TFALUZGHAZAGH(ORDNIJIETGHALL-HARSIEN) g K AP. 285.    1
KAPITOLU 285
ATT DWAR TFAL U ZGHAZAGH
(ORDNIJIET GHALL-HARSIEN) 
Biex jipprovdi ghall-harsien ta’ tfal u zghazagh.
8 ta’ Awissu, 1980;
29 ta’ Novembru, 1985
L-ATT XVIII ta’ l-1980, kif emendat bl-Att XIII ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Zghazagh (Ordnijiet ghall-Harsien).
Tifsir.
"Bord" tfisser il-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u z-Zghazagh
inwaqqaf taht l-artikolu 11;
"kustodju" tfisser tutur jew kuratur u tinkludi persuna li fil-fatt
tkun qed taghmilha ta’ kustodju;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-ghajnuna
socjali; 
"tifel jew zaghzugh" tfisser persuna li tkun taht l-eta  ta’ sittax-il
sena.
Ordni ghal harsien 
meta tifel jinsab 
hati ta’ reat.
3.* (1) Meta xi tifel jew zaghzugh jinstab hati ta’ reat minn
jew quddiem xi qorti ta’ gurisdizzjoni kriminali, u fil-fehma ta’ l-
imsemmija qorti - 
(a) ebda wiehed mill-metodi l-ohra dwar x’jista’jsir bil-
kaz skond il-ligi ma jkun xieraq; u
(b) it-tifel jew iz-zaghzugh ikun jinhtieg harsien jew
kontroll li x’aktarx ma jkunx ser jircievi kemm-il
darba l-qorti ma taghmilx ordni taht dan l-artikolu
dwaru,
dik il-qorti tista’, minflok li tikkundannah ghal prigunerija jew
tipprovdi dwaru b’xi mod iehor skond il-ligi, taghmel ordni li bih
jitqieghed taht il-harsien tal-Ministru ghal zmien ta’ mhux inqas
minn sena u mhux izjed minn hames snin:
Izda ordni maghmul taht dan is-subartikolu ghandu, kemm-
il darba ma jkunx waqaf l-effett tieghu qabel, jieqaf milli jkollu
effett fid-data li fiha t-tifel jew iz-zaghzugh li dwaru jsir l-ordni
jilhaq l-eta  ta’ tmintax-il sena.
(2) Ordni maghmul taht is-subartikolu (1) ikun suggett ghal
appell bl-istess mod u matul l-istess zmien bhalma hi sentenza
*Ara l-artikolu 14 (Disp. Trans.) ta’ l-Att kif originarjament promulgat, liema
artikolu gie mholli barra taht l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-Ligijiet
Statutarji.
  2      KAP. 285. h       TFALUZGHAZAGH(ORDNIJIETGHALL-HARSIEN)
moghtija mill-qorti li taghmel l-ordni.
(3) Jekk, fuq ir-rikors tal-Ministru, fil-fehma tal-qorti li tkun
ghamlet ordni taht is-subartikolu (1) dwar tifel jew zaghzugh ikun
xieraq li dak l-ordni ghandu jintemm, il-qorti tista’ ttemm dak l-
ordni.
Kap. 446.  (4) L-artikolu 25 ta’ l-Att dwar il-Probation ghandu japplika
mutatis mutandis ghal kull tifel jew zaghzugh li jinstab hati u li
dwaru jkun hareg ordni biex jitqieghed taht il-harsien tal-Ministru.
Ordni ghal harsien 
dwar tifel jew 
zaghzugh li jkun 
jinhtieg harsien, 
protezzjoni jew 
kontroll.
Emendat:
XIII. 2002.12.
4. (1) Jekk, wara li jsirulu rapprezentazzjonijiet bil-miktub
mid-Direttur tad-Dipartiment responsabbli ghall-Harsien Socjali u
wara li jaghti lill-genituri u lill-kustodju, jekk ikun hemm, tat-tifel
jew taz-zaghzugh opportunita  li jaghtu l-fehmiet taghhom, u wara li
jisma’ lil kull persuna ohra li x’aktarx tista’ tghinu, il-Ministru
jkun sodisfatt li dak it-tifel jew zaghzugh ikun jinhtieg harsien,
protezzjoni jew kontroll, ikun id-dmir tal-Ministru b’ordni bil-
miktub iffirmat minnu li jiehu lil dak it-tifel jew zaghzugh taht il-
harsien tieghu.
(2) Kopja ta’ kull ordni maghmul mill-Ministru taht is-
subartikolu (1) ghandha tintbaghat minnufih b’ittra registrata lill-
persuna li tkun qed tezercita s-setgha ta’ missier fuq it-tifel jew iz-
zaghzugh, jew lill-kustodju tieghu, jekk ikun hemm, li jkun mitlub
ighid lid-Direttur tad-Dipartiment responsabbli ghall-Harsien
Socjali fi zmien wiehed u ghoxrin jum mid-data li fiha jkun ircieva
l-imsemmija ittra, jekk joggezzjonax ghall-imsemmi ordni.
(3) Jekk il-persuna li lilha tintbaghat l-ittra registrata taht is-
subartikolu (2), toggezzjona, ukoll verbalment, ghall-ordni fiz-
zmien preskritt fiha, id-Direttur tad-Dipartiment responsabbli
ghall-Harsien Socjali ghandu, mhux iktar tard minn sebat ijiem
mid-data li fiha jsir jaf bl-oggezzjoni, jibghat il-kaz lill-Qorti tal-
Minorenni b’dak il-mod li jigi preskritt b’regolamenti maghmula
taht l-artikolu 13 ta’ dan l-Att.
(4) Meta kaz jintbaghat lill-Qorti tal-Minorenni skond is-
subartikolu (3), l-imsemmija qorti ghandha, b’dak il-mod u f’dak
iz-zmien kif jigi preskritt b’regolamenti maghmula taht l-artikolu
13, tirrevedi l-kaz kollu u tiddeciedi jekk it-tifel jew iz-zaghzugh
ikunx jinhtieg harsien, protezzjoni jew kontroll u ghandha skond
dan tikkonferma jew tirrevoka l-ordni maghmul taht is-subartikolu
(1).
(5) Ordni maghmul taht is-subartikolu (1) ghandu, kemm-il
darba ma jkunx waqaf l-effett tieghu qabel, jieqaf milli jkollu effett
fid-data li fiha t-tifel jew iz-zaghzugh li dwaru jsir l-ordni jilhaq l-
eta  ta’ tmintax-il sena.
Ordni temporanju. 5. Jekk, fuq rapprezentazzjonijiet li jsirulu minn xi persuna,
ukoll verbalment, il-Ministru jkun sodisfatt - 
(a) li tifel jew zaghzugh ikun jinhtieg harsien, protezzjoni
jew kontroll, u
(b) li jkun fl-interess ta’ l-imsemmi tifel jew zaghzugh li
dan ghandu jittiehed taht il-harsien tal-Ministru
TFALUZGHAZAGH(ORDNIJIETGHALL-HARSIEN) g K AP. 285.    3
minghajr il-procedura stabbilita fi, u minghajr ma jsir
ordni taht, l-artikolu 4(1),
hu jista’, b’ordni bil-miktub iffirmat minnu, jiehu lil dak it-tifel jew
zaghzugh taht il-harsien tieghu:
Izda ordni bhal dak jieqaf milli jkollu effett wara li jghaddu
wiehed u ghoxrin jum mid-data li fiha jkun sar.
Ordni ta’ 
trasferiment. 
6. (1) Il-Ministru jista’, jekk ikun moghti parir mill-Bord li
huwa spedjenti fl-interess ta’ l-edukazzjoni jew tal-gid ta’ tifel jew
zaghzugh li hekk jaghmel, b’ordni bil-miktub iffirmat minnu,
jittrasferixxi mill-habs lil dak it-tifel jew zaghzugh li jkun il-habs
b’sentenza ta’ prigunerija ghal reat, li ma jkunx omicidju
volontarju, u jiehdu taht il-harsien tieghu.
(2) Ordni maghmul taht is-subartikolu (1) ghandu jieqaf milli
jkollu effett fid-data li fiha t-tifel jew iz-zaghzugh kieku kien jigi
mehlus mill-habs.
Harsien, 
protezzjoni jew 
kontroll. 
7. Ghall-finijiet ta’ dan l-Att, tifel jew zaghzugh jitqies li
jkun jinhtieg harsien, protezzjoni jew kontroll jekk - 
(a) ma jkunx jista’ jigi kkontrollat mill-genituri jew mill-
kustodju tieghu; jew
(b) ma jkunx qed jircievi dak il-harsien, protezzjoni u
gwida li genituri tajba huma ragonevolment mistennija
li jipprovdu u - 
(i) it-tifel jew iz-zaghzugh ikun qed jissieheb ma’
kumpannija hazina jew ikun serjament
imqieghed f’periklu morali; jew
(ii) dak in-nuqqas ta’ harsien, protezzjoni jew gwida
x’aktarx igib lit-tifel jew liz-zaghzugh tbatija bla
bzonn jew serjament jolqot is-sahha jew l-
izvilupp xieraq tieghu.
Setghat u dmirijiet 
tal-Ministru dwar 
tfal u zghazagh taht 
il-harsien tieghu.
8. Il-Ministru jkollu, dwar kull tifel jew zaghzugh li
jitqieghed taht il-harsien tieghu b’ordni maghmul taht l-artikolu 3
jew li jittiehed taht il-harsien tieghu b’ordni maghmul taht l-
artikolu 4(1), taht l-artikolu 5, jew taht l-artikolu 6(1), l-istess
setghat u dmirijiet dwar il-harsien u l-kustodja tieghu kif kien
ikollhom il-genituri jew il-kustodju ta’ dak it-tifel jew zaghzugh, li
kieku ma kienx l-ordni, u l-Ministru jista’, bla hsara ghal kull
regolamenti maghmula skond l-artikolu 13, jaghmel restrizzjonijiet
dwar il-liberta  ta’ dak it-tifel jew zaghzugh sa dak il-limitu li l-
Ministru jidhirlu xieraq:
Kap. 9.
Izda ebda haga f’dan l-Att ma ghandha tiftiehem li tqieghed
lill-Ministru responsabbli taht l-artikolu 35(3) u (5), il-paragrafu (a)
tal-proviso ghall-artikolu 36, il-provisi ghas-subartikoli (1) u (2) ta’
l-artikolu 39, u l-artikolu 40(a) tal-Kodici Kriminali:
Izda wkoll il-Ministru ma ghandux igieghel li tifel jew
zaghzugh li jkun taht il-harsien tieghu bis-sahha ta’ ordni maghmul
taht dan l-Att jitrabba f’xi twemmin religjuz barra minn dak li fih
kien jitrabba li kieku ma kienx hemm l-ordni.
  4      KAP. 285. h       TFALUZGHAZAGH(ORDNIJIETGHALL-HARSIEN)
Dmir generali tal-
Ministru.
9. Meta tifel jew zaghzugh ikun taht il-harsien tal-Ministru
skond dan l-Att, ikun id-dmir tal-Ministru li jezercita  s-setghat
tieghu dwar il-harsien u l-kustodja ta’ dak it-tifel jew zaghzugh
sabiex jingiebu ’l quddiem l-ahjar interessi tieghu u sabiex jaghtih
l-opportunita  li jizviluppa b’mod xieraq il-karattru u l-hiliet tieghu:
Izda jekk fil-fehma tal-Ministru jkun mehtieg, sabiex jigi
mhares il-pubbliku, li jezercita s-setgha tieghu dwar tifel jew
zaghzugh partikolari li jkun taht il-harsien tieghu b’mod li jista’ ma
jkunx konsistenti mad-dmir generali tieghu taht id-disposizzjoni ta’
qabel ta’ dan l-artikolu, il-Ministru jista’, minkejja dak id-dmir,
jagixxi b’dak il-mod.
Mod kif jigu 
provduti allogg u 
manteniment.
10. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-
Ministru jkun qed jaqdi dmiru dwar xi tifel jew zaghzugh taht il-
harsien tieghu - 
(a) billi jipprovdilu allogg u jmantnih f’dar residenzjali,
hostel jew istituzzjoni ohra bhal din provduta mill-
Ministru sabiex tilqa’ tfal jew zghazagh li jkunu taht
il-harsien tieghu; jew
(b) billi jalloggah ma’ persuna xierqa, sew jekk qarib sew
jekk le, jew ma’ istituzzjoni privata li tkun lesta biex
tiehu hsiebu taht dawk il-kondizzjonijiet dwar hlas
mill-Ministru u xort’ohra kif il-Ministru jista’, bla
hsara ghal kull regolamenti maghmula taht dan l-Att,
jistabbilixxi bi ftehim ma’ dik il-persuna jew mad-
dirigenti ta’ dik l-istituzzjoni.
(2) Ebda haga fis-subartikolu (1) ma ghandha tiftiehem li ma
thallix lill-Ministru milli juza, fil-kaz ta’ xi tifel jew zaghzugh taht
il-harsien tieghu, il-facilitajiet u s-servizzi li jkunu jistghu jinkisbu
minn tfal u zghazagh taht il-harsien tal-genituri jew tal-kustodju
taghhom u, ghal dak l-ghan, milli jaghmel arrangamenti ghall-
allogg u ghall-manteniment taghhom b’xi mod xieraq mhux
specifikat fis-subartikolu (1).
(3) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
u ghas-setghat u ghad-dmirijiet tieghu taht l-artikoli 8 u 9, il-
Ministru jista’ jhalli li tifel jew zaghzugh taht il-harsien tieghu,
ghal kull zmien li l-Ministru jistabbilixxi jew sakemm il-Ministru
jordna xort’ohra, ikun taht il-harsien u l-kontroll ta’ xi wiehed mill-
genituri, ta’ kustodju, qarib jew habib.
(4) Il-Ministru jista’, f’kull zmien u fid-diskrezzjoni tieghu,
jitlaq minn taht il-harsien tieghu jew minn taht il-harsien tal-
persuna jew istituzzjoni fejn ikun gie alloggat, skond il-kaz, tifel
jew zaghzugh li jkun ittiehed taht il-harsien tieghu skond l-artikolu
4(1), taht l-artikolu 5 jew taht l-artikolu 6(1), u jista’ hekk jitilqu
jew b’mod assolut jew taht dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru
jista’ jistabbilixxi.
(5) Il-Ministru jista’ wkoll minn zmien ghal zmien, kif jidhirlu
xieraq, jibdel xi wiehed mill-arrangamenti maghmula taht dan l-
artikolu.
TFALUZGHAZAGH(ORDNIJIETGHALL-HARSIEN) g K AP. 285.    5
Bord Konsultattiv 
dwar it-Tfal u z-
Zghazagh. 
11. (1) Sabiex jinghataw pariri lill-Ministru fil-qadi tal-
funzjonijiet tieghu taht dan l-Att, ghandu jkun hemm Bord, li
jissejjah il-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u z-Zghazagh, li jkun
jinkludi omm u persuna li, fil-fehma tal-Ministru, ikollha taghrif
bizzejjed fil-psikologija. Wiehed minn dawk il-membri, indikat
mill-Ministru, jaghmilha ta’ chairman.
(2) Il-membri tal-Bord jkunu mahtura mill-Ministru ghal dak
iz-zmien u taht dawk il-kondizzjonijiet kif il-Ministru jistabbilixxi. 
(3) Ikun id-dmir tal-Bord li jaghti pariri lill-Ministru dwar l-
ahjar metodi kif kull tifel jew zaghzugh li jitqieghed jew jittiehed
taht il-harsien tieghu skond dan l-Att ghandu jigi trattat, li jezercita
sorveljanza generali dwar dawk it-tfal jew zghazagh u, b’mod
generali, li jiehu hsieb li tittejjeb il-qaghda taghhom.
(4) Il-Ministru ghandu jindika membru tad-Dipartiment tas-
Sigurta  Socjali biex jaghmilha ta’ Segretarju tal-Bord u l-persuna
hekk indikata ghandha, bhala parti mid-dmirijiet taghha, tkun
responsabbli biex izzomm ir-records tal-Bord.
(5) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ dawk ir-
regolamenti li jistghu jsiru taht dan l-Att, il-Bord ghandu jirregola
l-procedura tieghu stess.
Reati.
taht il-harsien tal-Ministru skond dan l-Att jahrab mill-post fejn hu
ghandu jghix jew ikun nieqes minn dak il-post f’hin li fih ma
jkollux permess li jkun hekk nieqes, dan jista’ jigi maqbud
minghajr mandat minn xi membru tal-Pulizija u jittiehed lura f’dak
il-post.
(2) Kull persuna li xjentement iggieghel, thajjar jew taghti
ghajnuna jew b’xi mod iehor tghin jew tassisti lil xi tifel jew
zaghzugh biex jahrab jew biex ikun jew jibqa’ nieqes kif imsemmi
fis-subartikolu (1) tkun hatja ta’ reat u tehel, meta tinsab hatja,
prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn sitt xhur jew multa ta’
mhux izjed minn mitt lira jew dik il-multa u prigunerija flimkien.
Setgha ghall-
eghmil ta’ 
regolamenti.
13. Il-Ministru jkollu s-setgha li jaghmel regolamenti li
jidhirlu xierqa sabiex jitwettqu ahjar id-disposizzjonijiet u l-
ghanijiet ta’ dan l-Att, u bla hsara ghall-generalita  ta’ dak li ntqal
qabel, dawk ir-regolamenti jistghu b’mod partikolari jippreskrivu
jew jipprovdu ghal - 
(a) il-procedura li ghandha tintuza meta kaz jintbaghat
lill-Qorti tal-Minorenni u l-mod li bih u z-zmien li fih
l-imsemmija qorti ghandha tirrevedi l-kaz, taht l-
artikolu 4(3) u (4) rispettivament;
(b) il-procedura tal-Bord;
(c) il-mod li bih djar, hostels u istituzzjonijiet imsemmija
fl-artikolu 10(1)(a) ghandhom jitmexxew;
(d) id-dmirijiet, dwar dawk it-tfal, tal-persuni jew ta’ l-
istituzzjonijiet li maghhom tfal jew zghazagh ikunu
alloggati;
(e) zjajjar li jsiru lil tfal u zghazagh li jkunu taht harsien;
  6      KAP. 285. h       TFALUZGHAZAGH(ORDNIJIETGHALL-HARSIEN)
u 
(f) ir-revizjoni kull tant zmien minn welfare officers ta’
kazijiet ta’ tfal jew zghazagh li jkunu taht il-harsien.
14. Imholli barra taht l-Att IX ta’ l-1980. 
15. Imholli barra taht l-Att IX ta’ l-1980.
