KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI g K AP. 288.    1
KAPITOLU 288
ATT DWAR IL-KONTROLL TAL-PREZZIJIET 
TAL-BINI 
Biex jipprovdi ghall-kontroll tal-prezzijiet fil-kostruzzjoni tal-bini u
sabiex jitwaqqaf Tribunal ghall-Kontroll ta’ Prezzijiet tal-Bini.
25 ta’ Lulju, 1980
L-ATT XXVI ta’ l-1980, kif emendat bl-Atti: VI ta’ l-1985, VIII ta’ l-
1990, XXIV ta’ l-1995 u VI ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor. 
Prezzijiet tal-Bini.
Tifsir.
Sostitwit: 
VI. 1985.2. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra - 
"bini" tinkludi kull struttura tal-gebla, brick jew struttura ohra
tal-konkrit u kull struttura maghmula minn xi materjal iehor, jew
tahlita ta’ whud mill-imsemmi materjal, ikun x’ikun l-ghan li
ghalih tkun mahsuba dik l-istruttura;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghax-xoghlijiet, u,
sal-limitu ta’ kull funzjonijiet delegati, tinkludi kull ufficjal
pubbliku li jagixxi taht l-awtorita  tal-Ministru;
"prezz" tfisser il-prezz stabbilit taht id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att u tinkludi kull rimunerazzjoni jew kumpens
iehor u kull obbligazzjoni hekk stabbilita ghal jew dwar xi xoghol,
servizz jew materjal imsemmi fil-prezz;
"registrat" tfisser registrat taht l-artikolu 6; 
"Segretarju" tfisser is-Segretarju tat-Tribunal;
"Tribunal" tfisser it-Tribunal imwaqqaf bl-artikolu 9.
Setgha ghall-
eghmil ta’ 
regolamenti.
3. Il-Ministru jista’ jaghmel regolamenti li jistabbilixxu l-
prezz li jista’ jintalab ghal kull xoghol maghmul jew kull materjal
uzat fil-kostruzzjoni, servizz, dekorazzjoni jew tlestija ta’ bini jew
xort’ohra dwar dawn il-hwejjeg u, bla hsara ghall-generalita  ta’ dak
li ntqal qabel, jista’ - 
(a) jistabbilixxi dak il-prezz skond il-kwalita  tax-xoghol u
l-materjal uzat;
(b) jistabbilixxi l-prezz ghax-xoghol u ghall-materjal jew
bhala prezz wiehed jew separatament;
(c) jistabbilixxi l-prezz ghal kull xoghol jew servizz li hu
ancillari ghal xi wiehed mix-xoghlijiet imsemmija
qabel.
Effetti meta jigi 
stabbilit prezz. 
4. (1) Meta jkun hemm fis-sehh prezz stabbilit mill-Ministru
taht dan l-Att dwar xi xoghol jew materjal, ebda persuna ma tkun
tista’ titlob jew tircievi, dwar xi xoghol hekk maghmul jew materjal
hekk provdut matul is-sehh ta’ l-imsemmi prezz, prezz li jkun oghla
  2      KAP. 288. h        KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI
mill-imsemmi prezz.
(2) Meta l-prezz mitlub jew ricevut ghal xi xoghol maghmul
jew materjal provdut dwar bini jkun prezz li jkopri kemm xoghol
jew materjal li dwaru prezz stabbilit mill-Ministru taht dan l-Att
ikun fis-sehh kif ukoll xoghol jew materjal li dwaru ma jkun hemm
ebda prezz bhal dak fis-sehh, id-differenza bejn il-prezz mitlub jew
ricevut u l-prezz tas-suq tax-xoghol u l-materjal li dwaru ma jkun
hemm fis-sehh ebda prezz stabbilit kif intqal qabel ghandha, ghall-
finijiet kollha ta’ din il-ligi, titqies li hi l-prezz mitlub jew ricevut
ghax-xoghlijiet jew materjal li dwaru jkun fis-sehh prezz stabbilit
taht dan l-Att kif intqal qabel.
Reati u pieni.  5. Persuna li tikser xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 4 tkun hatja ta’ reat u tehel, ghal kull reat - 
(a) meta tinsab hatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas
minn mitt lira jew daqs l-ammont li jkun thallas izjed
mill-prezz stabbilit mill-Ministru, skond liema
minnhom tkun l-akbar;
(b) meta persuna tinsab hatja t-tieni darba jew wara, multa
ta’ mhux inqas minn mitejn lira jew daqs id-doppju ta’
l-ammont imhallas izjed mill-prezz stabbilit mill-
Ministru, skond liema minnhom tkun l-akbar, u l-qorti
ghandha wkoll tordna t-thassir tar-registrazzjoni taht l-
artikolu 6 ta’ dan l-Att ta’ min jaghmel ir-reat, u tista’
wkoll tordna li min jaghmel ir-reat ikun skwalifikat
milli jkun hekk registrat ghal dak il-perijodu li l-qorti
tista’ tispecifika fis-sentenza.
Registrazzjoni ta’ 
persuni li jahdmu 
fl-industrja tal-
bini.
Emendat: 
VI. 1985.3.
6. (1) Ebda persuna ma tista’ tikkuntratta dwar xi xoghol jew
tipprovdi xi materjal li dwaru hemm stabbilit prezz b’dan l-Att jew
tahtu, kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx registrata taht dan l-
Att bhala persuna awtorizzata li taghmel dak ix-xoghol jew li
tipprovdi dak il-materjal.
(2) Kull persuna li tkun trid li tigi registrata taht dan l-Att
ghandha tigi hekk registrata mill-Ministru, fuq applikazzjoni li ssir
fuq il-formula xierqa u li jkun fiha - 
(a) l-isem u l-kunjom, l-eta , l-indirizz, ix-xoghol, is-
sengha, il-kummerc, u n-negozju jew il-professjoni ta’
l-applikant;
(b) l-isem tal-bankier tieghu;
(c) ix-xorta tax-xoghol jew il-materjal li dwaru tkun qed
issir applikazzjoni ghal registrazzjoni; u
(d) dawk il-partikolaritajiet l-ohra jew dak it-taghrif l-
iehor li jista’ jigi mitlub fil-formula ta’ l-
applikazzjoni. 
(3) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5(b) u ta’ l-
artikolu 7(b), il-Ministru ghandu jiehu hsieb li isem l-applikant
jitnizzel fir-registru mizmum ghal hekk u ghandu jiehu hsieb li l-
persuna hekk registrata jinhargilha Karta ta’ Registrazzjoni li turi l-
isem u l-indirizz tal-persuna registrata u x-xoghol li jista’ jsir
KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI g K AP. 288.    3
minnha jew il-materjal li tista’ tipprovdi.
(4) Ir-registrazzjoni ta’ persuna taht dan l-artikolu tista’
tithassar:
(a) b’ordni tal-qorti taht l-artikolu 5 jew 7; jew
(b) jekk il-Ministru jkun sodisfatt li l-persuna registrata
ma tkunx aktar qed taghmel ix-xoghol jew tipprovdi l-
materjal li ghalih tkun giet registrata.
(5) Ebda persuna ma tkun tista’ tikkuntratta dwar xi xoghol jew
tipprovdi xi materjal li dwaru prezz jista’ jigi stabbilit mill-
Ministru taht dan l-Att, sew jekk dak il-prezz ikun gie stabbilit sew
jekk le, kemm-il darba, qabel ma jkun beda x-xoghol jew ipprovda
dak il-materjal, ma jkunx ta lill-persuna li tqabbad dak ix-xoghol
jew li takkwista l-materjal, lista dettaljata bil-miktub, jew fattura, li
tispecifika l-prezz ta’ kull partita li tirriferi ghax-xoghol jew ghall-
bejgh.
Reati u pieni. 
Emendat: 
VI. 1985.4. 
7. Persuna li tikser xi wahda mid-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) jew ta’ l-artikolu 6(5) tkun hatja ta’ reat u tehel,
ghal kull reat - 
(a) meta tinsab hatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas
minn ghoxrin lira;
(b) meta tinsab hatja t-tieni darba jew wara, multa ta’
mhux inqas minn hamsin lira u l-qorti ghandha wkoll
tordna t-thassir tar-registrazzjoni taht l-artikolu 6 ta’
dan l-Att ta’ min jaghmel ir-reat u tista’ wkoll tordna li
min jaghmel ir-reat ikun skwalifikat milli jigi registrat
ghal dak iz-zmien, li ma jkunx izjed minn sentejn kif
jista’ jkun specifikat fis-sentenza.
Azzjoni biex 
eccess jittiehed 
lura tkun preskritta 
wara sentejn.
Sostitwit: 
VI. 1985.5. 
8. (1) Meta xi persuna tkun hallset xi prezz li jkun izjed mill-
prezz stabbilit taht id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dik il-persuna
jew kull persuna ohra li jkollha interess legittimu jkollha jedd li
tiehu lura dak li jkun thallas zejjed.
(2) L-azzjoni biex jintalab lura dak iz-zejjed tkun preskritta
meta jghaddu sentejn mid-data ta’ l-ahhar hlas.
Tribunal ghall-
Kontroll ta’ 
Prezzijiet tal-Bini.
Sostitwit: 
VI. 1985.5.
Kap. 12.
9. (1) Ghandu jkun hemm tribunal li jkun maghruf bhala t-
Tribunal ghall-Kontroll ta’ Prezzijiet tal-Bini, li jkollu
gurisdizzjoni li jiddeciedi talbiet u kwistjonijiet ohra dwar kull
haga li tolqot il-prezz li ghandu jithallas u kull hlas lura li jkollu
jsir, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Sabiex jezercita l-funzjonijiet tieghu taht dan l-artikolu, it-
Tribunal ikollu, skond il-kaz, is-setghat kollha li bil-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili huma moghtija lill-Qorti Civili,
Prim’Awla.
Twaqqif tat-
Tribunal.
Emendat: 
VI. 1985.6;
XXIV. 1995.362;
VI. 2001.16. 
10. (1) It-Tribunal ghandu jkun maghmul minn -
(a) chairman li jkun imhallef irtirat jew magistrat irtirat
jew persuna li tkun ezercitat bhala avukat f’Malta ghal
perjodu jew perjodi li jammontaw, b’kollox, ghal
  4      KAP. 288. h        KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI
mhux inqas minn seba’ snin; u
(b) zewg membri mahtura, wiehed minn fost persuni li
jkollhom il-warrant ta’ Arkitett u Inginier Civili u
iehor minn fost kuntratturi fl-industrja tal-bini.
(2) Ic-chairman u l-membri l-ohra tat-Tribunal ghandhom
jinhatru mill-President ta’ Malta li jagixxi skond il-parir tal-Prim
Ministru:
Izda l-President ta’ Malta jista’ f’kull zmien jahtar iktar
minn chairman wiehed u iktar minn zewg membri ohra tat-
Tribunal, izda chairman wiehed biss u zewg membri biss minn
dawk il-membri ghandhom joqoghdu fuq it-Tribunal dwar kaz
wiehed.
(3) Ic-chairman u l-membri ma ghandhomx jibdew iwettqu d-
dmirijiet tal-kariga taghhom qabel ma jiehdu u jiffirmaw gurament
quddiem l-Avukat Generali li jaqdu l-funzjonijiet taghhom taht dan
l-Att b’imparzjalita  u skond il-ligi. 
(4) Ic-chairman u l-membri tat-Tribunal ghandhom jibqghu
fil-kariga ghal perjodu ta’ sentejn u ma jistghux jitnehhew mill-
kariga taghhom hlief ghar-ragunijiet u bil-mod kif imhallef jew
magistrat jistghu jitnehhew mill-kariga, lanqas ma ghandha r-
rimunerazzjoni taghhom tinbidel bi zvantagg ghalihom filwaqt li
jkunu ghadhom fil-kariga.
Kap. 12.  (5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 735 tal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili dwar kif imhallfin jastjenu jew
jigu rikuzati ghandhom japplikaw ghal astensjoni u rikuza tac-
chairman u tal-membri tat-Tribunal. Kull kwistjoni dwar xi raguni
ghal astensjoni jew rikuza ghandha tigi deciza mic-chairman tat-
Tribunal.
Kap. 12. 
(6) Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja ghandu jahtar
ufficjal pubbliku biex ikun Segretarju tat-Tribunal, u jista’ jqabbad
ukoll ufficjali pubblici ohra biex jghinu lis-Segretarju fil-qadi ta’
dmirijietu. Is-Segretarju tat-Tribunal ikollu mutatis mutandis dawk
is-setghat u d-dmirijiet li bil-Kodici ta’ Organizzazzjoni u
Procedura Civili huma vestiti fir-Registratur tal-Qrati.
Procedimenti. 
Sostitwit: 
VI. 1985.7.
11. (1) Il-procedimenti quddiem it-Tribunal ghandhom
jinbdew b’rikors.
Ir-rikors ghandu jkun fih - 
(a) tifsira cara u sewwa ta’ l-oggett u r-raguni tat-talba, 
(b) it-talba jew it-talbiet, u dak kollu mehtieg bil-ligi dwar
atti bil-miktub.
(2) It-Tribunal jista’ f’kull zmien jaghti permess li ssir xi
emenda fir-rikors sabiex dan ikun iktar car.
Kap. 12. 
(3) Ir-rikors ghandu jkun notifikat lill-parti l-ohra skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili,
u dik il-parti ghandha tipprezenta r-risposta taghha bil-miktub fi
zmien sitt ijiem tax-xoghol mill-jum tan-notifika.
KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI g K AP. 288.    5
Kap. 12. 
(4) Meta z-zmien ghall-prezentata tar-risposta jaghlaq it-
Tribunal ghandu jistabbilixxi data ghas-smigh tal-kawza u s-
Segretarju ghandu jiehu hsieb li lista tal-kawzi li s-smigh taghhom
ghandu jsir f’seduta partikolari tat-Tribunal tigi mwahhla fid-dahla
tal-kamra tat-Tribunal, u ghandu wkoll jara li l-partijiet ikunu
notifikati, skond id-disposizzjonijiet tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni
u Procedura Civili, b’avviz tal-jum stabbilit ghas-smigh mill-anqas
jumejn tax-xoghol qabel il-jum hekk stabbilit; l-artikolu 194(2) u
(3) tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili ghandhom
japplikaw ghal dik il-lista.
(5) Jekk il-parti tipprezenta risposta fejn tammetti t-talba li
jkun hemm fir-rikors, it-Tribunal jista’ jilqa’ r-rikors in camera.
(6) Jekk matul is-smigh, it-Tribunal isib li r-rikors huwa
vessatorju, it-Tribunal jista’ jordna lill-parti li taghmel dan ir-rikors
li thallas lill-parti l-ohra penali ta’ mhux izjed minn ghoxrin lira.
(7) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), id-
decizjonijiet tat-Tribunal jittiehdu b’maggoranza tal-voti, u
ghandhom jinghataw mic-chairman fil-qorti bil-miftuh, sew jekk
fil-prezenza jew fin-nuqqas tal-membri l-ohra tat-Tribunal:
Izda kull punt ta’ ligi jkun deciz mic-chairman wahdu.
(8) L-ispejjez tal-procedimenti jithallsu mill-partijiet jew minn
uhud minnhom skond kif jordna t-Tribunal.
Kap. 12. 
(9) It-Tribunal ikollu s-setghat li jezegwixxi d-decizjonijiet
tieghu bil-mod preskritt fil-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura
Civili.
(10) Kull mandat jew ordni mahrug mit-Tribunal ikun iffirmat
mic-chairman u ccertifikat mis-Segretarju tat-Tribunal.
(11) Ir-Registru tal-Qrati Superjuri f’Malta jew ir-Registru tal-
Qrati tal-Magistrati f’Ghawdex, skond il-kaz, ikunu r-Registru tat-
Tribunal u l-processi tat-Tribunal ghandhom jigu depozitati
hemmhekk.
Seduti. 
Sostitwit:
VI. 1985.7. 
12. (1) It-Tribunal ghandu jzomm is-seduti tieghu, skond kif
jistabbilixxi c-chairman, f’dawk il-jiem u f’dak il-hin kif il-Qorti
tal-Magistrati zzomm is-seduti taghha.
(2) Is-seduti tat-Tribunal ghandhom jinzammu fil-bini fejn il-
qrati ordinarji soltu jzommu s-seduti taghhom kemm-il darba l-
Ministru responsabbli ghall-gustizzja ma jordnax xort’ohra b’avviz
pubblikat fil-Gazzetta.
Appelli. 
Sostitwit: 
VI. 1985.7.
Emendat:
VI. 2001.16.
13. (1) Ma jkun hemm ebda appell minn decizjoni tat-
Tribunal hlief fuq punt ta’ ligi deciz mit-Tribunal.
(2) L-appell ghandu jingieb quddiem il-Qorti ta’ l-Appell
(Kompetenza Inferjuri) b’rikors li jsir fi zmien sitt ijiem tax-xoghol
mill-jum li fih tinghata s-sentenza tat-Tribunal.
Kap. 12.
Organizzazzjoni u Procedura Civili jista’ jaghmel regoli, li ma
jkunux inkonsistenti ma’ dan l-Att, li jirregolaw appelli lill-Qorti
ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri) taht dan l-Att.
  6      KAP. 288. h        KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI
Drittijiet. 
Emendat: 
VI. 1985.8;
VI. 2001.16.
Kap. 12. 
14. Id-drittijiet li jithallsu fir-Registru tat-Tribunal jew tal-
Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri) u lill-konsulenti legali
jkunu dawk preskritti ghal procedimenti quddiem il-Qorti Civili,
Prim’Awla, fit-Tariffi tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura
Civili.
Rimunerazzjoni ta’ 
membri. 
15. Ghandha tithallas lill-membri tat-Tribunal, barra mic-
chairman, dik ir-rimunerazzjoni li l-Ministru responsabbli ghall-
gustizzja jista’ jistabbilixxi bl-approvazzjoni tal-Ministru
responsabbli ghall-finanzi.
Gurisdizzjoni u 
limitazzjoni ghal 
prosekuzzjoni. 
Sostitwit: 
VI. 1985.9. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
Kap. 9.
16. (1) Kull reat kontra dan l-Att ghandu jingieb quddiem il-
Qorti tal-Magistrati skond id-disposizzjonijiet tal-Kodici
Kriminali; kull sentenza ta’ dik il-qorti tista’ tkun appellata kif
provdut fl-artikolu 413 tal-Kodici Kriminali.
(2) Kull meta c-chairman tat-Tribunal ikollu raguni jahseb li
jkun sar reat kontra dan l-Att minn parti fil-procedimenti quddiem
it-Tribunal, hu ghandu ma’ dan jiehu hsieb li r-reat li jkun hemm
suspett dwaru jkun rappurtat lill-Kummissarju tal-Pulizija.
(3) Procedimenti dwar xi reat kontra dan l-Att jistghu jinbdew
f’kull zmien sa sentejn mill-jum li fih ikun sar ir-reat.
Setgha ghall-
eghmil ta’ 
regolamenti u 
ordnijiet mill-
Ministru tal-
gustizzja.
17. (1) Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja jista’ jaghmel
regolamenti li jippreskrivu jew ikunu dwar il-procedura tat-
Tribunal, u kull hag’ohra li tista’ tkun spedjenti biex dan l-Att
ikollu effett ahjar.
(2) Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja jista’ wkoll, bi
ftehim mal-Ministru responsabbli ghall-finanzi, jaghmel
regolamenti li jippreskrivu d-drittijiet li ghandhom jithallsu dwar
kull registrazzjonijiet imsemmija fl-artikolu 6.
