SETGHATTA’ EMERGENZA  gKAP. 178.   1
KAPITOLU 178
ATT DWAR SETGHAT TA’ EMERGENZA
Biex jipprovdi ghas-sigurta ta’ Malta matul zminijiet ta’ emergenza
pubblika.
 (2 ta’ Marzu, 1963)*
Sar ligi bl-ATT VIII ta’ l-1963, kif emendat bl-Avviz Legali 46 ta’ l-
1965; u bl-Att LVIII ta’ l-1974.
Titolu fil-qosor. 
TAQSIMA I
GENERALI
Tifsir.
xort’ohra -
"ligi" tinkludi kull Att jew Ordinanza u kull legislazzjoni
sussidjarja maghmula bis-sahha taghhom izda ma tinkludix il-
Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Malta" ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Dikjarazzjoni ta’ 
emergenza 
pubblika. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
3. (1) Jekk il-President ta’ Malta, li jagixxi skond il-parir tal-
Prim Ministru, ikun sodisfatt li tezisti emergenza pubblika, huwa
jista’ bi Proklama jiddikjara illi d-disposizzjonijiet tat-Taqsima II
ta’ dan l-Att ghandhom jigu fis-sehh, u wara dan dawk id-
disposizzjonijiet ghandhom jigu fis-sehh skond hekk; u ghandhom
ikomplu fis-sehh sakemm il-President ta’ Malta, li jagixxi skond il-
parir tal-Prim Ministru, bi Proklama ohra jordna li ghandhom
itemmu milli jkollhom sehh, u wara dan ghandhom itemmu milli
jkollhom sehh hlief dwar hwejjeg li jkunu saru qabel jew naqsu
milli jsiru.
(2) Proklama maghmula skond is-subartikolu (1) tista’ ssir
hekk illi tapplika biss ghal dik il-parti jew partijiet ta’ Malta kif
jista’ jkun specifikat fil-Proklama (f’dan is-subartikolu msejhin
"area ta’ emergenza") f’liema kaz ir-regolamenti maghmula skond
l-imsemmija Taqsima II, hlief safejn ma jkunx provdut
espressament xort’ohra f’dawk ir-regolamenti, ghandu jkollhom
sehh fl-area ta’ emergenza biss.
(3) Kull meta ssir Proklama skond is-subartikolu (1), ir-raguni
li ghaliha tkun saret ghandha tigi ikkomunikata lill-Kamra tad-
Deputati -
(a) fil-kaz ta’ Proklama maghmula meta l-Kamra tad-
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 76 tat-2 ta’ Marzu, 1963.
 2      KAP. 178.h    SETGHATTA’ EMERGENZA  
Deputati tkun f’sessjoni, matul perijodu ta’ sebat
ijiem, u
(b) f’kull kaz iehor, kemm jista’ jkun prattikabbli malajr.
 TAQSIMA II
REGOLAMENTI
Regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
4. (1) Il-President ta’ Malta, li jagixxi skond il-parir tal-Prim
Ministru, jista’, bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni
ta’ Malta, jaghmel dawk ir-regolamenti li jidhru lilu li jagixxi kif
intqal qabel li jkunu mehtiega jew xierqa biex tigi zgurata s-sigurta
pubblika, id-difiza ta’ Malta, it-tizmim ta’ l-ordni pubbliku u s-
soppressjoni ta’ ammutinament, rewwixta u rvell, u ghat-tizmim ta’
provvisti u servizzi essenzjali ghall-hajja tal-komunita.
(2) Minghajr hsara ghall-generalita tas-setghat moghtija bis-
subartikolu (1), ir-regolamenti jistghu, safejn jidher lill-President
ta’ Malta li jagixxi kif intqal qabel li jkun mehtieg jew xieraq ghal
xi wahda mill-finijiet imsemmija f’dak is-subartikolu -
(a) jipprovdu ghad-detenzjoni ta’ persuni; 
(b) jawtorizzaw -
(i) it-tehid ta’ pussess jew kontroll f’isem il-Gvern
ta’ kull proprjeta jew impriza;
(ii) l-akkwist f’isem il-Gvern ta’ kull proprjeta li ma
tkunx art;
(c) jawtorizzaw id-dhul u tiftix f’kull fond;
(d) jipprovdu dwar l-emendar ta’ kull ligi, dwar is-
sospensjoni ta’ l-esekuzzjoni ta’ kull ligi, u dwar l-
applikazzjoni ta’ kull ligi b’modifiki jew
minghajrhom;
(e) jipprovdu biex jintalab, dwar l-ghoti jew il-hrug ta’
kull licenza, permess, certifikat jew dokument iehor
ghall-finijiet tar-regolamenti, dak id-dritt li jista’ jigi
preskritt minn jew skond ir-regolamenti;
(f) jipprovdu ghal hlas ta’ kumpens u rimunerazzjoni lil
persuni milquta mir-regolamenti;
(g) jipprovdu ghall-arrest, proceduri kontra u piena ta’
persuni li jiksru r-regolamenti;
(h) jipprovdu ghat-tizmim ta’ dawk il-provvisti u servizzi
li jkunu, fil-fehma tal-President ta’ Malta li jagixxi kif
intqal qabel, essenzjali ghall-ghajxien tal-komunita:
Izda ebda haga f’dan l-artikolu ma ghandha tawtorizza l-
eghmil ta’ provvedimenti dwar proceduri kontra persuni bi qrati
militari: 
Izda wkoll illi ebda haga f’dan l-artikolu ma ghandha
tiftiehem li tawtorizza l-eghmil ta’ xi regolamenti -
SETGHATTA’ EMERGENZA  gKAP. 178.   3
(i) li jipprovdu ghad-deportazzjoni jew eskluzjoni
ta’ persuni minn Malta, u
(ii) li jipprovdu ghall-ghoti tal-piena tal-mewt.
 (3) Il-hlas ta’ kull kumpens jew rimunerazzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti jkun addebitat lill-Fond
Konsolidat. 
Ordnijiet u regoli 
skond ir-
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68. 
5. Regolamenti maghmulin skond l-artikolu 4 jistghu
jipprovdu biex jaghtu setgha lil dawk l-awtoritajiet jew persuni kif
jistghu jkunu specifikati fir-regolamenti biex jaghmlu ordnijiet u
regoli ghal kull wahda mill-finijiet li ghalihom ir-regolamenti huma
awtorizzati li jsiru b’dan l-Att, u jista’ jkollhom dawk id-
disposizzjonijiet incidentali jew supplementarji li jidhru lill-
President ta’ Malta li jagixxi kif intqal qabel li jkunu mehtiega jew
xierqa ghall-finijiet tar-regolamenti.
Regolamenti, 
ordnijiet u regoli 
jkunu approvati 
mill-Kamra tad-
Deputati. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
6. (1) Kull regolament maghmul skond l-artikolu 4 u kull
ordni jew regola maghmula bis-sahha ta’ regolament bhal dak
ghandhom, minghajr hsara ghal kull haga li tkun saret jew li naqset
milli ssir bis-sahha taghhom, itemmu milli jkollhom sehh fit-temm
ta’ perijodu ta’ xahrejn mid-data li fiha jkunu gew fis-sehh kemm-il
darba, qabel it-temm ta’ dak il-perijodu, ma jkunux gew approvati
b’rizoluzzjoni mghoddija mill-Kamra tad-Deputati.
(2) Kull regolament, ordni jew regola bhal dik jistghu,
minghajr hsara ghal kull haga li tkun saret jew li naqset milli ssir
bis-sahha taghhom, f’kull zmien jigu emendati jew imhassra
b’rizoluzzjonijiet mghoddija mill-Kamra tad-Deputati.
Inkonsistenza. 
jew regola maghmula bis-sahha ta’ regolament bhal dak ikollhom
sehh minkejja kull haga inkonsistenti maghhom li jkun hemm f’xi
ligi; u kull disposizzjoni ta’ ligi li tkun inkonsistenti ma’ xi
regolament, ordni jew regola bhal dawk, sew jekk dik id-
disposizzjoni tkun giet emendata, modifikata jew sospiza fil-hdim
taghha skond dan l-Att sew jekk le, sa dik l-inkonsistenza ma
jkollhiex effett sakemm dak ir-regolament, ordni jew regola
jibqghu fis-sehh.
Presunzjoni ta’ 
awtenticita. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
8. Kull dokument illi jidher li jkun att maghmul jew mahrug
mill-President ta’ Malta jew awtorita jew persuna ohra bis-sahha
ta’ dan l-Att, jew ta’ xi regolament maghmul skond l-artikolu 4, u li
jidher li jkun iffirmat minn jew f’isem il-President ta’ Malta jew
dik l-awtorita jew persuna ohra, ghandu jigi accettat bhala prova, u
ghandu, sakemm ma jigix pruvat il-kuntrarju, jitqies li jkun att
maghmul jew mahrug mill-President ta’ Malta jew dik l-awtorita
jew persuna.
