ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT gKAP. 242.   1
KAPITOLU 242
ATT DWAR L-ESEKUZZJONI RECIPROKA TA’ 
ORDNIJIET TA’ MANTENIMENT
Biex jaghmel provvedimenti godda minfIok l-Ordinanza dwar l-
Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’ Manteniment  (Kap. 48); biex jaghmel
provvedimenti bil-hsieb li Malta tkun tista’ taccedi ghal konvenzjonijiet
internazzjonali dwar manteniment; biex jaghmel provvedimenti ohra
sabiex il-manteniment ikun jista’ jingabar b’mod aktar facli minn jew ghal
persuni f'Malta jew minn jew ghal persuni f’pajjizi ohra; u ghal ghanijiet li
ghandhom x’jaqsmu ma’ l-imsemmija hwejjeg.
(26 ta’ Marzu, 1974)*
(1 ta’ Mejju, 1975)#
(12 ta’ Dicembru, 1977)+
(17 ta’ April, 1978)¢
Sar ligi bl-ATT XX ta’ l-1974, kif emendat bl-Avviz Legali 148 ta’ l-
1975; u bl-Atti LVIII ta’ l-1974 u XXIV ta’ l-1995.
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Reciproka ta’ Ordnijiet ta’ Manteniment.
Tifsir.
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXIV. 1995.362.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"certifikat ta’ arretrati", dwar ordni ta’ manteniment, tfisser
certifikat li jiccertifika li s-somma specifikata fic-certifikat hija
skond l-ahjar taghrif jew twemmin ta’ l-ufficjal li jaghti c-certifikat
l-ammont ta’ l-arretrati li jkollhom jithallsu taht l-ordni fid-data tac
certifikat jew, skond il-kaz, li skond l-ahjar taghrif jew twemmin
tieghu ma jkollhom jithallsu ebda arretrati taht dak l-ordni f’dik id-
data;
"debitur", dwar ordni ta’ manteniment, tfisser il-persuna li
jkollha taghmel il-hlasijiet taht l-ordni;
"kopja certifikata", dwar ordni ta’ qorti, tfisser kopja ta’ l-ordni
certifikata mir-Registratur jew minn xi ufficjal iehor xieraq tal-
qorti li hi kopja vera;
"kreditur", dwar ordni ta’ manteniment, tfisser il-persuna li
jkollha jedd ghall-hlasijiet li ghalihom jipprovdi l-ordni;
"l-awtorita responsabbli", dwar pajjiz li jirreciproka tfisser kull
persuna li f’dak il-pajjiz ikollha funzjonijiet bhal dawk li l-Ministru
ghandu taht dan l-Att;
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 216 tas-26 ta’ Marzu, 1974.
#Ara Avviz Legali 48 ta’ l-1975.
+Ara Avviz Legali 153 ta’ l-1977.
¢Ara Avviz Legali 44 ta’ l-1978.
    ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
2      KAP. 242.h     TA’MANTENIMENT
"Malta" ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja; 
Kap. 48. "Ordinanza" tfisser l-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’ Digrieti
ta’ Manteniment;
"ordni" tinkludi kull digriet jew decizjoni ohra, inkluz digriet
interlokutorju;
"ordni ta’ filjazzjoni" tfisser ordni (ikun kif ikun imsejjah) li
jiddeciedi, isib jew jiddikjara li persuna hija l-missier ta’ tifel jew
tifla, sew jekk ikun jipprovdi wkoll ghall-manteniment tat-tifel jew
tifla sew jekk 1e;
"ordni ta’ manteniment" tfisser ordni (ikun kif ikun imsejjah) ta’
kull wiehed mix-xorta li gejjin, jigifieri -
(a) ordni (inkluz ordni ta’ filjazzjoni jew ordni moghti
wara ordni ta’ filjazzjoni) li jipprovdi ghall-hlas kull
tant zmien ta’ somom ta’ flus li jmorru ghall-manteni
ment ta’ xi persuna, li tkun persuna li lilha l-persuna li
jkollha taghmel il-hlasijiet taht l-ordni tkun, skond il-
ligi applikata fil-post fejn ikun sar l-ordni, obbligata
tmantni; u
(b) ordni ta’ filjazzjoni jew ordni moghti wara ordni ta’
filjazzjoni, li jkun ordni li jipprovdi ghall-hlas minn
persuna li tkun aggudikata, misjuba jew dikjarata li hi
l-missier tat-tifel jew tifla, ta’ spejjez incidentali ghat
twelid tieghu jew taghha jew, meta t-tifel jew tifla
jkunu mietu, ta’ l-ispejjez tal-funeral taghhom,
u, fil-kaz ta’ ordni ta’ manteniment li jkun gie mibdul, tfisser dak l-
ordni kif mibdul;
"ordni provvizorju" tfisser (skond ir-rabta tal-kliem) -
(a) ordni maghmul minn qorti f’Malta li jkun biss
provvizorju u li ma jkollu ebda effett jekk u sakemm
ma jigix ikkonfermat, b’tibdil jew minghajru, minn
qorti kompetenti f’pajjiz li jirreciproka; jew
(b) ordni maghmul minn qorti f’pajjiz li jirreciproka li
jkun biss provvizorju u li ma jkollu ebda effett jekk u
sakemm ma jigix ikkonfermat, b’tibdil jew minghajru,
mill-qorti kompetenti ta’ Malta;
"ordni registrat" tfisser ordni ta’ manteniment li f’dak iz-zmien
ikun registrat, jew meqjus bhala registrat, fil-qorti kompetenti ta’
Malta taht dan l-Att;
"pajjiz li jirreciproka" ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha bl-
artikolu 3 ta’ dan l-Att;
"qorti" tinkludi kull tribunal jew persuna li jkollha s-setgha li
taghmel, tikkonferma, tinforza, tibdel jew thassar ordni ta’
manteniment;
"qorti kompetenti ta’ Malta" tfisser il-Prim’Awla tal-Qorti
Civili; 
ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT gKAP. 242.   3
"Registratur" tfisser ir-Registratur tal-Qrati ta’ Malta.
(2) Ghall-finijiet ta’ dan l-Att ordni ghandu jitqies li hu ordni
ta’ manteniment safejn (izda biss safejn) ikun jirreferi ghal hlas ta’
somom ta’ flus li jsir kull tant zmien kif imsemmi fil-paragrafu (a)
tat-tifsira ta’ "ordni ta’ manteniment" fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu jew dwar persuna aggudikata, misjuba jew dikjarata li tkun
il-missier ta’ tifel jew tifla ghal kull spejjez li huma msemmija fil-
paragrafu (b) ta’ dik it-tifsira.
(3) Kull riferenza f’dan l-Att ghall-hlas ta’ flus ghall-
manteniment ta’ tifel jew tifla ghandha tinftiehem li tinkludi
riferenza ghall-hlas ta’ flus ghall-edukazzjoni tat-tifel jew tat-tifla.
ESEKUZZJONI RECIPROKA TA’ ORDNIJIET TA’ MANTENIMENT 
MAGHMULIN F’MALTA JEW F’PAJJIZ LI JIRRECIPROKA
Ordnijiet li 
jiddikjaraw pajjizi 
li jirreciprokaw. 
Emendat: 
LVIIl.1974.68. 
3.* (1) Il-President ta’ Malta, jekk ikun sodisfatt li, fil-kaz li l-
beneficcji moghtija b’dan l-Att jigu applikati ghal, jew ghal klassi
ta’, ordnijiet ta’ manteniment maghmula mill-qrati ta’ xi pajjiz jew
territorju barra minn Malta, beneficcji bhalhom jigu applikati f’dak
il-pajjiz jew territorju ghal, jew ghal dawk il-klassijiet ta’, ordnijiet
ta’ manteniment maghmula mill-qrati f’Malta, jista’ b’ordni
jiddikjara dak il-pajjiz jew territorju bhala pajjiz li jirreciproka
ghall-finijiet ta’ dan l-Att; u, bla hsara ghas-subartikolu (2) ta’ dan
l-artikolu, f’dan l-Att "pajjiz li jirreciproka" tfisser pajjiz jew
territorju li f’dak iz-zmien ikun hekk dikjarat.
(2) Pajjiz jew territorju jista’ jigi dikjarat taht is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu bhala pajjiz li jirreciproka jew dwar ordnijiet ta’
manteniment b’mod generali, jew dwar ordnijiet ta’ manteniment
barra minn dawk ta’ xi klassi specifika, jew dwar ordnijiet ta’
manteniment ta’ klassi wahda jew aktar biss; u pajjiz jew territorju
li jkun f’dak iz-zmien hekk dikjarat ghandu, hlief dwar ordnijiet ta’
manteniment in generali, jitqies ghall-finijiet ta’ dan l-Att li hu
pajjiz li jirreciproka biss dwar ordnijiet ta’ manteniment tal-klassi
li ghaliha testendi d-dikjarazzjoni.
ORDNIJIET MAGHMULA M1NN QRATI F’MALTA
Ordni ta’ 
manteniment 
maghmul f’Malta 
jintbaghat ghall-
esekuzzjoni 
f’pajjiz li 
jirreciproka.
4. (1) Bla hsara ghas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, meta
d-debitur taht ordni ta’ manteniment maghmul, sew qabel sew wara
l-bidu fis-sehh ta’ dan l-artikolu, minn qorti f’Malta jkun jirrisjedi
f’pajjiz li jirreciproka, il-kreditur taht l-ordni jista’ jitlob li l-ordni
jintbaghat lil dak il-pajjiz biex jigi esegwit.
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma ghandux isehh dwar
ordni provvizorju.
(3) Kull talba maghmula skond dan l-artikolu ghandha ssir lill-
qorti li ghamlet l-ordni ta’ manteniment li ghalih tirreferi t-talba.
(4) Jekk fuq talba maghmula kif imiss taht dan l-artikolu, il-qorti
tkun sodisfatta li d-debitur taht l-ordni ta’ manteniment li ghalih
tirreferi t-talba jkun jirrisjedi f’pajjiz li jirreciproka, id-dokumenti
*Ara l-Avvizi Legali 56 u 57 ta’ l-1984.
    ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
4      KAP. 242.h     TA’MANTENIMENT
li gejjin, jigifieri:
(a) kopja certifikata ta’ l-ordni tal-manteniment;
(b) certifikat iffirmat mir-registratur tal-qorti li
jiccertifika li l-ordni jista’ jigi esegwit f’Malta;
(c) certifikat ta’ arretrati hekk iffirmat;
(d) dikjarazzjoni li taghti dak it-taghrif li l-imsemmi regis-
tratur ikollu dwar fejn qieghed id-debitur;
(e) dikjarazzjoni li taghti dak it-taghrif li l-imsemmi regis-
tratur ikollu sabiex jiffacilita l-identifikazzjoni tad-
debitur; u
(f) meta jkun jista’ jinkiseb ritratt tad-debitur , 
ghandhom jintbaghtu mill-qorti lill-Ministru sabiex ikunu jistghu
jintbaghtu mill-Ministru lill-awtorita responsabbli fil-pajjiz li
jirreciproka jekk hu jkun sodisfatt li d-dikjarazzjoni dwar fejn
qieghed id-debitur taghti taghrif bizzejjed biex tiggustifika li jsir
dan.
(5) Ebda haga f’dan l-artikolu ma ghandha tittiehed li tolqot xi
gurisdizzjoni ta’ xi qorti f’Malta dwar ordni ta’ manteniment li
ghalih japplika dan l-artikolu, u kull ordni bhal dak jista’ jigi
esegwit, mibdul jew imhassar skond hekk.
Setgha tal-qorti li 
taghmel ordni ta’ 
manteniment 
provvizorju kontra 
persuna li tirrisjedi 
f’pajjiz li 
jirreciproka.
5. (1) Meta ssir talba f’qorti f’Malta ghal ordni ta’
manteniment kontra persuna li tirrisjedi f’pajjiz li jirreciproka u
jigi muri lill-qorti li kien ikollha gurisdizzjoni bis-sahha ta’ xi ligi
li taghmel ordni ta’ manteniment kieku- 
(a) dik il-persuna kienet domiciljata f’Malta; u
(b) citazzjoni biex tidher quddiem il-qorti biex twiegeb
ghat-talba tkun giet notifikata lilha kif imiss,
il-qorti jkollha gurisdizzjoni li tisma’ t-talba u tista’, bla hsara
ghas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, taghmel ordni ta’
manteniment fuq it-talba daqslikieku citazzjoni tkun giet notifikata
lill-imsemmija persuna kif imiss u dik il-persuna tkun naqset milli
tidher ghas-smigh.
(2) Ordni ta’ manteniment maghmul bis-sahha ta’ dan l-
artikolu jkun ordni provvizorju.
(3) Meta qorti taghmel ordni ta’ manteniment li bis-sahha ta’
dan l-artikolu jkun ordni provvizorju, id-dokumenti li gejjin,
jigifieri:
(a) kopja certifikata ta’ l-ordni ta’ manteniment;
(b) dokument, awtentikat mir-registratur tal-qorti li
taghmel l-ordni, li juri jew jaghti fil-qosor il-provi li
nghataw fil-procedimenti;
(c) certifikat iffirmat mill-imsemmi registratur li
jiccertifika li fil-fehma tal-qorti r-ragunijiet moghtija
fic-certifikat huma r-ragunijiet li fuqhom seta’ kien
hemm opposizzjoni ghall-eghmil ta’ l-ordni mid-
debitur taht l-ordni; 
ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT gKAP. 242.   5
(d) dikjarazzjoni li taghti dak it-taghrif li l-qorti kellha
dwar fejn qieghed id-debitur;
(e) dikjarazzjoni li taghti dak it-taghrif li l-imsemmi regis
tratur ikollu sabiex jiffacilita l-identifikazzjoni tad-
debitur; u
(f) meta jkun jista’ jinkiseb, ritratt tad-debitur, 
ghandhom jintbaghtu mill-qorti lill-Ministru sabiex ikunu jistghu
jintbaghtu mill-Ministru lill-awtorita responsabbli fil-pajjiz li
jirreciproka fejn ikun qed jirrisjedi d-debitur jekk hu jkun sodisfatt
li d-dikjarazzjoni dwar fejn qieghed id-debitur taghti taghrif
bizzejjed biex tiggustifika li jsir dan.
(4) Ordni ta’ manteniment maghmul bis-sahha ta’ dan l-
artikolu li jkun gie konfermat minn qorti kompetenti f’pajjiz li
jirreciproka ghandu jitqies ghall-finijiet kollha daqslikieku l-qorti
li ghamlet l-ordni ghamlitu fil-forma li fiha kien konfermat u
daqslikieku l-ordni qatt ma kien ordni provvizorju, u bla hsara
ghall-artikolu 6 ta’ dan l-Att, kull ordni bhal dak jista’ jigi hekk
esegwit, mibdul jew imhassar.
Tibdil u thassir ta’ 
ordni ta’ 
manteniment 
maghmul f’Malta.
6. (1) Dan l-artikolu japplika ghal ordni ta’ manteniment li
kopja certifikata tieghu tkun intbaghtet lil pajjiz li jirreciproka
skond l-artikolu 4 ta’ dan l-Att u ghal ordni ta’ manteniment
maghmul bis-sahha ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att li jkun gie
konfermat minn qorti kompetenti f’dak il-pajjiz.
(2) Qorti f’Malta li ghandha s-setgha li tibdel ordni ta’ manteni
ment li ghalih japplika dan l-artikolu jkollha s-setgha li tibdel dak
l-ordni b’ordni provvizorju.
(3) Meta l-qorti li tkun qed tisma’ talba ghal tibdil f’ordni ta’
manteniment li ghalih japplika dan l-artikolu tkun bi hsiebha li
tibdlu billi zzid ir-rata tal-hlasijiet taht l-ordni f’dak il-kaz, hlief
jekk 
(a) sew ir-rikorrent kemm id-debitur taht l-ordni jidhru
fil-procedimenti; jew
(b) ir-rikorrent jidher u l-process xieraq ikun gie notifikat
kif imiss lill-parti l-ohra,
l-ordni li jibdel l-ordni jkun ordni provvizorju.
(4) Meta qorti f’Malta taghmel ordni provvizorju li jibdel ordni
ta’ manteniment li ghalih japplika dan l-artikolu, dik il-qorti
ghandha tibghat, lill-qorti fil-pajjiz li jirreciproka li jkollha s-
setgha li tikkonferma l-ordni provvizorju, kopja certifikata ta’ l-
ordni provvizorju flimkien ma’ dokument, awtentikat kif imiss, li
juri jew jaghti fil-qosor il-provi migjuba fil-procedimenti.
(5) Meta kopja certifikata ta’ ordni provvizorju maghmul minn
qorti f’pajjiz li jirreciproka, li jkun ordni li jibdel jew ihassar ordni
ta’ manteniment li ghalih japplika dan l-artikolu, flimkien ma’
dokument, certifikat kif imiss, li juri jew jaghti fil-qosor il-provi
migjuba fil-procedimenti li fihom inghata l-ordni provvizorju, tigi
ricevuta mill-qorti f’Malta li tkun ghamlet l-ordni ta’ manteniment,
dik il-qorti tista’ tikkonferma jew tirrifjuta li tikkonferma l-ordni
    ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
6      KAP. 242.h     TA’MANTENIMENT
provvizorju u, jekk dak l-ordni jkun ordni li jibdel l-ordni ta’
manteniment, tikkonfermah jew minghajr tibdil jew b’dak it-tibdil
li jidhrilha xieraq.
(6) Sabiex jigi stabbilit jekk ordni provvizorju ghandux jigi
konfermat taht is-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, il-qorti ghandha
tipprocedi daqslikieku sarilha rikors ghal tibdil jew thassir, skond
il-kaz, ta’ l-ordni ta’ manteniment li jkun, u ghal dan il-ghan kopja
ta’ l-ordni provvizorju ghandha tigi notifikata lid-debitur flimkien
ma’ intimazzjoni illi jekk ma jidhirx ghas-smigh, jew xort’ohra
jipprezenta risposta qabel is-smigh, il-qorti tikkonferma l-ordni
provvizorju taht dan l-artikolu.
(7) Meta ordni ta’ manteniment li ghalih japplika dan l-artikolu
jkun gie mibdul b’ordni (inkluz ordni provvizorju li jkun gie
konfermat) maghmul minn qorti f’Malta jew minn qorti kompetenti
f’pajjiz li jirreciproka, l-ordni ta’ manteniment ghandu, mid-data li
fiha jkun maghmul l-ordni, ikollu effett kif mibdul b’dak l-ordni u,
meta dak l-ordni kien ordni provvizorju, daqslikieku dak l-ordni
kien maghmul fil-forma li fiha kien konfermat u daqslikieku qatt
ma kien ordni provvizorju.
(8) Meta ordni ta’ manteniment li ghalih japplika dan l-artikolu
jkun gie revokat b’ordni maghmul minn qorti f’Malta jew minn
qorti kompetenti f’pajjiz li jirreciproka, inkluz ordni provvizorju
maghmul mill-qorti l-ahhar imsemmija li jkun gie konfermat minn
qorti f’Malta, l-ordni ta’ manteniment ghandu, mid-data li fiha jkun
maghmul l-ordni, jitqies li waqaf mis-sehh hlief dwar kull arretrati
li kellhom jithallsu taht l-ordni ta’ manteniment f’dik id-data.
(9) Meta qabel ma jigi konfermat ordni ta’ manteniment
maghmul bis-sahha ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att dokument,
certifikat kif imiss, li juri jew jaghti fil-qosor provi li ngiebu
f’pajjiz li jirreciproka ghall-fini ta’ procedimenti dwar il-konferma
ta’ l-ordni jigu ricevut mill-qorti f’Malta li ghamlet l-ordni, jew dik
il-qorti, fuq talba maghmula lilha minn qorti f’dak il-pajjiz, tiehu x-
xiehda ta’ persuna li tirrisjedi f’Malta ghall-fini ta’ dawk il-
procedimenti, il-qorti f’Malta li ghamlet l-ordni ghandha
tikkunsidra dik ix-xiehda u jekk, meta tkun ghamlet hekk, ikun
jidhrilha li l-ordni ma jkunx imissu sar -
(a) il-qorti ghandha, taghti lill-persuna li fuq it-talba
taghha l-ordni ta’ manteniment ikun gie maghmul l-
opportunita li tikkunsidra dik ix-xiehda, li taghmel
sottomissjonijiet dwarha u li ggib aktar provi; u
(b) wara li tikkunsidra l-provi kollha u kull sottomissjoni
maghmula minn dik il-persuna, il-qorti tista’ thassar l-
ordni ta’ manteniment.
ORDNIJIET MAGHMULIN MINN QRATI F’PAJJIZI LI 
JIRRECIPROKAW
Registrazzjoni 
f’qorti ta’ Malta ta’ 
ordni ta’ 
manteniment 
maghmul f’pajjiz li 
jirreciproka. 
7. (1) Dan l-artikolu japplika ghal ordni ta’ manteniment
maghmul, sew qabel sew wara l-bidu fis-sehh ta’ dan l-artikolu,
minn qorti f’pajjiz li jirreciproka, inkluz ordni bhal dak minn qorti
bhal dik li jkun gie konfermat minn qorti f’pajjiz li jirreciproka
ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT gKAP. 242.   7
iehor izda barra ordni provvizorju li ma jkunx gie konfermat.
(2) Meta kopja certifikata ta’ ordni li ghalih japplika dan l-
artikolu tigi ricevuta mill-Ministru minghand awtorita responsabbli
f’pajjiz li jirreciproka, u l-Ministru jkun jidhirlu li d-debitur taht l-
ordni jkun jirrisjedi f’Malta, hu ghandu jibghat il-kopja ta’ l-ordni
lir-Registratur.
(3) Meta r-Registratur jircievi minghand il-Ministru kopja
certifikata ta’ ordni li ghalih japplika dan l-artikolu, hu ghandu, bla
hsara ghas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu jirregistra l-ordni fil-
qorti kompetenti ta’ Malta.
(4) Qabel ma jirregistra ordni taht dan l-artikolu r-Registratur
ghandu jiehu dawk il-passi li jidhirlu xierqa sabiex jizgura jekk id-
debitur taht l-ordni jkunx jirrisjedi f’Malta, u jekk wara li jiehu
dawk il-passi jkun sodisfatt li d-debitur ma jkunx hekk jirrisjedi hu
ghandu jibghat lura l-kopja certifikata ta’ l-ordni lill-Ministru
flimkien ma’ dikjarazzjoni li taghti dak it-taghrif li jkollu dwar fejn
ikun qieghed id-debitur.
Konferma minn 
qorti f’Malta ta’ 
ordni ta’ 
manteniment 
provvizorju 
maghmul f’pajjiz li 
jirreciproka.
8. (1) Dan l-artikolu japplika ghal ordni ta’ manteniment
maghmul, sew qabel sew wara l-bidu fis-sehh ta’ dan l-artikolu,
minn qorti f’pajjiz li jirreciproka li jkun ordni provvizorju.
(2) Meta kopja certifikata ta’ ordni li ghalih japplika dan l-
artikolu flimkien ma’ -
(a) dokument, awtentikat kif imiss, li juri jew jaghti fil-
qosor il-provi migjuba fil-procedimenti li fihom gie
maghmul l-ordni; u
(b) dikjarazzjoni tar-ragunijiet li fuqhom id-debitur taht l-
ordni seta’ oppona ghall-eghmil ta’ l-ordni,
tigi ricevuta mill-Ministru minghand l-awtorita responsabbli
f’pajjiz li jirreciproka, u jkun jidher lill-Ministru li d-debitur taht l-
ordni jkun qed jirrisjedi f’Malta, hu ghandu jibghat il-kopja ta’ l-
ordni u d-dokumenti li kien hemm maghha ghand ir-Registratur, u
l-qorti kompetenti ta’ Malta ghandha - 
(i) jekk id-debitur taht l-ordni jistabbilixxi xi difiza
hekk kif seta’ jaghmel fil-procedimenti li fihom
ikun gie maghmul l-ordni, jirrifjuta li
jikkonferma l-ordni; u
(ii) f’kull kaz iehor, jikkonferma l-ordni jew
minghajr tibdil jew b’dak it-tibdil li jidhrilha
xieraq.
(3) F’kull procedimenti ghall-konferma taht dan l-artikolu ta’
ordni provvizorju, id-dikjarazzjoni ricevuta mill-qorti li ghamlet l-
ordni tar-ragunijiet li fuqhom id-debitur taht l-ordni seta’ oppona l-
eghmil ta’ l-ordni tkun prova konkluziva li d-debitur seta’ ghamel
difiza fuq wahda minn dawk ir-ragunijiet fil-procedimenti li fihom
kien maghmul l-ordni.
(4) Sabiex jigi stabbilit jekk ordni provvizorju ghandux jigi
konfermat taht dan l-artikolu l-qorti ghandha tipprocedi bhalli
kieku saritilha talba ghal ordni ta’ manteniment kontra d-debitur
    ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
8      KAP. 242.h     TA’MANTENIMENT
taht ordni provvizorju u ghal dan l-ghan kopja ta’ l-ordni ghandha
tigi notifikata lid-debitur taht l-ordni flimkien ma’ intimazzjoni li
jekk ma jidhirx ghas-smigh, jew xort’ohra jipprezenta risposta fis-
smigh jew qabel, il-qorti tikkonferma l-ordni taht dan l-artikolu.
(5) Jekk il-qorti tikkonferma l-ordni, ir-Registratur ghandu
jirregistra l-ordni f’dik il-qorti, u jekk il-qorti tichad li tikkonferma
l-ordni, ir-Registratur ghandu jibghat lura l-kopja certifikata ta’ l-
ordni flimkien mad-dokumenti li kienu maghha lill-Ministru.
(6) Jekk intimazzjoni ghal dehra fil-procedimenti ghall-kon
ferma ta’ ordni provvizorju ma tkunx tista’ tigi notifikata kif imiss
lid-debitur taht dak l-ordni r-Registratur ghandu jibghat lura dik il-
kopja u d-dokumenti li kien hemm maghha lill-Ministru flimkien
ma’ dikjarazzjoni li taghti t-taghrif li jkollu dwar fejn qieghed id-
debitur.
Esekuzzjoni ta’ 
ordni ta’ 
manteniment 
registrat f’’qorti ta’ 
Malta.
9. (1) Ordni registrat jista’ jigi esegwit f’Malta daqslikieku
kien maghmul mill-qorti li tirregistrah u daqslikieku dik il-qorti
kellha gurisdizzjoni biex taghmlu; u procedimenti ghal jew dwar l-
esekuzzjoni ta’ kull ordni bhal dak jistghu jsiru skond hekk.
(2) Kull persuna li f’dak iz-zmien tkun taht obbligazzjoni li
taghmel hlasijiet skond ordni registrat ghandha tavza b’kull tibdil
ta’ indirizz lir-Registratur, u kull persuna li tonqos minghajr raguni
xierqa li taghti dak l-avviz tehel meta tinsab hatja multa ta’ mhux
izjed minn ghaxar liri.
(3) F’kull procedimenti ghal jew dwar l-esekuzzjoni ta’ ordni li
f’dak iz-zmien ikun registrat taht dan l-Att certifikat ta’ arretrati
mibghut lir-Registratur ikun prova tal-fatti dikjarati fih.
(4) Bla hsara ghas-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, somom ta’
flus li ghandhom jithallsu taht ordni registrat ghandhom jithallsu
skond l-ordni mid-data li fiha jkun sar l-ordni.
(5) Il-qorti li ghandha s-setgha taht l-artikolu 8 ta’ dan l-Att li
tikkonferma ordni provvizorju tista’, jekk tiddeciedi li tikkonferma
l-ordni, taghti direttiva li s-somom ta’ flus li ghandhom jithallsu
tahtu jitqiesu li ghandhom jithallsu skond l-ordni minn dik id-data,
li tkun data wara d-data li fiha l-ordni kien maghmu1, kif tista’
tispecifika; u bla hsara ghal kull direttiva bhal dik, ordni ta’
manteniment registrat taht l-imsemmi artikolu 8 ghandu jitqies
bhallikieku sar fil-forma li fih kien konfermat u bhallikieku qatt ma
kien ordni provvizorju.
Tibdil u thassir ta’ 
ordni ta’ 
manteniment 
registrat f’qorti ta’ 
Malta.
10. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-
qorti kompetenti ta’ Malta - 
(a) ikollha l-istess setgha, fuq talba maghmula mid-
debitur jew mill-kreditur taht ordni registrat li tibdel
jew thassar l-ordni daqslikieku kien maghmul mill-
qorti kom petenti ta’ Malta u daqslikieku dik il-qorti
kellha gurisdizzjoni biex taghmlu; u
(b) ikollha s-setgha li tibdel jew thassar ordni registrat
b’ordni provvizorju.
ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT gKAP. 242.   9
(2) Il-qorti kompetenti ta’ Malta ma ghandhiex tibdel ordni
registrat jekk mhux b’ordni provvizorju hlief meta - 
(a) kemm id-debitur kif ukoll il-kreditur taht l-ordni
registrat ikunu f’dak iz-zmien jirrisjedu f’Malta; jew
(b) ir-rikors isir mill-kreditur taht l-ordni registrat; jew 
(c) it-tibdil ikun jikkonsisti fi tnaqqis tar-rata tal-hlasijiet
taht l-ordni registrat u jsir biss minhabba li jkun hemm
tibdil fic-cirkostanzi finanzjarji tad-debitur minn meta
l-ordni registrat kien maghmul jew, fil-kaz ta’ ordni
registrat taht l-artikolu 8 ta’ dan l-Att, wara li l-ordni
registrat kien konfermat, u l-qrati fil-pajjiz li
jirreciproka li fih l-ordni ta’ manteniment kien gie
maghmul ma jkollhomx is-setgha, skond il-ligi fis-
sehh f’dak il-pajjiz, li jikkonfermaw ordnijiet
provvizorji li jibdlu ordnijiet ta’ manteniment.
(3) Il-qorti kompetenti ta’ Malta ma ghandhiex thassar ordni
registrat hlief b’ordni provvizorju hlief meta sew id-debitur kif
ukoll il-kreditur taht l-ordni registrat ikunu f’dak iz-zmien
jirrisjedu f’Malta.
(4) Fuq rikors ghat-thassir ta’ ordni registrat il-qorti kom
petenti ta’ Malta ghandha, hlief meta sew id-debitur kif ukoll il-
kreditur taht l-ordni registrat ikunu f’dak iz-zmien jirrisjedu
f’Malta, tapplika l-ligi applikata mill-pajjiz li jirreciproka li fih
kien maghmul l-ordni registrat; izda meta bis-sahha ta’ dan is-
subartikolu l-qorti kompetenti ta’ Malta tkun mehtiega li tapplika
dik il-ligi, dik il-qorti tista’ taghmel ordni provvizorju jekk ikollha
raguni tahseb li r-raguni li fuqha ssir it-talba hi raguni li fuqha l-
ordni jista’ jigi mhassar skond il-ligi applikata mill-pajjiz li
jirreciproka, ukoll jekk ma jkunx gie stabbilit li hi raguni bhal dik.
(5) Meta l-qorti kompetenti ta’ Malta taghmel ordni
provvizorju li jibdel jew ihassar ordni registrat il-qorti ghandha
tibghat lill-qorti fil-pajjiz li jirreciproka li jkun ghamel l-ordni
registrat kopja certifikata ta’ l-ordni provvizorju flimkien ma’
dokument, awtentikat kif imiss, li juri jew jaghti fil-qosor il-provi
migjuba fil-procedimenti.
(6) Meta kopja certifikata ta’ ordni provvizorju maghmul minn
qorti f’pajjiz li jirreciproka, li jkun ordni li jibdel ordni registrat,
flimkien ma dokument, awtentikat kif imiss, li juri jew jaghti fil-
qosor il-provi migjuba fil-procedimenti li fih ikun maghmul l-ordni
provvizorju, tigi ricevuta minn qorti kompetenti ta’ Malta, dik il-
qorti tista’ tikkonferma l-ordni jew minghajr tibdil jew b’dak it
tibdil li jidhrilha xieraq jew tichad li tikkonferma l-ordni.
(7) Sabiex jigi stabbilit jekk ordni provvizorju ghandux jigi
konfermat taht is-subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu l-qorti ghandha
tipprocedi bhallikieku saritilha talba ghat-tibdil f’ordni registrat, u
ghal dan l-ghan kopja ta’ l-ordni ghandha tigi notifikata lid-debitur
taht l-ordni flimkien ma’ intimazzjoni li kemm-il darba ma jidhirx
ghas-smigh, jew xort’ohra ma jipprezentax risposta waqt is-smigh
jew qabel, il-qorti tikkonferma l-ordni provvizorju taht dan l-
artikolu.
    ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
10      KAP. 242.h     TA’MANTENIMENT
(8) Meta ordni registrat ikun gie mibdul b’ordni (inkluz ordni
provvizorju li jkun gie konfermat) maghmul mill-qorti kompetenti
ta’ Malta jew minn qorti kompetenti f pajjiz li jirreciproka, l-ordni
registrat ghandu, mid-data li fiha l-ordni kien maghmul, ikollu
effett kif mibdul b’dak l-ordni u, meta dak l-ordni kien ordni
provvizorju, daqslikieku dak l-ordni kien maghmul fil-forma li fiha
kien konfermat u daqslikieku qatt ma kien ordni provvizorju.
(9) Meta ordni registrat ikun gie mhassar b’ordni maghmul
mill-qorti kompetenti ta’ Malta jew minn qorti kompetenti ta’ pajjiz
li jirreciproka, inkluz ordni provvizorju maghmul mill-qorti l-
ewwel imsemmija li jkun gie konfermat minn qorti kompetenti
f’pajjiz li jirreciproka, l-ordni registrat ghandu, mid-data li fih l-
ordni kien maghmul, jitqies li temm mis-sehh hlief dwar xi arretrati
li jkollhom jithallsu taht l-ordni registrat f’dik id-data.
(10) Ir-Registratur ghandu jirregistra kull ordni li jibdel ordni
registrat barra minn ordni provvizorju li ma jkunx konfermat. 
Kancellament ta’ 
registrazzjoni ma’ 
trasferiment ta’ 
ordni.
11. (1) Meta -  
(a) ordni registrat ikun thassar b’ordni maghmul mill-qorti
kompetenti ta’ Malta; jew
(b) ordni registrat ikun thassar b’ordni provvizorju
maghmul minn dik il-qorti li jkun gie kkonfermat minn
qorti f pajjiz li jirreciproka u avviz tal-konferma jigi
ricevut mill-qorti kompetenti ta’ Malta; jew
(c) ordni registrat ikun thassar b’ordni maghmul minn
qorti f’dak il-pajjiz u avviz tat-thassir ikun ricevut
mill-qorti kompetenti ta’ Malta,
ir-Registratur ghandu jikkancella r-registrazzjoni; izda kull
arretrati li jkollhom jithallsu taht l-ordni registrat fid-data meta r-
registrazzjoni tieghu tkun imhassra bis-sahha ta’ dan is-subartikolu
jibqghu jkunu jistghu jigu migbura daqslikieku r-registrazzjoni ma
kenitx imhassra.
(2) Meta r-Registratur, wara li jiehu dawk il-passi li jidhirlu
xierqa sabiex jaccerta jekk debitur taht ordni registrat hux qed
jirrisjedi f’Malta, ikun sodisfatt, li d-debitur taht l-ordni ma jkunx
baqa’ jirrisjedi f’Malta, hu ghandu jhassar r-registrazzjoni ta’ l-
ordni u ghandu jibghat il-kopja certifikata ta’ l-ordni lill-Ministru,
flimkien ma’ 
(a) certifikat ta’ arretrati ffirmat minnu;
(b) dikjarazzjoni li taghti dak it-taghrif li jkollu dwar fejn
ikun qieghed id-debitur; u
(c) kull dokument rilevanti li jkun fil-pussess tieghu dwar
il-kaz.
Passi li ghandhom 
jittiehdu meta 
debitur taht certi 
ordnijiet ma jkunx 
jirrisjedi f’Malta.
12. (1) Meta jkun jidher lill-Ministru li d-debitur taht ordni ta’
manteniment, li kopja certifikata tieghu tkun giet ricevuta minnu
minghand pajjiz li jirreciproka, ma jkunx jirrisjedi f’Malta jew, fil-
kaz ta’ ordni li wara jkun sar ordni registrat, ma jkunx baqa’
jirrisjedi f’Malta, hu ghandu jibghat lill-awtoritajiet responsabbli
f’dak il-pajjiz jew, meta jikkunsidra c-cirkostanzi kollha jidhirlu
ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT g K AP. 242.
xieraq li hekk jaghmel, lill-awtorita responsabbli f’pajjiz li
jirreciproka iehor - 
(a) kopja certifikata ta’ l-ordni li jkun u kopja certifikata
ta’ kull ordni li jibdel dak l-ordni;
(b) jekk l-ordni kien f’xi zmien ordni registrat, certifikat
ta’ l-arretrati ffirmat mir-Registratur;
(c) dikjarazzjoni li taghti dak it-taghrif li l-Ministru jkollu
dwar fejn ikun qieghed id-debitur; u
(d) kull dokument iehor rilevanti li jkollu dwar il-kaz. 
(2) Meta d-dokumenti msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu jintbaghtu lill-awtorita responsabbli f’pajjiz li jirreciproka
barra minn dak li fih ikun sar l-ordni li jkun, il-Ministru ghandu
jgharraf lill-awtorita responsabbli fil-pajjiz li jirreciproka li fih l-
ordni kien maghmul ta’ dak li jkun ghamel.
APPELLI
Appelli.
maghmul skond xi disposizzjoni ta’ dan l-Att mill-qorti kompetenti
ta’ Malta.
(2) Meta bis-sahha ta’ xi disposizzjoni bhal dik l-imsemmija
qorti tikkonferma jew tichad li tikkonferma ordni provvizorju
maghmul minn qorti f’pajjiz li jirreciproka, sew jekk ikun ordni ta’
manteniment kif ukoll jekk ikun ordni li jibdel jew ihassar ordni ta’
manteniment, il-kreditur jew id-debitur taht l-ordni ta’
manteniment ikollu l-istess jedd ghal appell mill-konferma, jew
mic-cahda ta’ konferma, ta’ l-ordni provvizorju kif kien ikollu
kieku dak l-ordni ma kienx ordni provvizorju u l-qorti kompetenti
ta’ Malta tkun ghamlitu jew, skond il-kaz, cahdet li taghmlu.
(3) Meta bis-sahha ta’ xi disposizzjoni bhal dik il-qorti
kompetenti ta’ Malta taghmel, jew tirrifjuta li taghmel, ordni li
jibdel jew ihassar ordni ta’ manteniment maghmul minn qorti
f’pajjiz li jirreciproka, f’dak il-kaz, bla hsara ghas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu, id-debitur jew il-kreditur taht l-ordni ta’
manteniment ikollu l-istess jedd ghal appell minn dak l-ordni jew
minn cahda ghall-eghmil tieghu bhal ma kien ikollu kieku l-ordni
kien maghmul mill-qorti kompetenti ta’ Malta.
(4) Ebda haga f’dan l-artikolu (hlief is-subartikolu (1) tieghu)
ma ghandha tinftiehem li tolqot xi jedd ghal appell moghti b’xi ligi
ohra.
PROVI
Provi li jigu 
accettati moghtija 
f’pajjiz li 
jirreciproka.
14. (1) Dikjarazzjoni li jkun fiha -
(a) dokument, awtentikat kif imiss, li jkun jidher li juri
jew jaghti fil-qosor provi migjuba fi procedimenti
f’qorti f’pajjiz li jirreciproka; jew
(b) dokument, awtentikat kif imiss, li jkun jidher li juri
jew li jaghti fil-qosor provi mehuda f’dak il-pajjiz
    ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
12      KAP. 242.h     TA’MANTENIMENT
ghall-fini ta’ procedimenti f’qorti f’Malta taht dan l-
Att, sew jekk dan ikun sar fuq talba maghmula minn
dik il-qorti sew jekk xort’ohra; jew
(c) dokument, awtentikat kif imiss, li jkun jidher li jkun
gie ricevut bhala prova fi procedimenti f’qorti f’dak il-
pajjiz jew li jkun kopja ta’ dokument hekk ricevut,
ghandu f’kull procedimenti f’qorti f’Malta dwar ordni ta’
manteniment li ghalih japplika dan l-Att jigi accettat bhala prova
ta’ kull fatt dikjarat fih l-istess kif xiehda orali ta’ dak il-fatt hi
accettata f’dawk il-procedimenti.
(2) Dokument li jkun jidher li juri jew jaghti fil-qosor provi kif
imsemmija fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu,
jew li jkun ittiehed kif imsemmi fil-paragrafu (b) ta’ dak is-
subartikolu, ghandu jitqies li hu awtentikat kif imiss ghall-finijiet
ta’ dak is-subartikolu jekk id-dokument ikun jidher li hu certifikat
minn imhallef, magistrat jew persuna ohra li quddiemha ngiebu l-
provi, jew, skond il-kaz, li ttiehdu minnha, li hu d-dokument
originali li jkun fih jew li jirregistra, jew, skond il-kaz, li jaghti fil-
qosor, dawk il-provi jew kopja vera ta’ dak id-dokument.
(3) Dokument li jkun jidher li gie ricevut bhala prova kif
imsemmi fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu,jew
li hu kopja ta’ dokument hekk ricevut, ghandu jitqies li hu
awtentikat kif imiss ghall-finijiet ta’ dak is-subartikolu jekk id-
dokument ikun jidher li hu certifikat minn imhallef, magistrat jew
ufficjal ta’ dik il-qorti li kien, jew li hu kopja ta’ dokument li kien,
gie hekk ricevut.
(4) Ma jkunx mehtieg f’xi procedimenti kif imsemmija qabel li
tigi ppruvata l-firma jew il-kariga ufficjali tal-persuna li tidher li
tkun tat dak ic-certifikat.
(5) Ebda haga f’dan l-artikolu ma tippregudika li jigi accettat
bhala prova xi dokument li jista’ jigi accettat bhala prova kieku ma
kienx dan l-artikolu.
Ksib ta’ provi 
mehtiega ghal certi 
procedimenti. 
15. (1) Meta ghall-fini ta’ xi procedimenti f’qorti f’pajjiz li
jirreciproka ghal ordni ta’ manteniment li ghalih japplika dan l-Att
issir talba minn jew f’isem dik il-qorti sabiex tittiehed ix-xiehda ta’
persuna li tirrisjedi hemmhekk dwar hwejjeg specifikati fit-talba,
il-qorti kompetenti ta’ Malta jkollha s-setgha li tiehu dik ix-xiehda
u, wara li taghti avviz tal-hin u l-post li fih ghandha tittiehed ix-
xiehda lil dawk il-persuna u b’dak il-mod li jidhirlha xieraq,
ghandha tiehu x-xiehda jew iggieghel li dik ix-xiehda tittiehed
b’dak il-mod li jidhrilha xieraq, jew kif jista’ jigi preskritt taht l-
artikolu 18 ta’ dan l-Att.
(2) Xiehda li tittiehed bi tharis ta’ talba bhal dik ghandha
tintbaghat mir-Registratur lill-qorti fil-pajjiz li jirreciproka li jkun
ghamel jew li f’ismu tkun saret it-talba.
(3) Qorti f’Malta tista’, ghal kull fini ta’ xi procedimenti f’dik
il-qorti taht dan l-Att dwar ordni ta’ manteniment li ghalih japplika
dan l-Att, taghmel talba f’pajjiz li jirreciproka sabiex tiehu jew
tipprovdi xiehda dwar dawk il-hwejjeg li jistghu jigu specifikati fit
ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT g K AP. 242.
talba u tista’ tibghat il-kaz lil dik il-qorti ghal dak l-ghan.
Ordni ecc., 
maghmul barra 
minn Malta 
m’hemmx ghalfejn 
ikun ippruvat. 
16. Ghall-finijiet ta’ dan l-Att, sakemm ma jigix muri
kuntrarju- 
(a) ordni maghmul minn qorti f’pajjiz li jirreciproka li
jkun jidher li jkollu s-sigill ta’ dik il-qorti jew li hu
ffirmat minn xi persuna fil-kariga taghha bhala
mhallef, magistrat jew ufficjal tal-qorti, ghandu jitqies
li jkun gie ssigillat kif imiss jew, skond il-kaz, li jkun
gie ffirmat minn dik il-persuna;
(b) il-persuna li minnha jkun gie ffirmat l-ordni ghandha
titqies minghajr aktar prova li kienet imhallef,
magistrat jew ufficjal, skond il-kaz, ta’ dik il-qorti
meta ffirmatu u, fil-kaz ta’ ufficjal, li jkun gie
awtorizzat li jiffirmah; u
(c) dokument li jkun jidher li hu kopja certifikata ta’ ordni
maghmul minn qorti ta’ pajjiz li jirreciproka ghandu
jitqies minghajr aktar prova li jkun kopja bhal dik.
Regolamenti u 
regoli ta’ 
procedura.
17. (1) Il-Ministru jista’ jaghmel, u meta jaghmel jibdel,
jimmodifika jew, bla hsara ghall-eghmil ta’ regolamenti godda,
jirrevoka, regolamenti sabiex jipprovdi ghal kull haga li fil-fehma
tieghu hi spedjenti biex taghti sehh lil kull disposizzjoni ta’ dan l-
Att, u, bla hsara ghall-generalita ta’ dak li ntqal qabel, sabiex - 
(a) jistabbilixxi jew jirregola l-procedura, metodu jew
mod li ghandu jithares u l-limiti ta’ zmien u
limitazzjonijiet ohra li ghandhom jitharsu, dwar kull
haga li hemm provdut ghaliha f’dan l-Att;
(b) jippreskrivi l-mod li bih u l-persuna li minnha kull
haga li ghandha tigi certifikata jew awtentikata jew li
ghandha tigi certifikata jew awtentikata kif imiss taht
dan l-Att ghandha tigi hekk certifikata jew
awtentikata;
(c) jippreskrivi l-persuna li ghandha taqdi kwalunkwe
funzjoni jew dmir li ghalih hemm provdut f’dan l-Att.
Kap. 12. 
(2) Bla hsara ghal kull regolamenti maghmula taht dan l-
artikolu, procedimenti taht dan l-Att ikunu regolati b’regoli
maghmula taht l-artikolu 29 tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u
Procedura Civili (inkluzi kull regoli hekk maghmula dwar
procedimenti taht l-Ordinanza li ghandhom ikomplu fis-sehh u
ghandhom japplikaw ghal procedimenti taht dan l-Att) u, fin-
nuqqas ta’ dawk ir-regoli jew regolamenti, mid-disposizzjonijiet ta’
l-imsemmi Kodici.
THASSIR U DISPOSIZZJONIJIET TRANZITORJI
Thassir. 
Kap. 48. 
*18. L-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’
Manteniment hi b’dan imhassra, izda bla hsara ghal kull haga li
saret skond il-ligi bis-sahha taghha u ghas-subartikolu (2) ta’ l-
*Ara nota mal-Kapitolu 48.
    ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
14      KAP. 242.h     TA’MANTENIMENT
artikolu 17 ta’ dan l-Att.
Disposizzjoni dwar 
certi ordnijiet u 
procedimenti taht 
l-Ordinanza 
mhassra.
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
19. (1) Meta pajjiz jew territorju, li jkun pajjiz jew territorju li
ghalih minnufih qabel id-data tal-bidu fis-sehh ta’ l-artikolu 18 ta’
dan l-Att kienet tapplika ghalih l-Ordinanza, isir pajjiz li
jirreciproka, f’dak il-kaz, bla hsara ghal dawk il-modifiki, limitaz-
zjonijiet u restrizzjonijiet li jistghu jinsabu fl-ordni maghmul taht l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att li jiddikjara dak il-pajjiz jew territorju bhala
pajjiz li jirreciproka - 
(a) id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ghandhom japplikaw
ghall-ordnijiet ta’ manteniment, jew ghal ordnijiet ta’
manteniment ta’ klassi specifikata fl-imsemmi ordni - 
(i) maghmula minn qorti f’Malta kontra persuna li
tirrisjedi f’dak il-pajjiz jew territorju, jew
(ii) maghmula minn qorti f’dak il-pajjiz jew
territorju kontra persuna li tirrisjedi f’Malta,
li jkunu ordnijiet li ghalihom, minnufih qabel id-data
tal-bidu fis-sehh ta’ l-imsemmi subartikolu, kienet
tapplika l-Ordinanza, u kull ordni bhal dak li minnufih
qabel l-imsemmija data kien registrat taht l-Ordinanza
ghandu jitqies li hu u ghandu jigi trattat bhal ordni
registrat taht dan l-Att;
(b) kull ordni ta’ manteniment, jew ordnijiet ta’
manteniment ta’ klassi specifikata fl-imsemmi ordni,
maghmula minn qorti f’dak il-pajjiz jew territorju li
jkunu gew konfermati taht l-artikolu 6 ta’ l-Ordinanza
u li jkunu fis-sehh minnufih qabel dik id-data ghand
hom jigu registrati mir-Registratur taht l-artikolu 8 ta’
dan l-Att bl-istess mod bhal ordni konfermat taht l-
imsemmi artikolu 8;
(c) kull procedimenti migjuba taht jew bis-sahha ta’
disposizzjoni ta’ l-Ordinanza f’qorti f’Malta li jkunu
pendenti f’dik id-data, li jkunu procedimenti li jolqtu
persuna residenti f’dak il-pajjiz jew territorju jew
procedimenti li jolqtu persuna residenti f’Malta,
ghandhom jitkomplew daqslikieku jkunu ngiebu taht
jew bis-sahha tad-disposizzjoni korrispondenti ta’ dan
l-Att.
(2) Ordni maghmul taht l-artikolu 3 ta’ dan l-Att jista’ jkun fih
kull disposizzjoni ohra li l-President ta’ Malta jidhirlu spedjenti
biex jaghti sehh lid-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu.
ESEKUZZJONIRECIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT g K AP. 242.
SETGHA LI L-ATT JIGI APPLIKAT GHAL ORDNIJIET U TALBIET 
OMRA DWAR MANTENIMENT
Setgha li l-Att jigi 
applikat ghal 
ordnijiet ta’ 
manteniment u 
ghal talbiet biex 
jingabar il-
manteniment 
f’kazijiet ohra.
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
20. (1) Meta l-President ta’ Malta jkun sodisfatt - 
(a) li jkunu saru jew li jkunu se jsiru arrangamenti f’pajjiz
jew territorju barra minn Malta biex jizguraw li ordni
jiet ta’ manteniment maghmula minn qrati f’Malta
kontra persuni f’dak il-pajjiz jew territorju jistghu jigu
esegwiti f’dak il-pajjiz jew territorju jew li talbiet
minn persuni f’Malta ghall-gbir ta’ manteniment minn
per suni f’dak il-pajjiz jew territorju jkunu jistghu jigu
milqugha minn qrati f’dak il-pajjiz jew territorju; u
(b) li fl-interess ta’ reciprocita jkun mixtieq li jigi zgurat li
ordnijiet ta’ manteniment maghmula minn qrati f’dak
il-pajjiz jew territorju kontra persuni f’Malta jistghu
jigu esegwiti f’Malta jew, skond il-kaz, li talbiet minn
persuni f’dak il-pajjiz jew territorju ghall-gbir ta’ man
teniment minn persuni f’Malta jkunu jistghu jigu
milqugha minn qrati f’Malta,
il-President ta’ Malta jista’ b’ordni jipprovdi sabiex jigu applikati
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, b’dawk l-eccezzjonijiet,
adattamenti u modifiki li jistghu jigu specifikati fl-ordni, ghal dawk
l-ordnijiet jew talbiet li huma msemmija fil-paragrafi (a) u (b) ta’
dan is-subartikolu u ghal ordnijiet ta’ manteniment u ordnijiet ohra
maghmula in konnessjoni ma’ dawk it-talbiet minn qrati f’Malta
jew f’dak il-pajjiz jew territorju.
(2) Il-President ta’ Malta jista’ wkoll bl-istess mod jaghmel
kull disposizzjoni ohra li jidhirlu li tkun mehtiega jew spedjenti
ghal kull ghan kif imsemmi qabel jew bil-hsieb li jew minhabba li
Malta tkun ser taccedi jew tkun accediet ghal xi konvenzjoni
internazzjonali dwar manteniment.
