PREMIUM BONDS gKAP. 223.   1
KAPITOLU 223
ATT DWAR PREMIUM BONDS
Biex jipprovdi dwar il-hrug, il-promozzjoni u l-amministrazzjoni ta’
Premium Bonds.
(16 ta’ Marzu, 1971)*
Sar ligi bl-ATT VII ta’ l-1971, u gie emendat bl-Atti: XXIX ta’ l-1971,
XXXI ta’ l-1981 u XVI ta’ l-1997.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Emendat: 
XXIX. 1979.3. 
Kap. 204. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra - 
"il-Bank" tfisser il-Bank Centrali ta’ Malta mwaqqaf bl-Att dwar
il-Bank Centrali ta’ Malta;
"bond" tfisser premium bond mahrug skond dan l-Att;
"detentur" dwar bond tfisser il-persuna li f’isimha il-bond ikun
jidher fir-registru;
"il-Fond" tfisser il-Fond tal-Premium Bonds stabbilit skond l-
artikolu 17 ta’ dan l-Att;
"il-Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta; 
"il-Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
 "Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati ta’ Malta;
"il-Kont" tfisser il-Kont tad-Dhul tal-Premium Bonds mizmum
mill-Bank skond l-artikolu 18 ta’ dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-finanzi;
 "preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti maghmula skond dan
l-Att;
"rata fil-mija" tfisser rata fil-mija fis-sena fuq il-valur ta’ bond;
"registru" tfisser ir-registru ta’ bonds mizmuma ghall-finijiet ta’
dan l-Att skond l-artikolu 7 tieghu; u
"registrat" ghandha tiftiehem skond hekk;
"sena finanzjarja" ghandha l-istess tifsir li ghandha ghall-finijiet
tal-Kostituzzjoni.
Awtorita ghall-
hrug ta’ bonds.
3. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikun
skond il-ligi li l-Ministru jawtorizza l-hrug ta’ premium bonds.
(2) Meta l-hrug ta’  bonds ikun gie awtorizzat skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jkun skond il-ligi li l-Bank, bla
hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti
maghmula bis-sahha tieghu u taht u skond dawk id-direttivi kif il-
Ministru jista’ jaghti, johrog, jippromovi u jamministra bonds ghal
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 226 tas-16 ta’ Marzu, 1971.
 2      KAP. 223.h      PREMIUM   BONDS
u f’isem il-Gvern.
(3) Kull azzjoni mehuda u kull spejjez preliminari maghmula in
konnessjoni mal-hrug, promozzjoni u amministrazzjoni ta’ bonds
qabel il-bidu fis-sehh ta’ dan l-Att ghandu jkollhom l-istess effett u
validita daqslikieku dawk l-azzjonijiet ikunu ttiehdu validament u
dawk l-ispejjez ikunu saru legittimament skond dan l-Att; u kull
azzjoni jew haga hekk mibdija izda li tkun ghadha mhux mitmuma
fid-data tal-bidu fis-sehh ta’ dan l-Att jistghu jitkomplew skond
dan l-Att daqslikieku l-azzjoni jew il-haga tkun inbdiet skond dan
l-Att.
Valur u xiri ta’ 
bonds.
4. (1) Il-bonds ghandhom jigu mahruga b’dik id-
denominazzjoni u jistghu jinxtraw b’dik id-denominazzjoni u sa
dak l-ammont kif jigi preskritt.
(2) Applikazzjonijiet ghax-xiri ta’ bonds  ghandhom isiru lill-
Bank jew lil dawk l-agenti li jigu nominati mill-Bank.
Detentur ikollu 
dritt ghal certifikat 
tal-bonds.
5. Ix-xerrej ta’  bonds  ikollu d-dritt li jikseb mill-Bank
certifikat tal-bonds li jkun f’dik il-forma kif il-Bank jidhirlu xieraq
hekk izda li c-certifikati tal-bonds kollha johorgu fl-istess forma:
Izda meta izjed minn  bond wiehed jigi mixtri mill-istess
persuna fl-istess hin jista’ jinhareg lix-xerrej dokument minflok ic-
certifikat tal-bonds dwar il-bonds mixtrija, li jispecifika n-numru
totali ta’ bonds mizmuma u n-numru registrat ta’ kull wiehed minn
dawk il-bonds; izda ghall-finijiet l-ohra kollha ta’ dan l-Att u ta’
kull regolamenti maghmula bis-sahha tieghu kull wiehed mill-
bonds murija fid-dokument minflok ic-certifikati ghandu jitqies li
hu bond registrat separat bl-istess mod daqslikieku certifikat tal-
bond separat ikun hareg dwar kull wiehed minnhom.
Bonds m’humiex 
trasferibbli. 
6. Hlief kif jista’ jigi preskritt xort’ohra, il-bonds ma jkunux
trasferibbli.
Registrazzjoni ta’ 
bonds. 
7. (1) Il-Bank ghandu jara li jinzamm registru tal-bonds
kollha u tat-transazzjonijiet dwarhom u ghandu jara li jsir dak id-
dhul fih kif jista’ jkun mehtieg biex juri l-ismijiet, l-indirizzi u d-
dettalji l-ohra rilevanti tad-detenturi tal-bonds registrati fih.
(2) Hlief kif jista’ jigi preskritt xort’ohra, ebda persuna ma
jkollha dritt ghal xi bond jew ghal xi hlas tieghu kemm-il darba ma
tkunx detentur ta’ bond.
Ir-registru jkun 
prova konkluziva 
tal- fatti li jkunu 
jinsabu fih. 
8. Id-dhul fir-registru dwar id-detenturi ta’  bonds  u dwar
transazzjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-bonds registrati fih ikun
prova konkluziva tal-fatti, tal-hwejjeg u tal-partikolaritajiet li
dwarhom jirreferixxi dak id-dhul; u dokument li juri li hu mahrug
mill-Bank li jiccertifika li hu kopja vera ta’ dak id-dhul fir-registru
kif intqal qabel ghandu jigi milqugh bhala prova f’kull
procedimenti gudizzjarji u ghandu, sakemm jigi pruvat kuntrarju,
ikun prova ta’ dak li jkun fih id-dhul fir-registru li tieghu jkun
jidher li hu kopja vera.
Il-lotterija. 9. (1) Ghandha tinzamm kull xahar wara t-tielet xahar
kalendarju li jigi wara x-xahar li matulu bonds ikunu offerti ghall-
bejgh ghall-ewwel darba lotterija, li tinzamm bil-mod preskritt,
PREMIUM BONDS gKAP. 223.   3
ghall-allokazzjoni tal-fond ta’ premjijiet ta’ kull xahar li jigi
stabbilit skond l-artikolu 11 ta’ dan l-Att.
(2) Il-hin u l-post tat-tlugh tal-lotterija ghandu jigi stabbilit
mill-Ministru u avviz ta’ dan ghandu jigi pubblikat fil-Gazzetta:
Izda f’kull zmien qabel ma jsir it-tlugh il-Ministru jista’
jibdel il-hin u l-post tat-tlugh jew xi wiehed minnhom u f’kull kaz
bhal dan l-avviz tat-tibdil ghandu jigi pubblikat fil-Gazzetta malajr
kemm ikun prattikabbli:
Izda wkoll jekk fil-gurnata jew fil-granet stabbiliti ghat-
tlugh kif intqal qabel il-persuni nkarigati mit-tmexxija tat-tlugh
ikunu sodisfatti li t-tlugh ma jkunx jista’ jsir jew jispicca f’dik il-
gurnata jew f’dawk il-granet huma ghandhom jordnaw li t-tlugh
jithalla ghal darb’ohra u javzaw lill-Ministru minnufih bid-
decizjoni taghhom; u f’kull kaz bhal dan il-Ministru jista’
jawtorizza li t-tlugh jitkompla fi granet sussegwenti jew jordna li t-
tlugh isir f’dak il-hin u post kif jista’ jistabbilixxi; u meta l-hin jew
il-post tat-tlugh ikun hekk mibdul avviz dwar dan ghandu jigi
pubblikat fil-Gazzetta.
(3) Il-post fejn jinzamm it-tlugh tal-lotterija ghandu jkun
accessibbli ghall-membri tal-pubbliku waqt it-tlugh.
Bonds li jistghu 
jiehdu sehem 
f’lotterija. 
10. (1) Bond ikun intitolat jiehu sehem f’lotterija - 
(a) jekk ikun ilu registrat ghal tliet xhur kalendarji
konsekuttivi wara x-xahar li fih ikun inxtara, qabel ma
jsir it-tlugh; u
(b) jekk ikun ghadu ma thallasx lura qabel l-ewwel
gurnata tax-xahar li fih isir it-tlugh.
(2) Bond ghandu jiehu sehem f’kull lotterija li ssir fil-waqt li
jkun intitolat jiehu sehem fiha skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu:
Izda d-detentur ta’ bond ma jkollux dritt ghal aktar minn
premju wiehed f’lotterija wahda dwar l-istess bond, u jekk dak il-
bond jitla’ iktar minn darba f’lotterija wahda hu jinghata l-oghla
premju li ghalih jitla’.
Fond ta’ premjijiet 
ta’ kull xahar u 
tqassim ta’ 
premjijiet.
11. (1) Il-fond ta’ premjijiet ta’ kull lotterija ghandu jigi
stabbilit billi tigi kalkolata r-rata fil-mija korrenti ghal xahar fuq
kull bond intitolat li jiehu sehem f’lotterija:
Izda l-fond ta’ premjijiet ghal kull lotterija ma ghandu jkun
f’ebda kaz inqas minn sitt elef lira.
(2) Ir-rata fil-mija ghandha tigi stabbilita mill-Ministru minn
zmien ghal zmien wara konsultazzjoni mal-Bank u ghandha tigi
pubblikata fil-Gazzetta.
(3) In-numru u l-valur tal-premjijiet ghandhom ikunu dawk li l-
Ministru jista’, minn zmien ghal zmien, wara konsultazzjoni mal-
Bank, jistabbilixxi u jippubblika fil-Gazzetta.
 4      KAP. 223.h      PREMIUM   BONDS
Premjijiet ezenti 
mit-taxxa fuq l-
income.
Kap. 123. 
12. Premju li ghandu jithallas skond dan l-Att ghandu jitqies li
mhux income ghall-finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
Rebbieha ta’ 
premjijiet jigu 
avzati u hlas ta’ 
premjijiet.
13. (1) Malajr kemm ikun prattikabbli wara tlugh ta’ lotterija
n-numri registrati tal-bonds rebbieha ghandhom jigu pubblikati fil-
Gazzetta u l-Bank ghandu b’ittra javza lil kull persuna li f’isimha l-
bond rebbieh ikun registrat.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti maghmula bis-sahha taghhom premju li ghandu
jithallas skond dan l-Att ghandu jithallas lill-persuna li f’isimha l-
bond rebbieh dwar dak il-premju jkun registrat.
Kondizzjonijiet 
ghall-hlas ta’ 
premjijiet. 
14. (1) Premju ma ghandux jithallas - 
(a) jekk il-bond li jitla’ dwar dak il-premju ma jigix
prezentat qabel ma jghaddu tnax-il xahar mid-data tal-
hrug ta’ l-avviz moghti skond l-artikolu 13 ta’ dan l-
Att; jew
(b) jekk il-Bank jiddikjara li l-Bond ikun invalidu; jew 
(c) jekk il-bond ikun fih xi tibdil, thassir jew brix ta’ xi
numri stampati fuqu;
u dwar kull wahda mill-hwejjeg imsemmija qabel id-decizjoni tal-
Bank tkun finali:
Izda l-Bank jista’ fid-diskrezzjoni tieghu jhallas il-premju,
taht dawk il-kondizzjonijiet kif jidhirlu xieraq li jimponi, jekk il-
fatt li min jirreklama l-premju ma jkunx jista’ jhares il-paragrafu
(a) ta’ dan is-subartikolu jigi notifikat lill-Bank bil-miktub minn
min jirreklama l-premju u dak l-avviz jigi ricevut mill-Bank fiz-
zmien ta’ tnax-il xahar imsemmi f’dak il-paragrafu.
(2) Kull premju li jibqa’ mhux imhallas skond is-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu ghandu jintilef favur il-Gvern u jigi mhallas
fil-Kont.
Hlas lura ta’ bonds. 15. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti maghmula bis-sahha tieghu, il-bonds ghandhom
jithallsu lura bil-valur taghhom nominali fuq talba:
Izda ebda talba ghall-hlas lura ma ghandha tigi milqugha
jekk il-bond ma jkunx ha sehem f’ghall-anqas lotterija wahda.
Meta ma jkunx 
jista’ jsir hlas 
validament. 
16. Meta l-Bank ma jkunx jista’, ghal xi raguni, ihallas
validament xi pagament li ghandu jithallas lil xi persuna dwar
bond, hu jista’, kemm-il darba ma jkunx provdut xort’ohra minn
jew skond dan l-Att, jiftah kont mal-Bank ta’ Tifdil ta’ Malta favur
il-persuna li lilha l-pagament ikun jidher li jkun dovut u jista’,
sakemm il-pagament ikun jista’ jsir lill-imsemmija persuna jew
sakemm pagament validu jkun jista’ jsir xort’ohra, izomm l-
ammont dovut fl- imsemmi kont.
Fond tal-Premium 
Bonds.
17. (1) Ghandu jigi stabbilit fond li jissejjah Fond tal-
Premium Bonds, u ghandu jithallas fil-Fond dak kollu li jidhol
mill-bejgh ta’ bonds u ghandu jithallas mill-Fond il-hlas lura kollu
ta’ bonds.
PREMIUM BONDS gKAP. 223.   5
(2) Il-Fond ghandu jinzamm u jigi amministrat mill-Bank
skond dawk id-direttivi kif il-Ministru, wara konsultazzjoni mal-
Bank, jista’ jaghti.
(3) Il-hlas lura tal-bonds kollha li jkunu ghadhom ma thallsux
lura f’xi zmien u l-hlas kollu iehor dovut skond dan l-Att huwa
garantit mill-Gvern u dawk il-flejjes li jkunu mehtiega biex isir xi
hlas kif intqal qabel skond l-imsemmija garanzija jkunu addebitati
lill-Fond Konsolidat u jithallsu mill-imsemmi Fond Konsolidat u
mill-attiv tal-Gvern.
Kont ta’ Dhul tal-
Premium Bonds.
18. (1) Id-dividendi kollha u l-imghax u d-dhul l-iehor kollu li
jinkisbu minn investimenti jew minn impieg ta’ flejjes fil-Fond
maghmula skond is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 17 ta’ dan l-Att u
s-somom kollha dovuti lill-Gvern skond is-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 14 ta’ dan l-Att ghandhom jithallsu f’kont li jissejjah Kont
ta’ Dhul tal-Premium Bonds u li ghandu jinzamm mill-Bank.
(2) Ghandhom jigu addebitati lil u ghandhom jithallsu mill-
Kont minghajr approprjazzjoni ohra hlief dan l-Att:
(a)l-ispejjez kollha dwar il-promozzjoni u l-
amministrazzjoni tal-bonds u d-debiti l-ohra kollha li
ghandhom x’jaqsmu maghhom, inkluzi l-ispejjez
kollha preliminari maghmula jew imhallsa qabel il-
bidu fis-sehh ta’ dan l-Att; u
(b) is-somom kollha dovuti bhala premju skond dan l-Att
u d-debiti u l-ispejjez l-ohra kollha li ghandhom
x’jaqsmu mal-lotterija u mat-tqassim tal-premjijiet
skond dan l-Att.
Eccess u deficit fil-
Kont.
19. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’
l-artikolu 17 ta’ dan l-Att, jekk f’xi zmien matul xi sena finanzjarja
l-ammont favur il-Kont ma jkunx bizzejjed biex jithallsu l-ispejjez
u d-debiti dovuti mill-imsemmi Kont skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 18 ta’ dan l-Att, il-Ministru jista’
javvanza lil u l-Bank ghandu jhallas fl-imsemmi Kont dik is-
somma jew dawk is-somom kif ikunu mehtiega biex jithallsu l-
ispejjez u d-debiti msemmija qabel taht dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet kif il-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Bank,
jista’ jistabbilixxi.
(2) Jekk fl-ahhar gurnata ta’ xi sena finanzjarja jkun hemm
eccess fil-Kont, il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bank,
jordna t-trasferiment ta’ l-eccess jew ta’ xi parti minnu ghall-Fond
Konsolidat:
Izda ebda trasferiment kif intqal qabel ma jista’ jigi ordnat
mill-Ministru kemm-il darba l-attiv likwidu tal-Fond flimkien mal-
valur tas-suq kif stmat ta’ l-investimenti mizmuma mill-Fond f’dik
il-gurnata u kull trasferiment ta’ eccess mill-Kont ghall-Fond skond
dan il-proviso ma jeccedix ghall-inqas bi hmistax fil-mija l-
ammont tal-bonds li ma jkunux thallsu lura f’dik il-gurnata; u f’kull
kaz bhal dan kull eccess fil-Kont ghandu jew jinzamm fil-Kont jew
jigi trasferit ghall-Fond, jew f’parti hekk jinzamm u f’parti jigi
hekk trasferit, kif il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bank,
 6      KAP. 223.h      PREMIUM   BONDS
jordna.
Verifika. 
Emendat:
XVI. 1997.8.
20. Il-Bank ghandu jzomm jew jara li jinzammu kontijiet
xierqa u records ohra kif imiss dwar il-hrug, il-promozzjoni u l-
amministrazzjoni tal-bonds u dwar l-amministrazzjoni tal-Fond ta’
premjijiet u dawk il-kontijiet u r-records kollha ghandhom jigu
verifikati mill-Awditur Generali.
Sottomissjoni ta’ 
estimi ta’ dhul u 
hrug.
21. Il-Bank ghandu, mhux aktar tard minn tliet xhur qabel il-
bidu ta’ kull sena finanzjarja, l-ewwel darba fis-sena finanzjarja
wara s-sena li fiha jkun sar l-ewwel hrug ta’ bonds, jissottometti
lill-Ministru stima ta’ infieq mistenni li jsir f’dik is-sena fuq il-
hrug, il-promozzjoni u l-amministrazzjoni ta’ bonds u stima ghall-
istess perijodu tad-dhul mistenni fil-Kont.
Sottomissjoni ta’ 
dikjarazzjonijiet 
mill-Bank.
Emendat:
XVI. 1997.8.
22. (1) Il-Bank ghandu, mhux aktar tard minn tliet xhur wara
li taghlaq kull sena finanzjarja, jissottometti lill-Ministru:
(a) dikjarazzjoni ta’ l-attiv u tal-passiv tal-Fond fl-ahhar
gurnata tas-sena finanzjarja li ghaliha d-dikjarazzjoni
tirreferixxi;
(b) dikjarazzjoni tal-qaghda tal-Kont fil-gurnata
msemmija qabel;
(c) dikjarazzjoni ta’ l-ammont tal-bonds li jkunu ghadhom
ma thallsux lura fil-gurnata msemmija qabel, li turi l-
bonds mahrugin u mhallsin lura matul is-sena; u
(d) lista tat-titoli u investimenti ohra mizmuma mill-Fond
fil-gurnata msemmija qabel, li turi dwar kull titolu jew
investiment tali l-valur nominali, il-prezz tax-xiri u l-
ahhar valur tas-suq maghruf taghhom.
(2) Id-dikjarazzjonijiet u l-lista msemmija qabel ghandhom
ikunu iffirmati kif imiss ghal u f’isem il-Bank u ghandhom ikunu
certifikati mill-Awditur Generali.
(3) 1l-Ministru ghandu jara li d-dikjarazzjonijiet u l-lista
moghtija lilu skond dan l-artikolu jigu pubblikati fil-Gazzetta mhux
iktar tard minn xahar wara li jkun ircevihom.
(4) Ebda haga fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
ma ghandha tiftiehem li ma thallix lill-Ministru milli jitlob lill-
Bank biex jaghtih dik l-informazzjoni u dawk id-dokumenti l-ohra
dwar il-bonds u l-amministrazzjoni taghhom kif jidhirlu mehtieg
jew spedjent.
Falsifikazzjoni. 
Kap 9.
23. Ghall-finijiet tal-Kodici Kriminali kull dokument mahrug
skond dan l-Att li jaghti d-dritt lil persuna ghal xi hlas skond dan l-
Att jew ghal xi dokument iehor li jaghti d-dritt lil persuna ghal xi
hlas tali ghandu jitqies li hu dokument illi meta jigi prezentat
wiehed jista’ jircievi bih hlas skond it-tifsir ta’ l-artikolu 167 ta’ l-
imsemmi Kodici, u d-disposizzjonijiet ta’ dak il-Kodici ghandhom
japplikaw skond hekk.
Setgha ghall- 
eghmil ta’ 
regolamenti. 
24. (1) Il-Ministru jista’ jaghmel u, meta jkun ghamel,
jemenda, ihassar u jaghmel mill-gdid regolamenti dwar il-hwejjeg
kollha mehtiega jew spedjenti biex jaghti effett lid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u bla hsara ghall-generalita ta’ dak li
PREMIUM BONDS gKAP. 223.   7
ntqal qabel, jipprovdi ghal:
(a) il-valur ta’ kull bond fi flus ta’ Malta; 
(b) il-mod tax-xiri tal-bonds;
(c) l-akbar ammont ta’ bonds li persuna jista’ jkollha;
(d) l-eligibbilita ta’ persuni biex ikunu detenturi ta’ bonds;
(e) il-mod tal-hlas ta’ kull somma li ghandha tithallas
skond dan l-Att;
(f) hwejjeg li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-eligibbilita ta’
bonds ghal lotterija;
(g) il-kontroll ta’ tlugh ta’ lotteriji, inkluzi provvedimenti
dwar il-persuni li ghandhom jikkontrollaw it-tlugh, is-
setghat u d-dmirijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ tlugh
u l-qtugh ta’ kwistjonijiet jew diffikultajiet li
jinqalghu dwar dan;
(h) il-procedura li tithares fi tlugh ta’ lotterija; 
(i) it-telf ta’ bonds favur il-Gvern;
(j) il-hwejjeg kollha mehtiega jew awtorizzati li jigu
preskritti b’dan l-Att u l-hwejjeg li dwarhom l-Att
jipprovdi li huma suggetti ghal, jew jigu maghmula bla
hsara ghad-disposizzjonijiet ta’, xi regolamenti
maghmula skond dan l-Att;
(k) il-hwejjeg kollha incidentali ghal jew li ghandhom
x’jaqsmu ma’ kull haga hawnhekk izjed ’il fuq
imsemmija.
(2) Regolamenti maghmula skond dan l-Att ghandhom
jitqeghdu fuq il-Mejda tal-Kamra kemm jista’ jkun malajr wara li
jsiru u jekk, fi zmien tmienja u ghoxrin gurnata wara li hekk
jitqeghdu, il-Kamra tirrizolvi li ghandhom jigu annullati jew
emendati, dawk ir-regolamenti ghandhom minnufih ma jkomplux
isehhu jew jigu hekk emendati, skond il-kaz, izda bla hsara ghal
validita ta’ kull haga li tkun saret qabel bis-sahha taghhom jew
ghall-eghmil ta’ regolamenti godda.
(3) Fil-kalkolu ghall-finijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu ta’ dak il-perijodu ta’ tmienja u ghoxrin gurnata, ma
ghandu jinghadd ebda zmien li matulu l-Kamra ma tkunx qed
tiltaqa’ jew li matulu tkun aggornata ghal izjed minn sebat ijiem.
Segretezza.
ghandhom x’jaqsmu ma’ bonds ma ghandha tikxef l-isem tad-
detentur jew l-ammont li jista’ jkollu f’ismu jew xi premju li jkun
telaghlu hlief ghall-finijiet ta’ dan l-Att jew kemm-il darba ma
tkunx mehtiega li taghmel hekk skond xi ligi li tkun f’dak iz-zmien
fis-sehh.
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
tehel meta tinsab hatja multa ta’ mhux izjed minn mitt lira.
 8      KAP. 223.h      PREMIUM   BONDS
Ma jistghux isiru 
azzjonijiet kontra l-
Gvern u kontra l-
Bank wara li 
jghaddu sentejn 
mit-tlugh tal-
lotterija. 
26. Ma tkun tista’ tittiehed ebda azzjoni kontra l-Gvern, jew il-
Bank jew xi persuna ohra li tagixxi taht l-awtorita taghhom dwar il-
hlas ta’ premju skond dan l-Att li tinholoq minn xi haga maghmula
jew li naqset milli ssir skond jew fuq id-direttivi tal-Ministru jew
tal-Bank skond dan l-Att jekk dik l-azzjoni ma tkunx inbdiet mhux
iktar tard minn sentejn wara d-data li fiha l-premju kien, jew hu
pretiz li kien, tela’.
Il-Gvern u l-Bank 
m’humiex 
responsabbli. 
27. (1) Il-Gvern, il-Bank u kull persuna li tagixxi taht l-
awtorita taghhom ma jkunux responsabbli ghal xi hlas jew att
maghmul skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti maghmula bis-sahha tieghu kemm-il darba ma jkunx
jidher, dwar dik il-persuna kif intqal qabel, li tkun imxiet in mala
fidi; u kull hlas maghmul kif intqal qabel ghandu, bla hsara ghad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar id-drittijiet ta’ terzi persuni,
jitqies li hu hlas validu u r-riceviment mill-persuna li lilha l-hlas
ikun sar ghandu jikkostitwixxi liberazzjoni ghal kollox tal-Gvern u
tal-Bank ghall-ammont hekk imhallas.
(2) Meta warrant ghal xi hlas dwar bond ikun mahrug bhala li
ghandu jithallas lil xi persuna li la tkun id-detentur u lanqas b’mod
iehor intitolata minn jew taht dan l-Att biex tircievi dak il-
pagament, allura jekk ikun jidher li - 
(a) il-warrant kien mahrug in bona fidi u minghajr
traskuragni, u
(b) il-hrug tal-warrant lil dik il-persuna sar minhabba xi
att jew omissjoni min-naha tad-detentur jew tal-
persuna b’mod iehor intitolata li tircievi l-hlas,
il-warrant ghandu bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
dwar id-drittijiet ta’ terzi persuni, jitqies li hareg kif imiss lill-
persuna intitolata li tircievi l-hlas.
Rizerva ghad-
drittijiet ta’ terzi 
persuni.
28. Ebda haga li tinsab fl-artikolu 27 ta’ dan l-Att ma ghandha
tfixkel lil xi persuna milli tigbor xi flus li skond il-ligi jmissu lilha
minghand il-persuna li lilha dawk il-flus thallsu jew minghand l-
aventi kawza taghha jew tolqot id-drittijiet ta’ xi persuna dwar xi
bond kontra terza persuna.
Ezenzjoni minn 
taxxa fuq 
dokumenti. 
Emendat: 
XXXI. 1981.64. 
29. Id-dokumenti u l-atti kollha maghmula jew uzati skond d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti maghmula bis-
sahha tieghu ghandhom ikunu ezenti mit-taxxa fuq dokumenti.
Ezenzjoni mill-
Ordinanza dwar il-
Lottu Pubbliku. 
Kap. 70.
30. L-artikolu 11 ta’ l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku ma
ghandux japplika ghall-hrug ta’ bonds jew ghat-tizmim ta’ lotterija
skond dan l-Att.
