          REFERENDIg K AP.  237.    1
KAPITOLU 237
ATT DWAR IR-REFERENDI 
Biex jipprovdi li jsiru referendi.
20 ta’ Lulju, 1973
L-ATT XXXIII ta’ l-1973, kif emendat bl-Atti XXXV u LVIII ta’ l-1974, XI ta’ l-1975, VIII
ta’ l-1996 u XIX ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I  Preliminari  1-2
Taqsima II  Ghan, Xorta u Data ta’ Referendum  3-5
Taqsima III  Distretti ta’ Votazzjoni u Avvizi u Awtoritajiet 
tal-Votazzjoni  6-10 
Taqsima IV  Persuni li jkollhom dritt jivvotaw  11-12
Taqsima V  Referendi Abrogattivi  13-20
Taqsima VI  Disposizzjonijiet Mixxellanji u Penali  21-22
SKEDI 
L-Ewwel Skeda  Dikjarazzjoni ghaz-Zamma ta’ Referendum
It-Tieni Skeda  Disposizzjonijiet specifici li jiehdu prijorita  fuq l-Att dwar
L-Elezzjonijiet Generali
  2      KAP. 237. h       REFERENDI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjah l-Att dwar ir-Referendi.
Tifsir. 
Emendat: 
XI. 1975.2;
VIII. 1996.2;
XIX. 2002.4.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra - 
"distrett elettorali" ghandha l-istess tifsir kif ghandha ghall-
finijiet ta’ l-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra;
"Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta; 
"Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati; 
"Kostituzzjoni" tfisser il-Kostituzzjoni ta’ Malta; 
"kummissjonarji" tfisser il-membri tal-Kummissjoni Elettorali; 
"Kummissjoni Elettorali" tfisser il-Kummissjoni Elettorali
mwaqqfa bl-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni;
"Malta" ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
Kap. 102.
Kap. 354.
"Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni" tfisser l-artikoli 41 sa
62 ta’ l-Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni, li hemm ukoll
riprodotta bhala l-Erbatax-il Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar l-
Elezzjonijiet Generali;
"referendum" tinkludi referendum skond dan l-Att u referendum
skond il-Kostituzzjoni;
"referendum skond dan l-Att" tfisser referendum li jsir ghal xi
ghan kif jinghad fl-artikolu 3(1);
"referendum skond il-Kostituzzjoni" tfisser referendum li jsir
ghall-finijiet ta’ l-artikolu 66(3) tal-Kostituzzjoni;
"writ" tfisser ir-writ mahrug skond l-artikolu 9.
TAQSIMA II
GHAN, XORTA U DATA TA’ REFERENDUM
Ghanijiet tar-
referendi.
Emendat:
VIII. 1996.3.
3. (1) Persuni li jkollhom dritt li jivvotaw f’referendum
skond dan l-Att jigu mitluba biex jiddikjaraw:
(a) jekk japprovawx proposti murija f’rizoluzzjoni li tkun
ghaddiet ghal dak l-ghan mill-Kamra u pubblikati fil-
Gazzetta; jew
(b) jekk jaqblux li xi disposizzjoni tal-ligi ghandha tigi
abrogata skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima V ta’
dan l-Att;
skond il-kaz.
(2) Persuni li jkollhom dritt li jivvotaw f’referendum skond il-
Kostituzzjoni jigu mitluba biex jiddikjaraw jekk japprovawx
          REFERENDIg K AP.  237.    3
abbozz ghal Att tal-Parlament imqieghed quddiemhom ghall-
finijiet ta’ l-artikolu 66(3) tal-Kostituzzjoni.
Xorta tar-referendi. 
Emendat:
XIX. 2002.5.
4. (1) Kull referendum ikun komuni, ugwali, sigriet u liberu. 
(2) Il-mistoqsija jew il-mistoqsijiet li ghandhom isiru lil dawk
li jkollhom dritt jivvotaw ikunu maghmula b’mod li jkunu jistghu
jitwiegbu b’iva jew b’le; u l-polza tal-votazzjoni li fuqha ghandu
jigi registrat il-vot ghandha tkun f’dik il-forma li kull mistoqsija
bhal dik tkun tista’ tigi hekk imwiegba.
(3) L-ispazju fil-polza tal-votazzjoni fejn ghandu jigi registrat
vot ghandu jkollu bordura ikkulurita: il-bordura ta’ l-ispazju fejn
ghandu jigi registrat vot affermattiv ghandha tkun f’kulur
partikolari u l-bordura ta’ l-ispazju fejn ghandu jigi registrat vot
negattiv ghandha tkun kulur iehor.
(4) Meta l-votanti jkunu mitluba li jivvotaw ghal aktar minn
mistoqsija wahda fl-istess referendum, il-partijiet tal-polza tal-
votazzjoni li jirriferixxu ghal kull mistoqsija separata ghandhom
ikunu stampati b’kulur differenti minn dak li bih ikunu stampati l-
partijiet l-ohra tal-polza tal-votazzjoni.
(5) Il-forma tal-polza tal-votazzjoni tkun dik approvata mill-
Kummissjoni Elettorali.
Gurnata ta’ 
referendum. 
Emendat:
LVIII. 1974.68. 
Sostitwit:
XIX. 2002.6.
5. Il-gurnata ta’ referendum tigi stabbilita mill-President ta’
Malta, hekk izda illi ghandhom jghaddu ghallanqas hames gimghat
bejn il-pubblikazzjoni tar-writ u d-data tal-votazzjoni.
TAQSIMA III
DISTRETTI TA’ VOTAZZJONI U AVVIZI U AWTORITAJIET 
TAL-VOTAZZJONI
Distrett ta’ 
votazzjoni.
6. (1) Ghall-finijiet ta’ kull referendum ghandu jkun hemm
distrett ta’ votazzjoni wiehed.
(2) Kemm-il darba l-Kamra ma tirrizolvix xort’ohra, Malta
kollha tkun distrett ta’ votazzjoni wiehed. Meta l-Kamra tirrizolvi
li l-mistoqsija ghandha ssir biss lil votanti registrati f’xi wiehed
jew aktar mid-distretti elettorali, dak id-distrett jew dawk id-
distretti jkunu jifformaw id-distrett ta’ votazzjoni.
Il-Kummissjoni 
Elettorali tkun l-
awtorita  tal- 
votazzjoni.
7. Kull referendum ikun immexxi u jkun suggett ghad-
direzzjoni u s-sorveljanza tal-Kummissjoni Elettorali.
Setghat tal-
Kummissjoni 
Elettorali. 
8. Fl-ezercizzju tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet taghhom
skond dan l-Att il-Kummissjoni Elettorali u l-kummissjonarji
jkollhom l-istess setghat, privileggi u immunitajiet kif ghandhom
fl-ezercizzju tal-funzjonijiet taghhom dwar it-tmexxija ta’ l-
elezzjoni ta’ membri tal-Kamra.
  4      KAP. 237. h       REFERENDI
Avviz tal-gurnata 
ta’ referendum. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
9. (1) Kull meta jkun se jsir referendum, avviz tieghu u tal-
gurnata stabbilita mill-President ta’ Malta ghar-referendum ghandu
jinghata lill-kummissjonarji b’writ iffirmat mill-President ta’
Malta.
(2) Il-Kummissjonarju Elettorali Principali ghandu jiehu hsieb
li r-writ jigi pubblikat fil-Gazzetta.
Tmexxija ta’ 
referendi.
Sostitwit:
XIX. 2002.7.
Kap. 354.
Kap. 102.
10. (1) Hlief kif provdut xort’ohra fit-Tieni Skeda, id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Elezzjonijiet Generali u ta’ l-
Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni ghandhom jghoddu ghat-
tmexxija ta’ referendi.
(2) Il-Kummissjoni Elettorali tista’, minn zmien ghal zmien,
tohrog direttivi li jfissru, kif ikun mehtieg, id-disposizzjonijiet ta’
l-Att dwar l-Elezzjonijiet Generali u ta’ l-Ordinanza Elettorali dwar
il-Votazzjoni fl-applikazzjoni taghhom ghal referendi taht dan l-
Att. Dawn id-direttivi ghandhom jigu ppubblikati fil-Gazzetta
kemm jista’ jkun malajr wara li jkunu hargu:
Izda kull direttiva hekk mahruga ghandha tidhol fis-sehh
minnufih anke jekk tkun ghadha mhux pubblikata.
TAQSIMA IV
PERSUNI LI IKOLLHOM DRITT JIVVOTAW
Persuni li jkollhom 
dritt jivvotaw. 
Sostitwit: 
XI. 1975.3.
Emendat:
XIX. 2002.2, 8.
11. Il-persuni kollha li, fid-data tal-pubblikazzjoni tar-writ li
ghalih jirreferexxi r-referendum, ikollhom dritt jivvotaw ghall-
elezzjoni ta’ membri tal-Kamra jkollhom dritt li jivvotaw f’dak ir-
referendum:
Izda, meta f’referendum skond dan l-Att, il-Kamra tkun
irrizolviet li l-mistoqsija ghandha ssir biss lill-votanti ta’ wiehed
jew aktar mid-distretti elettorali, il-persuni li jkollhom dritt
jivvotaw f’referendum fuq dik il-mistoqsija jkunu dawk l-persuni
biss li jkollhom dritt li jivvotaw f’dak id-distrett jew f’dawk id-
distretti, skond il-kaz.
Vot wiehed ghal 
kull votant. 
Emendat:
XIX. 2002.2.
12. Kull persuna li jkollha d-dritt li tivvota f’referendum
ikollha vot wiehed biss.
Mizjuda:
VIII. 1996.5.
Emendata:
XIX. 2002.2.
TAQSIMA V 
REFERENDI ABROGATTIVI
Ligijiet li jistghu 
jigu abrogati 
b’referendi.
Emendat:
XIX. 2002.2.
13. (1) Kull disposizzjoni ta’ xi ligi, sew jekk din tkun saret
qabel jew wara d-dhul fis-sehh ta’ din it-Taqsima, u li ma tkunx
giet elenkata fis-subartikolu (2), ghandu jkollha sehh jew tkompli
jkollha sehh skond id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att.
          REFERENDIg K AP.  237.    5
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att ma
ghandhomx ikunu japplikaw ghal dan l-artikolu u ghal dawn il-
ligijiet li gejjin:
(a) il-Kostituzzjoni u kull regolament li jsir bis-sahha ta’
xi disposizzjoni taghha;
Kap. 319.
(c) kull ligi li tipprovdi dwar dak li hemm imsemmi fl-
artikolu 56(8)(a), (b) jew (c) tal-Kostituzzjoni;
Kap. 249.
Kap. 354.
(f) kull legislazzjoni fiskali;
(g) kull legislazzjoni li taghti sehh lil xi obbligazzjoni
derivanti minn trattat li jkollha sehem fih Malta; u
Kap. 363.
Lokali, kull bye-law maghmula minn xi kunsill lokali
taht dak l-Att.
(3) Ghall-ghan ta’ dan l-artikolu, ligi tfisser Att tal-Parlament u
kull Att mghoddi mill-Legislatura ta’ Malta u tinkludi kull Kodici,
Ordinanza, Proklama, Ordni, Regola, Regolament, Bye-law, Avviz
jew istrument legali iehor li jkun isehh bhala ligi f’Malta.
L-eletturi jistghu 
jitolbu referendum.
Emendat:
XIX. 2002.2.
14. (1) Ghadd ta’ persuni registrati bhala eletturi ghall-
elezzjoni ta’ membri fil-Kamra tad-Deputati, li ma ghandux ikun
inqas minn ghaxra fil-mija mill-ghadd totali ta’ persuni registrati
bhala eletturi hekk kif jidhru fir-Registru Elettorali rivedut l-ahhar
ippublikat qabel il-konsenja tad-dikjarazzjoni skond ma hemm fis-
subartikolu (2), jistghu jitolbu, billi jiffirmaw id-dikjarazzjoni li
hemm fil-formula murija fl-Ewwel Skeda, illi ssir il-mistoqsija lil
kull min jkollu jedd li jivvota f’referendum skond dan l-Att, jekk
ghandhomx jibqghu jsehhu xi disposizzjoni jew ghadd ta’
disposizzjonijiet ta’ xi ligi li din it-Taqsima tapplika ghaliha.
(2) Id-dikjarazzjoni li ssir skond is-subartikolu (1) ghandha
tintbaghat lill-Kummissjoni Elettorali li ghandha tizgura jekk l-
ghadd ta’ eletturi li jkun mehtieg skond is-subartikolu (1) ikunx
iffirma d-dikjarazzjoni.
(3) Il-Kummissjoni Elettorali ghandha fi zmien hmistax-il jum
mill-konsenja tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1)
tizgura xi jkun l-ghadd ta’ persuni, kwalifikati skond ma hemm fis-
subartikolu (1), li jkunu ffirmaw id-dikjarazzjoni, u ghandha matul
iz-zmien imsemmi ta’ hmistax-il jum tiddepozita dawk id-
dikjarazzjonijiet permezz ta’ nota fir-registru tal-Qorti
Kostituzzjonali, li biha tiddikjara x’ikun l-ghadd ta’ firem validi li
jinqraw mid-dikjarazzjoni, kif ukoll l-ghadd ta’ firem invalidi u
ghaliex dawn ikunu invalidi, flimkien ma’ dikjarazzjoni li tkun
tindika jekk l-ghadd ta’ persuni mehtiega skond is-subartikolu (1)
ikunx iffirma d-dikjarazzjoni.
(4) Id-decizjoni tal-Kummissjoni Elettorali dwar l-ghadd ta’
persuni li jkunu ffirmaw validament id-dikjarazzjoni ghandha tkun
wahda finali u konkluziva.
  6      KAP. 237. h       REFERENDI
(5) Il-Qorti Kostituzzjonali ghandha permezz tar-Registratur
taghha u mhux aktar tard minn jumejn wara d-depozitu msemmi
fis-subartikolu (3), tara li jigi ppubblikat avviz fil-Gazzetta li jkun
fih id-data meta d-dikjarazzjoni tkun giet ipprezentata fir-registru
ta’ dik il-qorti, id-disposizzjonijiet tal-ligijiet li tkun intalbet li ssir
il-mistoqsija dwarhom f’referendum skond din it-Taqsima fuq jekk
ghandhomx dawn jibqghu fis-sehh, u l-ghadd ta’ persuni skond kif
jigu ddikjarati mill-Kummissjoni Elettorali li jkunu validament
iffirmaw id-dikjarazzjoni.
Formula tad-
dikjarazzjoni.
Emendat:
XIX. 2002.2.
15. (1) Fuq id-dikarazzjoni msemmija fl-artikolu 14 ghandu,
flimkien mal-firma ta’ kull elettur, jintwera n-numru tal-karta ta’ l-
identita  ta’ l-elettur li jkun qed jiffirma, l-indirizz tieghu u d-
distrett elettorali li fih huwa jkun registrat bhala elettur.
(2) Dawk li jipproponu r-referendum, li ma jkunux inqas minn
hamsa u mhux iktar minn ghaxra, ghandhom jiffirmaw id-
dikjarazzjoni qabel il-persuni l-ohra kollha filwaqt li jindikaw li
jkunu qeghdin jiffirmaw bhala proponenti.
(3) Il-Kummissjoni Elettorali jkollha jedd tizgura li l-persuni li
jkunu qeghdin attwalment jidhru bhala firmatarji fuq id-
dikjarazzjoni jkunu fil-fatt iffirmawha, u kull firma li tinstab li ma
tkunx intghamlet mill-persuna li apparentement ghamlitha ghandha
tigi skartata mill-Kummissjoni Elettorali.
L-eletturi jistghu 
jopponu r-
referendum.
Emendat:
XIX. 2002.2.
16. (1) Kull persuna registrata bhala elettur ghall-elezzjoni ta’
membri fil-Kamra tad-Deputati u l-Avukat Generali f’isem il-
Gvern jistghu fi zmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta’ l-avviz
imsemmi fl-artikolu 14, jipprezentaw rikors fir-registru tal-Qorti
Kostituzzjonali li bih jitolbu lil dik il-qorti tiddikjara li r-
referendum ma ghandux isir minhabba filli -
(a) l-ghadd ta’ persuni msemmija mill-Kummissjoni
Elettorali li jkunu validament iffirmaw id-
dikjarazzjoni jkun inqas minn dak stabbilit fl-artikolu
14(1); jew
(b) id-disposizzjoni tal-ligi msemmija fid-dikjarazzjoni
tkun wahda li ghaliha ma jkunux japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att skond
l-artikolu 13(2); jew
Kap. 319.
(c) li kieku d-disposizzjonijiet tal-ligi msemmija fid-
dikjarazzjoni ma kellhomx jibqghu japplikaw, il-ligi
kienet tkun inkompatibbli ma’ xi wahda mid-
disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni jew ta’ l-Att dwar
il-Konvenzjoni Europea; jew
(d) iz-zmien stabbilit fl-artikolu 20(2) qabel ma jkunu
jistghu jsiru d-dikjarazzjonijiet li jitolbu r-referendum
ma jkunx ghadu skada meta dawk id-dikjarazzjonijiet
jkunu gew ipprezentati ghand il-Kummissjoni
Elettorali.
(2) Hadd minn dawk il-persuni li jaghmlu rikors skond is-
subartikolu (1) ma ghandu jehtieg li juri xi interess personali in
sostenn ta’ l-azzjoni tieghu.
          REFERENDIg K AP.  237.    7
(3) Applikazzjoni li ssir skond ma hemm fis-subartikolu (2)
ghandha tigi notifikata -
(a) lill-Prim Ministru;
(b) lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni;
(c) lill-proponenti tar-referendum;
(d) lil kull persuna ohra li tkun ipprezentat rikors skond
ma hemm fis-subartikolu (1) .
(4) Kull min jigi notifikat b’rikors skond is-subartikolu (3)
ikollu jedd li jipprezenta risposta fir-registru tal-Qorti
Kostituzzjonali fi zmien xahar minn notifika li tkun saritlu, u dawk
ir-risposti ghandhom jigu notifikati lill-persuni msemmija fis-
subartikolu (3)(a) sa (d) fi zmien ghaxart ijiem mill-prezentata.
(5) Ghall-ghan ta’ dan l-artikolu, n-notifika ssir billi d-
dokument li ghandu jigi notifikat jigi konsenjat permezz ta’ posta
registrata, u ghandha titqies li tkun hekk saret jumejn wara li d-
dokument ikun intbaghat bil-posta f’envelope li jkun indirizzat fil-
kaz tal-Prim Ministru u tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni fl-ufficcju ta’ l-
Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati, fil-kaz tal-proponenti fl-indirizz
minnhom iddikjarat fid-dikjarazzjoni u fil-kaz ta’ persuna li
tipprezenta rikors skond is-subartikolu (1), fl-indirizz muri fuq ir-
rikors.
Il-Qorti 
Kostituzzjonali 
taqta’ r-rikorsi.
Emendat:
XIX. 2002.2.
17. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara n-notifika tar-risposti
msemmija fl-artikolu 16(3), il-Qorti Kostituzzjonali ghandha,
kemm-il darba din tikkonsidra li dak is-smigh ma jkunx mehtieg
bill sew ir-rikorsi sew ir-risposti jkunu cari bizzejjed u ma jkunux
mehtiega iktar sottomissjonijiet, tistabbilixxi data ghas-smigh ta’
sottomissjonijiet dwar ir-rikorsi li jkunu sarulha skond l-artikolu
16, u ghandha tara li r-registratur jippublika avviz fil-Gazzetta li
fih jiddikjara l-post, il-hin u d-data li fihom ghandha ssir is-seduta.
(2) L-avviz imsemmi fis-subartikolu (1) ghandu jigi ppubblikat
mhux iktar tard minn ghaxart ijiem qabel id-data tas-seduta u mhux
iktar tard minn xahar wara s-servizz tar-risposti.
(3) Fid-data tas-seduta kull min jigi nnotifikat b’risposta jkollu
jedd ikun prezenti u jaghmel sottomissjonijiet ulterjuri favur jew
kontra xi rikors li jkun sar skond l-artikolu 16. F’dawk is-
sottomissjonijiet il-Qorti Kostituzzjonali ma ghndhiex thalli li ssir
ebda haga li tkun biss ripetizzjoni ta’ dak li jkun hemm fir-rikorsi u
fir-risposti.
(4) Il-Qorti Kostituzzjonali ghandha tisma’ kull sottomissjoni
fil-jum stabbilit ghas-seduta, u jekk ma’ jkunx hemm hin bizzejjed
f’dik id-data, il-qorti ghandha thalli seduta ghall-jum ta’ wara,
kemm-il darba ma jkunx xi Sibt, Hadd jew vakanza pubblika, u
ghandha tkompli tisma’ kull seduta sakemm ikunu saru s-
sottomissjonijiet kollha.
(5) Wara li jkunu saru s-sottomissjonijiet kollha skond is-
subartikolu (4), il-Qorti Kostituzzjonali ghandha thalli s-seduta
dwar dawk ir-rikorsi ghal data mhux iktar tard minn xahar wara
meta mbaghad taghti d-decizjoni taghha.
  8      KAP. 237. h       REFERENDI
(6) Meta ma tkun giet stabbilita ebda data ghas-smigh ta’
sottomissjonijiet, il-Qorti Kostituzzjonali ghandha fiz-zmien
imsemmi fis-subartikolu (2) tara li tigi ppubblikata data li ma tkunx
iktar tard minn xahrejn wara d-data tan-notifika tar-risposti, meta
tghaddi biex taghti d-decizjoni taghha.
(7) Fid-data stabbilita ghall-ghoti tad-decizjoni il-Qorti
Kostituzzjonali ghandha tghaddi biex tiddeciedi jekk tkunx tezisti
xi wahda mir-ragunijiet biex ma jsirx ir-referendum u jekk ma tkun
tezisti ebda raguni bhal dik il-qorti ghandha taghti digriet li r-
referendum ikun jista’ jsir. Meta l-Qorti Kostituzzjonali tiddeciedi
li jkunu jezistu ragunijiet li minhabba fihom ir-referendum ma
ghandux isir dak ir-referendum jibqa’ ma jsirx, u l-Kummissjoni
Elettorali, malli tigi notifikata b’kopja tad-decizjoni, ghandha tara
li jigi ppubblikat avviz li jkun jghid dan fil-Gazzetta.
Data meta ssir il-
votazzjoni fir-
referendum.
Emendat:
XIX. 2002.2.
18. (1) Ghandha tinghata kopja tad-decizjoni tal-Qorti
Kostituzzjonali personalment mir-registratur lill-President ta’
Malta mhux iktar tard minn ghaxart ijiem wara li din tinghata mill-
qorti, u malli dan isir ir-registratur ghandu jippubblika avviz fil-
Gazzetta li fih jiddikjara d-data meta dik il-kopja tkun hekk waslet
ghand il-President.
(2) Meta l-Qorti Kostituzzjonali tkun iddecidiet li jkun jista’
jinzamm referendum, il-President ghandu jistabbilixxi data biex
isir r-referendum, li tkun data mhux aktar kmieni minn tliet xhur u
mhux aktar tard minn sitt xhur wara li tkun inghatat kopja tad-
decizjoni tal-Qorti Kostituzzjonali lill-President skond ma hemm
fis-subartikolu (1), u l-President johrog writ skond ma hemm f’dan
l-Att.
Meta ma jkunx se 
jinzamm 
referendum.
Emendat:
XIX. 2002.2.
19. (1) Minkejja kull disposizzjoni ohra ta’ din it-Taqsima, ma
ghandux jinzamm referendum taht it-Taqsima jekk -
(a) id-disposizzjoni li dwar it-thassir taghha kellu jsir
referendum tkun giet emendata jew imhassra qabel id-
data stabbilita ghall-votazzjoni; jew
(b) matul iz-zmien li jghaddi bejn l-ghoti tal-kopja tad-
decizjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u d-data stabbilita
ghall-votazzjoni, il-Parlament ikun xolt.
(2) Meta referendum ma jkunx ser jinzamm skond ma hemm
fis-subartikolu (1), il-President ta’ Malta ghandu johrog Proklama
li tkun tghid dan.
Rizultat tar-
referendum.
Emendat:
XIX. 2002.2.
20. (1) Meta l-maggoranza ta’ l-eletturi, li jkunu qeghdin
jivvotaw f’referendum taht din it-Taqsima, japprovaw il-proposta
dwar id-disposizzjoni tal-ligi li tkun qed tintalab it-tnehhija taghha,
dik id-disposizzjoni m’ghandhiex tibqa’ ssehhu l-President ta’
Malta johrog Proklama fejn ikun jghid dan:
Izda dik il-proposta m’ghandhiex titqies bhala li tkun giet
approvata jekk inqas minn hamsin fil-mija u iktar wiehed iehor
maghhom minn dawk il-persuni bil-jedd li jivvotaw fir-referendum
ikunu attwalment tefghu l-vot taghhom.
(2) Meta l-maggoranza ta’ l-eletturi ma jkunux approvaw
          REFERENDIg K AP.  237.    9
proposta skond ma hemm imsemmi fis-subartikolu (1), id-
disposizzjoni relattiva tal-ligi ghandha tibqa’ ssehh, u ma tkun
tista’ ssir ebda dikjarazzjoni gdida skond ma hemm provdut fl-
artikolu 14 dwar l-istess disposizzjoni qabel l-iskadenza ta’ sentejn
mill-pubblikazzjoni tar-rizultat tar-referendum.
TAQSIMA VI
DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI U PENALI
Approprjazzjoni 
ta’ flus mehtiega 
ghall-iskopijiet ta’ 
dan l-Att. 
Emendat:
XIX. 2002.2.
21. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-finanzi jista’, minn
zmien ghal zmien, b’warrant iffirmat minnu mibghut lill-
Accountant General, jawtorizza u jordna illi l-flus kollha li jkunu
mehtiega ghal kull spiza li ghandha ssir fl-esekuzzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jigu mhallsa mill-Fond Konsolidat
minghajr il-bzonn ta’ ebda approprjazzjoni ohra hlief dan l-Att.
(2) Dikjarazzjoni ta’ l-ammonti hekk imhallsa ghandha, kemm
jista’ jkun malajr, titqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Piena generali.
Emendat:
XIX. 2002.2.
22. Hlief kif espressament provdut xort’ohra b’dan l-Att jew
b’xi ligi ohra, kull min jikser jew jonqos li jhares xi disposizzjoni
ta’ dan l-Att, li b’dan l-Att huwa mehtieg li josserva jew ihares,
ikun hati ta’ reat u jehel meta jinsab hati multa ta’ mhux inqas minn
zewg liri u mhux izjed minn hamsin lira.
  10      KAP. 237. h       REFERENDI
Mizjuda:
VIII. 1996.9.
Emendata:
XIX. 2002.2.
L-EWWEL SKEDA 
g Artikolu 14h
ATT DWAR IR-REFERENDI 
Dikjarazzjoni ghaz-Zamma ta’ Referendum
Ahna hawn taht iffirmati li ahna persuni rregistrati bhala eletturi
ghall-elezzjoni ta’ membri fil-Kamra tad-Deputati (li minna l-
ewwel ghadd ta’ * (1)  ......................... persuni hawn taht iffirmati
huma l-proponenti) qeghdin nitolbu li l-mistoqsija dwar jekk dawn
id-disposizzjonijiet tal-ligi li gejjin, jigifieri * (2)  
.......................................................................................................
.......................................................................................................
.......................................................................................................
Kap. 237.
ghandhomx jibqghu jsehhu ghandha ssir lil dawk il-persuni bil-jedd
li jivvotaw f’referendum skond it-Taqsima V ta’ l-Att dwar ir-
Referendi.
Noti:
Kap. 237.
* (1)   Ghadd ta’ persuni li ma jkunx ta’ inqas minn hamsa u mhux
izjed minn ghaxra li jkunu proponenti skond l-artkolu 15(2)
ta’ l-Att dwar ir-Referendi.
* (2) Hawn dahhal id-dettalji tad-disposizzjonijiet li dwarhom
ser issir il-mistoqsija.
Firma Nru. tal-Karta ta’ l-Identita Indirizz Distrett Elettorali
          REFERENDIg K AP.  237.    11
Mizjuda:
XIX. 2002.9.
IT-TIENI SKEDA 
g Artikolu 10h
Disposizzjonijiet li jirregolaw it-tmexxija ta’ referendi
Tifsir.
Kap. 354.
Kap. 102.
Applikazzjoni ta’ l-
Att.
2. L-Att ghandu japplika ghal referendi bhallikieku:
(1) sakemm il-Kummissjoni Elettorali ma tiddecidix mod
iehor minhabba fil-kuntest li jintuzaw, ir-referenzi
kollha fl-Att ghal "elezzjoni" jew ghal "elezzjoni
generali" jew ghal "elezzjoni ghall-Membri tal-
Kamra" kienu referenzi ghal "referendum";
(2) it-tifsira ta’ "partit politiku" fl-artikolu 2(1) kienet
imhassra u sostitwita bit-tifsira li gejja:
" "partit politiku" tfisser kull persuna jew grupp
ta’ persuni li, wara li jkunu kkontestaw l-
elezzjoni generali taht isem wiehed, ikunu
rapprezentati fil-Kamra b’mill-inqas membru
wiehed.";
(3) ir-referenza ghall-"ghadd ta’ distretti elettorali li
ghalihom ikun qed jikkontesta" fl-artikolu 61A(1)
kienet referenza ghall-ghadd ta’ distretti elettorali
involuti fir-referendum;
(4) il-kliem "stabbiliti fit-Tmien Skeda (B) ta’ dan l-Att"
fl-artikolu 68(3) kienu mhassra;
(5) l-artikolu 71 tieghu kien sostitwit b’dan li gej:
"71. (1) Kull votant ghandu jkollu vot wiehed u
ghandu juri l-ghazla tieghu billi jikteb fuq il-
karta tal-vot "X" jew xi marka ohra fil-kaxxa li
tindika vot affermattiv jew fil-kaxxa li tindika
vot negattiv:
Izda il-vot ma jkunx invalidu jekk il-marka
ma tkunx fil-kaxxa imma titqieghed b’dak il-
mod li, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, tindika
b’mod car l-ghazla tal-votant.
(2) Il-karta tal-vot tkun invalida:
(a) jekk fuqha ma jkunx hemm il-marka "X"
jew xi marka ohra li turi l-ghazla tal-
votant; jew
(b) jekk fuqha jkun hemm il-marka "X" jew xi
marka ohra li turi l-ghazla tal-votant
mqieghda fiz-zewg kaxxi; jew
(c) jekk ma jkunx jista’ jingharaf b’certezza
f’liema kaxxa giet mqieghda l-marka "X"
jew xi marka ohra; jew
(d) jekk fil-karta tal-vot ikun hemm xi kelma
miktuba jew xi sinjal iehor, li bih tista’
  12      KAP. 237. h       REFERENDI
tingharaf il-persuna li tat il-vot; jew
(e) jekk fuqha ma jintghamilx it-timbru
ufficjali tal-Kummissjoni.";
(6) fl-artikolu 72(4) il-kliem minn "u skond din il-
procedura li gejja" sat-tmiem tas-subartikolu kienu
sostitwiti bil-kliem "wara li l-Assistent
Kummissjonarju jkun qara lill-votant il-mistoqsija
maghmula u jkun staqsih jekk iridx jivvota "Iva" jew
"Le.";
(7) l-artikolu 77(2) kien sostitwit b’dan li gej:
"(2) Post ta’ votazzjoni mhallat huwa post tal-
votazzjoni fejn ikun hemm kaxxa tal-votazzjoni
li fiha jivvutaw l-eletturi msemmija fis-
subartikolu (4)(a) u (b).";
(8) fl-artikolu 86(10) il-perjodu taz-zamma tal-karti u
dokumenti msemmija fis-subartikolu hemmhekk
imsemmija kien ta’ hames snin mill-pubblikazzjoni
tar-rizultati ufficjali;
(9) fl-artikolu 89(2) il-kliem "mill-ghadd ta’ kandidati
prezentati minnu sabiex jikkontestaw l-elezzjoni"
kienu sostitwiti bil-kliem "mill-ghadd ta’ persuni li
jghoddu li l-Kummissjoni tkun qed tuza f’xi waqt";
(10) fl-artikolu 107(1) il-perjodu tal-konservazzjoni tal-
karti kien ta’ hames snin mid-data tar-referendum;
(11) fl-artikoli 108 u 115(1) il-kliem minn "il-jedd ta’
persuna" sal-kliem "tal-Kamra" kienu sostitwit bil-
kliem "il-legalita  tar-referendum";
(12) fis-Sitt Skeda, fl-Ghaxar Skeda u fil-Hdax-il Skeda il-
kliem "elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra tad-Deputati"
kull fejn jinsabu kienu sostitwit bil-kliem
"referendum";
(13) it-Tlettax-il Skeda kienet emendata kif gej:
(a) ir-regolamenti 2, 7(3) u (4), u 8 sa 22 it-tnejn
inkluzi kienu mhassra;
(b) fir-regolament 3 il-kliem "l-ewwel preferenza"
kienu sostitwiti bil-kliem "il-marka";
(c) fir-regolament 4(5) il-kliem "li jkun hemm ghal
kull kandidat li jkun inghatalu l-ewwel
preferenza" kienu sostitwiti bil-kliem "li jkun
hemm biex turi l-ghazla tal-votant"; u
(d) fir-regolament 7 ir-referenzi ghal "kandidati" u
"kontenituri" kienu referenzi ghall-ghazla
moghtija lill-votant bejn vot "Iva" u vot "Le";
(14) l-artikoli 15 sa 44, 45(a), 49(3) sa (8), l-artikoli 51 sa
55, 60, 68(2), 71 (1) sa (3) 104(2) sa (4), 105(2),
106(3), 107(3), 109 u 112(1)(a), u it-Tieni Skeda, it-
Tielet Skeda, ir-Raba’ Skeda, il-Hames Skeda, it-
Tmien Skeda, it-Tmien Skeda B, id-Disa’ Skeda, u t-
Tnax-il Skeda kienu mhassrin; u
          REFERENDIg K AP.  237.    13
(15) ir-referenzi kollha ghal "distretti elettorali",
"kandidati", "trasferiment ta’ voti" u "l-ewwel
preferenza" kienu mhassrin.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordinanza.
3. L-Ordinanza ghandha tapplika bhallikeku l-artikoli 41 sa
52 u 58 sa 62 ta’ l-Ordinanza kienu mhassrin, u referenzi fl-
Ordinanza ghal "elezzjoni" jew "elezzjoni ta’ xi hadd bhala
membru tal-Kamra" kienu referenzi ghal "referendum".".
