 SELFGHALL-IZVILUPP(GVERNTAR-RENJUUNIT) g KAP. 185.
KAPITOLU 185
ATT DWAR SELF GHALL-IZVILUPP 
(GVERN TAR-RENJU UNIT)
Biex jipprovdi ghall-gbir ta’ self minghand il-Gvern tar-Renju Unit
ghall-iskop ta’ zvilupp, u ghal hwejjeg incidentali ghalih.
(12 ta’ Marzu, 1965)*
Sar ligi bl-ATT XI ta’ l-1965.
Titolu fil-qosor. 
(Gvern tar-Renju Unit).
Setghat ghal tislif 
minghand il-Gvern 
tar-Renju Unit.
2.  (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att il-Gvern
ta’ Malta jista’ jissellef minn zmien ghal zmien somma jew somom
ta’ flus ta’ mhux izjed fit-total minn hames miljuni u seba’ mitt elf
lira sterlina permezz ta’ self jew selfijiet maghmula mill-Gvern tar-
Renju Unit.
(2) Kull self maghmul skond id-disposizzjoniet tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu ghandu jkun b’dawk il-pattijiet li jistghu jigu
miftehma bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Renju Unit.
Is-self ikun 
addebitat lid-dhul 
generali u lill-attiv.
3. Il-kapital ta’ kull self migbur skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, u l-imghax li jithallas fuqu, ghandu jigi addebitat lil u
mhallas mid-dhul generali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta, li qed
jigu b’dan approprjati ghal hekk.
Applikazzjoni ta’ 
self.
4. Kull flejjes mehuda b’self skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att ghandhom ikunu approprjati u applikati ghall-iskopijiet
specifikati fil-Pjan ta’ Zvilupp ta’ Malta ghall-perijodu l-1 ta’
April, 1964 sal-31 ta’ Marzu, 1969, u f’kull modifika, emenda jew
estensjoni tieghu li jistghu jkunu approvati minn zmien ghal zmien
mill-Ministru ta’ l-Ippjanar Ekonomiku u Finanzi jew ghal xi
skopijiet ohra miftehma mal-Gvern tar-Renju Unit skond l-Artikolu
3 tal-Ftehim dwar Ghajnuna Finanzjarja maghmula fil-21 ta’
Settembru, 1964.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 159 tat-12 ta’ Marzu, 1965.
