IBHRATERRITORJALI U Z-ZONA KONTIGWAg K AP. 226.    1
KAPITOLU 226
ATT DWAR L-IBHRA TERRITORJALI U 
Z-ZONA KONTIGWA
Biex jestendi l-ibhra territorjali ta’ Malta u biex jipprovdi ghal zona
kontigwa.
10 ta’ Dicembru, 1971
L-ATT XXXII ta’ l-1971, kif emendat bl-Atti: XLVI ta’ l-1975, XXIV ta’
l-1978, XXVIII ta’ l-1981 u I ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Territorjali u z-Zona Kontigwa.
Tifsir.
Emendat:
I. 2002.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra - 
"azzjoni kif imiss" tfisser kull azzjoni jew xi azzjoni minn dawn
li gejjin:
(a) tissenjala bastiment,
(b) twaqqaf bastiment,
(c) titla’ abbord bastiment,
(d) tfittex fuq bastiment,
(e) tarresta u zzomm lil xi persuna suspettata li tkun se
tikkommetti xi reat kriminali jew li tkun ikkommettiet
xi reat bhal dak,
(f) televa xi oggett minn abbord bastiment suspettat li
jkollu x’jaqsam ma’ reat kriminali,
(g) tehtieg lill-kaptan ta’ bastiment li jbahhar lill-
bastiment u l-ekwipagg ’il barra mill-ibhra ta’ Malta
jew lejn xi port jew bajja f’Malta;
"bastiment jew ingenju relevanti" tfisser kull bastiment militari
jew ajruplan militari Malti jew kull bastiment jew ingenju, inkluz
ajruplan, li jkun jappartjeni lill-forzi armati jew lil xi wahda mill-
awtoritajiet ghall-infurzar tal-ligi f’Malta, inkluzi l-awtoritajiet
tad-dwana, li jkollhom sinjali esterni li jkunu jiddistingwu lil dak
il-bastiment jew ajruplan bhala li jappartjeni lil Malta u li jkunu
jidentifikawh bhala li jkun qieghed iwettaq servizz tal-gvern;
"bastiment militari barrani" tfisser bastiment li jappartjeni lill-
forzi armati ta’ xi Stat barrani u li jkollu dawk il-karatteristici
mutatis mutandis bhalma jikkorrispondu ghal dawk ta’ bastiment
militari Malti;
"bastiment militari Malti" tfisser bastiment li jappartjeni lill-
forzi armati ta’ Malta li jkollu sinjali esterni li jkunu jiddistingwu
lil tali bastiment bhala li jappartjeni lil Malta taht il-kmand ta’
ufficjal kummissjonat kif imiss mill-gvern ta’ Malta u li ismu jkun
jidher fil-lista ta’ servizz adatta jew fl-ekwivalenti taghha, u li
jkollu abbord ekwipagg li jkun jaqa’ taht id-dixxiplina regolari tal-
  2      KAP. 226. h       IBHRATERRITORJALI U Z-ZONA KONTIGWA
forzi armati;
"bastiment suspettat" tfisser kull bastiment li dwaru ghandha
tittiehed azzjoni kif imiss;
"ligi" tinkludi kull dokument li jkollu l-forza ta’ ligi;
"Malta" tfisser il-Gzira ta’ Malta, il-Gzira ta’ Ghawdex u l-
gzejjer l-ohra ta’ l-Arcipelagu ta’ Malta;
"reat relevanti" tfisser kull reat li jsir kontra xi ligi li tirrigwarda
d-dwana, affarijiet fiskali, l-immigrazzjoni u s-sanita , inkluz it-
tniggis;
"ufficjal marittimu ghall-infurzar" tfisser kull membru tal-Korp
tal-Pulizija ta’ Malta, tal-Forzi Armati ta’ Malta, kull Ufficjal tad-
Dwana u kull ufficjal iehor vestit b’awtorita  generali ta’ infurzar
tal-ligi.
Estensjoni ta’ l-
ibhra territorjali. 
Emendat: 
XLVI. 1975.2;
XXIV. 1978.2.
3. (1) Hlief kif hawnhekk izjed ’il quddiem provdut, l-ibhra
territorjali ta’ Malta jkunu dawk il-partijiet kollha tal-bahar miftuh
sa tnax-il mil nawtiku ’l barra mill-kosta ta’ Malta mkejla mill-
aktar post boghod safejn il-bahar jisfa ghal kollox fuq il-metodu ta’
linji bazi dritti migbudin bejn ponot xierqa.
Kap. 138. (2) Ghall-finijiet ta’ l-Att dwar l-Industrija tal-Hut u ta’ kull
ligi ohra li ghandha x’taqsam mas-sajd, sew jekk tkun saret qabel
sew wara dan l-Att, l-ibhra territorjali ta’ Malta ghandhom jestendu
ghall-partijiet l-ohra kollha tal-bahar miftuh sa hamsa u ghoxrin
mil nawtiku ’l barra mil-linji bazi li minnhom jitkejjel il-wisa’ ta’
l-ibhra territorjali, u, ghall-finijiet ta’ dak li ntqal qabel, il-
gurisdizzjoni testendi sa hemmhekk.
Zona Kontigwa. 
Emendat:
XLVI.1975.2; 
XXIV. 1978.3.
4. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(2), fiz-
zona tal-bahar miftuh kontingwa ma’ l-ibhra territorjali ta’ Malta
kif definiti fl-artikolu 3(1) (liema zona f’dan l-Att qed tissejjah "iz-
zona kontigwa") l-Istat ikollu dawk il-gurisdizzjonijiet u dawk is-
setghat kif maghrufa dwar l-istess zona mid-dritt internazzjonali u
b’mod partikolari jista’ jezercita fiha l-kontroll mehtieg - 
(a) biex jevita kull ksur ta’ xi ligi li ghandha x’taqsam ma’
dwana, hwejjeg fiskali, immigrazzjoni u sanita , inkluz
it-tniggiz, u
(b) biex jaghti pieni ghal reati li jkunu saru kontra l-istess
ligijiet f’Malta jew fl-ibhra territorjali ta’ Malta kif
definiti bl-artikolu 3(1) jew (2), skond il-kaz.
(2) Iz-zona kontigwa ghandha testendi sa erbgha u ghoxrin mil
nawtiku ’l barra mil-linji bazi li minnhom jitkejjel il-wisa’ ta’ l-
ibhra territorjali.
Azzjoni dwar 
bastiment li jkun 
jinsab fl-ibhra ta’ 
Malta.
Mizjud:
I. 2002.4.
5. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
kull ufficjal marittimu ghall-infurzar li jkun abbord bastiment jew
ingenju relevanti jista’, gewwa l-ibhra interni jew territorjali ta’
Malta, jiehu azzjoni kif imiss fir-rigward ta’ kull bastiment, li ma
jkunx bastiment militari barrani jew bastiment proprjeta  ta’ xi stat
barrani li jintuza biss ghal servizz mhux kummercjali, kemm jekk
dan ikun qed itajjar il-bandiera Maltija jew xi bandiera ohra kemm
jekk ma jkun qed itajjar ebda bandiera, li jkun ragonevolment
IBHRATERRITORJALI U Z-ZONA KONTIGWAg K AP. 226.    3
suspettat li jkollu abbord lil xi persuna ragonevolment suspettata li
tkun se tikkommetti xi reat jew li tkun ikkommettiet xi reat kontra
xi ligi ta’ Malta.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), fejn ir-
reat suspettat ikun sar abbord il-bastiment barrani filwaqt li jkun
ghaddej mill-ibhra territorjali ta’ Malta, is-setgha msemmija fis-
subartikolu (1) m’ghandhiex tigi ezercitata kemm-il darba:
(a) il-konsegwenzi tar-reat ma jkunux jestendu ghal
Malta; jew
(b) ir-reat ma jkunx wiehed tali li jiddisturba l-paci ta’
Malta jew il-bonordni fl-ibhra territorjali; jew
(c) ma tkunx intalbet l-ghajnuna ta’ l-awtoritajiet Maltin
mill-kaptan tal-bastiment jew minn agent diplomatiku
jew minn ufficjal konsulari  ta’ l-Istat li l-bastiment
ikun itajjar il-bandiera tieghu; jew
(d) ma tkunx mehtiega azzjoni kif imiss bil-ghan li jigi
soppress it-traffiku illegali ta’ medicinali narkotici jew
sustanzi psikotropici.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ma jaffettwawx id-
dritt li ufficjal marittimu ghall-infurzar ikollu abbord bastiment jew
ingenju relevanti li jiehu kull azzjoni awtorizzata mil-ligi ta’ Malta
bil-ghan ta’ arrest jew investigazzjoni abbord bastiment barrani li
jkun ibahhar fl-ibhra territorjali ta’ Malta wara li jkun telaq mill-
ibhra interni ta’ Malta.
Azzjoni fir-rigward 
ta’ bastiment fiz-
zona kontigwa.
Mizjud:
I. 2002.4.
6. (1) Ufficjal marittimu ghall-infurzar abbord bastiment jew
ingenju relevanti jista’, fiz-zona kontigwa, jiehu azzjoni kif imiss
fir-rigward ta’ kull bastiment, li ma jkunx bastiment militari
barrani jew bastiment proprjeta  ta’ stat barrani li jintuza biss ghal
servizz mhux kummercjali, kemm jekk dan ikun qed itajjar il-
bandiera Maltija jew xi bandiera ohra kemm jekk ma jkun qed
itajjar ebda bandiera, li jkun ragonevolment suspettat li jkollu
abbord lil xi persuna ragonevolment suspettata li tkun se
tikkommetti jew tkun ikkommettiet reat relevanti fil-gurisdizzjoni
tal-qrati Maltin.
(2) Meta wara li tkun ittiehdet azzjoni kif imiss dwar bastiment
suspettat li jkun qed itajjar bandiera barranija ma jibqa’ ebda
suspett li jkun sar xi reat kontra l-ligijiet ta’ Malta minn xi membru
ta’ l-ekwipagg ta’ dak il-bastiment, dak l-istess bastiment jista’
jinzamm taht sorveljanza sakemm dan jinhareg ’il barra miz-zona
kontigwa.
(3) Meta wara li tkun ittiehdet azzjoni kif imiss dwar bastiment
suspettat, kemm jekk ikun jappartjeni lil Malta kemm jekk ikun qed
itajjar bandiera barranija, jibqa’ s-suspett li xi persuna abbord il-
bastiment tkun ikkommettiet fil-gurisdizzjoni tal-qrati Maltin xi
reat kontra l-ligijiet ta’ Malta, kull ufficjal marittimu ghall-infurzar
jista’ jiehu kull azzjoni ulterjuri kif imiss dwar dik il-persuna u l-
bastiment u l-ekwipagg.
(4) Meta l-kaptan ta’ bastiment suspettat jkun gie mgieghel
jiehu l-bastiment go xi port jew bajja f’Malta, il-membri ta’ l-
  4      KAP. 226. h       IBHRATERRITORJALI U Z-ZONA KONTIGWA
ekwipagg tal-bastiment suspettat li jkunu se jikkommettu jew li
jkunu kkommettew xi reat fil-gurisdizzjoni tal-qrati Maltin
ghandhom jigu moghtija f’idejn il-Pulizija ghal kull investigazzjoni
ulterjuri.
Setghat biex jigi 
regolat il-passagg 
ta’ bastimenti mill-
ibhra territorjali. 
Mizjud:
XXVIII. 1981.3.
Emendat:
I. 2002.3.
7. (1) Il-Prim Ministru jista’ jaghmel regolamenti li
jikkontrollaw u jirregolaw il-passagg ta’ bastimenti mill-ibhra
territorjali ta’ Malta, u, bla hsara ghall-generalita  ta’ dak li ntqal
qabel, jista’ b’dawk ir-regolamenti jipprovdi dwar dawn il-hwejjeg
li gejjin kollha jew wahda jew wiehed minnhom:
(a) in-navigazzjoni bla perikolu u r-regolazzjoni ta’
traffiku tal-bahar, maghduda li jissemmew jew jigu
stabbiliti rotot tal-bahar u skemi ta’ separazzjoni tat-
traffiku li ghandhom jintuzaw u jitharsu ghall-passagg
ta’ bastimenti;
(b) it-tharis ta’ ghajnuniet u facilitajiet ta’ navigazzjoni u
facilitajiet jew stallazzjonijiet ohra;
(c) it-tharis ta’ cables u linji ta’ pajpijiet; 
(d) it-tharis ta’ dak kollu li jghix fil-bahar;
(e) it-tharis mill-ksur ta’ xi ligi jew regolament dwar is-
sajd;
(f) it-tharis ta’ l-ambjent u biex jigi evitat, imnaqqas u
kontrollat it-tniggis tieghu;
(g) ricerki xjentifici tal-bahar u surveys idrografici;
(h) biex jigi evitat il-ksur ta’ xi ligijiet jew regolamenti
tad-dwana, fiskali, ta’ l-immigrazzjoni jew sanitarji;
(i) l-arrest, id-detenzjoni u l-qbid ta’ bastimenti biex jigi
zgurat it-tharis ta’ kull ligi, regola, regolament jew
ordni u kull setgha ohra li tkun mehtiega biex jigi
zgurat dak it-tharis;
(j) il-pieni, sew jekk bhala multa jew ammenda jew
prigunerija, li ghandhom jigu applikati dwar kull ksur
jew nuqqas ta’ tharis ta’ kull regolament maghmul taht
dan l-artikolu.
(2) Fl-applikazzjoni ta’ kull regolament maghmul taht is-
subartikolu (1) ghal bastimenti tal-gwerra jew ghal bastimenti li
jitmexxew b’energija nukleari jew ghal bastimenti li jgorru sustanzi
nukleari jew sustanzi ohra li mix-xorta taghhom ikunu perikoluzi
jew li jaghmlu hsara, il-passagg taghhom mill-ibhra territorjali
jista’, b’kull regolament bhal dak, ikun suggett ghall-kunsens ta’,
jew ghall-avviz bil-quddiem lil, dik l-awtorita  li tista’ tigi
specifikata fih.
Rizerva.
Emendat:
XXVIII. 1981.2;
I. 2002.3, 5.
8. (1) Ebda haga f’dan l-Att ma ghandha tiftiehem li tolqot xi
gurisdizzjoni u setgha ezercitabbli skond id-dritt internazzjonali
barra mill-ibhra territorjali, u b’mod partikolari ghandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet li gejjin ta’ dan l-artikolu.
Dritt ta’ 
insegwiment attiv.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), meta
bastiment jew ingenju relevanti jkun, fl-ibhra interni jew fl-ibhra
IBHRATERRITORJALI U Z-ZONA KONTIGWAg K AP. 226.    5
territorjali Maltin, jew fiz-zona kontigwa ta’ Malta, beda l-
insegwiment ta’ bastiment suspettat, il-bastiment relevanti jista’
jkompli ghaddej bl-insegwiment attiv tal-bastiment suspettat ’il
barra bejn sema u ilma  basta li dak l-insegwiment ma jkunx gie
interrott:
Izda meta l-bastiment suspettat jkun fiz-zona kontigwa
meta jinghata l-ordni biex jieqaf minn ufficjal marittimu ghall-
infurzar abbord il-bastiment relevanti, l-insegwiment jista’ biss isir
jekk ikun hemm suspett li l-bastiment suspettat ikun ikkommetta
reat relevanti.
(3) Meta l-bastiment suspettat ikun fiz-zona kontigwa, jista’
biss isir insegwiment attiv jekk l-ghemil ta’ reat relevanti jkun
ragonevolment suspettat.
(4) Id-dritt ta’ insegwiment attiv imsemmi f’dan l-artikolu
m’ghandux jigi ezercitat kemm-il darba l-bastiment jew ingenju
relevanti  ma jkunx l-ewwel ta lill-bastiment suspettat sinjal li
jidher jew li jinstema’ biex jieqaf, u dak id-dritt ta’ insegwiment
attiv jieqaf meta l-bastiment suspettat jidhol fl-ibhra territorjali ta’
l-Istat tieghu nnifsu jew ta’ Stat terz.
(5) Meta l-insegwiment attiv isir minn ajruplan id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) sa (4) ghandhom ikunu
japplikaw mutatis mutandis. Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6)
ghandhom japplikaw ukoll.
(6) Ajruplan m’ghandux jarresta bastiment suspettat barra l-
ibhra territorjali ta’ Malta kemm-il darba l-ajruplan ma kienx hu
nnifsu li ordna lill-bastiment suspettat jieqaf u kien ghamel
insegwiment tieghu minghajr waqfien, u meta l-insegwiment attiv
kien sar minn ajruplan u mbaghad l-insegwiment kompla jsir minn
xi ajruplan jew bastiment iehor, dak l-ajruplan l-iehor jew
bastiment ikunu biss awtorizzati jarrestaw il-bastiment suspettat
barra l-ibhra territorjali ta’ Malta jekk dak l-ajruplan jew bastiment
l-iehor ikunu komplew bl-insegwiment minghajr interruzzjoni.
(7) Id-dritt ta’ insegwiment attiv ghandu japplika mutatis
mutandis ghal kull vjolazzjoni fil-parti stabbilita bl-artikolu 3(2)
jew ta’ kull ligi li ghall-finijiet taghha tigi stabbilita dik il-parti.
Azzjoni fir-rigward 
ta’ bastiment bejn 
sema u ilma.
(8) Meta bastiment militari Malti jiltaqa’ ma’ bastiment
barrani bejn sema u ilma, li ma jkunx bastiment militari barrani jew
bastiment proprjeta  ta’ xi Stat barrani li jintuza biss ghal servizz
mhux kummercjali, hawn izjed ’il quddiem f’dan is-subartikolu
msemmi bhala l-bastiment suspettat, u ma jkun hemm ebda kawza
ragonevoli li jissusspetta li:
(a) l-bastiment suspettat jkun qed iwettaq xi piraterija;
(b) l-bastiment suspettat jkun qed jiehu sehem fil-
kummerc  ta’ l-ilsiera;
(c) il-bastiment suspettat jkun involut f’xandir mhux
awtorizzat u l-qrati Maltin ikollhom gurisdizzjoni
fuqu;
(d) il-bastiment suspettat ma jkollux nazzjonalita ;  jew
(e) ghalkemm ikun qed itajjar bandiera barranija jew
  6      KAP. 226. h       IBHRATERRITORJALI U Z-ZONA KONTIGWA
jirrofta milli juri l-bandiera tieghu, il-bastiment
suspettat jkun bastiment registrat Malta,
ufficjal marittimu ghall-infurzar abbord ta’ bastiment relevanti
jista’ jghaddi biex jivverifika d-dritt li dak il-bastiment suspettat
ikollu li jtajjar dik il-bandiera billi jitla’ abbord il-bastiment
suspettat u jivverifika d-dokumenti relattivi u jekk wara li jkun
ghamel dan jibqghu is-suspetti dwar in-nazzjonalita  tal-bastiment
suspettat, il-bastiment relevanti jista’ jghaddi biex jaghmel ezami
ulterjuri b’kull mod li jqis mehtieg.
(9) Kull persuna jew bastiment suspettat li jinsabu jwettqu xi
xandir mhux awtorizzat kif hemm provdut fis-subartikolu (7)(c)
jistghu jigu arrestati minn ufficjal marittimu ghall-infurzar abbord
ta’ bastiment relevanti li jista’ wkoll jeleva kull taghmir li jintuza
f’dak ix-xandir mhux awtorizzat.
