REGISTRAZZJONI ELETTRO-MANJETIKA TA’ PROCEDIMENTIgKAP. 284.   1
KAPITOLU 284
ATT DWAR IR-REGISTRAZZJONI 
ELETTRO-MANJETIKA TA’ PROCEDIMENTI 
Biex jipprovdi ghar-registrazzjoni ta’ procedimenti b’mezzi elettro-
manjetici.
(9 ta’ Mejju, 1980)*
Sar ligi bl-ATT XVI ta’ l-1980 u gie emendat bl-Att XXIV ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor. 
Elettro-Manjetika ta’ Procedimenti.
Tifsir.
Emendat:
XXIV. 1995.360.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra - 
"procedimenti" tinkludi xiehda, sottomissjonijiet verbali,
decizjoni ta’ arbitru, konstatazzjoni, ordni, digriet, decizjoni jew
sentenza u kull kliem li jinghadu fil-qorti bil-miftuh jew in camera
waqt it-tmexxija tax-xoghol tal-qorti;
"qorti" tfisser kull qorti ta’ ligi, Bord, arbitragg, tribunal,
kummissjoni jew kumitat ta’ inkjesta, li b’ligi ghandu s-setgha li
jisma’ xiehda waqt il-procedimenti;
"Registratur" tfisser ir-Registratur tal-Qrati u kull segretarju ta’
kull Bord, arbitragg, tribunal, kummissjoni jew kumitat ta’
inkjesta; 
"tapes" tfisser it-tapes jew oggetti ohra li fuqhom ikunu gew
registrati procedimenti b’xi mezzi elettro-manjetici u jinkludu
wkoll master tape;
"traskrittur" tfisser il-persuna li tinghata d-dmir mir-Registratur
biex ir-registrazzjonijiet fuq it-tapes tittraskrivihom bil-miktub.
Registrar u 
traskrizzjoni ta’ 
procedimenti.
3. (1) Minkejja kull disposizzjoni f’xi ligi ohra, kull qorti
tista’ tordna li l-procedimenti taghha jew xi parti minnhom jigu
registrati b’mezzi elettro-manjetici.
(2) Ir-Registratur ghandu jara li r-registrazzjoni fuq it-tapes
tigi traskritta:
Izda f’gurijiet fuq att ta’ akkuza ir-Registratur ma jkunx
obbligat li jara li ssir it-traskrizzjoni hlief meta, u safejn, il-Qorti
Kriminali jew il-Qorti ta’ Appelli Kriminali, tkun hekk ordnat:
Izda, ukoll, kull qorti tista’ tordna li parti biss tal-
procedimenti tigi traskritta.
(3) It-traskrizzjoni tista’ tkun miktuba bl-idejn jew bit-
typewriter mit-traskritturi kif jordna r-Registratur, u ghandha
taghmel parti mill-atti tal-procedimenti.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 266 tad-9 ta’ Mejju, 1980.
 2      KAP. 284.h REGISTRAZZJONI ELETTRO-MANJETIKA TA’ PROCEDI-
(4) It-traskrittur ghandu jiffirma kull pagna tat-traskrizzjoni u
ghandu jaghmel dikjarazzjoni fit-tarf taghha li hu bis-sewwa u
fedelment u skond l-ahjar taghrif u hila tieghu, ittraskriva r-
registrazzjonijiet fuq it-tapes.
(5) It-tapes ghandhom jitqiesu li jaghmlu parti mill-atti tal-
procedimenti tal-qorti sakemm ma jithassrux skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Tista’ tigi 
registrata s-
sustanza tal-
procedimenti. 
4. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 u ta’ kull
ligi ohra, il-qorti tista’ tordna li s-sustanza biss tal-procedimenti
jew tax-xiehda migjuba waqt il-procedimenti, kif iddettata mill-
qorti, tigi registrata b’mezzi elettro-manjetici.
(2) Meta l-qorti tordna li s-sustanza biss ta’ xiehda ghandha
tigi registrata b’mezzi elettro-manjetici u dik is-sustanza tkun giet
iddettata mill-qorti quddiem ix-xhud, minkejja d-disposizzjonijiet
ta’ kull ligi ohra li tehtieg li t-traskrizzjoni tax-xiehda ghandha
tinqara mix-xhud waqt jew wara s-seduta u li nota ta’ dak il-qari
titnizzel fit-tarf ta’ dik it-traskrizzjoni, dak il-qari ma jsirx, u t-
traskrizzjoni titqies li tkun inqrat kif imiss u tkun giet ikkonfermata
mix-xhud, izda l-qorti ghandha taghmel dikjarazzjoni fit-tarf ta’
dak li tkun iddettat fil-qosor li s-sustanza tax-xiehda tkun giet
iddettata mill-qorti quddiem ix-xhud.
Harsien ta’ tapes. 5. 1r-Registratur ikun responsabbli ghall-kustodja u ghall-
harsien tat-tapes:
Izda l-Ministru responsabbli ghall-gustizzja jista’ jahtar lil
xi persuna ohra biex taqdi l-imsemmija dmirijiet.
Thassir ta’ tapes. 6. Meta tkun inghatat sentenza finali jew meta l-kwistjoni
tkun definita ghal kollox jew meta tkun saret it-traskrizzjoni tar-
registrazzjoni ir-Registratur jista’ jordna li r-registrazzjoni
tithassar:
Izda l-qorti tista’, jew ex officio jew fuq talba maghmula, fi
zmien sebat ijiem mid-data tar-registrazzjoni, minn kull wahda
mill-partijiet, tordna li r-registrazzjoni jew parti minnha ma
tithassarx sakemm ma jinghatax kontro-ordni fuq talba tar-
Registratur.
Kopji ta’ tapes.
Mizjud:
XXIV. 1995.360.
7. Ir-Registratur jista’ jaghti kopji ta’ l-originali ta’  tapes
mal-hlas ta’ dak id-dritt li l-Ministru responsabbli ghall-gustizzja
jista’ b’regolamenti jistabbilixxi.
