TIGDIDTA’KIRITA’RABAg K AP. 199.     1
KAPITOLU 199
ATT DWAR IT-TIGDID TA’ KIRI TA’ RABA’ 
Biex jirregola l-kiri mill-gdid ta’ raba’ u biex jipprovdi ghall-hwejjeg
konnessi u ancillari.
20 ta’ Gunju, 1967
L-ATT XVI ta’ l-1967, kif emendat bl-Atti: XXVIII ta’ l-1969, IX ta’ l-
1972, V ta’ l-1973, LVIII ta’ l-1974, V ta’ l-1975; bl-Avviz Legali 148 ta’ l-
1975; u bl-Atti XIX ta’ l-1979, VIII ta’ l-1990, XIX ta’ l-1993, XXIV ta’ l-
1995, VI ta’ l-2001 u XXXI ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Kiri ta’ Raba’.
Tifsir.
xort’ohra -
"Bord" tfisser il-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta’ Raba’
mwaqqaf skond l-artikolu 5;
"cessjonarju tal-kirja" tinkludi sub-konduttur u, meta ma jkun
hemm la persuna li lilha tkun giet ceduta l-kirja u l-anqas sub-
konduttur, il-persuna li tkun attwalment tgawdi l-kirja bil-kunsens
espress jew tacitu tal-kerrej, u "cessjoni" ghandha tiftiehem skond
hekk;
"data ta’ terminazzjoni" tfisser l-ahhar gurnata li fiha l-perijodu
tal-kirja li sid il-kera jipproponi li jbiddel il-kondizzjonijiet taghha
jew li sid il-kera ma hux fi hsiebu jgedded jiskadi;
"kerrej" tinkludi kull membru tal-familja li jkun cessjonarju tal-
kirja u, wara l-mewt tal-kerrej, meta ma jkun hemm ebda membru
bhal dak, tinkludi f’ordni ta’ preferenza kull membru tal-familja li
jkun legatarju tal-kirja jew li, matul l-ahhar sena minnufih qabel il-
mewt tal-kerrej, kien jghix mal-kerrej jew kien qed jahdem ir-raba’
mieghu jew ghalih jew ikun il-werriet tal-kerrej; tinkludi wkoll,
relattivament ghal sullokatur, sub-konduttur, liema kelma ghandha
titqies f’dik ir-relazzjoni bhala li jkollha l-istess tifsir bhal kerrej
fl-estensjoni shiha tieghu;
"kirja" tfisser kirja ghal zmien totali miftiehem ta’ mhux izjed
minn sittax-il sena ghal kera, bi flus jew b’kumpens iehor, li
jithallas bis-sena b’rata wahda jew izjed u tinkludi kirja tacitament
imgedda minn sena ghal sena jew imgedda b’decizjoni tal-Bord
skond dan l-Att, izda ma tinkludix la enfitewsi u lanqas ftehim ta’
kirja li bis-sahha tieghu l-prodott ghandu jinqasam bejn sid il-kera
u l-kerrej; tinkludi wkoll "sullokazzjoni" relattivament ghal
sullokatur u sub- konduttur;
"kondizzjonijiet" tinkludi l-kera li jithallas relattivament ghal
kirja;
"Malta" tfisser il-Gzira ta’ Malta u l-Gzejjer ta’ Ghawdex u
Kemmuna;
  2      KAP. 199. h       TIGDIDTA’KIRITA’RABA
"membru tal-familja" tfisser axxendent lineari, dixxendent
lineari, armla jew armel, ragel tat-tifla, u l-armla tat-tifel sakemm
ma tergax tizzewweg, tal-kerrej;
"raba" tfisser kull art li tkun principalment mikrija ghall-
koltivazzjoni ta’ prodotti agrikoli, fjuri, sigar tal-frott jew dwieli u
ghal skopijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-agrikoltura, inkluz it-
twaqqif ta’ serer, cloches jew cold frames, izda ma tinkludix art
intiza biex jirghu l-annimali;
"sid il-kera" tinkludi sullokatur relattivament ghal sub-konduttur.
Tibdil ta’ 
kondizzjonijiet ta’ 
kirja. 
Emendat: 
IX. 1972.2.
3. (1) Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, meta sid
il-kera jkun irid jaghmel xi tibdil fil-kondizzjonijiet ta’ kirja
f’eghluq it-terminu taghha, jekk ma jkunx sar ftehim bil-miktub
mal-kerrej, hu ghandu japplika lill-Bord permezz ta’ rikors li jkun
fih dettalji tat-tibdil propost, ipprezentat mhux aktar tard minn tliet
xhur qabel id-data li fiha t-terminu jaghlaq.
(2) Il-Bord ma ghandu japprova ebda kondizzjonijiet godda li
jkunu jinsabu f’xi rikors jekk jigi ipprovat li -
(a) dawk il-kondizzjonijiet godda jkunu gustifikati biss
minhabba benefikati ta’ natura permanenti li jkunu
saru fir-raba’, waqt il-perijodu ta’ tmien snin minnufih
qabel id-data tat-terminazzjoni, mill-kerrej stess jew
minn membru tal-familja, minghajr ma huma kienu
taht xi obbligu li jeffettwaw dawk il-benefikati; jew
(b) dawk il-kondizzjonijiet godda jkunu gustifikati biss
minhabba benefikati ta’ natura permanenti li jkunu
saru fir-raba’ bl-uzu ta’ fondi provduti mill-Gvern jew
f’isem il-Gvern fil-forma ta’ ghotja jew f’xi forma
ohra li, salv it-tharis tal-kondizzjonijiet li jirregolaw
il-provvista ta’ dawk il-fondi, ma timplikax hlas lura;
jew
(c) dawk il-kondizzjonijiet godda ma jkunux ekwi ghal
paragun ma’ kondizzjonijiet ta’ kiri li jkunu jezistu
f’eghlieqi paragunabbli fl-istess parti tal-Gzira, wara li
jittiehed kont principalment tal-kwalita  u profondita
medja tal-hamrija, tan-natura ta’ l-art ta’ taht il-
hamrija, tad-direzzjoni li fiha r-raba’ mzerzaq ikun
qieghed faccata, ta’ l-accessibilta  ghat-triq u d-
distanza tieghu mill-eqreb rahal.
(3) Il-Bord jista’, minflok ma jichad il-kondizzjonijiet godda
proposti minn sid il-kera, jimmodifikahom u japprovahom safejn
ikunu gustifikati bl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet li hemm fil-
paragrafi (a), (b) u (c) ta’ l-ahhar subartikolu qabel dan:
Izda f’ebda kaz ma ghandhom dawk il-kondizzjonijiet
ikunu anqas favorevoli ghal sid il-kera minn dawk ta’ l-ahhar kirja
precedenti.
Nuqqas ta’ tigdid 
ta’ kirja. 
Emendat: 
XXVIII. 1969.2;
IX. 1972.3.
4. (1) Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, meta sid
il-kera jkun irid jiehu lura l-pussess ta’ xi raba’, jekk il-kerrej ma
jkunx ftiehem bil-miktub kemm dwar it-tmiem tal-lokazzjoni u
TIGDIDTA’KIRITA’RABAg K AP. 199.     3
kemm dwar il-kumpens dovut, huwa ghandu japplika lill-Bord
permezz ta’ rikors li jkun fih -
(a) ragunijiet dettaljati l-ghala jrid jiehu lura l-pussess, u
(b) talba ghal-likwidazzjoni ta’ kull kumpens li jkollu
jithallas skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
u jigi ipprezentat mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data li
fiha taghlaq il-kirja:
Izda, meta xi kirja bhal dik ma taghlaqx fil-15 ta’ Awissu
ta’ xi sena, ebda decizjoni li tapprova dak it-tehid lura ta’ pussess
ma ghandha ssehh qabel il-15 ta’ Awissu li jigi wara d-data tat-
terminazzjoni tal-kirja korrenti.
(2) Il-Bord jilqa’ r-rikors ta’ sid il-kera jekk sid il-kera
jipprova li -
(a) jehtieg ir-raba’ biex jigi wzat ghal skopijiet agrikoli
minnu personalment jew minn xi membru tal-familja
personalment ghal perijodu ta’ mhux anqas minn erba’
snin konsekuttivi li jibdew minnufih wara d-data tat-
terminazzjoni; jew
(b) jehtieg ir-raba’, basta ma jkunx raba’ saqwi, ghall-
kostruzzjoni fuqu ta’ bini ghal skopijiet ta’ residenza,
negozju jew industrjali; jew
(c) ir-raba’ jkun gie sullokat jew il-kirja tieghu tkun giet
trasferita minghajr il-kunsens ta’ sid il-kera lil xi
persuna ohra li ma tkunx xi kerrej iehor ta’ l-istess
raba’ jew membru tal-familja; jew
(d) matul is-sentejn minnufih qabel id-data tat-
terminazzjoni, l-ghalqa thalliet ma tinhadimx ghal
mill-anqas tnax-il xahar konsekuttivi skond il-
kalendarju; jew
(e) matul is-sentejn minnufih qabel id-data tat-
terminazzjoni, il-kerrej ikun naqas, relattivament ghal
zewg perijodi jew izjed, li jhallas il-kera, f’kull
okkazjoni, fi zmien hmistax-il gurnata mill-gurnata li
fiha sid il-kera jkun talbu bil-miktub biex ihallas; jew
(f) matul is-sentejn minnufih qabel id-data tat-
terminazzjoni, il-kerrej, li jkun marbut li jsewwi u
jzomm fi stat tajjeb il-hitan tar-raba’, naqas li jwettaq
dak l-obbligu jew abitwalment naqas li jhares xi
kondizzjoni ohra tal-kirja jew deliberatament jew bi
traskuragni kkaguna jew halla li tigi kagunata hsara,
hlief hsara ta’ importanza zghira, f’xi sigar tal-frott
fir-raba’:
Izda c-cirkostanza msemmija fil-paragrafu (a) ta’ dan is-
subartikolu ma tkunx raguni bizzejjed biex jigi milqugh ir-rikors
ta’ sid il-kera, jekk il-kerrej jipprova li r-raba’ in kwistjoni jkun
fonti importanti ta’ l-ghajxien tieghu u tal-familja tieghu u jekk il-
Bord ikun sodisfatt li l-kerrej ibati aktar minn sid il-kera jekk ir-
rikors jigi milqugh:
  4      KAP. 199. h       TIGDIDTA’KIRITA’RABA
Izda wkoll, meta r-raba’ jinkludi razzett li jkun uzat mill-
kerrej bhala l-uniku post ta’ residenza tieghu u tal-familja tieghu,
ic-cirkostanza msemmija taht il-paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu
ma tkunx raguni bizzejjed biex jigi milqugh ir-rikors ta’ sid il-kera
jekk il-kerrej ma jithallix izomm dak ir-razzett bil-kera u taht il-
kondizzjonijiet li jigu stabbiliti mill-Bord jew jekk ma jkunx
provdut minn sid il-kera dar ohra fejn joqghod, ragonevolment
tajba ghall-mezzi tieghu u ghall-mezzi tal-familja tieghu u ghall-
bzonnijiet taghhom dwar il-kobor.
(3) Meta parti biss mir-raba’ tkun mehtiega ghal xi wiehed
mill-iskopijiet imemmija fis-subartikolu (2)(a) jew (b) u l-kejl tal-
bqija ta’ dik l-art teccedi 124 metru kwadru, il-kerrej jista’ jitlob
lill-Bord u l-Bord ghandu jordna illi l-kirja tigi mgedda
relattivament ghal bqija tar-raba’, taht dawk il-kondizzjonijiet kif
il-Bord, wara li jiehu kont tal-kondizzjonijiet ta’ l-ahhar kirja ta’
qabel, jista’ jidhirlu xieraq li jistabbilixxi.
(4) Meta sid il-kera jiehu pussess lura tar-raba’ jew ta’ parti
minnu bis-sahha ta’ decizjoni tal-Bord bazata fuq is-subartikolu
(2)(a), huwa ghandu jhallas lill-kerrej kumpens xieraq ghal kull
benefikat agrikolu li jkun sar mill-kerrej jew minn membru tal-
familja fl-imsemmi raba’ jew parti minnu matul il-perijodu ta’
tmien snin konsekuttivi minnufih qabel id-data tat-terminazzjoni.
(5) Meta sid il-kera jiehu pussess lura tar-raba’ jew ta’ parti
minnu bis-sahha ta’ decizjoni tal-Bord bazata fuq is-subartikolu
(2)(b), huwa ghandu jhallas lill-kerrej kumpens xieraq kif provdut
fl-ahhar subartikolu qabel dan u, barra minn dan, ammont daqs il-
valur tal-prodotti migbura mill-kerrej jew minn membru tal-familja
mill-imsemmi raba’ jew parti minnu, wara li jitnaqqsu l-ispejjez li
jkunu saru ghall-koltivazzjoni tieghu, fl-ahhar erba’ snin minnufih
qabel id-data tat-terminazzjoni:
Izda ma ghandhomx jitnaqqsu bhala parti minn dawk l-
ispejjez il-prezz tax-xoghol tal-kerrej stess jew tax-xoghol ta’ xi
membru tal-familja fir-raba’ jew parti minnu.
(6) L-ammont li ghandu jithallas skond is-subartikolu (4) jew
(5) ghandu jigi stabbilit mill-Bord, suggett ghal appell kif provdut
skond l-artikolu 10. Dak l-ammont ghandu jithallas lill-kerrej fi
zmien xahar mid-data li fiha d-decizjoni li tawtorizza t-tehid lura
tal-pussess tkun finali fil-partijiet kollha taghha. Fin-nuqqas ta’ dak
il-hlas f’dak iz-zmien l-imsemmija decizjoni tkun minghajr ebda
effett.
(7) Jekk il-kerrej jerga’ jiehu l-pussess ta’ xi raba’ jew ta’ parti
minnu bis-sahha ta’ decizjoni tal-Bord skond l-artikolu 13, huwa
ghandu jhallas lura lill-sid il-kera kull ammont ricevut
relattivament ghar-raba’ jew parti minnu skond is-subartikolu (4)
jew (5).
TIGDIDTA’KIRITA’RABAg K AP. 199.     5
Kif inhu kostitwit 
il-Bord u hatra ta’ 
zewg Listi.
Emendat:
IX. 1972.4; 
V. 1973.2; 
LVIII. 1974.68.
Sostitwit:
XIX. 1993.2.
5. (1) Ghandu jkun hemm Bord li jkun maghruf bhala l-Bord
dwar il-Kontroll tal-Kiri ta’ Raba’.
(2) Il-Bord ikun maghmul minn chairman li jkun magistrat jew
persuna li tkun hadmet ta’ avukat f’Malta ghal perijodu, jew
perijodi, li b’kollox jammontaw ghal mhux anqas minn seba’ snin,
mahtur mill-Prim Ministru.
(3) Il-Prim Ministru jista’ jahtar diversi magistrati jew persuni
li jkollhom il-kwalifiki mehtiega skond kif hemm fis-subartikolu
(2) biex joqoghdu fuq il-Bord, izda ghandu joqghod magistrat
wiehed biss jew persuna ohra bil-kwalifiki kif imsemmi wahda biss
f’kull kaz partikolari.
(4) Il-Prim Ministru ghandu wkoll jahtar zewg listi kif gej:
Kap. 44. 
(a) lista ta’ Arkitetti u Inginieri Civili minn fost persuni li
jkollhom il-warrant biex jahdmu ta’ Arkitett u Inginier
Civili skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar
l-Arkitetti u li jkunu ilhom fil-prattika ta’ dik il-
professjoni ghal mhux inqas minn seba’ snin; u
(b) lista ta’ persuni (sew mis-servizz pubbliku sew jekk le)
li jkunu kompetenti u jifhmu f’affarijiet tar-raba’.
Kap. 12.
(5) Ic-chairman jew kull membru li jinsab fuq il-lista jista’
jastjeni ruhu jew jista’ jigi rikuzat minn kull wahda mill-partijiet
kontendenti ghal kull wahda mir-ragunijiet imsemmija fl-artikolu
739 tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili u kull
kwistjoni li tinqala’ dwar jew in konnessjoni ma’ xi raguni ta’
rikuza jew astensjoni ghandha tigi deciza mic-chairman.
(6) (a) Meta c-chairman ma jkunx magistrat huwa ma
ghandux jibda jaqdi d-dmirijiet tal-kariga tieghu qabel
ma jiehu quddiem l-Avukat Generali gurament li
jwettaq il-funzjonijiet tieghu u li jittratta u jiddeciedi
kull kwistjoni li tingieb quddiemu bil-haqq u
imparzjalita .
(b) Il-membri li jinsabu fuq il-listi ma ghandhomx jibdew
iwettqu d-dmirijiet tal-kariga taghhom sakemm ma
jkunux hadu gurament quddiem ic-chairman li jwettqu
l-funzjonijiet taghhom taht dan l-Att bl-imparzjalita  u
skond il-ligi.
(7) Il-membri tal-listi jistghu jinhatru ghal zmien sentejn u
jistghu jergghu jinhatru mill-gdid.
(8) Kull meta jkun hemm kwistjoni quddiem il-Bord li tkun
tehtieg l-istima ta’ xi raba’ jew kull fehma teknika ohra dwar kaz li
jkun qed jittratta l-Bord, ic-chairman ghandu jassenja membru
minn fuq kull lista sabiex jezaminaw ir-raba’ relattiva, jew sabiex
jaraw dik il-parti tal-process li jkollha x’taqsam mal-kwistjoni li
dwarha tinhtieg il-fehma teknika, u dawk iz-zewg membri
ghandhom jipprezentaw ir-rapport taghhom lic-chairman waqt is-
seduta jew jipprezentaw dak ir-rapport fir-Registru tal-Bord hekk
kif ic-chairman jista’ jordna.
(9) Ic-chairman jista’ wkoll jehtieg lil dawk iz-zewg membri li
jattendu ghas-seduta tal-Bord meta dak il-kaz ikun qieghed
  6      KAP. 199. h       TIGDIDTA’KIRITA’RABA
jinstema’ mill-Bord jekk xi wiehed mill-imsemmija zewg membri
jkun jehtieg taghrif iktar mill-partijiet jew jehtieg li jisma’ xi
xhieda partikolari.
Setgha tal-Bord. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
Kap. 12. 
6. (1) Il-Bord ghandu jkollu dawk is-setghat kollha li huma
moghtija lill-Prim Awla tal-Qorti Civili mill-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili.
(2) Kull mandat jew ordni mahrug mill-Bord ghandu jkun
iffirmat mic-chairman u awtentikat mir-registratur.
Kap. 12. 
(3) It-twettiq tad-decizjonijiet tal-Bord, bil-mod preskritt fil-
Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili, ghandu jkun fil-
Bord stess.
Registru tal-Bord u 
post fejn isiru s-
seduti. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
7. (1) Relattivament ghal kull proceduri li jkollhom x’jaqsmu
ma’ art li tkun fil-Gzira ta’ Malta, il-Bord ghandu jzomm is-seduti
tieghu fil-qrati superjuri ta’ Malta u r-registru ta’ dawk il-qrati jkun
ir-Registru tal-Bord.
(2) Relattivament ghal kull proceduri li jkollhom x’jaqsmu ma’
art li tkun fil-Gzira ta’ Ghawdex jew ta’ Kemmuna, il-Bord ghandu
jzomm is-seduti tieghu fil-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) u r-
registru ta’ dik il-qorti jkun ir-Registru tal-Bord.
Dehra quddiem il-
Bord.
8. Il-partijiet jistghu jidhru quddiem il-Bord kemm
personalment kemm permezz ta’ avukat jew prokuratur legali u
jistghu jigu assistiti minn avukat jew prokuratur legali.
Decizjonijiet tal-
Bord.
Emendat: 
XIX. 1993.2. 
9. (1) Id-decizjonijiet tal-Bord ghandhom jigu moghtija
f’seduta pubblika.
(2) Imhassar bl-artikolu 2 ta’ l-Att XIX ta’ l-1993.
(3) Ic-chairman ikun biss obbligat li joqghod fuq ir-rapporti
taz-zewg membri li jinsabu fuq iz-zewg listi li jkunu gew assenjati
kaz partikolari skond l-artikolu 5(8) kull meta r-rapporti jkunu
unanimi; meta dawk iz-zewg membri ma jkunux unanimi, ic-
chairman ghandu fuq il-bazi tar-rapporti maghmulin miz-zewg
membri imsemmija, jiddeciedi l-kwistjoni hu nnifsu.
Dritt ta’ appell. 
Emendat:
IX. 1972.5; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XIX. 1993.2;
XXXI. 2002.259. 
10. (1) Ghandu jkun hemm appell minn decizjoni tal-Bord
biss -
(a) fil-kazijiet kollha meta d-decizjoni tinghata fuq rikors
maghmul skond l-artikolu 4 jew skond l-artikolu 25;
(b) fil-kazijiet l-ohra kollha, fuq punt ta’ ligi biss.
Kap. 12. 
(2) L-appell jingieb quddiem il-Qorti ta’ l-Appell kif kostitwita
skond l-artikolu 41(6) tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura
Civili permezz ta’ rikors prezentat fir-registru ta’ dik il-qorti fi
zmien ghoxrin gurnata mill-gurnata li fiha tinghata d-decizjoni tal-
Bord.
Kap. 12.  (3) Il-Bord imwaqqaf skond l-artikolu 29 tal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili jista’ jaghmel regoli dwar
appelli lill-Qorti ta’ l-Appell li jsiru skond dan l-artikolu.
TIGDIDTA’KIRITA’RABAg K AP. 199.     7
Notifika ta’ ittra 
ufficjali u 
proceduri quddiem 
il-Bord.
Emendat: 
IX. 1972.6. 
11. (1) Kull rikors kif imsemmi fl-artikoli 3 u 4 ghandu jigi
ipprezentat kontra u notifikat lill-kerrej li minghandu s-sid ikun
ircieva l-ahhar kera qabel ma r-rikors ikun gie ipprezentat fir-
Registru tal-Bord jew, fil-kaz ta’ cessjoni li tkun giet notifikata bil-
miktub mill-kerrej lis-sid qabel il-prezentata tar-rikors, ghandu jigi
ipprezentat kontra u notifikat lic-cessjonarju.
(2) Il-Bord jista’ f’kull zmien jippermetti li ssir kull
korrezzjoni fir-rikors bil-hsieb li taghmlu aktar car.
(3) Jekk ir-rikorrent personalment jew permezz ta’ avukat jew
prokuratur legali jonqos milli jidher ghas-smigh tar-rikors, il-Bord,
hlief jekk ikun sodisfatt li hemm raguni tajba ghal dak in-nuqqas,
ghandu jichad ir-rikors u jordna li l-ispejjez jithallsu mir-rikorrent:
Izda r-rikorrent jista’, fiz-zmien ghaxart ijiem minn dik id-
decizjoni, japplika lill-Bord ghal smigh mill-gdid tar-rikors tieghu
u l-Bord ghandu jilqa’ dak ir-rikors jekk jiggustifika n-nuqqas
tieghu ghas-sodisfazzjon tal-Bord.
Spejjez tal-
proceduri quddiem 
il-Bord. 
12. L-ispejjez tal-proceduri quddiem il-Bord ghandhom
jithallsu mill-partijiet jew minn xi wahda mill-partijiet kif
jiddeciedi l-Bord.
Ritratazzjoni. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
13. (1) Kull parti fi proceduri mizmuma skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att tista’, b’rikors, titlob lill-Bord li ssir
ritrattazzjoni, u l-Bord ghandu jilqa’ t-talba, jekk - 
(a) ir-rikorrent jipprova ghas-sodisfazzjon tal-Bord illi d-
decizjoni tieghu fil-proceduri tkun giet determinata
minn rapprezentazzjoni hazina ta’ fatti jew minn
dikjarazzjoni falza maghmula mill-parti l-ohra fil-
proceduri; jew
(b) ir-rikorrent jipprova ghas-sodisfazzjon tal-Bord li sid
il-kera, wara li jkun ha lura l-pussess tar-raba’ jew
parti minnu bis-sahha ta’ decizjoni tal-Bord bazata fuq
l-artikolu 4(2)(a) jew (b), naqas li juzah ghall-iskop li
jkun iddetermina d-decizjoni tal-Bord.
(2) Jekk il-Bord ibiddel id-decizjoni li tkun ifformat l-oggett
tar-ritrattazzjoni, il-parti li favur taghha tkun giet mibdula dik id-
decizjoni jkollha azzjoni quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Civili
ghar-rifuzjoni ta’ danni minghand il-parti l-ohra u ghall-hlas minn
dik il-parti l-ohra ta’ penali li tigi stabbilita mill-qorti f’somma ta’
mhux izjed minn hames mitt lira:
Izda meta sid il-kera, billi jkun iddispona mir-raba’ jew
xort’ohra, ikun qieghed lilu nnifsu f’posizzjoni li ma jkunx jista’
jikkonforma ruhu mad-decizjoni tal-bord fir-ritrazzjoni, l-
imsemmija penali ma ghandhiex tkun anqas minn mitejn lira.
Kap. 12.
(3) Il-Bord ghandu jaghti wkoll ritrattazzjoni f’kull wiehed
mill-kazijiet imsemmija fl-artikolu 811 tal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili, izda d-disposizzjoni ta’ l-ahhar
subartikolu qabel dan ma ghandhiex tapplika hlief relattivament
ghal kaz li jaqa’ taht id-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu
811(a).
(4) Ma tistax tintalab ritrattazzjoni f’kaz li fih id-decizjoni
  8      KAP. 199. h       TIGDIDTA’KIRITA’RABA
tkun suggetta ghal appell skond l-artikolu 10 u meta l-fatti li
jikkostitwixxu r-ragunijiet ghal dik ir-ritrattazzjoni jkunu gew
ghall-konjizzjoni tal-parti li tallegahom qabel l-iskadenza tat-
terminu preskritt ghall-appell.
Klawsola jew 
kondizzjoni li 
tippriva lill-kerrej 
minn xi beneficcju 
moghti b’dan l-Att.
14. Kull klawsola jew kondizzjoni li tippriva lill-kerrej minn xi
beneficcju moghti b’dan l-Att, sew jekk dik il-klawsola jew
kondizzjoni tkun giet stipulata qabel ma jibda jsehh dan l-Att sew
wara, tkun nulla u bla effett.
Disposizzjonijiet 
dwar il-lingwa. 
Kap. 189. 
15. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 2, 4, 5, 6 u 7 ta’ l-Att dwar
Proceduri Gudizzjarji (Uzu ta’ l-Ilsien Ingliz) ghandhom japplikaw
relattivament ghal kull att gudizzjarju prezentat ghall-finijiet ta’
dan l-Att u ghal kull procedura tal-Bord, u kull riferenza f’xi wahda
minn dawk id-disposizzjonijiet ghall-qorti ghandha tiftiehem bhala
riferenza ghall-Bord.
Ghajnuna legali bla 
hlas. 
Sostitwit: 
IX. 1972.7;
XXIV. 1995.360. 
Kap. 12. 
16. Id-disposizzjonijiet tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u
Procedura Civili dwar il-beneficcju ta’ ghajnuna legali ghandhom
japplikaw ghall-partijiet fi proceduri quddiem il-Bord, li jkunu
persuni li jkollhom dritt ghal dak il-beneficcju skond kif imfisser
f’dawk id-disposizzjonijiet.
Drittijiet dovuti 
lill-membri li 
jinsabu fuq il-listi.
Mizjud: 
V. 1975.2. 
Emendat: 
XIX. 1979.2. 
Sostitwit: 
XIX. 1993.2. 
Emendat:
VI. 2001.11.
17. Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja jista’ b’avviz
jippreskrivi d-drittijiet li jithallsu lic-chairman u lill-membri li
jinsabu fuq iz-zewg listi.
Nefqa ta’ l-
amministrazzjoni 
tal-Bord. 
Sostitwit:
XIX. 1993.2.
18. L-ispejjez in konnessjoni ma’ l-amministrazzjoni tal-Bord,
inkluzi d-drittijiet li jithallsu skond regolamenti maghmulin taht l-
artikolu 19, jithallsu mill-Fond Konsolidat minghajr il-htiega ta’
ebda approprjazzjoni ohra.
Regolamenti.
Emendat:
VI. 2001.11.
19. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja jista’ jaghmel
regolamenti li jirregolaw il-proceduri tal-Bord u, minghajr hsara
ghall-generalita  ta’ hawn fuq, jista’ jaghmel regolamenti -
(a) li jippreskrivu l-kontenut ta’ rikors lill-Bord u l-
procedura ghan-notifika tieghu lill-parti li jkollha
interess li topponi r-rikors;
(b) li jippreskrivu l-procedura biex il-Bord jistabbilixxi d-
data tas-smigh ta’ rikors u biex jinghata avviz dwar dik
id-data lill-partijiet interessati;
(c) li jippreskrivu l-hlasijiet, inkluz il-hlas ta’ dritt tar-
registru li jigi stabbilit mill-imsemmi Ministru, li
ghandhom isiru mal-prezentata tar-rikors lill-Bord;
(d) li jippreskrivu liema parti tad-dritt tar-Registru
ghandha tigi moghtija lura jekk ir-rikors ikun
abbandunat u l-procedura dwar rifuzjoni;
(e) li jippreskrivu d-dritt li ghandu jithallas lill-avukat jew
lill-prokuratur legali ghal rikors quddiem il-Bord u
biex il-Bord ikun jista’ jiffissa, fil-limiti stabbiliti
TIGDIDTA’KIRITA’RABAg K AP. 199.     9
mill-imsemmi Ministru, id-dritt li jithallas lill-avukat
jew lill-prokuratur legali dwar proceduri quddiem il-
Bord;
(f) li jippreskrivu kull hag‘ohra li tista’ tkun mehtiega
ghall-esekuzzjoni ahjar tal-funzjonijiet tal-Bord:
Kap. 12.
Izda sakemm jigu preskritti d-drittijiet skond il-paragrafi
(c), (d) jew (e), ghandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda
A li tinsab mal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili.
(2) Kull regolamenti maghmula skond dan l-artikolu ghandhom
jitqieghdu quddiem il-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr
wara li jsiru, u jekk, fi zmien l-ghoxrin gurnata ta’ wara li jibdew
mill-gurnata li fiha xi regolamenti tali jkunu gew hekk imqieghda
quddiemha, il-Kamra tad-Deputati tirrizolvi illi r-regolamenti jigu
annullati, ghandhom minn dik inhar ikunu nulli, izda minghajr
hsara ta’ xi haga li tkun saret qabel bis-sahha taghhom jew ta’ l-
eghmil ta’ xi regolamenti ohra godda:
Izda fil-kalkolu ta’ l-imsemmija ghoxrin gurnata ma ghandu
jigi nkluz ebda perijodu ta’ erbat ijiem konsekuttivi jew izjed li
jkun hemm bejn xi zewg seduti konsekuttivi tal-Kamra tad-
Deputati.
Nuqqas ta’ tigdid 
ta’ kirja ta’ raba li 
jappartjeni lil jew 
huwa amministrat 
mill-Gvern. 
Mizjud: 
XXVIII. 1969.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
20. B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 u
d-disposizzjonijiet ta’ kull ligi ohra, il-Gvern jista’ fit-
terminazzjoni ta’ kirja jiehu lura l-pussess tar-raba’ li jappartjeni lil
jew huwa amministrat mill-Gvern li dwaru tkun saret dikjarazzjoni
tal-President ta’ Malta li huwa mehtieg ghal skop pubbliku.
Dikjarazzjoni tal-
President ta’ 
Malta.
Mizjud: 
XXVIII. 1969.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
21. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jiddikjara b’dikjaraz-zjoni
ffirmata minnu illi xi raba’ li jappartjeni lil jew huwa amministrat
mill-Gvern huwa mehtieg ghal skop pubbliku.
(2) Hadd ma jista’ jitlob prova ohra ta’ l-iskop pubbliku
msemmi fis-subartikolu (1) minbarra d-dikjarazzjoni tal-President
ta’ Malta.
(3) Il-Kummissarju ta’ l-Artijiet jista’ jittratta dwar u
jiddisponi minn raba’ li dwaru tkun saret dikjarazzjoni taht is-
subartikolu (1) b’dak il-mod u suggett ghal dawk il-kondizzjonijiet
kif jidhirlu xieraq wara li jiehu kont ta’ l-interess jew qadi tal-
pubbliku.
Mod kif il-
Kummissarju ta’ l-
Artijiet jista’ ma 
jhallix li tigi 
mgedda kirja. 
Mizjud:
XXVIII. 1969.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
22. (1) Meta l-President ta’ Malta jaghmel dikjarazzjoni
skond l-ahhar artikolu qabel dan, il-Kummissarju ta’ l-Artijiet jista’
ma jhallix li tigi mgedda kirja tar-raba’ li dwaru tkun saret dik id-
dikjarazzjoni, billi jiehu hsieb li kopja tad-dikjarazzjoni, flimkien
mal-partikolaritajiet bizzejjed sabiex jigi identifikat ir-raba’ u ma’
l-indikazzjoni tal-kirja li l-Gvern mhux qed ihalli li tiggedded, tigi
pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern u fuq il-bord ta’ l-avvizi ta’ l-
Ghassa tal-Pulizija, jew, skond il-kaz, ta’ kull Ghassa tal-Pulizija
tal-belt jew rahal fejn jew li fil-limiti taghhom ikun qieghed ir-
raba’.
(2) Il-Kummissarju ta’ l-Artijiet ghandu wkoll, kemm jista’
  10      KAP. 199. h       TIGDIDTA’KIRITA’RABA
jkun malajr wara l-imsemmija pubblikazzjoni, jiehu hsieb li kopja
tad-dikjarazzjoni, partikolaritajiet u indikazzjoni msemmija fis-
subartikolu (1) tigi notifikata permezz ta’ ittra ufficjali prezentata
fil-Qorti Civili, Prim’Awla, lill-kerrej tar-raba’ li ghalih tirreferixxi
d-dikjarazzjoni:
Izda t-tharis ghal kollox tas-subartikolu (1) jkun bizzejjed
biex ma tithallix tiggedded kirja li tkun fis-sehh. 
Tehid ta’ pussess 
tar-raba’. 
Mizjud:
XXVIII. 1969.4. 
23. (1) Salv li d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-
ahhar artikolu qabel dan ikunu gew imharsa ghal kollox, dwar
dikjarazzjoni maghmula skond l-artikolu 21, mhux inqas minn
xahar qabel id-data tat-terminazzjoni tal-kirja li tkun fis-sehh fiz-
zmien tad-dikjarazzjoni, il-kerrej jew kull okkupant iehor tar-raba’
li dwaru tkun saret id-dikjarazzjoni ghandu f’dik id-data tat-
terminazzjoni jaghti l-pussess ta’ dak ir-raba’ lill-Kummissarju ta’
l-Artijiet u mill-gurnata li tigi minnufih wara dik id-data l-
Kummissarju ta’ l-Artijiet jista’ minghajr ebda formalita  ohra
jidhol fi u jiehu pussess tar-raba’ jew jawtorizza lil kull persuna
biex tidhol fi u tiehu pussess tar-raba’ u li taghmel jew iggieghel li
jsir fuqu kull xoghlijiet.
(2) Qabel ma jinbdew xi xoghlijiet fuq ir-raba’ skond is-
subartikolu (1), rapprezentant tal-Kummissarju ta’ l-Artijiet
ghandu jaghmel, meta jkun prattikabbli fil-prezenza tal-kerrej,
deskrizzjoni bil-miktub tal-kondizzjoni tar-raba’ u ta’ kull
miljoramenti fuqu u, jekk il-kerrej ikun prezenti u jkun irid jiffirma
dik id-deskrizzjoni, hu ghandu jiffirmaha.
Kumpens ghal 
nuqqas ta’ tigdid 
ta’ kirja.
Mizjud: 
XXVIII. 1969.4. 
24. Meta l-Kummissarju ta’ l-Artijiet jiehu pussess lura tar-
raba’ minhabba nuqqas ta’ tigdid ta’ kirja skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-kerrej ikollu dritt dwar dak ir-
raba’ ghall-hlas ta’ l-istess kumpens xieraq u ta’ l-istess ammont
kif ghandu jithallas lil kerrej skond l-artikolu 4(5).
Kif jigi stabbilit 
kumpens. 
Mizjud:
XXVIII. 1969.4. 
Emendat:
IX. 1972.8. 
25. Jekk il-Kummissarju ta’ l-Artijiet u l-kerrej ma jaslux ghal
ftehim fuq xi ammont li ghandu jithallas skond l-artikolu 24, dak l-
ammont ghandu jigi stabbilit mill-Bord, fuq rikors jew tal-
Kummissarju ta’ l-Artijiet jew tal-kerrej, u d-decizjoni tieghu tkun
suggetta ghal appell skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10.
Meta dikjarazzjoni 
ssir dwar parti biss 
tar-raba’ mikri.
Mizjud:
XXVIII. 1969.4.
26. (1) Meta dikjarazzjoni skond l-artikolu 21(1) issir dwar
parti biss mir-raba’ li jkun oggett ta’ kirja, il-kerrej tar-raba’ jkollu
d-dritt, li jista’ jezercita fi zmien sena minn meta l-Gvern jidhol fuq
dik il-parti tar-raba’ skond l-artikolu 23(1), li jittermina l-kirja
rigward ukoll il-parti li tibqa’ mir-raba’:
Izda kumpens dwar terminazzjoni tali tal-kirja ghall-parti li
tibqa’ mir-raba’ ghandu jithallas lill-kerrej skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att biss jekk hu jipprova li ma jkunx
ekonomikament konvenjenti ghalih li jkompli l-kirja ta’ dik il-
parti.
(2) Meta, fil-kaz ta’ dikjarazzjoni kif imsemmija fl-ahhar
subartikolu qabel dan, il-kerrej ma jezercitax id-dritt imsemmi fih,
il-kirja tal-parti li tibqa’ tar-raba’ ghandha tiggedded taht dawk il-
kondizzjonijiet kif il-Bord, fuq rikors tal-Kummissarju ta’ l-
TIGDIDTA’KIRITA’RABAg K AP. 199.     11
Artijiet, jidhirlu xieraq li jistabbilixxi meta jiehu in konsiderazzjoni
l-kondizzjonijiet tal-kirja tar-raba’ kollu li gie maqsum.
Inapplikabbilita  ta’ 
l-artikolu 1591 tal-
Kodici Civili.
Emendat: 
XXVIII. 1969.3. 
Kap. 16.
27. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1591 tal-Kodici Civili ma
ghandhiex tapplika dwar it-tigdid ta’ kiri ta’ raba’.
