AGENZIJITA’L-IVJAGGARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI g K AP. 264.     1
KAPITOLU 264
ATT DWAR L-AGENZIJI TA’ L-IVJAGGAR U 
SERVIZZI TAL-LUKANDI
Biex jirregola u jikkontrolla n-negozju ta’ l-agenti ta’ l-ivvjaggar u l-allokazzjoni ta’
servizzi f’lukandi u f’postijiet bhal dawn, u biex jipprovdi ghal hwejjeg ohra konnessi
maghhom jew incidentali ghalihom.
17 ta’ April, 1978;
1 ta’ Jannar, 1980
L-ATT XXIII ta’ l-1976, kif emendat bl-Atti XXXVI ta’ l-1977, XLVIII ta’ l-1981, XII ta’ l-
1982, XIII ta’ l-1983, XV ta’ l-1984 u IV ta’ l-1986. 
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2
Taqsima II.  Agenti ta’ l-Ivvjaggar  3-15
Taqsima III.  Lukandieri u Servizzi Miftehma  16-18
Taqsima IV.  Mixxellanji  19-23 
    AGENZIJITA’L-IVJAGGARUSERVIZZI
2      KAP. 264. h      TAL-LUKANDI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-Agenziji ta’
l-Ivvjaggar u Servizzi tal-Lukandi.
Tifsir.
Emendat: 
XXXVI. 1977.8; 
XLVIII. 1981.2;
XV.1984.2; 
IV. 1986.2. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra - 
"agent ta’ l-ivvjaggar" tfisser persuna li jkollha licenza biex
tiehu hsieb tipprovdi, ghal rimunerazzjoni, lil turisti u lil membri
ohra tal-pubbliku, sew individwalment kif ukoll fi gruppi u sew
f’Malta kif ukoll barra minn Malta, allogg f’lukanda, jew f’guest
house, jew f’hostel jew f’post ghall-btala u dawk is-servizzi l-ohra,
maghduda facilitajiet ghall-ivvjaggar bil-bahar, bl-ajru jew bl-art,
pariri professjonali fuq turizmu u l-hwejjeg l-ohra kollha li
normalment ikollhom x’jaqsmu ma’ l-industrja tat-turizmu u
tinkludi kull persuna li b’xi mod ikun li jkun torganizza tours
organizzati ghal turisti, izda ma tinkludix lukandier, dirigent ta’
guest house, dirigent ta’ hostel jew dirigent ta’ post ghall-btala li
jipprovdi allogg fil-post tieghu stess;
"detentur ta’ licenza" tfisser persuna li lilha tohorgilha licenza; 
"formula ta’ allokazzjoni" tfisser il-formula miktuba preskritta li
turi l-allogg u kull servizzi ancillari li jistghu jinkisbu, ghal
rimunerazzjoni, f’lukanda, guest house, hostel jew post ghall-btala
fi zmien jew f’perijodu partikolari u l-kondizzjonijiet li tahthom xi
riserva ghall-allogg f’data futura tista’ tigi mhassra mill-persuna li
tkun ghamlet dik ir-riserva;
Kap. 240. 
"guest house", "dirigent ta’ guest house", "post ghall-btala" u
"dirigent ta’ post ghall-btala" ghandu jkollhom l-istess tifsir kif
moghti lilhom bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Guest Houses u
Postijiet Furnished ghall-Btala;
"ikkomunikat" kemm-il darba mhux provdut kuntrarju, tfisser
mibghut bil-miktub bil-posta registrata, indirizzat kif imiss lill-post
ta’ residenza, jew lill-ufficcju, jew lill-post tan-negozju ta’ l-
indirizzat;
"licenza" tfisser licenza mahruga skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att lil persuna biex taghmilha ta’ agent ta’ l-ivvjaggar; 
Kap. 197.
"lukanda", "lukandier", "hostel" u "dirigent ta’ hostel" ghandu
jkollhom l-istess tifsir kif moghti lilhom bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar
il-Lukandi u l-Istabbilimenti li jipprovdu Ikel;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghat-turizmu, u
tinkludi kull persuna li tagixxi taht l-awtorita  tal-Ministru; 
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti maghmula taht dan l-
Att;
"prezz miftiehem" tfisser ir-rimunerazzjoni li tithallas lil
lukandier, dirigent ta’ guest house, dirigent ta’ hostel jew lil
dirigent ta’ post ghall-btala ghal servizzi miftehma fil-lukanda,
guest house, hostel jew post ghall-btala taghhom, skond il-kaz;
"rimunerazzjoni" tfisser kull rimunerazzjoni, sew jekk dik ir-
AGENZIJITA’L-IVJAGGARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI g K AP. 264.     3
rimunerazzjoni tkun bi flus, jew in natura, jew b’servizzi jew
facilitajiet moghtija minflokha;
"servizzi miftehma" tfisser l-allogg provdut, ghal
rimunerazzjoni, f’lukanda, guest house, hostel jew post ghall-btala
u kull servizzi ancillari li jistghu jigu specifikati fil-formula ta’ l-
allokazzjoni;
"talloka" tfisser li tintrabat li tipprovdi servizzi miftehma ghal
data futura;
Kap. 298. 
"tour organizzat" ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha bl-
artikolu 2 ta’ l-Att dwar Muzewijiet u Monumenti Nazzjonali
(Biljetti ta’ Dhul Komplessivi) izda ma tinkludix xi servizz li jkun
mahsub biss biex jipprovdi trasport;
"turist" tfisser persuna li minn jeddha tmur ghal zmien f’pajjiz
iehor li ma jkunx il-pajjiz tar-residenza taghha ghal kull ghan ikun
li jkun barra minn dak li jistabbilixxi residenza f’dak il-pajjiz
barrani.
TAQSIMA II 
AGENTI TA’ L-IVVJAGGAR
Agent ta’ l-
ivvjaggar ghandu 
jkollu licenza. 
Emendat: 
XXXVI. 1977.8; 
XII. 1982.2; 
XIII. 1983.4; 
XV. 1984.3. 
3. (1) Ebda persuna ma ghandha tmexxi, jew turi li qed
tmexxi, in-negozju ta’ agent ta’ l-ivvjaggar, jew tiehu jew tuza t-
titolu ta’, jew tiddeskrivi lilha nnifisha bhala, agent ta’ l-ivvjaggar
kemm-il darba ma jkollhiex licenza valida mahruga lilha ghal hekk
mill-Ministru.
(lA) Ebda agent ta’ l-ivvjaggar ma ghandu jorganizza tour
organizzat kemm-il darba ma jigux provduti s-servizzi ta’ gwida
tat-turisti licenzjat ghal dak it-tour.
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
tkun hatja ta’ reat u tehel, meta tinsab hatja, multa ta’ mhux inqas
minn hames mitt lira izda mhux izjed minn elf lira jew prigunerija
ghal mhux izjed minn sena, jew dik il-multa u prigunerija flimkien.
Applikazzjoni 
ghall-ghoti jew 
tigdid ta’ licenza. 
Emendat: 
XXXVI. 1977.8. 
4. Applikazzjoni ghall-ghoti jew ghat-tigdid ta’ licenza
ghandha ssir lill-Ministru fuq il-formula preskritta, fejn jinghata
dak it-taghrif li jkun mehtieg, u tkun iffirmata mill-applikant.
Forma u validita  
ta’ licenza.
Emendat: 
XXXVI. 1977.8; 
XIII. 1983.4.
5. (1) Licenza tigi mahruga jew imgedda mill-Ministru biss,
mal-hlas tad-dritt preskritt, u tinghata fuq il-formula preskritta. 
(2) Licenza tiskadi fil-wiehed u tletin ta’ Dicembru li jigi wara
d-data tal-hrug izda tista’, wara, tiggedded minn sena ghal sena.
(3) Licenza ghandha tispecifika isem id-detentur tal-licenza u
l-indirizz tal-post tan-negozju tieghu. Din tkun suggetta ghall-
kondizzjonijiet li tahthom tkun mahruga u ma tistax tigi trasferita
jew ceduta.
(4) Jekk id-detentur tal-licenza jkun jahdem minn iktar minn
    AGENZIJITA’L-IVJAGGARUSERVIZZI
4      KAP. 264. h      TAL-LUKANDI
post ta’ negozju wiehed ghandu jigi muri fuq il-licenza l-indirizz
tal-post fejn id-detentur tal-licenza jispecifika bhala l-post
principali tan-negozju tieghu.
(5) Kull persuna li, sabiex tikseb licenza jew sabiex iggedded
dik il-licenza, taghmel jew iggieghel li ssir xi dikjarazzjoni jew
sottomissjoni li tkun taf jew ikollha raguni xierqa biex tahseb li
tkun zbaljata jew falza, tkun hatja ta’ reat u tehel, meta tinsab hatja,
multa ta’ mhux izjed minn hames mitt lira jew prigunerija ghal
zmien ta’ mhux izjed minn sena, jew dik il-multa u prigunerija
flimkien.
Kwalifiki ghal 
detentur ta’ 
licenza. 
Emendat: 
XXXVI.1977.8. 
6. (1) Il-Ministru ghandu jaghti jew igedded licenza jekk
ikun sodisfatt li l-persuna li tapplika ghal dik il-licenza -
(a) tkun cittadin ta’ Malta u tirrisjedi f’Malta, jew fil-kaz
ta’ kumpannija, tkun registrata f’Malta;
(b) tkun ghalqet l-eta  ta’ wiehed u ghoxrin sena fil-gurnata
ta’ l-applikazzjoni;
(c) tkun ta’ karattru tajjeb u tkun persuna addattata u
xierqa biex taghmilha ta’ agent ta’ l-ivjaggar;
(d) qatt ma tkun giet dikjarata falluta doluza u ma hijiex
falluta mhux rijabilitata, lanqas kumpannija li tkun qed
tillikwida;
(e) ikollha hila bizzejjed fix-xoghol u fin-negozju ta’
agenzija ta’ ivvjaggar u fl-ilsna Malti u Ingliz;
(f) ikollha post xieraq u l-mezzi ghad-disposizzjoni
taghha ghat-tmexxija xierqa u efficjenti tas-servizzi li
ghalihom tirreferi l-applikazzjoni;
(g) tkun thares id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14.
(2) Il-Ministru jista’ jaghti jew igedded licenza jekk ikun
sodisfatt illi l-applikant, ghalkemm ma jkollux il-kwalifiki
mehtiega bis-subartikolu (1)(e), ikun ghamel arrangamenti xierqa
biex jimpjega regolarment persuna li jkollha dawk il-kwalifiki.
Permessi ghal 
sotto-agenti. 
Mizjud:
XV.1984.4. 
6A. (1) Il-Ministru jista’ jaghti permess lil persuni biex
jaghmluha ta’ sotto-agenti ghall-fini tal-bejgh ta’ biljetti ghal tours
organizzati ghat-turisti, taht dawk il-kundizzjonijiet li jidhirlu
xierqa.
(2) Dak il-permess ghandu, kemm-il darba ma jkunx gie
revokat qabel, ikun validu sal-31 ta’ Dicembru tas-sena li fiha
jinghata jew jiggedded.
Thaddim ta’ gwidi 
licenzjati. 
Mizjud: 
XV. 1984.4. 
Kap. 190. 
6B. (1) Ebda agent ta’ l-ivvjaggar ma ghandu jqabbad xi
persuna biex taghmel servizzi bhala gwida tat-turisti kemm-il darba
dik il-persuna ma jkollhiex licenza valida mahruga taht l-artikolu 3
ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ Gwida tat-Turisti.
(2) Kull agent ta’ l-ivvjaggar li jikser is-subartikolu (1) ikun
hati ta’ reat u jehel, meta jinsab hati, multa ta’ mhux izjed minn
mitejn lira.
AGENZIJITA’L-IVJAGGARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI g K AP. 264.     5
Licenza tithalla 
ghall-wiri. 
Emendat: 
XXXVI.1977.8; 
XII. 1982.3; 
XIII. 1983.4. 
7. (1) Agent ta’ l-ivvjaggar ghandu jhalli ghall-wiri l-licenza
tieghu f’post u b’mod prominenti fil-post tan-negozju tieghu.
(2) Jekk l-agent ta’ l-ivvjaggar ikun jahdem minn iktar minn
post wiehed ta’ negozju, kopja tal-licenza tieghu, mahruga u hekk
certifikata mill-Ministru mal-hlas tad-dritt preskritt, ghandha bl-
istess mod tithalla ghall-wiri f’kull post iehor addizzjonali.
(3) Kull agent ta’ l-ivvjaggar li jonqos li jhares id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkun hati ta’ reat u jehel, meta
jinsab hati, multa ta’ mhux inqas minn mitt lira izda mhux izjed
minn hames mitt lira u multa ta’ ghaxar liri ghal kull jum li matulu
jkompli dak in-nuqqas.
Thassir ta’ licenza.
Emendat: 
XXXVI.1977.8. 
8. Meta l-Ministru ikun sodisfatt li agent ta’ l-ivvjaggar -
(a) ikun instab hati ta’ reat kontra dan l-Att; jew
(b) ikun fl-ahhar hames snin instab hati ta’ reat kriminali
f’Malta jew barra minn Malta li ghalih hemm piena ta’
mhux inqas minn sitt xhur prigunerija; jew
(c) ikun gie dikjarat fallut jew ikun ghamel akkordju mal-
kredituri tieghu jew ikun xolja n-negozju tieghu bhala
agent ta’ l-ivvjaggar ghal xi raguni tkun li tkun barra
milli biex jerga’ jibnih mill-gdid jew biex jamalgama;
jew
(d) ikun, fuq il-provi prodotti minn xi ghaqda ta’ l-agenti
ta’ l-ivvjaggar maghrufa kif imiss mill-Ministru, kiser
serjament xi disposizzjoni tal-kodici ta’ l-etika kif
provdut taht l-artikolu 15(2); jew
(e) ikun irrenda ruhu mhux aktar tajjeb biex ikompli
jaghmilha ta’ agent ta’ l-ivvjaggar jew ma ghadx ikun
fadallu ghad-disposizzjoni tieghu l-mezzi mehtiega
ghat-tmexxija xierqa u efficjenti tas-servizzi li
ghalihom tirreferi l-licenza; jew
(f) ikun naqas milli jhares xi kondizzjoni imposta bil-
licenza tieghu; jew
(g) ikun naqas milli jhares il-htigiet preskritti bl-artikolu
13(2) jew bl-artikolu 14,
il-Ministru, meta jkun qies ic-cirkostanzi kollha, ghandu jhassar il-
licenza ta’ dak l-agent ta’ l-ivvjaggar.
Rapprezentazzjo-
nijiet mill-
applikant, ecc. 
Sostitwit:
XXXVI. 1977.8.
9. Qabel ma jichad milli jaghti jew igedded licenza taht dan l-
Att, u qabel ma jhassar xi licenza bhal dik, il-Ministru ghandu
javza lill-applikant jew lid-detentur tal-licenza bil-hsieb tieghu u
ghandu jaghtih opportunita  li jaghmel rapprezentazzjonijiet.
L-agenti ta’ l-
ivvjaggar izommu 
kotba tal-kontijiet 
xierqa.
10. Agent ta’ l-ivvjaggar ghandu jzomm kotba tal-kontijiet
xierqa u dawk ir-records l-ohra li jistghu jigu preskritti dwar il-
funzjonijiet ta’ agent ta’ l-ivvjaggar.
Setghat tal-
Ministru. 
Emendat: 
XXXVI. 1977.8.
11. (1) Kull persuna awtorizzata bil-miktub mill-Ministru
tista’ - 
(a) tidhol u tispezzjona, f’kull hin xieraq, kull post jew
fond fejn ikollha raguni bizzejjed tahseb li n-negozju
    AGENZIJITA’L-IVJAGGARUSERVIZZI
6      KAP. 264. h      TAL-LUKANDI
ta’ agent ta’ l-ivvjaggar ikun qed jitmexxa bi ksur ta’
xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u
(i) tista’ tezamina u tiehu kopji ta’ kull kotba,
kontijiet jew dokumenti misjuba hemmhekk li
jkunu dwar jew ikunu jidhru li jkunu dwar in-
negozju ta’ agent ta’ l-ivvjaggar;
(ii) tista’ taqbad kull kotba, kontijiet jew dokumenti
misjuba hemmhekk u li jkollha raguni bizzejjed
tahseb li jista’ jkun fihom provi ta’ reat li jkun
sar kontra dan l-Att;
(iii) tista’ taghmel mistoqsijiet lil kull persuna li fil-
fehma taghha tkun imqabbda fi, jew tmexxi, jew
impjegata fi, negozju ta’ agent ta’ l-ivvjaggar
f’dak il-post, fuq kull kwistjoni li ghandha
x’taqsam ma’ l-applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew mat-tharis
taghhom;
(b) tehtieg, b’avviz bil-miktub, lil xi persuna li fil-fehma
taghha tkun imqabbda fi, jew tmexxi, jew impjegata fi,
negozju ta’ agent ta’ l-ivvjaggar biex iggibilha f’dak
il-hin u l-post li tista’ tispecifika f’dak l-avviz dawk il-
kotba, kontijiet jew dokumenti kollha jew uhud
minnhom dwar in-negozju ta’ agent ta’ l-ivvjaggar.
(2) Ebda post jew fond ma jista’ jsir dhul furzat fih taht id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu kemm-il darba il-persuna
awtorizzata kif fuq jinghad ma jkollhiex maghha ufficjal tal-
Pulizija mhux taht il-grad ta’ spettur:
Izda meta xi persuna bhal dik ikollha raguni bizzejjed
tahseb li d-dewmien sakemm jingieb l-ufficjal tal-Pulizija ma
jwassalx, jew x’aktarx ma jwassalx ghall-ghanijiet ta’ dan l-
artikolu, dik il-persuna tista’ tezercita s-setghat taghha skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu minghajr ma jkollha maghha l-
ufficjal tal-Pulizija.
(3) Kull persuna awtorizzata kif fuq jinghad ghandha minnufih
taghti ricevuta bil-miktub ta’ kull haga hekk maqbuda minnha
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, lill-persuna li mill-
pussess taghha jkun sar il-qbid.
(4) Kull persuna li tfixkel jew tostakola lil xi persuna
awtorizzata kif fuq jinghad fil-waqt li tkun qed timxi skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, jew li tonqos li thares il-htigiet
taghha skond dan l-artikolu tkun hatja ta’ reat u tehel, meta tinsab
hatja, multa ta’ mhux izjed minn mitt lira jew prigunerija ghal
zmien ta’ mhux izjed minn tliet xhur jew dik il-multa u prigunerija
flimkien.
Agent ta’ l-
ivvjaggar ikollu 
fondi ghad-
disposizzjoni 
tieghu.
Emendat: 
XXXVI. 1977.8. 
12.* (1) Agent ta’ l-ivvjaggar ghandu jkollu f’kull zmien, ghas-
sodisfazzjon tal-Ministru, dawk il-fondi li jitqiesu mehtiega biex
jissodisfa l-obbligi professjonali tieghu u ghal dan l-ghan dan
ghandu wkoll jiddepozita mal-Ministru garanzija bankarja mahruga
minn bank lokali ghal dak l-ammont li l-Ministru jista’ jehtieg.
AGENZIJITA’L-IVJAGGARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI g K AP. 264.     7
(2) Il-Ministru ghandu jistabbilixxi jew jibdel minn zmien ghal
zmien dwar l-agenti ta’ l-ivvjaggar jew uhud minnhom l-ammont
ta’ fondi u l-garanzija bankarja mehtiega skond is-subartikolu (1),
meta jqis l-obbligi ta’ l-agent ta’ l-ivvjaggar li jkun u c-cirkostanzi
l-ohra kollha li jkunu jsehhu f’dak iz-zmien.
(3) Qabel ma jiehu decizjoni finali dwar agent ta’ l-ivvjaggar
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), il-Ministru ghandu
javza l-hsieb tieghu lill-agent ta’ l-ivvjaggar u ghandu jaghtih
opportunita  li jaghmel rapprezentazzjonijiet.
(4) Il-Ministru ghandu javza lill-agent ta’ l-ivvjaggar b’kull
decizjoni finali mehuda minnu skond id-disposizzjonijiet fuq
imsemmija ta’ dan l-artikolu, u jaghtih hin bizzejjed, li f’ebda kaz
ma jkun anqas minn ghaxart ijiem, biex ihares dik id-decizjoni.
(5) Licenza ta’ agent ta’ l-ivvjaggar titqies li thassret
awtomatikament kull meta d-detentur tal-licenza jonqos li jhares
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jew ta’ kull decizjoni mehuda
skond hekk, jew tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13(2).
Il-Ministru ikun 
jista’ jizbanka 
minn garanzija 
bankarja ta’ agent 
ta’ l-ivvjaggar. 
Emendat: 
XXXVI. 1977.8. 
13.* (1) Il-Ministru jista’ jizbanka mill-garanzija bankarja
moghtija minn agent ta’ l-ivvjaggar skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 12 kull ammont li fil-fehma tieghu tkun mehtiega biex
taghmel tajjeb ghal kull telf imgarrab minn xi persuna kull meta l-
agent ta’ l-ivvjaggar ikun kiser l-obbligi kuntrattwali tieghu ma’
dik il-persuna jew ikun xort’ohra ghamel danni lil dik il-persuna.
(2) Agent ta’ l-ivvjaggar li l-garanzija bankarja tieghu tkun giet
zbankata skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) jinghata
kont bil-miktub ta’ l-ammont hekk zbankat mill-garanzija tieghu, u
meta jkun hekk mehtieg mill-Ministru ghandu jgib dik il-garanzija
ghall-ammont originali fiz-zmien specifikat fit-talba.
(3) Ebda haga f’dan l-artikolu ma ghandha tiftiehem li tillimita
b’xi mod ir-responsabbilta  ta’ agent ta’ l-ivvjaggar.
Setghat ghall-
eghmil ta’ 
regolamenti. 
Emendat: 
XXXVI. 1977.8; 
XIII. 1983.4.
14. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jaghti sehh lil
kull wahda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u b’mod partikolari,
izda bla hsara ghall-generalita  ta’ dak li ntqal qabel, ghal kull
wiehed mill-ghanijiet li gejjin:
(a) biex jippreskrivi l-formuli li ghandhom jintuzaw ghall-
ghanijiet ta’ dan l-Att, id-drittijiet li ghandhom
jingabru ghall-ghoti jew ghat-tigdid ta’ licenza jew
ghal kopja ta’ dik il-licenza;
(b) biex jippreskrivi l-kondizzjonijiet ta’, jew ghall-ghoti
ta’, licenza;
(c) biex jippreskrivi l-formuli ta’ prospetti, rapporti jew
informazzjoni li d-detentur tal-licenza jkun mehtieg
jaghti lill-Ministru;
(d) biex jirregola kull xorta ta’ materjal ta’ pubblicita  li
jista’ jintuza minn agent ta’ l-ivvjaggar dwar ix-xoghol
tieghu, sew jekk dak il-materjal ta’ pubblicita  jkun se
*Ghadu mhux fis-sehh.
    AGENZIJITA’L-IVJAGGARUSERVIZZI
8      KAP. 264. h      TAL-LUKANDI
jintuza f’Malta sew barra minn Malta;
(e) biex jistabbilixxi r-rimunerazzjoni li jkollha tithallas
lil agent ta’ l-ivvjaggar meta dik ir-rimunerazzjoni ma
tkunx diga  stabbilita skond din il-ligi jew xi ligi jew
regolament iehor;
(f) biex jirregola t-twaqqif, il-funzjonijiet, id-drittijiet u
d-dmirijiet ta’ ghaqdiet ta’ agenti ta’ l-ivvjaggar;
(g) biex jirregola l-imgieba professjonali ta’ l-agenti ta’ l-
ivvjaggar;
(h) biex jistabbilixxi l-piena, li ma tkunx izjed minn multa
ta’ hames mitt lira jew prigunerija ghal mhux iktar
minn sitt xhur, jew dik il-multa u prigunerija flimkien,
ghal xi ksur ta’ xi regolament maghmul skond dan l-
Att, jew ghal nuqqas ta’ tharis ta’ xi disposizzjoni bhal
dik jew ta’ xi htiega li ssir bis-sahha taghha;
(i) biex jippreskrivi kull haga li ghandha jew li tista’ tigi
preskritta skond dan l-Att u biex jipprovdi aktar dwar
kull haga bhal dik kif jidhirlu xieraq.
Kodici ta’ l-etika 
ta’ agenti ta’ l-
ivvjaggar.
15. (1) Il-Ministru jista’ jaghti gharfien lil ghaqda jew
ghaqdiet maghmula minn numru ta’ agenti ta’ l-ivvjaggar.
(2) Kull meta n-numru tal-membri ta’ kull ghaqda bhal dik ma
jkunx inqas minn zewg terzi tan-numru totali ta’ l-agenti ta’ l-
ivvjaggar il-Ministru jista’ jaghti gharfien lil kodici ta’ l-etika
moghtija lilu minn dik l-ghaqda u dak il-kodici ta’ l-etika ghandu
jirregola l-imgieba professjonali ta’ l-agenti ta’ l-ivvjaggar li ma
tkunx diga  preskritta.
(3) Il-Ministru jista’ f’kull zmien jemenda kull parti minn, jew
jirtira t-taghrif tieghu ta’, dak il-kodici ta’ l-etika wara li jaghti
avviz xieraq dwar dan.
TAQSIMA III 
LUKANDIERI U SERVIZZI MIFTEHMA
Servizzi miftehma. 
Emendat: 
XXXVI.1977.8; 
XIII. 1983.4. 
16. (1) Lukandier ghandu jipprovdi servizzi miftehma fil-
lukandi tieghu, biss -
(a) lil persuna jew grupp ta’ persuni ghall-uzu taghhom
stess; jew
(b) lil agent ta’ l-ivvjaggar fil-kariga professjonali tieghu;
jew
(c) lil kull lukandier iehor kif provdut skond l-artikolu
17(2).
(2) Kull meta lukandier jintrabat li jalloka servizzi miftehma
fil-lukanda tieghu lil xi hadd mill-persuni msemmija fis-subartikolu
(1)(a) jew (b), hu u l-persuni l-ohra ghandhom jiffirmaw formula
ta’ allokazzjoni.
AGENZIJITA’L-IVJAGGARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI g K AP. 264.     9
(3) Lukandier ghandu, mhux iktar tard mit-tielet jum ta’ kull
xahar, jaghti lill-Ministru lista tal-persuni li maghhom, fix-xahar
ta’ qabel, ikun intrabat li jipprovdi servizzi miftehma skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2), in-numru ta’ sodod u/jew
kmamar hekk allokati u z-zmien li ghalih tkun saret dik l-
allokazzjoni.
(4) Kull lukandier li jonqos li jhares xi wahda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkun hati ta’ reat u jehel, meta
jinsab hati, multa ta’ mhux izjed minn mitt lira.
Responsabbilta  ta’ 
lukandier ghal 
allokazzjoni zejda.
Emendat: 
XIII. 1983.4.
17. (1) Lukandier m’ghandux jalloka servizzi miftehma fil-
lukanda tieghu li jkunu iktar minn dawk il-facilitajiet li f’xi zmien
wiehed jistghu jinghataw fil-lukanda tieghu.
(2) Meta minhabba allokazzjoni zejda lukandier ma jkunx jista’
jipprovdi fil-lukanda tieghu s-servizzi miftehma li jkun intrabat
jipprovdi lill-parti kontrattanti l-ohra (hawnhekk izjed ’il quddiem
imsejha "il-klijent") dan ghandu jipprovdi lill-klijent tieghu l-istess
servizzi miftehma f’lukanda ohra ta’ l-istess kategorija jew ta’
kategorija oghla u li tkun qieghda qrib kemm jista’ jkun tal-lukanda
tieghu u jkun responsabbli ghal, u ghandu jhallas, kull differenza
fil-prezz li tista’ tirrizulta bejn il-prezz miftiehem u l-prezz li
jithallas fil-lukanda l-ohra:
Izda meta minhabba allokazzjoni zejda klijent jircievi
allogg f’lukanda ta’ kategorija inqas jew ghax hu hekk jaghzel jew
ghax il-lukandier ma jkunx jista’ jsiblu lukanda ohra kif provdut
f’dan s-subartikolu, il-lukandier ghandu minnufih ihallas lill-klijent
tieghu kull differenza li tista’ tirrizulta bejn il-prezz miftiehem u l-
prezz li jithallas fil-lukanda tal-kategorija iktar baxxa.
(3) Lukandier li minhabba allokazzjoni zejda ma jkunx jista’
jwettaq l-obbligi kuntrattwali tieghu kif provdut skond is-
subartikolu (2), ikun hati ta’ reat u jehel, meta jinsab hati, multa ta’
mhux izjed minn erba’ mitt lira.
Il-kummissjoni u l-
prezz miftiehem 
jithallsu fi zmien 
tletin jum.
18. (1) Il-kummissjoni li jkollha tithallas minn lukandier lil
agent ta’ l-ivvjaggar ghas-servizzi tieghu m’ghandhiex tkun izjed
mill-percentagg tal-prezz miftiehem kif jista’ jigi preskritt jew kif
jista’ jigi stabbilit mill-Ministru b’avviz pubblikat fil-Gazzetta, u
jistghu jigu hekk stabbiliti rati ta’ kummissjoni differenti ghal
servizzi differenti moghtija minn agent ta’ l-ivvjaggar.
(2) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
17(2), il-lukandier ghandu jhallas lill-agent ta’ l-ivvjaggar il-
kummissjoni ibbazata fuq il-prezz miftiehem originali.
(3) Kull kummissjoni li jkollha tithallas minn lukandier lil
agent ta’ l-ivvjaggar ghandha tithallas fi zmien tletin jum wara li l-
lukandier ikun issodisfa jew kellu jissodisfa s-servizzi miftiehma li
kien intrabat jaghti.
(4) Kull prezz miftiehem li jkollu jithallas minn agent ta’ l-
ivvjaggar lil lukandier ghandu jithallas mhux aktar tard minn tletin
jum wara li l-lukandier ikun tah is-servizzi miftehma li kien
intrabat jaghti.
    AGENZIJITA’L-IVJAGGARUSERVIZZI
10      KAP. 264. h      TAL-LUKANDI
TAQSIMA IV 
MIXXELLANJI 
Formula ta’ 
allokazzjoni 
iffirmata titqies li 
hi kuntratt Malti.
19. (1) Formula ta’ allokazzjoni, meta iffirmata minn persuna
li titlob servizz miftiehem f’lukanda u mil-lukandier, titqies li hi
kuntratt li jkun sar f’Malta u jkun suggett eskluzivament ghal-ligi u
gurisdizzjoni Maltija.
(2) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu formula ta’ allokazzjoni
titqies li tkun giet iffirmata kif imiss ukoll jekk l-accettazjoni tal-
pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ dik il-formula ta’ allokazzjoni jkunu
gew mgharrfa lil-lukandier bil-korrispondenza, telex, cable jew xi
mezz iehor bhal dawn ta’ komunikazzjoni.
Dirigenti ta’ guest 
houses u postijiet 
ghall-btala.
Emendat: 
IV. 1986.3. 
20. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 16, 17, 18 u l9 ghandhom
japplikaw, mutatis mutandis, ghal dirigent ta’ guest house, ghal
dirigent ta’ hostel u ghal dirigent ta’ post ghall-btala ghal servizzi
moghtija jew li ghandhom jinghataw fil-guest house jew fil-hostel
jew fil-post ghall-btala taghhom, skond il-kaz.
Il-Ministru jista’ 
jaghti ezenzjoni 
mill-Att. 
21. Il-Ministru jista’, b’ordni pubblikat fil-Gazzetta, jezenta lil
kull persuna jew klassi ta’ persuni specifikata f’dak l-ordni mid-
disposizzjonijiet kollha ta’ dan l-Att jew minn uhud minnhom.
Couriers tat-turisti.
Mizjud: 
XV. 1984.5.
21A. (1) Ebda persuna ma tista’ taghmilha ta’ courier tat-
turisti kemm-il darba ma tissodisfax id-disposizzjonijiet ta’ kull
regolament maghmul taht dan l-artikolu, u ebda agent ta’ l-
ivvjaggar ma ghandu jimpjega bhala courier tat-turisti lil xi persuna
li ma tissodisfax l-imsemmija htigiet.
(2) Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti biex jippreskrivi l-
htigiet, inkluz li toqghod ghal ezami u tikkwalifika fih, li
ghandhom ikunu sodisfatti minn kull persuna sabiex taghmilha ta’
courier tat-turisti ghall-finijiet ta’ dan l-Att, u biex jipprovdi ghal
kull haga incidentali jew supplimentari ghalihom.
(3) Kull persuna li tikser is-subartikolu (1) tkun hatja ta’ reat u
tehel, meta tinsab hatja, multa ta’ mhux izjed minn mitejn lira.
Segretezza 
ufficjali. 
Emendat: 
XIII. 1983.4. 
Kap. 123. 
Kap. 142. 
Kap. 239.
22. (1) Ebda persuna li jkollha dmir ufficjali jew li tkun
impjegata fl-amministrazzjoni ta’ dan l-Att m’ghandha b’xi mod
tikxef jew m’ghandha tkun mehtiega tipproduci jew tikxef f’xi
qorti, tribunal, Bord jew kumitat ta’ inkjesta jew b’xi mod ikun li
jkun xi taghrif, dokument jew hag’ohra li ssir taf biha fil-qadi ta’
dmirijietha skond dan l-Att hlief kif jista’ jkun mehtieg ghall-
finijiet ta’ dan l-Att, jew ghall-fini, jew waqt, prosekuzzjoni ghal xi
reat kontra dan l-Att, jew meta tkun hekk mehtiega ghall-finijiet ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, jew l-Att dwar l-Istatistika jew l-
Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni*.
(2) Bla hsara ghal kull piena oghla li tista’ tigi provduta skond
xi ligi ohra, kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
jkun hati ta’ reat u jehel, meta jinsab hati, multa ta’ mhux izjed
minn hames mitt lira jew prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed
*Imhassar bl-Att XVI ta’ l-1993. Ara l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti, 1993.
AGENZIJITA’L-IVJAGGARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI g K AP. 264.     11
minn sena, jew dik il-multa u prigunerija flimkien.
L-Att dwar il-
Probation ma 
japplikax. 
Mizjud: 
IV. l986.4. 
Kap. 446.
23. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
japplikawx dwar reati taht l-artikoli 3, 5, 6B, 7, 11, 16, 17, 20, 21A
u 22 u dwar xi ksur ta’ xi regolament maghmul taht l-artikolu 14.
