haga li tinsab fil-Kodici Civili jew f’xi
ligi ohra, id-disposizzjonijiet li gejjin ta’ dan l-artikolu ghandu
jkollhom effett dwar il-kuntratti kollha ta’ enfitewsi temporanja li
jkunu saru fi kwalunkwe zmien.
(2) Meta dar ta’ abitazzjoni tkun inghatat b’enfitewsi
temporanja - 
(a) ghal perijodu ta’ mhux izjed minn tletin sena, jekk il-
kuntratt ikun sar qabel il-21 ta’ Gunju, 1979, jew
(b) ghal kull perijodu iehor, jekk il-kuntratt ikun sar wara
l-imsemija data,
u fit-tmiem xi enfitewsi bhal dik l-enfitewta jkun cittadin ta’ Malta
u jkun jokkupa d-dar bhala residenza ordinarja tieghu l-enfitewta
jkollu jedd li jibqa’ jokkupa id-dar b’kera minghand il-padrun
dirett -
(i) b’kera li jkun daqs ic-cens li kien jithallas
minnufih qabel ma tkun ghalqet l-enfitewsi,
mizjud, fil-bidu tal-kirja tad-dar bis-sahha ta’
dan l-artikolu, u wara t-tmiem ta’ kull hmistax-il
sena wara sakemm tibqa’ l-kirja favur l-istess
kerrej, b’daqstant mic-cens li kien jithallas
minnufih qabel dak il-bidu jew il-bidu ta’ kull
 10      KAP. 158.h     DEKONTROLL TA’ DJAR
perijodu sussegwenti ta’ hmistax-il sena, li jkun
ammont li ma jkunx izjed minn dak ic-cens, li
jirrapprezenta bi proporzjon ghal dak ic-cens iz-
zieda fl-inflazzjoni minn meta c-cens li ghandu
jizdied ikun gie stabbilit l-ahhar; u
(ii) taht dawk il-kondizzjonijiet l-ohra li jistghu jigu
miftehma bejniethom jew, jekk ma jkunx hemm
ftehim, skond kif il-Bord jidhirlu xieraq.
Kap. 69.
(3) Meta fit-tmiem ta’ enfitewsi kif imsemmi fis-subartikolu
(2)(a) jew (b) d-dar ta’ abitazzjoni tkun suggetta ghal kirja, id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta’
Bini, m’ghandhomx japplikaw dwar kirja bhal dik:
Izda meta l-kerrej taht l-imsemmija kirja jkun cittadin ta’
Malta u jkun jokkupa d-dar bhala r-residenza ordinarja tieghu dan
ghandu, fit-tmiem ta’ l-imsemmija kirja, ikollu il-jedd li jkompli
jokkupa d-dar taht kirja gdida minghand il-padrun dirett bl-istess
kera u taht l-istess kondizzjonijiet kif imsemmija fis-subartikolu
(2)(i) u (ii) dwar l-enfitewta.
(4) Meta taghlaq enfitewsi temporanja ta’ dar ta’ abitazzjoni
okkupata minn cittadin ta’ Malta bhala r-residenza ordinarja tieghu
fi zmien dak l-eghluq, li ma tkunx enfitewsi msemmija fis-
subartikolu (2)(a) jew (b), l-enfitewta jkollu l-jedd jikkonverti l-
enfitewsi f’wahda perpetwa taht l-istess kondizzjonijiet ta’
enfitewsi temporanja barra minn dawk li jkunu jirreferu ghaz-
zmien u ghac-cens. Ic-cens li jkollu jithallas b’effett mill-
konversjoni ta’ l-enfitewsi f’wahda perpetwa u sakemm jghaddu
hmistax-il sena minn dik id-data jkun daqs sitt darbiet ic-cens li
kien jithallas minnufih qabel dik il-konversjoni, u wara dan ghandu
jizdied kull hmistax-il sena b’daqstant mic-cens kurrenti, li jkun
ammont li ma jkunx izjed minn dak ic-cens, li jirrapprezenta bi
proporzjon mieghu z-zieda fl-inflazzjoni minn meta l-imsemmi
cens ikun gie stabbilit l-ahhar.
(5) Jekk l-enfitewta ma jezercitax il-jedd moghti lilu bis-
subartikolu (4) fi zmien sitt xhur mid-data li dak il-jedd ikun
ezercitabbli, dak il-jedd ghandu, bil-modifiki mehtiega, jghaddi
ghand min ikun qed jokkupa d-dar li jkollu jedd jitlob, bl-
eskluzjoni ta’ l-enfitewta, li d-dar ta’ abitazzjoni tinghata lilu mill-
proprjetarju b’enfitewsi perpetwa taht l-istess kondizzjonijiet li
kienu jigu applikati kieku l-enfitewta kien ikkonverta l-enfitewsi
f’wahda perpetwa.
(6) Meta l-enfitewta jew min ikun qed jokkupa d-dar ikollu
jedd jikkonverti enfitewsi temporanja f’wahda perpetwa taht is-
subartikolu (4) jew (5), dan jista’ jitlob li jsir kuntratt nutarili f’dan
is-sens, u l-padrun dirett jew il-proprjetarju ghandu jilqa’ dik it-
talba.
(7) Meta d-data tat-tmiem ta’ l-enfitewsi tkun data qabel il-21
ta’ Gunju, 1979, id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
ghandhom japplikaw biss jekk l-enfitewta jew il-kerrej, skond il-
kaz, ikun ghadu jokkupa d-dar bhala r-residenza ordinarja tieghu
f’dik id-data u ma japplikawx jekk ikun hekk qed jokkupa d-dar
skond ftehim li jkun ghamel wara li tkun intemmet l-enfitewsi.
DEKONTROLL TA’ DJAR g KAP. 158.    11
(8) Meta, fil-kaz ta’ enfitewsi msemmija fis-subartikolu (2)(a)
u li taghlaq wara l-21 ta’ Gunju, 1979, l-enfitewta jew il-kerrej li
jkun jokkupa d-dar bhala residenza ordinarja tieghu meta taghlaq l-
enfitewsi jkun persuna differenti minn dik li tkun tokkupa d-dar
bhala residenza ordinarja taghha fil-21 ta’ Gunju, 1979, id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) jew (3), skond il-kaz,
ghandhom japplikaw biss -
(a) jekk -
(i) il-persuna li tkun tokkupa d-dar fid-data
msemmija kompliet tokkupa d-dar bhala
residenza ordinarja taghha sakemm mietet; u
(ii) il-persuna li tkun tokkupa d-dar bhala residenza
ordinarja taghha fl-eghluq tal-enfitewsi kienet
tirrisjedi mal-enfitewta fi zmien mewtu u kellha
f’dak iz-zmien il-kwalifiki l-ohra kollha biex
tigi meqjusa bhala kerrej ghall-finijiet ta’ dan l-
artikolu; jew
(b) jekk -
(i) il-persuna li tkun qed tokkupa d-dar bhala
residenza ordinarja taghha fl-imsemmija data
tkun kisbet u t-titolu li bih kienet hekk tokkupa
d-dar minghand l-enfitewta li jkun jokkupa d-
dar bhala residenza ordinarja tieghu ma’ l-
eghluq ta’ l-enfitewsi jew, jekk l-enfitewta li
minghandu jkun inkiseb l-imsemmi titolu jmut
qabel l-eghluq ta’ l-enfitewsi, minghand l-
enfitewta li l-werriet tieghu jkun jokkupa d-dar
bhala residenza ordinarja tieghu ma’ l-eghluq ta’
l-enfitewsi; u
(ii) sa l-eghluq ta’ l-enfitewsi, ebda persuna barra
mill-persuna fuq imsemmija u mill-imsemmi
enfitewta, jew il-werriet tieghu, u membri tal-
familja taghhom li jkunu jghixu maghhom, ma
kienet okkupat id-dar b’xi mod ikun li jkun; u
(iii) mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru, 1979,
jinghata avviz bil-miktub lill-Awtorita tad-Djar
dwar it-titolu li tahtu tkun okkupata d-dar fil-21
ta’ Gunju, 1979, li jghid ix-xorta ta’ dak it-
titolu, ghal kemm zmien ikun mistenni jdum u l-
isem tal-persuna li tkun tokkupa d-dar taht dak
it-titolu. 
(9) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) dwar enfitewsi msemmi fis-subartikolu (2)(a) jew (b),
l-enfitewsi tinkludi sub-enfitewsi;
(b) dwar kull enfitewsi iehor, enfitewsi tfisser l-enfitewsi
originali, izda jekk meta jaghlaq dak l-enfitewsi, id-
dar ta’ abitazzjoni tkun mizmuma b’sub-enfitewsi -
(i) il-jeddijiet moghtija b’dan l-artikolu lill-
enfitewta jkunu jistghu jigu ezercitati mill-ahhar
sub-enfitewta u, bla hsara ghall-jeddijiet
 12      KAP. 158.h     DEKONTROLL TA’ DJAR
moghtija lill-okkupant bis-subartikolu (5),
minnu biss;
(ii) il-padrun dirett tfisser biss il-persuna li jkollha
jedd tircievi c-cens originali;
(iii) ic-cens tfisser biss ic-cens originali:
Izda meta c-cens li jkun jithallas mill-ahhar sub-enfitewta
jkun izjed minn sitt darbiet ic-cens originali, s-subartikolu (4)
ghandu jkollu effett daqslikieku minflok il-kliem "jkun daqs sitt
darbiet ic-cens" kien hemm sostitwiti l-kliem "jkun daqs is-sub-
cens".
(10) Jekk meta taghlaq enfitewsi temporanja li ghaliha japplika
s-subartikolu (2) jew (3), id-dar ta’ abitazzjoni tkun okkupata minn
persuna b’titolu ta’ uzufrutt jew abitazzjoni, il-jedd li dik id-dar ta’
abitazzjoni tibqa’ okkupata moghti b’dawk is-subartikoli jew bis-
subartikolu (7) jista’ jibqa jigi ezercitat minkejja dawk id-
disposizzjonijiet, minn dak l-okkupant daqslikieku kien l-enfitewta
jew il-kerrej tad-dar ta’ abitazzjoni, skond il-kaz.
(11) Meta enfitewsi temporanja tigi konvertita f’wahda
perpetwa taht is-subartikolu (4), id-dar ta’ abitazzjoni tibqa’
suggetta ghall-jeddijiet li jkollhom terzi persuni dwar dik id-dar
minnufih qabel dik il-konversjoni.
(12) Meta xi wiehed mill-jeddijiet moghtija b’dan l-artikolu
jkun jista’ jigi ezercitat minn iktar minn persuna wahda dak il-jedd
jista’ jigi ezercitat minkejja kull nuqqas ta’ ftehim bejniethom izda
biss jekk mhux inqas minn nofs in-numru ta’ dawk il-persuni
jiftiehmu li jezercitaw dak il-jedd; u f’kull kaz bhal dak il-jedd
ikun japplika biss favur dawk li jkunu qed jezercitawh.
Indici ta’ 
inflazzjoni.
Mizjud: 
XXIII. 1979.5.
13. (1) L-indici ta’ inflazzjoni ghal kull wahda mis-snin mill-
1947 sal-1978 ghandu jkun kif muri fl-Iskeda li tinsab ma’ din l-
Ordinanza, billi l-1946 tittiehed bhala bazi b’100 punt.
(2) L-indici ta’ inflazzjoni ghal kull sena wara l-1978 ghandu
jigi stabbilit mill-Istatistiku Principali tal-Gvern bhala punti ta’
percentagg ghal kull wahda minn dawk is-snin b’mod li titkompla
l-imsemmija Skeda u fuq il-bazi ta’ l-indici tal-prezzijiet ta’ l-
oggetti kollha li jinbieghu bl-imnut, jew indici simili li jissostitwih,
u ghandu jigi pubblikat minnu fil-Gazzetta mhux iktar tard mill-
ahhar ta’ Marzu li jigi minnufih wara s-sena li ghaliha jirreferi l-
indici.
(3) Zieda fl-inflazzjoni tkun stabbilita billi tittiehed d-
differenza bejn il-punti ta’ percentagg ghas-sentejn rilevanti, kif
muri fl-Iskeda jew kif jigi pubblikat fil-Gazzetta, bhala proporzjon
ta’ l-ewwel wahda minn dawk is-snin.
Jeddijiet moghtija 
bl-Ordinanza 
jipprevalu fuq 
ftehim ecc.
Mizjud: 
XXIII. 1979.5.
14. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza u, b’mod
partikolari, izda bla hsara ghall-generalita ta’ l-imsemmija
espressjoni, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5, 7, 12 u 13, ghandu
jkollhom effett minkejja kull ftehim, obbligazzjoni, weghda jew
ghemil jew hag’ohra li hi kuntrarja ghal, jew li tillimita, jew li tkun
tidher li tillimita, xi wiehed mill-jeddijiet moghtija b’dawk id-
disposizzjonijiet lill-kerrej, enfitewta jew okkupant ta’ dar ta’
DEKONTROLL TA’ DJAR g KAP. 158.    13
abitazzjoni, u meta persuna li tezercita xi wiehed mill-imsemmija
jeddijiet issir, bis-sahha ta’ xi ftehim, obbligazzjoni, weghda jew
ghemil jew haga ohra bhal dik, suggetta li tehel xi penali jew
obbligu iehor jew xi konsegwenza ohra jew effett iehor, kull
ftehim, obbligazzjoni, weghda jew ghemil jew haga ohra tkun, sal-
limitu li tipprovdi li dik il-persuna tkun hekk suggetta kif intqal
qabel, nulla u minghajr effett.
(2) Kull rinunzja u kull restrizzjoni jew limitazzjoni ta’ xi
wiehed mill-jeddijiet imsemmija fis-subartikolu (1), isiru kif isiru,
u kull haga li tissuggetta xi jedd bhal dak ghal xi obbligu jew
responsabbilta, tkun nulla u minghajr effett.
Regolamenti dwar 
l-eghmil u 
spezzjon ta’ 
registru tad-djar ta’ 
abitazzjoni 
mnehhija mill-
kontroll.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXXI. 1966.2;
A.L. 148 ta’ l-
1975;
IX. 2000.6.
15. Il-Ministru responsabbli ghar-Registru Pubbliku jista’
jaghmel regolamenti dwar -
(a) id-dmirijiet, setghat u funzjonijiet ta’ l-Ufficjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet dwar l-eghmil ta’ registru
tad-djar ta’ abitazzjoni mnehhija mill-kontroll, li
jistghu, bla hsara ghall-generalita ta’ dak li jinghad
qabel, jinkludi s-setgha li jitlob il-produzzjoni ta’ xi
kotba jew dokumenti ohra li jirreferixxu ghall-post li
ghar-registrazzjoni tieghu tkun saret talba u li jidhol
fil-post u jispezzjonah;
(b) id-delega mill-Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
ta’ kull wiehed minn dawn id-dmirijiet, setghat u
funzjonijiet;
(c) il-procedura u d-drittijiet li ghandhom jithallsu ghal
registrazzjoni;
(d) il-partikolaritajiet mehtiega li jigu nnotati fir-registru;
(e) il-procedura dwar appelli minn decizjonijiet ta’ l-
Ufficjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet lill-Bord u minn
decizjonijiet tal-Bord dwar dawk l-appelli lill-Qorti ta’
l-Appell;
(f) drittijiet tar-registru u drittijiet li ghandhom jithallsu
lil kull avukat jew prokuratur legali dwar appelli bhal
ma hemm imsemmi fl-ahhar paragrafu qabel dan;
(g) l-ispezzjon tar-registru, it-tehid ta’ noti minnu, il-hrug
ta’ certifikati ta’ registrazzjoni, u d-drittijiet li
ghandhom jithallsu ghal hekk;
(h) b’mod generali biex jinghata effett lill-finijiet ta’ din l-
Ordinanza.
 14      KAP. 158.h     DEKONTROLL TA’ DJAR
Kif tapplika din l-
Ordinanza. 
Mizjud: 
XXXI.1995.4.
*16. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ 1-artikolu 5(2) sa (5), ta’ l-
artikolu 7, ta’ 1-artikolu 10 u ta’ 1-artikolu 11 ta’ din 1-Ordinanza,
ma ghandhomx ikunu japplikaw ghall-kiri ta’ xi dar li jsir fl-1 ta’
Gunju, 1995 jew wara dik id-data.
(2) Ghall-ghanijiet tas-subartikolu (1) -
(a) it-tigdid ta’ kiri fl-1 ta’ Gunju, 1995 jew wara dik id-
data (sew jekk dak it-tigdid ikun wiehed
konvenzjonali, legali, konswetudinarju jew xort’ohra)
ma ghandux jitqies li jkun kiri li jsir fl-1 ta’ Gunju,
1995 jew wara dik id-data;
(b) it-tkomplija ta’ l-okkupazzjoni ta’ dar b’kiri minghand
id-directus dominus meta tintemm koncessjoni ta’
enfitewsi temporanja li ttemm fl-1 ta’ Gunju, 1995 jew
wara dik id-data skond l-artikolu 12 ma ghandux
jitqies bhala kiri li jsir fl-1 ta’ Gunju, 1995 jew wara
dik id-data. 
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12 ma ghandhomx
japplikaw ghal kuntratt ta’ enfitewsi temporanja li jsir fl-1 ta’
Gunju, 1995 jew wara dik id-data.
* L-artikolu 5 ta’ l-Att XXXI ta’ l-1995 jipprovdi inter alia:
5. Ebda haga li tinsab fl-artikolu 16 ta’ l-Ordinanza li Tnehhi l-Kontroll
tad-Djar ma ghandha titqies li tnaqqas mis-setghat li d-Direttur ghall-
Akkomodazzjoni Socjali ghandu bis-sahha ta’ 1-Att dwar id-Djar, (Kap.125) u
d- disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza kif kienu fis-sehh minnufih qabel il-bidu
fis-sehh ta’ dan l-Att (1 ta’ Gunju, 1995) ghandhom ikomplu japplikaw,
sakemm dan jibqa’ japplika, ghar-rigward tar-relazzjoni bejn dak id-Direttur u
sid ta’ xi fond li dak id-Direttur ikollu pussess tieghu f’dik id-data, jew bejn
dak id-Direttur u kull min ikun qieghed legalment jokkupa kull fond bhal dak.
Id-disposizzjonijiet ta’ 1-Ordinanza kif imsemmija qabel ghandhom ukoll
ikomplu jirregolaw ir-relazzjoni bejn persuna li tkun qieghda tokkupa dak il-
fond u s-sid relattiv.
DEKONTROLL TA’ DJAR g KAP. 158.    15
Mizjuda:
XXIII. 1979.6. 
Emendata: 
A.L. 18 ta’ l-1984; 
A.L. 2 ta’ l-1985; 
A.L. 4 ta’ l-1986;
A.L. 10 ta’ l-1987;
A.L. 20 ta’ l-1988; 
A.L. 26 ta’ l-1989; 
A.L. 31 ta’ l-1990;
A.L. 31 ta’ l-1991;
A.L. 29 ta’ l-1992; 
A.L. 46 ta’ l-1993;
A.L. 36 ta’ l-1994;
A.L. 29 ta’ l-1995;
A.L. 25 ta’ l-1996;
A.L. 29 ta’ l-1997;
A.L. 64 ta’ l-1999;
A.L. 31 ta’ l-2000;
A.L. 30 ta’ l-2001;
A.L. 46 ta’ l-2002;
A.L. 73 ta’ l-2003;
A.L. 90 ta’ l-2004.
SKEDA 
(Artikolu 13(1))
Indici ta’ inflazzjoni ghas-snin mill-1947 sa l-1978 
1946 100.0 1979 316.21
1947 104.9 1980 366.06
1948 113.9 1981 408.16
1949 109.7 1981 408.16
1950 116.9 1982 431.83
1951 130.1 1983 428.06
1952 140.3 1984 426.18
1953 139.1 1985 425.17
1954 141.2 1986 433.67
1955 138.8 1987 435.47
1956 142.0 1988 439.62
1957 145.7 1989 433.39
1958 148.3 1990 456.61
1959 151.1 1991 468.21
1960 158.8 1992 475.89
1961 164.84 1993 495.60
1962 165.16 1994 516.06
1963 168.18 1995 536.61
1964 172.00 1996 549.95
1965 174.70 1997 567.95*
1966 175.65 1998 580.61
1967 176.76 1999 593.00
1968 180.42 2000 607.07
1969 184.71 2001 624.85
1970 191.55 2002 638.54
1971 196.00 2003 646.84
1972 202.52
1973 218.26
1974 234.16
1975 254.77
1976 256.20
1977 281.84
1978 295.14
*Nota: F’Novembru 1998 l-indici ta’ l-inflazzjoni ghas-sena 1997 gie
rivedut ghal 567.08 wara li nbidlu r-rati ta’ l-ilma u ta’ l-elettriku.
 16      KAP. 158.h     DEKONTROLL TA’ DJAR
(Artikolu 13(2))
Indici ta’ inflazzjoni ghas-snin ta’ wara l-1978 
1979 316.21  (A.L. 10 ta’ l-1980) 
1980 366.06  (A.L. 14 ta’ l-1981) 
1981 408.16 (A.L. l5 ta’ l-l982)
1982 431.83 (A.L. 16 ta’ l-l983) 
1983 428.06 (A.L. 18 ta’ l-l984) 
1984 426.18 (A.L. 2 ta’ l-1985)
1985 425.17  (A.L. 4 ta’ l-1986) 
1986 433.67  (A.L. 10 ta’ l-1987)
1987 435.47 (A.L. 20 ta’ l-1988)
1988 439.62 (A.L. 26 ta’ l-1989) 
1989 443.39 (A.L. 31 ta’ l-1990) 
1990 456.61 (A.L. 31 ta’ l-1991)
1991 468.21 (A.L. 29 ta’ l-l992) 
1992 475.89 (A.L. 46 ta’ l-l993) 
1993 495.60 (A.L. 36 ta’ l-1994)
1994‘ 516.06 (A.L. 29 ta’ l-1995)
1995 536.61 (A.L. 25 ta’ l-1996)
1996 549.95 (A.L. 29 ta’ l-1997)
1997 567.95 (A.L. 76 ta’ l-1998)
1998 580.61 (A.L. 64 ta’ l-1999)
1999 593.00 (A.L. 31 ta’ l-2000)
2000 607.07 (A.L. 30 ta’ l-2001)
2001 624.85 (A.L. 46 ta’ l-2002)
2002 638.54 (A.L. 73 ta’ l-2003)
2003 646.84 (A.L. 90 ta’ l-2004)
