STAMPA    1
KAPITOLU 248 
ATT DWAR L-ISTAMPA
Biex jipprovdi, minflok l-Ordinanza dwar l-Istampa, dwar stampat, u dwar xandir. 
23 ta’ Awissu, 1974
L-ATT XL ta’ l-1974, u gie emendat bl-Atti LVIII u LIX ta’ l-1974; bl-Avviz Legali 148
ta’ l-1975; bl-Atti XII u XVII ta’ l-1978, VIII ta’ l-1990, XII ta’ l-1991, X ta’ l-1996 u XV ta’
l-2000. 
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1 -2 
Taqsima II.  Reati ta’ l-Istampa  3 - 22 
Taqsima III.  Azzjonijiet li jitnisslu minn Reati ta’ l-Istampa  23 - 33 
Taqsima IV.  Gazzetti  34 - 41 
Taqsima V.  Servizzi ta’ Xandir  42 - 45 
Taqsima VI.  Libertajiet Gurnalistici  46 - 47 
Taqsima VII. Mixxellanji  48 - 53 
 2      KAP. 248.h     STAMPA
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu.  1. It-titolu ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-Istampa.
Tifsir. 
Emendat: 
X.1996.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra - 
"editur" tfisser il-persuna responsabbli ghall-pubblikazzjoni ta’
kull stampat u dwar gazzetta jew servizz ta’ xandir tinkludi kull
persuna li thares id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35 ta’ dan l-Att;
"gazzetta" tfisser kull gazzetta li jkun fiha ahbarijiet, avvizi,
informazzjonijiet, grajjiet, jew xi kummenti jew osservazzjonijiet
fuqhom, stampata ghall-bejgh jew sabiex titqassam bla hlas jew
xort’ohra, u pubblikata kuljum jew kull tant zmien;
"Malta" ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni sew jekk ikollhom personalita
guridika distinta sew jekk le;
"pubblikazzjoni" tfisser kull att li bih kull stampat jigi jew jista’
jigi ikkommunikat jew imgharraf lil xi persuna jew li bih kliem jew
immagini vizwali jigu mxandra;
"Registratur" tfisser dik il-persuna li l-Prim Ministru jista’, minn
zmien ghal zmien b’avviz fil-Gazzetta tal-Gvern, jahtar bhala
Registratur ta’ l-Istampa ghall-finijiet ta’ dan l-Att;
"responsabbli ghall-pubblikazzjoni" tfisser persuna li tkun sid ta’
impriza ghall-pubblikazzjoni ta’ gazzetta jew li jkollha licenza
ghax-xandir u tinkludi kull persuna li jkollha facilitajiet ghall-
produzzjoni jew riproduzzjoni ta’ kull stampat;
"stampat" tfisser kull kitba stampata b’tipi tipografici jew bil-
litografija jew b’mezzi jew processi ohra bhal dawn fuq karta jew
sustanza ohra, kif ukoll kull kartellun jew avviz iehor li jitwahhal li
jkun fih xi sinjal jew kitba miktuba, stampata, impingija, rizaltata
jew xort’ohra impressa, u tinkludi kull diska, tape, film jew mezz
iehor li bih kliem jew immagini vizwali jistghu jinstemghu,
jitwasslu jew jigu riprodotti;
"xandir" tfisser it-trasmissjoni permezz ta’ fili jew minn gewwa
l-arja, inkluza wkoll permezz ta’ satellita, f’ghamla kodifikata jew
mhijiex; ta’ kliem jew immagini vizivi, sew jekk dawk il-kliem jew
immagini jkunu fil-fatt ricevuti minn xi persuna sew jekk le.
TAQSIMA II 
REATI TA’ L-ISTAMPA
Kif isiru reati 
kontra dan l-Att.
3. Ir-reati msemmija f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att isiru
permezz tal-pubblikazzjoni jew tqassim f’Malta ta’ stampat, ikun
x’ikun il-post li minnu jorigina dak l-istampat, jew bil-mezz ta’ xi
STAMPA    3
xandir.
Meta wiehed 
jincita lil haddiehor 
biex inehhi l-hajja 
jew il-liberta tal-
President ta’ 
Malta, ecc. 
Emendat: 
LVIII.1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
4. Kull min, b’xi wiehed mill-mezzi msemmija fl-artikolu 3
ta’ dan l-Att, jincita lil haddiehor biex inehhi l-hajja jew il-liberta
tal-President ta’ Malta jew ta’ xi Ministru, jehel, ghall-fatt biss ta’
l-incitament, meta jinsab hati, prigunerija ghal zmien ta’ mhux
izjed minn disa’ snin jew multa ta’ mhux izjed minn hames mitt
lira.
Imputazzjoni ta’ 
motivi ulterjuri lill-
atti tal-President 
ta’ Malta.
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
X.1996.3.
5. (1) Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-
Att, jattribwixxi motivi ulterjuri ghall-eghmil tal-President ta’
Malta, jew jinsulta jew jingurja jew jikkaguna mibeghda jew
disprezz jew iqanqal disaffezzjoni kontra, il-persuna tal-President
ta’ Malta, jehel meta jinsab hati prigunerija ghal zmien ta’ mhux
izjed minn tliet xhur u multa ta’ mhux izjed minn mitejn lira.
Disprezz lejn il-
bandiera.
(2) Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jinsulta jew juri disprezz lejn il-Bandiera Nazzjonali ta’ Malta jehel
meta jinsab hati prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn tliet
xhur u multa ta’ mhux izjed minn mitejn lira.
Razzizmu u reati 
simili.
Mizjud:
X. 1996.3.
Emendat:
XV. 2000.18.
6. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jhedded, jinsulta, jew jesponi ghal mibeghda, persekuzzjoni jew
disprezz, lil xi persuna jew grupp ta’ persuni minhabba fir-razza,
twemmin, kulur, nazzjonalita, sess, dizabilita kif definita fl-
artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Opportunitajiet Indaqs ghal Persuni
b’Dizabilita jew origini nazzjonali jew etnika jehel meta jinsab hati
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn tliet xhur u multa.
Reat kontra l-
morali pubblika. 
7. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
direttament jew indirettament, jew bl-uzu ta’ kliem ekwivoku,
joffendi l-moralita pubblika jew il-pudur jehel meta jinsab hati
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn tliet xhur jew multa jew
dik il-prigunerija u multa flimkien.
Kxif ta’ sigrieti  
professjonali. 
Emendat: 
X.1996.4.
8. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jikxef xi haga sigrieta li tkun giet fdata lilu minhabba l-professjoni
jew il-kariga tieghu, jehel meta jinsab hati prigunerija ghal zmien
ta’ mhux izjed minn tliet xhur jew multa jew dik il-prigunerija u
multa flimkien.
Pubblikazzjoni 
doluza ta’ 
ahbarijiet foloz. 
Emendat:
XVII.1978.2. 
9. (1) Kull min dolozament, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3
ta’ dan l-Att, ixerred ahbarijiet foloz illi jistghu jallarmaw l-
opinjoni pubblika, jew jiddisturbaw il-bon ordni jew il-paci
pubblika, jew jistghu joholqu agitazzjoni fost il-pubbliku jew fost
certi klassijiet tal-pubbliku, jehel meta jinsab hati prigunerija ghal
zmien ta’ mhux izjed minn tliet xhur jew multa jew dik il-
prigunerija u multa flimkien:
Izda, jekk ir-reat iwassal ghal xi storbju jew jekk ir-reat
ikun ikkontribwixxa ghall-grajja ta’ xi storbju, min jaghmel ir-reat
jehel prigunerija ghal zmien ta’ mhux inqas minn xahar izda mhux
izjed minn sitt xhur u multa.
(2) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu, jitqies li wiehed mexa
dolozament kemm-il darba l-akkuzat ma jippruvax illi, qabel il-
 4      KAP. 248.h     STAMPA
pubblikazzjoni, huwa kien ha l-passi mehtiega biex jivverifika l-
verita ta’ l-ahbar.
Pubblikazzjoni ta’ 
ahbarijiet foloz bi 
traskuragni.
10. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
b’nuqqas ta’ diligenza ordinarja, ixerred ahbarijiet foloz li jistghu
jallarmaw l-opinjoni pubblika, jew jiddisturbaw il-bon ordni jew il-
kwiet pubbliku, jehel meta jinsab hati multa.
Malafama. 
Emendat: 
X.1996.5.
11. Hlief kif provdut xort’ohra f’dan l-Att, kull min, b’xi mezz
imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att, jaghti malafama lil xi persuna,
jehel meta jinsab hati  -
(a) jekk fil-malafama jigu attribwiti lil dik il-persuna fatti
determinati bi skop li joffendu l-unur u l-fama taghha,
jew li jesponiha ghar-ridikolu jew ghad-disprezz tal-
pubbliku, prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn
tliet xhur jew multa jew dik il-prigunerija u multa
flimkien;
(b) f’kull kaz iehor, prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed
minn xahar jew multa.
 Il-prova tal-verita. 12. (1) F’kull kawza ta’ libell minhabba malafama taht l-
artikolu 11 ta’ dan l-Att, il-prova tal-verita tal-fatti attribwiti hija
ammessa jekk l-akkuzat, fl-istadju preliminari tal-kawza, jiehu r-
responsabbilta kollha ta’ malafama li taghha huwa akkuzat u
jiddikjara illi b’difiza tieghu huwa jrid jipprova l-verita tal-fatti
attribwiti minnu lill-parti offiza:
Izda l-prova tal-verita tal-fatti attribwiti hija ammessa biss
fil-kaz li l-persuna offiza - 
(a) tkun ufficjal jew impjegat pubbliku u l-fatti attribwiti
lilha huma dwar l-ezercizzju tal-funzjonijiet taghha;
jew 
(b) tkun kandidat ghal kariga pubblika u l-fatti attribwiti
lilha jkunu dwar l-onesta, il-hila jew il-kompetenza
taghha li tokkupa dik il-kariga; jew
(c) abitwalment tezercita professjoni, arti jew sengha, u l-
fatti attribwiti lilha jkunu dwar l-ezercizzju ta’ dik il-
professjoni, arti jew sengha; jew
(d) tiehu parti attiva fil-politika u l-fatti attribwiti lilha
jkunu dwar il-parti li hi tiehu fil-politika; jew
(e) jkollha kariga ta’ fiducja fi kwistjoni ta’ interess
pubbliku generali:
Izda wkoll il-prova tal-verita tal-fatti attribwiti ma hijiex
ammessa jekk dawk il-fatti ikunu dwar il-hajja domestika ta’ l-
offiz. 
(2) Jekk il-verita tal-fatti attribwiti tigi ammessa skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu - 
(a) jekk il-verita tal-fatti attribwiti tkun sostanzjalment
ippruvata, l-akkuzat ma jehel ebda piena jekk il-qorti
tkun sodisfatta illi l-prova tal-verita saret fl-interess
pubbliku u hu jkollu jedd ghall-hlas lura minghand il-
STAMPA    5
kwerelant jew l-attur ta’ l-ispejjez li jkun ghamel f’xi
procedimenti kriminali jew civili:
Izda il-prova tal-verita tal-fatti attribwiti ma
tehlisx lill-akkuzat mill-piena ghal insulti, akkuzi jew
allegazzjonijiet illi l-qorti jkun jidhrilha li ma kenux
mehtiega li jigu attribwiti lill-persuna offiza l-fatti li l-
prova taghhom tkun giet ammessa;
(b) jekk il-verita tal-fatti attribwiti ma tkunx
sostanzjalment ippruvata, l-akkuzat jehel prigunerija
ghal zmien ta’ mhux izjed minn sitt xhur jew multa ta’
mhux izjed minn hames mitt lira jew dik il-prigunerija
u multa flimkien.
Privilegg 
kwalifikat.
Mizjud:
X. 1996.6.
12A. Fi proceduri mehuda in forza ta’ dan l-Att tkun difiza
ghall-editur jew ghar-responsabbli ghall-pubblikazzjoni li jipprova
li l-informazzjoni pubblikata kienet tikkonsisti f’rapport preciz ta’
diskors li sar f’avveniment pubbliku importanti minn persuna
identifikata u li kienet taf jew ragonevolment setghet tkun taf jew
tistenna li 1-kontenut ta’ dak id-diskors se jigi pubblikat f’gazzetta
jew f’mezz tax-xandir, u li l-pubblikazzjoni ta’ l-istess diskors
kienet ragonevolment gustifikabbli f’socjeta demokratika.
Pubblikazzjoni ta’ 
fatti bil-hsieb li 
wiehed jestorci 
flus.
13. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jippubblika jew jhedded li jippubblika fatti dwar xi persuna ohra
bil-ghan li jestorci flus jew haga ohra li tiswa flus jew xi vantagg
iehor, jehel meta jinsab hati prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed
minn sentejn u multa ta’ mhux izjed minn hames mitt lira.
Istigazzjoni ghal 
reat. 
Emendat: 
X.1996.7.
14. Hlief kif provdut xort’ohra f’dan l-Att, kull min, b’xi mezz
imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att, jistiga direttament l-eghmil ta’
reat, ghall-fatt biss ta’ l-istigazzjoni, jehel - 
(a) prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn tmintax-il
xahar u multa fil-kaz ta’ reat li jaqa’ taht il-piena oghla
minn prigunerija ghal tliet snin;
(b) prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sitt xhur u
multa fil-kaz ta’ reat li jaqa’ taht il-piena ta’
prigunerija ghal zmien ta’ izjed minn sena izda mhux
izjed minn tliet snin;
(c) multa ta’ mhux izjed minn mitejn lira jew detenzjoni
fil-kaz ta’ kull reat iehor.
Gustifikazzjoni ta’ 
delitti. 
15. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jiggustifika jew jiskuza l-eghmil ta’ xi delitt jehel meta jinsab hati
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn tliet xhur jew multa.
Incitament ghall-
ksur tal-ligi. 
16. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jincita direttament lil xi persuna biex tikser il-ligi jehel, ghall-fatt
biss ta’ l-incitament, prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn
sitt xhur.
Meta istigazzjoni 
jew incitament 
johloq effett. 
17. Meta l-istigazzjoni jew l-incitament b’xi mezz imsemmi fl-
artikolu 3 ta’ dan l-Att biex isir xi reat ikollu l-effett tieghu, il-
persuni responsabbli ghall-istigazzjoni jew ghall-incitament jehlu
l-piena stabbilita ghar-reat li jkun sar imnaqqsa bi grad wiehed.
 6      KAP. 248.h     STAMPA
Importazzjoni ta’ 
stampati. 
18. Jekk xi persuna timporta f’Malta xi stampat li jkun kopja
ta’ haga li qabel tkun giet xjentement mibghuta ghall-
pubblikazzjoni barra minn Malta u li kieku giet ippubblikata
f’Malta dik il-persuna kienet tkun hatja ta’ reat taht din it-Taqsima
ta’ dan l-Att, dik il-persuna tehel l-istess piena daqslikieku l-
pubblikazzjoni saret f’Malta.
Bejgh ta’ stampat 
inkriminat.
19. Kull persuna li xjentement tbiegh jew toffri ghall-bejgh
jew tqassam jew timporta ghall-bejgh jew ghat-tqassim xi stampat
li bih isir reat kontra dan l-Att titqies li hi komplici u tehel l-istess
piena bhall-awtur principali.
Pubblikazzjoni tas-
sentenza fil-kaz li 
persuna tinsab 
hatja taht l-artikolu 
11. Emendat: 
X.1996.8.
20. (1) Fil-kaz li persuna tinsab hatja taht l-artikolu 11 ta’ dan
l-Att, u jekk hekk mitlub mill-parti offiza, il-qorti ghandha tordna
fis-sentenza, fil-kaz ta’ gazzetta li f’harga taghha ta’ wara li ma
tkunx izjed tard mit-tieni wahda, u fil-kaz ta’ mezz tax-xandir fil-
gurnata li tigi minnufih wara dik li fiha tinghata s-sentenza, li s-
sentenza nnifisha jew sommarju komprensiv taghha jigi pubblikat
jew imxandar, skond il-kaz, fl-istess ilsien li fih ikun sar ir-reat,
minghajr hlas; u jekk fil-hin tas-sentenza jew minnufih wara l-
gazzetta tkun waqfet mill-pubblikazzjoni jew il-mezz tax-xandir
ma jkunx baqa’ jahdem, jew fil-kaz ta’ xi stampat iehor, il-qorti
ghandha, fis-sentenza jew f’ordni li taghti wara, tordna li dik is-
sentenza jew dak is-sommarju jigi pubblikat jew imxandar ghas-
spejjez tal-parti misjuba hatja f’gazzetta ohra jew fuq mezz iehor
ta’ xandir fi zmien li ma jkunx iktar minn xahar.
(2) Fin-nuqqas ta’ tharis ta’ kull ordni bhal dak il-parti li tinsab
hatja tehel li thallas lill-kwerelant penali ta’ mhux izjed minn
hames mitt lira.
(3) L-azzjoni ghall-gbir ta’ dik il-penali ssir mill-kwerelant
quddiem il-qorti li taghmel l-ordni.
Dritt ta’ risposta.
Emendat:
XVII.1978.3;
X.1996.9.
21. (1) Kull persuna li l-azzjonijiet jew l-intenzjonijiet taghha
jkunu gew imfissra hazin jew li tigi esposta ghal attakk fuq l-unur,
id-dinjita jew ir-reputazzjoni taghha jew ghal indhil fil-hajja
privata taghha permezz ta’ jew f’gazzetta jew f’xi xandira jkollha
d-dritt li titlob u li tigi pubblikata minnufih, minghajr hlas, fl-istess
gazzetta jew fuq l-istess mezz ta’ xandir, skond il-kaz,
dikjarazzjoni bhala kontradizzjoni jew spjegazzjoni:
Izda dan l-artikolu ma japplikax meta t-tifsir hazin jigri
f’xandira ta’ xorta politika li tkun parti minn skema approvata mill-
Awtorita tax-Xandir jekk it-tifsir hazin ikun jista’ jigi kontradett
jew spjegat f’xandira ohra li taghmel parti mill-istess skema jew
mill-persuna li l-azzjonijiet jew l-intenzjonijiet taghha jkunu gew
imfissra hazin jew minn persuna ohra li jkollha d-dritt li tiehu
sehem f’dik ix-xandira l-ohra f’isem il-partit li mieghu tkun
taghmel il-persuna li l-azzjonijiet jew l-intenzjonijiet taghha jkunu
gew imfissra hazin:
Izda wkoll ebda persuna ma tkun mehtiega li tippubblika
dikjarazzjoni, bhala kontradizzjoni jew spjegazzjoni, li tkun
ingurjuza, jew li ma tkunx miktuba bil-lingwa tal-gazzetta, jew b’xi
wahda mill-lingwi wzati mill-mezz tax-xandir, li fiha jew fuqu tkun
intalbet li tigi pubblikata.
STAMPA    7
(2) Fil-kaz ta’ gazzetta, risposta skond ma hemm fis-
subartikolu (1) ta’ dan 1-artikolu ghandha tigi ppubblikata bhala
artikolu separat u minghajr ma jiddahhlu fih xi kummenti jew
jidher xi materjal iehor li ma jkunx jaghmel parti mir-risposta, u
dan bi prominenza ugwali ghall-pubblikazzjoni li dwarha tkun qed
issir ir-risposta u hadd ma jkun jista’ jqassar jew jeditja r-risposta
b’mod li jippregudika t-twettiq effettiv tad-dritt ta’ risposta skond
dan 1-artikolu. Dik id-dikjarazzjoni ghandha tigi ppubblikata mhux
iktar tard mit-tieni harga tal-gazzetta wara li tigi ricevuta t-talba:
Izda meta jintghamel uzu mid-dritt ta’ risposta ghar-
rigward ta’ pubblikazzjoni f’gazzetta li tohrog f’intervalli ta’ mill-
anqas gimgha, dik id-dikjarazzjoni ghandha tigi ppubblikata fil-
harga li tigi minnufih wara li tigi ricevuta t-talba jekk dik it-talba
tigi ricevuta mill-inqas erbat ijiem qabel il-pubblikazzjoni ta’ dik
il-harga u mhux iktar tard mit-tieni harga li tigi wara li tkun giet
ricevuta t-talba fil-kazijiet l-ohra kollha.
(3) Fil-kaz ta’ xandira, dikjarazzjoni skond is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu ghandha tigi mxandra mhux iktar tard minn
jumejn wara li tigi ricevuta t-talba; din id-dikjarazzjoni ghandha
tigi mxandra b’mod u fil-hin li tilhaq kemm jista’ jkun l-istess
semmiegha u bl-istess prominenza, u l-hin allokat ghandu jkun hin
li jkun id-doppju tal-hin tax-xandira jew ta’ parti mix-xandira li
dwarha jsir l-ilment izda li ma jkunx inqas minn disghin sekonda u
mhux izjed minn mija u tmenin sekonda.
(4) Editur ta’ gazzetta jew il-manager jew persuna ohra
responsabbli ghall-mezz tax-xandir li tonqos li thares xi wahda
mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu tehel multa meta
tinsab hatja ta’ mhux inqas minn mitejn lira u fil-kaz li tinstab hekk
hatja 1-qorti tista’ fis-sentenza taghha tohrog dawk 1-ordnijiet fuq
il-persuna li tinstab hatja hekk kif tqis li jkun xieraq sabiex
tassigura li jkun hemm rispett lejn id-dritt ta’ risposta moghti b’dan
1-artikolu. Fin-nuqqas ta’ tharis ta’ xi ordni bhal dik il-persuna li
tinstab hatja jkollha thallas lill-kwerelant penali li ma tkunx ta’
iktar minn hames mitt lira u li tkun esegwibbli mill-istess qorti.
(5) Il-pubblikazzjoni ta’ kull dikjarazzjoni kif mehtiega b’dan
l-artikolu jew xi piena bis-sahha tieghu ma jnehhux il-jedd li
tittiehed xi azzjoni ohra taht dan l-Att.
(6) Dan 1-artikolu ma japplikax ghal pubblikazzjoni msemmija
fl-artikolu 33 ta’ dan 1-Att f’kazijiet meta ma tkun tista’ tittiehed
ebda azzjoni taht dak 1-artikolu dwar dik il-pubblikazzjoni.
(7) Id-dritt ta’ risposta skond dan 1-artikolu jiskadi jekk min
ikun qieghed jitlob dan il-jedd ma jkunx ghamel it-talba tieghu fi
zmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tal-gazzetta jew mix-
xandira li dwarhom ikun jista’ jitwettaq dak id-dritt.
 8      KAP. 248.h     STAMPA
Rizerva ta’ ligijiet 
ohra.
Emendat: 
X.1996.10.
Kap. 9.
22. Meta xi eghmil li jsir b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’
dan l-Att jikkostitwixxi skond il-Kodici Kriminali jew skond xi ligi
ohra reat li ghalih ma hawnx provdut f’dan l-Att jew li dwaru
hemm piena oghla minn dik imposta b’dan l-Att, ghandu japplika
dak il-Kodici jew dik il-ligi l-ohra. 
TAQSIMA III
AZZJONIJIET LI JITNISSLU MINN REATI TA’ 
L-ISTAMPA
Persuni li kontra 
taghhom jistghu 
jitmexxew 
azzjonijiet.
Sostitwit:
X. 1996.11.
23. L-azzjoni kriminali ghal xi reat taht it-Taqsima II u l-
azzjoni civili taht it-Taqsima III ta’ dan 1-Att tista’ tittiehed kontra
kull wahda minn dawn il-persuni li gejjin:
(a) 1-awtur tal-kitba, jekk huwa jkun kitibha sabiex tigi
ppubblikata, jew jekk ikun ta 1-kunsens tieghu ghal
hekk;
(b) l-editur;
jew, jekk dawk il-persuni ma jkunux jistghu jigu identifikati,
(c) ir-responsabbli ghall-pubblikazzjoni.
M’hijiex ammessa 
prova li l-kitba hija 
kopja.
24. Ebda wahda mill-persuni msemmija fl-ahhar artikolu qabel
dan ma tista’ tipprova, b’difiza taghha, li l-kitba hija kopja, jew
estratt, jew sommarju, jew traduzzjoni ta’ kitba ohra li diga giet
stampata jew pubblikata xort’ohra.
Persuna li taghmel 
diskors pubbliku.
Mizjud:
X.1996.12.
24A. L-azzjonijiet kriminali u civili msemmija fl-artikolu 23 ta’
dan l-Att jistghu jittiehdu wkoll kontra kull persuna li tkun ghamlet
diskors pubbliku f’cirkostanzi fejn hija tkun taf jew ragonevolment
setghet tkun taf jew tistenna li 1-kontenut tieghu se jigi pubblikat
f’gazzetta jew f’mezz tax-xandir u fil-fatt ikun kollu jew parti
minnu hekk ippubblikat.
L-editur, ecc., 
jitqies li agixxa 
xjentement. 
Emendat: 
X.1996.13.
25. (1) Il-persuni msemmija fl-artikolu 23 ta’ dan l-Att
jitqiesu li agixxew xjentement, jekk ma jigix ippruvat il-kuntrarju.
(2) L-editur u, meta jkun japplika, r-responsabbli ghall-
pubblikazzjoni jitqiesu li agixxew xjentement jekk, ghalkemm
kienu jafu x’kien fihom il-gazzetta, x-xandira jew kull stampat
iehor, skond il-kaz, f’xi zmien qabel il-pubblikazzjoni taghha, ma
zammewx dik il-pubblikazzjoni.
Piena ghal 
stampatur jew 
editur li ma jkunx 
agixxa xjentement. 
Emendat: 
X.1996.14.
26. Il-persuni msemmija fl-artikolu 23 ta’ dan l-Att, li ma
jkunux agixxew xjentement, ikunu hatja ghall-pieni ta’
kontravvenzjonijiet.
L-azzjoni kriminali 
indipendenti mill-
azzjoni civili.
27. L-azzjoni kriminali hija indipendenti mill-azzjoni civili.
Iz-zewg azzjonijiet jistghu jsiru fl-istess zmien jew separatament.
Danni ghal 
malafama. 
Emendat: 
X.1996.15.
28. (1) Fil-kaz ta’ malafama, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3
ta’ dan l-Att, li l-ghan taghha jkun li ttellef jew tnaqqas ir-
reputazzjoni ta’ xi persuna, il-qorti civili kompetenti tista’,
minbarra d-danni li jistghu jintalbu taht xi ligi li tkun fis-sehh f’dak
STAMPA    9
iz-zmien dwar telf jew hsara attwali, taghti lill-persuna offiza
somma ta’ mhux izjed minn hamest elef lira.
(2) F’kull kaz li ghalih japplika dan l-artikolu, il-konvenut
jista’, bi tnaqqis tad-danni, jipprova li hu jkun ghamel jew offra li
jaghmel apologija lill-attur dwar dik il-malafama qabel ma tkun
inbdiet l-azzjoni ghad-danni jew, kemm jista’ jkun malajr wara
malli kellu l-opportunita li hekk jaghmel f’kaz li l-azzjoni tkun
inbdiet qabel kellu l-opportunita li jaghmel jew li joffri li jaghmel
dik l-apologija:
Izda l-konvenut ma jistax igib dik il-prova bi tnaqqis ta’
danni jekk hu jkun gieb il-prova tal-verita skond l-artikolu 12 ta’
dan l-Att.
Ingurja ta’ isem u 
malafama ta’ 
negozju. 
Emendat: 
X.1996.16.
29. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jippubblika xi dikjarazzjoni li jkun jaf li hi jew bid-diligenza xierqa
seta’ jkun jaf li hi falza u li x’aktarx taghmel hsara lil xi negozju
jew proprjeta ohra, jehel li jhallas, minbarra d-danni li jkollhom
jithallsu taht xi ligi ohra li tkun issehh dwar kull telf jew hsara
attwali, somma ta’ mhux izjed minn hamest elef lira li tigi
stabbilita mill-qorti kompetenti.
Azzjoni separata 
dwar kull 
imputazzjoni 
separata. Emendat: 
X.1996.17.
30. Tista’ tittiehed azzjoni ghal kull wahda mill-
imputazzjonijiet fl-istess libell, u l-persuni li jkollhom x’jaqsmu
mal-libell tista’ tittiehed azzjoni kontrihom sew flimkien jew
separatament:
Izda l-ammont tad-danni jew penali li jistghu jingabru dwar
l-istess libell ma ghandux ikun izjed minn hamest elef lira.
Il-procedimenti 
jinbdew bi kwerela 
tal-parti offiza.
Emendat: 
X.1996.18.
Kap. 9.
31. (1) L-azzjoni kriminali ghal kull reat taht l-artikoli 11 u 21
jistghu jinbdew biss bi kwerela tal-parti offiza jew tal-persuni
msemmija fl-artikolu 542 tal-Kodici Kriminali.
(2) Id-disposizzjonijiet kollha tal-Kodici Kriminali dwar
procedimenti bi kwerela privata, maghduda b’mod partikolari d-
disposizzjoni ta’ l-artikolu 373 ta’ dak il-Kodici, ghandhom, safejn
applikabbli, japplikaw ghal procedimenti fuq kwerela privata taht
dan l-artikolu:
Kap. 9.
Izda d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (d) ta’ l-artikolu 374
tal-Kodici Kriminali ma ghandhomx ikunu japplikaw ghar-rigward
ta’ procedimenti kriminali mibdija skond id-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan 1-artikolu wara li l-kwerelant ikun ikkonferma l-
kwerela tieghu bil-gurament quddiem il-qorti u jekk il-kwerelant
jonqos milli jidher fil-qorti f’xi stadju tal-procedimenti dan ma
ghandux jitqies bhala xi deserzjoni tal-procedimenti jew xi cessjoni
tal-kwerela jekk dak in-nuqqas jigi wara li l-kwerelant ikun
ikkonferma bil-gurament il-kwerela tieghu qabel imsemmija.
Preskrizzjoni ghal 
azzjonijiet u 
prosekuzzjonijiet.
32. L-azzjoni kriminali ghal kull reat taht it-Taqsima II ta’ dan
l-Att u l-azzjoni civili taht l-artikoli 28 u 29 jaqghu bil-
preskrizzjoni wara li tghaddi sena.
 10      KAP. 248.h     STAMPA
Pubblikazzjonijiet 
privileggati. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XII.1978.11; 
X.1996.19. 
33. Ma tista’ tittiehed ebda azzjoni dwar il-pubblikazzjonijiet
li gejjin:
(a) pubblikazzjonijiet maghmula bis-sahha ta’ Att tal-
Parlament jew bl-awtorita tal-President ta’ Malta jew
tal-Kamra tad-Deputati;
(b) pubblikazzjonijiet li jikkonsistu f’komunikazzjonijiet
bejn ufficjali pubblici, jew bejn ufficjali u kuntratturi
bhal dawk tas-servizz pubbliku jew ufficjali ta’
korporazzjonijiet pubblici, rapporti ta’ inkjesti
maghmula skond kull ligi, jew dikjarazzjonijiet ta’
ufficjali pubblici maghmula  in bona fede fl-interess
tas-sigurta nazzjonali, integrita territorjali, inkolumita
pubblika, biex jigi evitat id-dizordni jew l-ghemil ta’
delitti, jew ghall-harsien tas-sahha jew morali;
(c) pubblikazzjonijiet ta’ rapporti bona fidi ta’ dibattiti
tal-Kamra tad-Deputati, kemm-il darba tkun
pubblikata l-parti rilevanti tad-dibattiment, u ma tigix
maqbuza jew b’hazen jew bi traskuragni mbiddla jew
imqassra d-difiza tal-persuna li tkun giet attakkata;
(d) pubblikazzjonijiet ta’ rapporti ta’ procedimenti f’qorti
tal-gustizzja f’Malta, kemm-il darba dawk ir-rapporti
jkunu rapporti gusti tal-procedimenti u l-
pubblikazzjoni ta’ dawk ir-rapporti jew procedimenti
ma tkunx projbita b’ligi jew mill-qorti:
Izda ma jkunux jistghu jigu pubblikati:
Kap. 12. (a) xi haga li, bl-artikolu 994 tal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili, hi projbita li tigi
wzata jew prodotta, jew
(b) xi rapport tal-procedimenti f’xi kaz ta’ malafama, li
fiha l-prova tal-verita tal-fatti attribwiti ma tkunx tista’
ssir bil-ligi.
TAQSIMA IV 
GAZZETTI
Min jista’ jkun 
editur.
Emendat: 
X.1996.20.
34. Kull min ikun residenti f’Malta u jkun ghalaq it-tmintax-il
sena jista’ jkun editur ta’ gazzetta.
Dmirijiet ta’ editur 
u ta’ r-responsabbli 
ghall-
pubblikazzjoni. 
Emendat: 
X.1996.21.
35. (1) Kull min ikun l-editur jew ir-responsabbli ghall-
pubblikazzjoni ta’ gazzetta ghandu, fi zmien ghaxart ijiem li jsir
editur jew ir-responsabbli ghall-pubblikazzjoni, skond il-kaz,
jipproduci lir-Registratur dikjarazzjoni li jkun fiha - 
(a) fil-kaz ta’ l-editur - 
(i) ismu u kunjomu, numru tal-karta ta’ identita, l-
eta u l-post tar-residenza tieghu; u
(ii) l-isem u x-xorta tal-gazzetta, u kull meta jkun
STAMPA    11
mahsub li tigi pubblikata; u
(b) fil-kaz ta’ r-responsabbli ghall-pubblikazzjoni - 
(i) jekk ir-responsabbli ghall-pubblikazzjoni jkun
individwu, ismu u kunjomu, 1-eta, il-post tar-
residenza tieghu u numru tal-karta ta’ 1-identita;
(ii) jekk ir-responsabbli ghall-pubblikazzjoni tkun
kumpannija jew xi assocjazzjoni ohra ta’
persuni, isimha, l-indirizz taghha, il-
partikolaritajiet imsemmija fis-subparagrafu (i)
dwar ir-rapprezentant guridiku taghha, u, meta
dan ikun japplika, in-numru ta’ registrazzjoni
taghha bhala kumpannija jew socjeta;
(iii) l-isem u x-xorta tal-gazzetta u kull meta jkun
mahsub li tigi pubblikata; u
(iv) l-isem u l-indirizz ta’ l-istamperija fejn tkun se
ssir l-istampa;
u kemm l-editur kif ukoll ir-responsabbli ghall-pubblikazzjoni ta’
kull gazzetta ghandu jzomm lir-Registratur f’kull hin imgharraf bil-
post tar-residenza tieghu u ghandu jibghat lir-Registratur kull tibdil
fil-post ta’ residenza tieghu fi zmien ghaxart ijiem minn dak it-
tibdil.
(2) Jekk xi persuna tonqos li thares xi wahda mid-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu tehel, meta
tinsab hatja, multa.
Registratur ta’ 
gazzetti. 
36. (1) Ir-Registratur ghandu jzomm registru tal-gazzetti u
jdahhal fih il-partikolaritajiet imsemmija fl-artikolu 35 u kull tibdil
li jsir fihom, u ghandu jaghmel fih dak id-dhul fihom u dawk it-
tibdiliet dwarhom li jkunu xierqa jew li jistghu jigu preskritti
b’regolamenti maghmula skond dan l-Att.
(2) Kull persuna tista’ tispezzjona r-registru fil-hinijiet kollha
xierqa matul il-hinijiet ta’ l-ufficcju u tista’ wkoll, mal-hlas tad-
dritt xieraq, titlob kopja awtentikata ta’ kull registrazzjoni fi, jew
kull estratt minn, ir-registru mizmum skond dan l-artikolu.
(3) Ir-Registratur ghandu jhassar ir-registrazzjoni ta’ gazzetta -
(a) jekk ikun mitlub li hekk jaghmel mill-editur taghha;
jew
(b) jekk, fil-kaz ta’ gazzetta pubblikata f’intervalli ta’
mhux izjed minn xahar, dik il-gazzetta ma tigix
pubblikata ghal zmien li ma jkunx iktar minn tliet
xhur, u, fil-kaz ta’ kull gazzetta ohra, jekk ma tigix
pubblikata ghal zmien ta’ iktar minn sena.
Kunsinna ta’ kopji 
tal-gazzetta. 
Emendat: 
LVIII.1974.68;
X.1996.22. 
37. Kull editur ta’ gazzetta ghandu jaghti, minghajr hlas, lir-
Registratur, lill-Avukat Generali u lill-Kummissarju tal-Pulizija
kopja ta’ kull harga ta’ dik il-gazzetta, mhux iktar tard mill-gurnata
li tigi wara dik tal-pubblikazzjoni taghha, u f’nuqqas ta’ dan, jehel
ammenda ta’ lira ghal kull kopja li jonqos li jaghti.
 12      KAP. 248.h     STAMPA
Min jinsab hati 
jitqies li gie 
kundannat.
38. Imhassar bl-Att X.1996.23.
Dikjarazzjonijiet 
foloz.
39. Meta ssir xi dikjarazzjoni falza fil-partikolaritajiet
mehtiega taht l-artikolu 35 ta’ dan l-Att min jaghmel ir-reat jehel,
meta jinsab hati, prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn tliet
xhur.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni kriminali. 
40. (1) L-azzjoni kriminali ghal kull reat taht din it-Taqsima
taqa’ bi preskrizzjoni wara tliet xhur.
(2) B’danakollu l-azzjoni kriminali ghar-reat imsemmi fl-
artikolu 39 taqa’ bi preskrizzjoni wara sena.
Eccezzjonijiet. 
Sostitwit: 
X.1996.24.
41. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ma ghandhomx
japplikaw ghall-pubblikazzjonijiet perjodici ippubblikati minn, jew
b’ordni jew permess ta’ jew ghall-uzu ta’, il-Gvern ta’ Malta jew
kull Ministeru jew Dipartiment tieghu jew il-Kamra tad-Deputati.
Mizjuda: 
XII. 1991.43. 
Sostitwita: 
X.1996.25.
TAQSIMA V 
SERVIZZI TA’ XANDIR
Edituri ta’ servizzi 
ta’ xandir.
42. Kull detentur ta’ licenza tax-xandir f’Malta ghandu jahtar
persuna li jkollha 1-kwalifiki elenkati fl-artikolu 34 sabiex
taghmilha ta’ editur ta’, u tkun editorjalment responsabbli ghas-
servizz ta’ xandir provdut skond dik il-licenza.
Applikabilita ta’ 1-
artikoli 35, 36, 39 u 
40.
43. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 35, 36, 39 u  40 ta’ dan l-
Att ghandhom mutatis mutandis japplikaw ghall-edituri ta’ servizzi
ta’ xandir u ghal detenturi ta’ licenzi tax-xandir hekk kif japplikaw
ghall-edituri ta’ gazzetti u ghall-gazzetti rispettivament.
Dmirijiet ta’ l-
edituri.
44. L-edituri tas-servizzi tax-xandir ghandu jkollhom 1-istess
dmirijiet u obbligi taht dan 1-Att skond ma ghandhom bl-istess Att
l-edituri tal-gazzetti.
Tifsir. 
Kap. 350.
45. Ghall-ghanijiet ta’ din it-Taqsima l-frazi "licenza tax-
xandir" ghandu jkollha l-istess tifsira bhal dik moghtija lilha fl-Att
dwar ix-Xandir.
Sostitwita:
X. 1996.26.
TAQSIMA VI 
LIBERTAJIET GURNALISTICI
Konfidenzjalita ta’ 
sorsi.
46. Ebda qorti ma ghandha tehtieg li persuna msemmija fl-
artikolu 23 ta’ dan l-Att tikxef, anqas ma ghandha dik il-persuna
tkun hatja ta’ disprezz lejn 1-awtorita tal-qorti talli ma tkunx trid
tikxef, is-sorsi ta’ informazzjoni li tkun tinsab f’gazzetta jew
xandira li hija tkun responsabbli ghaliha, kemm-il darba ma jigix
stabbilit ghas-sodisfazzjon tal-qorti li dak il-kxif ikun mehtieg fl-
interess tas-sigurta nazzjonali, integrita territorjali jew inkolumita
pubblika, jew ghat-tharis mid-dizordni jew kriminalita, jew ghall-
STAMPA    13
harsien ta’ 1-interessi tal-gustizzja:
Izda l-qorti m’ghandhiex tordna dak il-kxif sakemm ma
tkunx ukoll sodisfatta li fic-cirkostanzi partikolari tal-kaz il-htiega
li 1-qorti taghmel investigazzjoni tkun ikbar mill-htiega tal-media
li jipprotegu s-sorsi ta’ informazzjoni taghhom, wara li jitqies sew
ir-rwol tal-media f’socjeta demokratika:
Izda wkoll, ebda haga f’dan 1-artikolu ma ghandha titfisser
bhala li tezenta lil xi persuna msemmija fl-artikolu 23 ta’ dan 1-Att
milli ggib prova dwar il-verita ta’ xi fatti minnha attribwiti skond
ma hemm fl-artikolu 12 ta’ dan l-Att.
Access ghal taghrif 
li jkollu l-Gvern.
47. (1) Il-Gvern ta’ Malta ghandu jistabbilixxi proceduri
sabiex jaghti lir-rapprezentanti ta’ l-istampa dak it-taghrif li
jghinhom iwettqu d-dmirijiet pubblici taghhom.
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan 1-artikolu ma ghandux jibqa’
japplika f’dawn il-kazijiet li gejjin:
(a) meta dak it-taghrif jista’ jfixkel, iwaqqaf, idewwem
jew jipperikola l-process xieraq ta’ procedimenti legali
pendenti jew meta l-Gvern jew awtorita pubblika ohra
jkollhom il-jedd legali li jirrifjutaw milli jaghtu dak it-
taghrif f’qorti jew quddiem xi tribunal iehor imwaqqaf
b’ligi;
(b) meta l-ghoti ta’ dak it-taghrif jinvolvi l-kxif ta’ taghrif
ricevut mill-Gvern b’mod konfidenzjali;
(c) meta dak it-taghrif ikun jikser xi interess pubbliku li
jirbah fuq kollox jew xi interess privat li jkun jehtieg
harsien;
(d) meta t-taghrif ikun jirrigwarda hwejjeg li jkollhom
x’jaqsmu mas-sigurta nazzjonali jew inkolumita
pubblika;
(e) meta l-process tal-gbir tat-taghrif mehtieg ikun
iqieghed piz sproporzjonat fuq l-amministrazzjoni
pubblika.
(3) Il-Gvern ma jistax johrog struzzjonijiet generali li
jipprojbixxu 1-ghoti ta’ taghrif lil xi gazzetta jew servizz ta’ xandir
licenzjat li jkollhom xi fehma partikolari jew lil xi gazzetta jew
servizz ta’ xandir licenzjat specifici.
TAQSIMA VII 
MIXXELLANJI
Jedd ta’ appell. 
Emendat:
LIX. 1974.2; 
VIII.1990.3;
X.1996.27. 
48. Kull decizjoni tal-Qorti tal-Magistrati dwar reat taht dan l-
Att tista’, fil-kazijiet kollha, tigi appellata mill-Avukat Generali
jew mill-kwerelant, skond il-kaz, u mill-parti misjuba hatja.
 14      KAP. 248.h     STAMPA
Reati minn korp ta’ 
persuni. 
Emendat:
X.1996.27.
49. Meta xi reat taht dan l-Att isir minn korp ta’ persuni kull
persuna li, fil-hin ta’ l-eghmil tar-reat kienet direttur, manager,
segretarju jew ufficjal iehor simili ta’ dak il-korp ta’ persuni jew
kienet tidher li qed tagixxi f’xi kariga bhal dik tkun hatja ta’ reat u
tehel meta tinsab hatja l-istess piena ghal dak ir-reat kemm-il darba
ma tippruvax li r-reat ikun sar minghajr it-taghrif taghha u li tkun
uzat id-diligenza kollha xierqa biex tevita l-eghmil tar-reat.
Regolamenti.
Emendat:
X.1996.27.
50. Il-Prim Ministru jista’ jaghmel, u meta jkun ghamel, jista’
jemenda jew ihassar, regolamenti sabiex isehhu d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att u b’mod partikolari izda bla hsara ghall-generalita ta’
dak li ntqal qabel, biex jippreskrivi kull haga li ghandha jew li
tista’ tigi preskritta b’dan l-Att.
Obbligazzjonijiet 
ta’ trasparenza.
Sostitwit:
X. 1996.29.
51. (1) Kull gazzetta li tigi ppubblikata f’Malta ghandha turi
isem ir-responsabbli ghall-pubblikazzjoni taghha, u d-data meta
tkun giet stampata.
(2) Ir-Registratur jista’ skond il-ligi jitlob u jikseb
informazzjoni minghand xi persuna dwar min ikun is-sid ta’
gazzetta li tigi ppubblikata f’Malta jew ta’ kumpannija li tkun, jew
assocjazzjoni ohra ta’ persuni li jkunu, jew li kienu f’xi zmien,
b’mod dirett jew indirett, is-sid ta’ dik il-gazzetta jew rigward it-
trasferiment ta’ ishma jew il-kontroll ta’ xi kumpannija bhala dik.
(3) L-informazzjoni mitluba mir-Registratur skond is-
subartikolu (2) ta’ dan 1-artikolu ghandha tinghata fi zmien ghaxart
ijiem minn meta l-persuna mehtiega li taghti 1-informazzjoni
taslilha t-talba ghal dik l-informazzjoni, u din ghandha tiddahhal
mir-Registratur fir-registru tal-gazzetti.
(4) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jehel
meta jinsab hati multa.
Certifikat mir-
Registratur ikun 
prova.
Mizjud:
X. 1996.29.
52. F’kull proceduri quddiem xi qorti, tribunal jew bord
imwaqqfa b’ligi, certifikat mahrug u ffirmat mir-Registratur li juri
min huwa, jew min f’xi zmien kien l-editur, jew ir-responsabbli
ghall-pubblikazzjoni ta’ xi gazzetta jew ta’ servizz ta’ xandir, ikun
prova tal-kontenut tieghu sakemm ma jigix pruvat il-kuntrarju.
Disposizzjoni 
transitorja.
Mizjud:
X. 1996.29.
53. Id-disposizzjonijiet ta’ 1-Att dwar l-Istampa kif fis-sehh
qabel id-dhul fis-sehh ta’ l-Att ta’ 1-1996 li jemenda l-Att dwar l-
Istampa, ghandhom jibqghu japplikaw ghar-rigward ta’ kull azzjoni
civili jew kriminali, jedd ghal azzjoni, jedd jew obbligu li
ghandhom x’jaqsmu ma’ jew li jitnisslu minn xi pubblikazzjoni
maghmula qabel id-dhul fis-sehh ta’ dak l-Att:
Izda d-disposizzjonijiet tal-proviso ghas-subartikolu (2) ta’
l-artikolu 31, ta’ l-artikolu 46, u ta’ l-artikolu 52 kif introddoti bl-
Att ta’ l-1996 li jemenda 1-Att dwar 1-Istampa ghandhom
japplikaw b’effett immedjat.
