    ARMAUSIGILLPUBBLIKUTA’MALTA gKAP. 253.   1
KAPITOLU 253
ATT DWAR L-ARMA U S-SIGILL 
PUBBLIKU TA’ MALTA
Biex jipprovdi dwar l-Arma u s-Sigill Pubbliku ta’ Malta.
(11 ta’ Lulju, 1975)*
Sar ligi bl-ATT XXXIII ta’ l-1975, kif emendat bl-Att XXIX ta’ l-1988. 
Titolu fil-qosor. 
Emendat: 
XXIX. 1988.2. 
1. Dan l-Att jista’ jissejjah l-Att dwar l-Arma u s-Sigill
Pubbliku ta’ Malta.
L-Arma ta’ Malta.
Sostitwit: 
XXIX. 1988.3. 
2. (1) L-Arma ta’ Malta tkun maghmula minn tarka li turi
rapprezentazzjoni araldika tal-Bandiera Nazzjonali ta’ Malta; fuq
it-tarka kuruna murali kulur id-deheb b’pusterla u tmien turretti
(hamsa minnhom biss jidhru) li tirrapprezenta l-fortifikazzjonijiet
ta’ Malta u tindika Belt Stat; u madwar it-tarka girlanda maghmula
minn zewg ferghat, fil-lemin taghha, Zebbuga, fix-xellug taghha
Palma, simboli ta’ Paci u tradizzjonalment assocjati ma’ Malta,
kollha bil-kulur veru taghhom u marbutin fit-tarf t’isfel b’zigarella
bajda fuq quddiem u hamra fuq wara, li fuqha hemm miktub il-
kliem REPUBBLIKA TA’ MALTA b’ittri kapitali suwed; kif
jidher fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(2) L-Arma ta’ Malta tissostitwixxi l-Arma ta’ Malta addottata
b’dan l-Att fil-11 ta’ Lulju, 1975, kif ukoll l-istemma moghti lil
Malta b’warrant tat-2 ta’ Settembru, 1964 pubblikat fil-Gazzetta
bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 550 tat-12 ta’ Ottubru, 1964.
Projbizzjoni ta’ l-
uzu ta’ l-Arma ta’ 
Malta, ecc. 
Sostitwit: 
XXIX. 1988.4. 
3. (1) Ebda persuna ma tista’ tuza ghal xi ghan ikun li jkun,
minghajr l-awtorita bil-miktub tal-Prim Ministru, jew mhux skond
xi kondizzjoni li tkun tinsab f’dik l-awtorita bil-miktub, l-Arma ta’
Malta jew xi imitazzjoni taghha, jew l-istemma jew l-arma
msemmijin fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 2 ta’ dan l-Att jew xi
imitazzjoni taghhom.
(2) Ebda persuna ma tista’ tinkorpora f’xi disinn, ghal xi ghan
ikun li jkun, minghajr l-awtorita bil-miktub tal-Prim Ministru jew
mhux skond xi kondizzjoni li tkun tinstab f’dik l-awtorita bil-
miktub il-Bandiera Nazzjonali ta’ Malta.
Sigill Pubbliku. 
Mizjud:
XXIX. 1988.5. 
4. Is-Sigill Pubbliku ta’ Malta jkun sigill ta’ l-ghamla kif
muri fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Kustodja tas-Sigill 
Pubbliku. 
Mizjud:
XXIX. 1988.5.
5. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jinnomina Ministru jew
ufficjal ta’ grad gholi fis-servizz ta’ Malta bhala Kustodju tas-Sigill
Pubbliku u jista’ jaghti direttivi dwar il-mod kif ghandu jinzamm u
jintuza.
(2) Fin-nuqqas ta’ nomina bhal dik il-President ta’ Malta jkun
il-Kustodju tas-Sigill Pubbliku.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 450 tal-11 ta’ Lulju, 1975.
 2      KAP. 253.h       ARMAUSIGILLPUBBLIKUTA’MALTA
Tkasbir tal-
Bandiera 
Nazzjonali ta’ 
Malta, ecc. 
Mizjud: 
XXIX. 1988.5. 
6. Ebda persuna ma tista’ tkasbar pubblikament bi kliem,
gesti, kitba, stampata jew le, bi stampa jew b’xi mod iehor visibbli,
jew b’xi mod ikun li jkun thassar il-Bandiera Nazzjonali ta’ Malta
jew l-Arma ta’ Malta.
Reati u pieni. 
Mizjud:
XXIX. 1988.5.
7. (1) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli
3 u 6 ta’ dan l-Att tkun hatja ta’ reat u tehel meta tinstab hatja
multa ta’ mhux anqas minn hamsin lira u mhux izjed minn elf lira u
f’kaz ta’ reat kontinwu multa addizzjonali ta’ mhux inqas minn lira
ghal kull gurnata li matulha jkompli r-reat.
(2) Ebda procediment ghal reat skond dan l-Att ma jista’
jinbeda hlief bil-kunsens ta’ l-Avukat Generali.
    ARMAUSIGILLPUBBLIKUTA’MALTA gKAP. 253.   3
Sostitwita: 
XXIX. 1988.6.
L-EWWEL SKEDA
gARTIKOLU 2h
L-ARMA TA’ MALTA
 4      KAP. 253.h       ARMAUSIGILLPUBBLIKUTA’MALTA
Mizjuda: 
XXIX. 1988.6.
IT-TIENI SKEDA 
gARTIKOLU 4h
IS-SIGILL TA’ MALTA
